Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013DC0541

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL U L-QORTI TAL-AWDITURI IL-KONTIJIET FINALI GĦAT-8, ID-9 U L-10 FONDI EWROPEJ GĦALL-IŻVILUPP - SENA FINANZJARJA 2012

    /* COM/2013/0541 final */

    52013DC0541

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL U L-QORTI TAL-AWDITURI IL-KONTIJIET FINALI GĦAT-8, ID-9 U L-10 FONDI EWROPEJ GĦALL-IŻVILUPP - SENA FINANZJARJA 2012 /* /2012/0XXX */

    WERREJ

    L-IMPLIMENTAZZJONI U L-KONTABBILTÀ TAR-RIŻORSI TAL-FEŻ.. 3

    PARTI I – IL-KONTIJIET ANNWALI TAL-FEŻ: IL-FONDI ĠESTITI MILL-KUMMISSJONI EWROPEA.. 9

    1............... ID-DIKJARAZZJONIJIET FINANZJARJI TAT-8, ID-9 U L-10 FOND EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP   10

    1.1........... IT-8, ID-9 U L-10 FEŻ: KARTA TAL-BILANĊ AGGREGATA, KONT TAL-EŻITU EKONOMIKU, TABELLA TAL-FLUSS TAL-FLUS U DIKJARAZZJONI TAT-TIBDILIET FL-ASSI NETTI. 10

    1.2........... IT-8 FEŻ: IL-KARTA TAL-BILANĊ, IL-KONT TAL-EŻITU EKONOMIKU U R-RAPPORT TAL-BIDLIET FL-ASSI NETTI  14

    1.3........... ID-9 FEŻ: IL-KARTA TAL-BILANĊ, IL-KONT TAL-EŻITU EKONOMIKU U R-RAPPORT TAL-BIDLIET FL-ASSI NETTI  17

    1.4........... L-10 FEŻ: IL-KARTA TAL-BILANĊ, IL-KONT TAL-EŻITU EKONOMIKU U R-RAPPORT TAL-BIDLIET FL-ASSI NETTI  20

    1.5........... NOTI GĦAR-RAPPORTI FINANZJARJI TAT-8, ID-9 U L-10 FEŻ.. 23

    2............... RAPPORT DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI FINANZJARJA.. 45

    2.1........... L-ALLOKAZZJONIJIET. 49

    2.2........... KONTIJIET AGGREGATI. 52

    2.3........... INFORMAZZJONI OĦRA TAL-ĠESTJONI. 57

    PARTI II – IL-KONTIJIET ANNWALI TAL-FEŻ: IR-RAPPORTI FINANZJARJI TAL-FAĊILITÀ TAL-INVESTIMENT  59

    3.1 .......... Dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja fil-31 ta’ Diċembru 2012.. 61

    3.2........... DIKJARAZZJONI TAL-INTROJTU KOMPRENSIV GĦAS-SENA LI NTEMMET FIL-31 TA' DIĊEMBRU 2012   63

    3.3........... DIKJARAZZJONI TAT-TIBDILIET FIR-RIŻORSI TAL-KONTRIBUTURI GĦAS-SENA LI NTEMMET FIL-31 TA' DIĊEMBRU 2012.. 65

    3.4........... Rapport tal-flussi ta’ flus għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2012.. 67

    3.5........... NOTI GĦAR-RENDIKONT FINANZJARJU GĦALL-31 TA’ DIĊEMBRU 2012.. 69

    L-ANNESS GĦAL PARTI I – KAPITOLU 2 (RAPPORT DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI FINANZJARJA): IS-SITWAZZJONI SKONT IL-PAJJIŻ U SKONT L-ISTRUMENT. 106

    ĊERTIFIKAZZJONI TAL-KONTABILITÀ

    Il-kontijiet annwali tat-8, id-9 u l-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena 2012 tħejjew skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju tal-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp u bil-prinċipji, ir-regoli u l-metodi tal-kontabbiltà stipulati fl-anness għar-rapporti finanzjarji.

