EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013DC0557

ABBOZZ TAL-BAĠIT EMENDATORJU Nru 7 GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2013 RENDIKONT ĠENERALI TAD-DĦUL RENDIKONT TAL-INFIQ SKONT IT-TAQSIMA TAQSIMA Taqsima III — Il-Kummissjoni

/* COM/2013/0557 final */

52013DC0557

ABBOZZ TAL-BAĠIT EMENDATORJU Nru 7 GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2013 RENDIKONT ĠENERALI TAD-DĦUL RENDIKONT TAL-INFIQ SKONT IT-TAQSIMA TAQSIMA Taqsima III — Il-Kummissjoni /* COM/2013/0557 final */


ABBOZZ TAL-BAĠIT EMENDATORJU Nru 7 GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2013

RENDIKONT ĠENERALI TAD-DĦUL RENDIKONT TAL-INFIQ SKONT IT-TAQSIMA TAQSIMA Taqsima III — Il-Kummissjoni

Wara li kkunsidrat:

– it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

– ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni[1], u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

– il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, adottat fit-12 ta’ Diċembru 2012[2],

– il-baġit emendatorju Nru 1/2013, adottat fl-4 ta' Lulju 2013,

– l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2013[3], adottat fis-27 ta’ Marzu 2013,

– l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3/2013[4], adottat fil-15 ta’ April 2013,

– l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2013[5], adottat fid-29 ta’ April 2013,

– l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 5/2013[6], adottat fit-2 ta’ Mejju 2013,

– l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2013[7], adottat fl-10 ta' Lulju 2013,

Il-Kummissjoni Ewropea hawnhekk tippreżenta lill-awtorità baġitarja l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 7 tal-Baġit 2013.

BIDLIET FID-DIKJARAZZJONI TAD-DĦUL U N-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA

Il-bidliet fid-dikjarazzjoni tad-dħul u n-nefqa skont it-taqsima jinsabu fuq il-EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-mt.htm). Verżjoni bl-Ingliż tal-bidliet f’din id-dikjarazzjoni hija mehmuża għall-informazzjoni bħala anness baġitarju.

1.           Introduzzjoni

L-abbozz ta’ baġit emendatorju (ABE) Nru 7 għas-sena 2013 ikopri żieda ta’ approprjazzjonijiet għall-impenji ta’ EUR 150,0 miljun fl-Intestatura 1b tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP). Dan bil-ħsieb li jiġu indirizzati ċerti kwistjonijiet li ħarġu mir-riżultat finali tan-negozjati tal-QFP għas-snin 2014-2020, li jaffettwaw lil Franza, l-Italja u Spanja. Il-Kunsill Ewropew tas-27 u t-28 ta’ Ġunju 2013 qies li għandha tingħata soluzzjoni baġitarja għal dik il-kwistjoni.

Wara li kkunsidra l-kriżi ekonomika attwali u bħala kontribut għall-isforz speċjali li jrid isir biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet speċifiċi ta’ qgħad, b’mod partikolari l-qgħad fost iż-żgħażagħ, u ta' faqar u esklużjoni soċjali f’dawn l-Istati Membri, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-aħjar mod kif tista' tgħinhom huwa billi żżid il-Fond Soċjali Ewropew (FSE). Peress li l-allokazzjonijiet eżistenti diġà ġew impenjati bis-sħiħ fil-baġit tal-UE, il-Kummissjoni tipproponi li żżid l-allokazzjonijiet tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) għas-sena 2013 għal dawk it-tliet Stati Membri. Iż-żieda ta’ EUR 150 miljun f’approprjazzjonijiet għall-impenji se tiġi koperta mill-marġini taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-Intestatura 1b (EUR 16,0 miljun), u permezz tal-mobilizzazzjoni tal-Istrument tal-Flessibilità (EUR 134,0 miljun) immirat lejn din l-azzjoni speċifika.

2.           l-indirizzar ta' sitwazzjonijiet speċifiċi tal-qgħad, b’mod partikolari l-qgħad fost iż-żgħażagħ, u tal-esklużjoni soċjali fl-Istati Membri affettwati

L-ammonti proposti se jiġu miżjuda fil-programmi eżistenti tal-FSE. Biex tiġi żgurata l-effettività taż-żieda fl-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għas-sena 2013 u tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni tal-programmi, il-Kummissjoni qieset il-kapaċità ta’ assorbiment tal-Istati Membri kkonċernati għal dawn iż-żewġ għanijiet tal-Fondi: “Objettiv ta’ konverġenza” u “Objettiv ta' kompetittività reġjonali u impjiegi”.

3.           Żieda fl-Impenji fl-Intestatura 1b tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali

It-talba globali għat-tisħiħ tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn fl-Intestatura 1b tammonta għal EUR 150 miljun, imqassma kif ġej:

Linja tal-Baġit || Intestatura 1b || Impejni (EUR)

04 02 17 || Fond Soċjali Ewropew (FSE) — Konverġenza || 16 683 215

04 02 19 || Fond Soċjali Ewropew (FSE) — Kompetittività reġjonali u impjiegi || 133 316 785

Total || 150 000 000

It-tqassim bejn iż-żewġ linji tal-baġit jista’ jiġi aġġustat skont il-bżonnijiet.

Skont ir-regoli tal-ħlas tal-Fondi Strutturali, l-applikazzjonijiet għall-ħlas kollha għal programm huma assenjati għall-impenji li jinfetħu l-ewwel. B’hekk ma hemm l-ebda bżonn ta' pagamenti addizzjonali fl-2013 għal dawn l-impenji addizzjonali.