    Nirrikonoxxi r-responsabbiltà tiegħi għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet annwali tat-8, id-9 u l-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp skont l-Artikolu 125 tar-Regolament Finanzjarju tal-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp.

    Jien ksibt mingħand l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni u mill-BEI, li jiggarantixxu l-kredibbiltà tagħhom, l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-produzzjoni tal-kontijiet li juru l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp u l-implimentazzjoni baġitarja.

    Jien b'dan niċċertifika li fuq il-bażi ta’ din l-informazzjoni, u ta’ dawk il-kontrolli li jien qist meħtieġa biex niffirma l-kontijiet, għandi assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp fl-aspetti materjali kollha.

    (Iffirmata)

    Manfred Kraff

    L-Uffiċjal tal-Kontabbiltà

    L-IMPLIMENTAZZJONI U L-KONTABBILTÀ TAR-RIŻORSI TAL-FEŻ

    1.         SFOND

    L-Unjoni Ewropea għandha relazzjonijiet ta’ żvilupp kooperattiv ma’ għadd kbir ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw. L-għan ewlieni huwa li jiġi promoss l-iżvilupp ekonomiku u soċjali b’konċentrazzjoni partikolari fuq it-tnaqqis u l-ittaffar tal-faqar fuq perjodu twil ta’ żmien, billi tipprovdi lill-pajjiżi benefiċjarji bl-għajnuna għall-iżvilupp u l-assistenza teknika. Biex tikseb dan, l-Unjoni tfassal, b’mod konġunt mal-pajjiżi sħab, strateġiji ta’ kooperazzjoni u timmobilizza r-riżorsi finanzjarji biex timplimentahom. Dawn ir-riżorsi tal-Unjoni allokati għall-iżvilupp jiġu minn tliet sorsi:

    – Il-baġit tal-Unjoni Ewropea

    – Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp

    – Il-Bank Ewropew tal-Investiment

    Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) huwa l-istrument ewlieni li jipprovdi l-għajnuna tal-Unjoni għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp lill-Istati tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) u l-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej (OCT). It-Trattat ta’ Ruma tal-1957 għamel proviżjoni għall-ħolqien tiegħu bil-ħsieb li jagħti assistenza teknika u finanzjarja, inizjalment limitata għall-pajjiżi tal-Afrika li dak iż-żmien kienu għadhom kolonizzati u li magħhom xi Stati Membri kellhom rabtiet storiċi.

    Il-FEŻ mhux iffinanzjat mill-baġit tal-Unjoni Ewropea. Huwa ffinanzjat mill-Istati Membri, suġġett għar-regolament finanzjarju tiegħu stess u ġestit minn kumitat speċifiku. Il-Kummissjoni Ewropea hija responsabbli għall-implimentazzjoni finanzjarja tal-operazzjonijiet imwettqa bir-riżorsi tal-FEŻ filwaqt li l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) jamministra l-Faċilità tal-Investiment.

    Matul il-perjodu 2008-2013, l-għajnuna ġeografika mogħtija lill-Istati AKP u l-OCTs se tkompli tkun iffinanzjata primarjament mill-FEŻ. Kull FEŻ huwa normalment konkluż għal perjodu ta’ madwar ħames snin. Sa mill-konklużjoni tal-ewwel konvenzjoni tas-sħubija fl-1964, iċ-ċikli tal-ipprogrammar tal-FEŻ ġeneralment segwew iċ-ċikli tal-ftehim/konvenzjoni tas-sħubija. Kull FEŻ huwa regolat bir-Regolament Finanzjarju tiegħu stess li jimponi t-tħejjija tar-rapporti finanzjarji għal kull FEŻ individwali. Skont dan, ir-rapporti finanzjarji jitħejjew separatament għal kull FEŻ fir-rigward tal-parti li hija ġestita mill-Kummissjoni Ewropea. Dawn ir-rapporti finanzjarji jiġu ppreżentati wkoll b’mod aggregat sabiex jipprovdu ħarsa globali lejn is-sitwazzjoni finanzjarja tar-riżorsi li għalihom hija responsabbli l-Kummissjoni Ewropea.

    Fil-qafas tal-Ftehim ta’ Kotonù, ġiet stabbilita l-Faċilità tal-Investiment. Din il-Faċilità tal-Investiment hija ġestita mill-Bank Ewropew tal-Investiment u tintuża biex tappoġġa l-iżvilupp tas-settur privat fl-Istati AKP billi essenzjalment tiffinanzja – iżda mhux esklussivament – l-investimenti privati. Il-Faċilità hija mfassla bħala fond rinnovabbli, sabiex il-ħlas lura tas-self ikun jista' jiġi investit mill-ġdid f'operazzjonijiet oħra, bir-riżultat li l-Faċilità tkun tirrinova lilha nnifisha u tkun finanzjarjament indipendenti. Billi l-Faċilità tal-Investiment mhix ġestita mill-Kummissjoni Ewropea, ma tiġix ikkonsolidata fl-ewwel parti tal-kontijiet annwali – ir-rapporti finanzjarji tat-8, id-9 u l-10 FEŻ u r-rapport relatat dwar l-implimentazzjoni finanzjarja. Ir-rapporti finanzjarji tal-Faċilità tal-Investiment huma inklużi bħala parti separata tal-kontijiet annwali (il-parti 2) biex jipprovdu l-istampa sħiħa tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-FEŻ. L-10 FEŻ ikopri l-perjodu mill-2008 sal-2013 u għandu baġit ġenerali ta’ EUR 22 682 miljun. Minn dan l-ammont, EUR 21 966 miljun huma allokati lill-pajjiżi AKP, EUR 286 miljun lill-OCTs u EUR 430 miljun lill-Kummissjoni bħala nefqa ta’ appoġġ għall-ipprogrammar u għall-implimentazzjoni tal-FEŻ.[1].

    2.         KIF JIĠI FFINANZJAT IL-FEŻ?

    Il-Kunsill Ewropew tal-15 u s-16 ta’ Diċembru 2005 adotta l-perspettivi finanzjarji għall-2007-2013. F'dan il-kuntest ġie deċiż li l-kooperazzjoni ġeografika mal-Istati tal-AKP ma tiġix integrata fil-baġit tal-Unjoni Ewropea (ibbaġitizzata), iżda li tkompli tkun iffinanzjata permezz tal-FEŻ intergovernattiv eżistenti għall-perjodu 2008-2013.

    Il-baġit tal-Unjoni Ewropea huwa annwali u skont il-prinċipju baġitarju tal-annwalità, l-infiq u tal-introjtu huma ppjanati u awtorizzati għal sena waħda. Għall-kuntrarju tal-Unjoni Ewropea, il-FEŻ huwa fond li jopera fuq il-bażi tal-multiannwalità. Kull FEŻ jiġi konkluż permezz ta’ ftehim ta’ sħubija bejn l-Istati Membri li jistabbilixxi fond ġenerali biex jimplimenta l-kooperazzjoni għall-iżvilupp normalment matul perjodu ta’ ħames snin. Billi r-riżorsi jiġu allokati fuq il-bażi multiannwali, il-fondi allokati jistgħu jintużaw matul il-perjodu tal-FEŻ. In-nuqqas tal-annwalità tal-baġit huwa enfasizzat fir-rapportar baġitarju, fejn l-implimentazzjoni baġitarja ta’ kull FEŻ titkejjel kontra l-fondi totali.