  4.           Tabella sommarja skont l-intestatura tal-Qafas Finanzjarju

Qafas Finanzjarju Intestatura/sottointestatura || Qafas finanzjarju tal-2013 rivedut || Baġit 2013 (inkl. AB 1 u ABE 2 sa 6/2013) || ABE 7/2013 || Baġit 2013 (inkl. AB 1 u ABE 2 sa 7/2013)

CA || PA || CA || PA || CA || PA || CA || PA

1. TKABBIR SOSTENIBBLI || || || || || || || ||

1a. Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi || 15 670 000 000 || || 16 168 150 291 || 12 886 628 095 || || || 16 168 150 291 || 12 886 628 095

Marġini || || || 1 849 709 || || || || 1 849 709 ||

1b. Koeżjoni għat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi || 54 974 000 000 || || 54 958 049 037 || 56 349 544 736 || 150 000 000 || || 55 108 049 037 || 56 349 544 736

Marġini[8] || || || 15 950 963 || || || || 0 ||

Total || 70 644 000 000 || || 71 126 199 328 || 69 236 172 831 || 150 000 000 || || 71 276 199 328 || 69 236 172 831

Marġini[9] || || || 17 800 672 || || || || 1 849 709 ||

2. KONSERVAZZJONI U ĠESTJONI TAR-RIŻORSI NATURALI || || || || || || || ||

Li minnhom nefqa relatata mas-suq u pagamenti diretti || 48 574 000 000 || || 43 956 548 610 || 43 934 188 711 || || || 43 956 548 610 || 43 934 188 711

Total || 61 289 000 000 || || 60 159 241 416 || 58 095 492 961 || || || 60 159 241 416 || 58 095 492 961

Marġini || || || 1 129 758 584 || || || || 1 129 758 584 ||

3. ĊITTADINANZA, LIBERTÀ, SIGURTÀ U ĠUSTIZZJA || || || || || || || ||

3a. Libertà, Sigurtà u Ġustizzja || 1 661 000 000 || || 1 440 827 200 || 1 046 033 652 || || || 1 440 827 200 || 1 046 033 652

Marġini || || || 220 172 800 || || || || 220 172 800 ||

3b. Ċittadinanza || 746 000 000 || || 753 287 942 || 669 173 557 || || || 753 287 942 || 669 173 557

Marġini || || || 7 320 000 || || || || 7 320 000 ||

Total || 2 407 000 000 || || 2 194 115 142 || 1 715 207 209 || || || 2 194 115 142 || 1 715 207 209

Marġini[10] || || || 227 492 800 || || || || 227 492 800 ||

4. L-UE BĦALA ATTUR GLOBALI || 9 595 000 000 || || 9 583 118 711 || 6 898 914 260 || || || 9 583 118 711 || 6 898 914 260

Marġini[11] || || || 275 996 289 || || || || 275 996 289 ||

5. AMMINISTRAZZJONI || 8 492 000 000 || || 8 430 374 740 || 8 430 049 740 || || || 8 430 374 740 || 8 430 049 740

Marġini[12] || || || 147 625 260 || || || || 147 625 260 ||

6. KUMPENS || 75 000 000 || || 75 000 000 || 75 000 000 || || || 75 000 000 || 75 000 000

Marġini || || || || || || || ||

TOTAL || 152 502 000 000 || 144 285 000 000 || 151 568 049 337 || 144 450 837 001 || 150 000 000 || || 151 718 049 337 || 144 450 837 001

Marġini [13],[14],[15] || || || 1 798 673 605 || 14 770 941 || || || 1 782 722 642 || 14 770 941

[1]               ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

[2]               ĠU L 66, 8.3.2013, p. 1.

[3]               COM(2013) 183

[4]               COM(2013) 224

[5]               COM(2013) 254

[6]               COM(2013) 258

[7]               COM(2013) 518

[8]               EUR 134,0 miljun 'il fuq mil-limitu massimu huma ffinanzjati permezz tal-mobilizzazzjoni tal-Istrument tal-Flessibilità fl-2013.

[9]               Il-Fond Ewropew ta’ aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) mhuwiex inkluż fil-kalkolu tal-marġini taħt l-Intestatura 1a (EUR 500 miljun).

[10]             L-ammont tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) jiddaħħal apparti mill-intestaturi relevanti kif previst bil-FII tas-17 ta’ Mejju 2006 (ĠU C 139 tal-14.6.2006)

[11]             Il-marġini tal-2013 għall-Intestatura 4 ma jiħux inkunsiderazzjoni l-approprjazzjonijiet relatati mar-Riżerva għall-Għajnuna ta’ Emerġenza (EUR 264,1 miljun).

[12]             Għall-kalkolu tal-marġini taħt il-limitu massimu tal-Intestatura 5, tqieset in-nota (1) ta' qiegħ il-paġna fil-qafas finanzjarju 2007-2013 għal ammont ta’ EUR 86 miljun għall-kontribuzzjonijiet tal-persunal għall-iskema tal-pensjoni.

[13]             Il-marġini globali għall-impenji ma jqisx l-approprjazzjonijiet relatati mal-FEG (EUR 500 miljun), l-EAR (EUR 264,1 miljun) u l-kontribuzzjonijiet tal-persunal għall-iskema tal-pensjonijiet (EUR 86 miljun).

[14]             Il-marġini globali għall-pagamenti ma jqisx l-approprjazzjonijiet marbuta mall-EAR (EUR 80 miljun) u l-kontribuzzjonijiet tal-persunal għall-iskema tal-pensjonijiet (EUR 86 miljun).

[15]             EUR 134,0 miljun 'il fuq mil-limitu massimu huma ffinanzjati permezz tal-mobilizzazzjoni tal-Istrument tal-Flessibilità fl-2013.

Top