    Ir-riżorsi tal-FEŻ huma l-kontribuzzjonijiet “ad hoc” mill-Istati Membri tal-UE. Bejn wieħed u ieħor, kull ħames snin, ir-rappreżentanti tal-Istati Membri jiltaqgħu fil-livell intergovernattiv biex jiddeċiedu dwar l-ammont ġenerali li se jiġi allokat lill-Fond u biex jissorveljaw l-implimentazzjoni tiegħu. Il-Kummissjoni mbagħad tamministra l-Fond skont il-politika tal-iżvilupp tal-UE li qed tipproponi u li jadotta l-Kunsill.  Billi l-Istati Membri għandhom il-politiki tagħhom stess dwar l-iżvilupp u l-għajnuna, b'mod parallel mal-politika tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw il-politiki tagħhom mal-UE biex jiżguraw li huma komplementari. Sal-2010, il-kontribuzzjonijiet ġew mitluba mill-15-il Stat Membru parteċipanti. Fl-2011, issejħu l-ewwel kontribuzzjonijiet għall-10 FEŻ, li fih se jipparteċipaw is-27 Stat Membru.

    Filwaqt li xi fondi tal-10 FEŻ twarrbu għall-ħtiġijiet imprevvisti, il-biċċa l-kbira qed jiġu pprogrammati f'oqfsa multiannwali indikattivi, l-iktar ġeografiċi iżda wkoll tematiċi, attwalment stipulati għas-snin 2008-2013. F'konformità ma' dan ġew adottati mill-Kummissjoni dokumenti ta’ strateġija tal-pajjiż, dokumenti ta’ strateġija reġjonali u dokumenti ta’ strateġija intra-AKP. L-implimentazzjoni tagħhom tiġi mmonitorjata annwalment u l-istrateġiji jiġu riveduti f'nofs it-terminu (finalizzati) u fl-aħħar tat-terminu (kontinwi). B’riżultat ta’ dawn ir-reviżjonijiet ta’ nofs it-terminu jew tal-aħħar tat-terminu, il-Kummissjoni tista’, f’isem l-Unjoni Ewropea, tirrevedi l-istrateġiji u l-allokazzjoni tar-riżorsi fid-dawl tal-ħtiġijiet kurrenti u l-prestazzjoni tal-istati AKP jew ir-reġjuni kkonċernati.

    Barra l-kontribuzzjonijiet imsemmija hawn fuq, huwa possibbli wkoll għall-Istati Membri li jidħlu f’arranġamenti ta’ kofinanzjament jew li jagħmlu kontribuzzjonijiet finanzjarji volontarji lejn il-FEŻ.

    3.       KIF INHUMA ĠESTITI U MINFUQA R-RIŻORSI TAL-FEŻ?

    3.1      Nefqa operattiva

    In-nefqa operattiva tal-FEŻ tieħu forom differenti, u dan jiddependi fuq kif jintefqu l-flus u kif jiġu ġestiti. Skont ir-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni timplimenta r-riżorsi tal-FEŻ billi tuża dawn il-metodi li ġejjin:

    Ġestjoni diċentralizzata: dawn huma l-każijiet fejn il-Kummissjoni tiddelega lill-pajjiżi terzi, bejn wieħed u ieħor sostanzjalment skont is-sitwazzjoni lokali tal-pajjiż benefiċjarju kkonċernat, ċerti kompiti għall-implimentazzjoni tal-baġit lill-pajjiżi terzi.

    Ġestjoni ċentralizzata: dan huwa fejn il-baġit jiġi implimentat jew direttament mis-servizzi tal-Kummissjoni jew indirettament fejn il-Kummissjoni tikkonferixxi l-kompiti għall-implimentazzjoni tal-baġit lill-korpi responsabbli skont il-liġi tal-Unjoni Ewropea jew il-liġi nazzjonali, bħall-aġenziji tal-Unjoni Ewropea.

    Ġestjoni konġunta ma' organizzjonijiet internazzjonali: skont dan il-metodu, il-Kummissjoni tafda ċerti xogħlijiet għall-implimentazzjoni lil xi organizzazzjoni internazzjonali.

    3.2      L-atturi finanzjarji differenti

    Ir-responsabbiltà tal-Uffiċjal tal-Awtorizzazzjoni b’delega tkopri l-proċess kollu tal-ġestjoni, mid-determinazzjoni ta’ x’għandu jitwettaq biex jinkisbu l-għanijiet tal-politika stipulati sal-ġestjoni tal-attivitajiet imnedija kemm mill-punt operattiv kif ukoll dak baġitarju, inkluż l-iffirmar tal-impenji legali, il-monitoraġġ tal-prestazzjoni, il-ħlasijiet u anki l-irkupru tal-fondi, jekk meħtieġ.

    Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea huwa l-kollegament lokali bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-AKP/OCT nazzjonali jew reġjonali fil-qasam. Huwa jaħdem f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Uffiċjali tal-Awtorizzazzjoni Nazzjonali jew Reġjonali biex jiddefinixxi l-istrateġija tal-implimentazzjoni u l-politiki settorjali, iħejji, janalizza u jirrevedi l-programmi u l-proġetti tal-FEŻ.

    L-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali fil-pajjiż riċeventi huwa uffiċjal għoli maħtur mill-gvern ta' kull Stat tal-AKP/OCT. Huwa jirrappreżenta lill-awtoritajiet tal-pajjiż tiegħu għall-attivitajiet kollha li jkunu ffinanzjati mill-fond u ġestiti mill-Kummissjoni u mill-BEI. F’ħafna mill-każi, dawn il-funzjonijiet jitwettqu minn membru tal-gvern, ġeneralment il-Ministru tal-Istat għall-Ippjanar jew tal-Finanzi. L-Uffiċjal tal-Awtorizzazzjoni Nazzjonali jwettaq l-obbligi amministrattivi, tekniċi u finanzjarji tal-ġestjoni tal-programmi u l-proġetti tal-FEŻ.

    L-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni jeżegwixxi l-ħlas u l-ordnijiet tal-irkupru mfassla mill-Uffiċjali tal-Awtorizzazzjoni u huwa responsabbli mill-ġestjoni tat-teżor, l-istipular tar-regoli u l-metodi tal-kontabbiltà, l-ivvalidar tas-sistemi tal-kontabbiltà, iż-żamma tal-kontijiet u t-tfassil tal-kontijiet annwali korrispondenti. Barra dan, l-Uffiċjal tal-Kontabbiltà huwa mitlub jiffirma l-kontijiet u jiddikjara li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja.

    3.3      L-implimentazzjoni tar-riżorsi tal-FEŻ

    Il-maġġoranza tar-riżorsi finanzjarji mogħtija lill-Istati AKP u l-OCTs mill-FEŻ huma għotjiet. Fil-bidu ta’ kull FEŻ, l-Unjoni Ewropea tinforma lill-Istati AKP u l-OCTs dwar l-allokazzjonijiet indikattivi li għandhom ikunu disponibbli għalihom matul il-perjodu tal-fond. Ir-riżorsi huma allokati fuq il-bażi tal-ħtiġijiet u kriterji ta’ prestazzjoni.

    F’livell nazzjonali, id-dokument ta’ strateġija tal-pajjiż (country strategy paper, CSP) huwa dokument imħejji mill-Istat AKP ikkonċernat u l-Kummissjoni. Jiġi finalizzat mill-konsultazzjonijiet preċedenti b’parteċipazzjoni wiesgħa tal-partijiet involuti inklużi atturi mhux Statali, awtoritajiet lokali u, fejn ikun rilevanti, il-Parlamenti tal-AKP. Is-CSP hi strument li jipprijoritizza l-attivitajiet u jibni sjieda lokali tal-programmi ta’ kooperazzjoni.

    Imbagħad jitfassal Programm Indikattiv Nazzjonali (PIN) fuq il-bażi tal-għanijiet ta’ żvilupp u l-prijoritajiet espressi fis-CSP u konsistenti magħhom. Il-PIN għandu fil-mira s-setturi u l-oqsma li se jirċievu l-għajnuna, jispjega kif l-għajnuna se tissodisfa l-għanijiet tagħha, u jagħti skeda taż-żmien għall-implimentazzjoni. Is-CSP u l-PIN huma soġġetti għal reviżjoni annwali, ta’ nofs is-sena u fl-aħħar tat-terminu tal-FEŻ u meta jkun hemm bżonn isirilhom titjib u tibdil matul il-perjodu tat-tħaddim tagħhom.

    3.4      Impenn biex jintefqu r-riżorsi tal-FEŻ

    L-ebda riżorsi tal-FEŻ ma jistgħu jintefqu dment u sakemm il-Kummissjoni u r-riċevitur maħsub tal-flus tal-FEŻ ma jidħlux f’impenn legali bil-miktub. Impenn legali bil-miktub jista’ jkun (għotja, servizz jew oħrajn) kuntratt konkluż ma’ entitajiet responsabbli skont il-liġi privata bħal NGOs jew operaturi ekonomiċi, jew jista' jikkonsisti f’arranġamenti amministrattivi u/jew finanzjarji konklużi mill-Kummissjoni ma’ entitajiet responsabbli skont il-liġi pubblika internazzjonali bħal Stati u entitajiet pubbliċi tagħhom jew organizzazzjonijiet internazzjonali, li jkollhom personalità u kapaċità ġuridika.

    Qabel ma jkun jista’ jsir impenn legali ma' parti terza, għandu jkun hemm linja tal-baġit b’fondi biżżejjed li tawtorizza l-attività in kwistjoni. Jekk tiġi ssodisfata din il-kundizzjoni, il-fondi meħtieġa għandhom jiġu riżervati fil-baġit permezz ta’ impenn baġitarju li jsir fis-sistema tal-kontabbiltà. Dan, madankollu, ma għandux effett fuq il-kontijiet ġenerali (jew ir-reġistru ġenerali) għaliex għalissa ma tkun saret l-ebda spiża. Dan jiġri għaliex is-sistema tal-kontabbiltà tal-FEŻ fiha żewġ elementi separati iżda konnessi:

    (a) il-kontijiet tal-baġit, li jipprovdu rekord dettaljat tal-implimentazzjoni tal-baġit; kif ukoll,

    (b) il-kontijiet ġenerali, użati fit-tħejjija tal-karta tal-bilanċ u tal-eżitu ekonomiku.

    Il-kontijiet tal-baġit juru l-impenji u l-ħlasijiet li saru. Huma bbażati fuq il-prinċipju tal-kontabbiltà bbażata fuq il-ħlasijiet, fejn kull partita tiġi rreġistrata biss fil-kontijiet meta l-flus jiġu kommessi, imħallsa jew riċevuti. Din it-tip ta’ kontabbiltà hija tipika tas-settur pubbliku fejn il-konċentrazzjoni dejjem kienet, storikament, ixxaqleb lejn il-baġit u l-implimentazzjoni tiegħu.

    Il-kontijiet ġenerali (ibbażati fuq il-prinċipju tal-kontabbiltà bbażata fuq id-dovuti) juru n-nefqa u l-introjtu kollu matul is-sena finanzjarja (u għalhekk l-eżitu ekonomiku) u jistabbilixxu l-pożizzjoni finanzjarja tal-FEŻ fil-forma tal-karta tal-bilanċ tal-assi u l-obbligazzjonijiet fil-31 ta’ Diċembru ta’ sena partikolari.

    3.5      Kif isir il-ħlas

    L-ebda ħlas ma jista’ jsir sakemm l-impenn baġitarju ma jkunx diġà ġie approvat mill-Uffiċjal tal-Awtorizzazzjoni.

    Il-prefinanzjament huwa l-ħlas intenzjonat li jipprovdi lill-benefiċjarju bi flus minn qabel, jiġifieri somma kontanti li jista’ juża. Jista’ jinqasam f’għadd ta’ frazzjonijiet f'perjodu definit fil-ftehim partikolari tal-prefinanzjament. Il-float jew l-avvanz jistgħu jew jintużaw għall-iskop li għalih ġew ipprovduti matul il-perjodu definit fil-ftehim jew jitħallsu lura – jekk il-benefiċjarju ma jġarrabx nefqa eliġibbli huwa għandu l-obbligu li jirritorna l-avvanz tal-prefinanzjament lill-FEŻ. Għalhekk il-prefinanzjament imħallas mhux spiża definittiva sakemm il-kundizzjonijiet kuntrattwali rilevanti ma jiġux issodisfati u għalhekk jiġi rreġistrat mal-assi fil-karta tal-bilanċ meta jsir il-ħlas inizjali. L-ammont tal-assi tal-prefinanzjament jitnaqqas (totalment jew parzjalment) bl-aċċettazzjoni tal-ispejjeż eliġibbli (li jittieħdu bħala spejjeż fil-kont tal-eżitu ekonomiku) u bl-ammonti li jitħallsu lura.           

    Fl-aħħar tas-sena, għandha ssir valutazzjoni tal-ispejjeż eliġibbli li jkunu saru mill-benefiċjarji tal-fondi tal-FEŻ iżda li jkunu għadhom ma ġewx irrappurtati. Wara dawn il-kalkoli ta' cut-off, l-ammonti eliġibbli stmati jkunu rreġistrati bħala imposti dovuti, filwaqt li l-partijiet mhux eliġibbli stmati jibqgħu miftuħa fil-kontijiet fejn “l-eliġibbiltà tkun għadha trid tiġi ċċekkjata”. Dawn l-ammonti jintwerew fl-obbligazzjonijiet kurrenti sabiex ma tingħatax stima żejda tal-assi u l-obbligazzjonijiet.

    3.6      L-irkupru tal-ħlasijiet mhux dovuti

    L-eliġibbiltà tal-ispejjeż attribwiti lill-FEŻ tiġi vverifikata fuq il-bażi tad-dokumenti ta’ prova stipulati fir-regoli applikabbli jew fil-kundizzjonijiet ta’ kull għotja. Bil-għan li tiġi ottimizzata r-relazzjoni bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji tas-sistemi tal-kontroll, il-kontrolli fuq id-dokumenti ta’ prova għat-talbiet finali għandhom tendenza li jkunu iktar dettaljati minn dawk fuq it-talbiet interim, u għalhekk jistgħu jinqabdu żbalji fil-ħlasijiet interim li jiġu kkoreġuti b’aġġustament fil-ħlas finali. Barra dan, il-Kummissjoni għandha d-dritt li tivverifika l-integrità tad-dokumenti ta’ appoġġ billi tagħmel kontrolli fil-post tar-rikorrent, matul l-implimentazzjoni tal-azzjoni ffinanzjata u/jew wara (ex post). L-iżbalji li jinstabu matul il-perjodu tal-implimentazzjoni jistgħu jiġu kkoreġuti b’aġġustament fit-talbiet sussegwenti. L-iżbalji li jinstabu ex post ikunu s-suġġett għall-ordni tal-irkupru.

    4.         IR-RAPPORTAR TAL-AĦĦAR TAS-SENA

    4.1      Kontijiet annwali

    Hija r-responsabbiltà tal-Uffiċjal tal-Kontabbiltà li jħejji l-kontijiet annwali u jiżgura li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-FEŻ.

    Il-kontijiet annwali jiġu ppreżentati kif ġej:

                Parti I: Il-fondi ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea

    – Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tat-8, id-9 u l-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp

    – Rapport dwar l-implimentazzjoni finanzjarja tat-8, id-9 u l-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp

                Parti II: Il-fondi ġestiti mill-Bank Ewropew tal-Investiment

    – Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-Faċilità tal-Investiment

    Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-Faċilità tal-Investiment huma inklużi bħala parti separata mill-kontijiet annwali sabiex jipprovdu stampa sħiħa tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-FEŻ.

    Wara verifika mill-Qorti tal-Awdituri, il-kontijiet annwali huma adottati mill-Kummissjoni sal-31 ta’ Lulju tas-sena ta’ wara u ppreżentati lill-Kunsill u lill-Parlament għall-kwittanza.

    4.2      Ir-Rapport tal-Attività Annwali

    L-Uffiċjal Awtorizzanti huwa mitlub iħejji r-Rapport tal-Attività Annwali (RAA) dwar l-attivitajiet li huma fir-responsabbiltà tiegħu. F'dan ir-RAA, l-Uffiċjal tal-Awtorizzazzjoni jirrapporta dwar ir-riżultati tal-politika u dwar l-assigurazzjoni raġonevoli li jista’ jkollu li r-riżorsi assenjati għall-attivitajiet deskritti fir-rapport tiegħu ntużaw għall-iskop intenzjonat għalihom u skont il-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, u li l-proċeduri tal-kontroll fis-seħħ jagħtu l-garanziji meħtieġa dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti.

    5.         L-AWDITJAR U L-KWITTANZA

    5.1      L-awditjar

    Il-kontijiet annwali tal-FEŻ u l-ġestjoni tar-riżorsi jiġu ssorveljati mill-awdituri esterni tiegħu, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, li tfassal rapport annwali għall-Kunsill u għall-Parlament Ewropew. Ix-xogħol ewlieni tal-Qorti huwa li twettaq l-awditu estern indipendenti tal-kontijiet annwali tal-FEŻ. Bħala parti mill-attivitajiet tagħha, il-Qorti tal-Awdituri tipproduċi:

    (1) ir-rapport annwali, bid-dettalji tal-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontijiet annwali u t-tranżazzjonijiet sottostanti;

    (2) l-opinjoni, ibbażata fuq l-awditi tagħha u mogħtija fir-rapport annwali fil-forma tad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni, dwar (i) l-kredibbiltà tal-kontijiet u (ii) l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti;

    (3) ir-rapporti speċjali li jagħtu l-konklużjonijiet tal-awditi li jkopru oqsma speċifiċi tal-ġestjoni.

    Il-Qorti tal-Awdituri hija intitolata taċċessa d-dokumenti kollha meħtieġa matul l-awditu tagħha. Il-Qorti tawditja l-oqsma kollha tal-attivitajiet tal-FEŻ, sal-eżami tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet u l-ħlasijiet individwali. Hija tawditja wkoll il-kontijiet annwali nfushom, u tirrevedi l-partiti individwali tal-karta tal-bilanċ u tal-kont tal-eżitu ekonomiku fejn meħtieġ, flimkien mal-preżentazzjoni ġenerali tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji. Għalhekk il-Qorti tista' toffri l-opinjoni tagħha mhux biss fuq iċ-ċifri ppreżentati, iżda wkoll fuq is-sistema u l-kontrolli fis-seħħ.

    5.2      Il-kwittanza

    Il-kontroll finali jkun il-kwittanza tal-implimentazzjoni finanzjarja tar-riżorsi tal-FEŻ għas-sena finanzjarja partikolari. Il-Parlament Ewropew huwa l-awtorità tal-kwittanza tal-FEŻ. Dan ifisser li wara l-awditu u l-finalizzazzjoni tal-kontijiet annwali jkun imiss lill-Kunsill li jirrakkomanda mbagħad lill-Parlament biex jiddeċiedi jekk jagħtix il-kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni finanzjarja tar-riżorsi tal-FEŻ għas-sena finanzjarja preċedenti. Din id-deċiżjoni tkun ibbażata fuq ir-reviżjoni tal-kontijiet u r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri (li jinkludi l-istqarrija uffiċjali ta’ assigurazzjoni) u t-tweġibiet tal-Kummissjoni, kif ukoll il-mistoqsijiet sussegwenti u iktar talbiet għall-informazzjoni lill-Kummissjoni.

    Il-kwittanza tirrappreżenta l-aspett politiku tal-kontroll estern tal-implimentazzjoni finanzjarja u hija d-deċiżjoni li fuqha l-Parlament Ewropew, filwaqt li jaġixxi fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill, "jirrilaxxa" lill-Kummissjoni mir-responsabbiltà tagħha għall-ġestjoni tal-implimentazzjoni finanzjarja tas-sena finanzjarja partikolari. Din il-proċedura tal-kwittanza tista’ tipproduċi wieħed minn żewġ riżultati: l-għoti jew il-posponiment tal-kwittanza. Meta jagħti r-rilaxx, il-Parlament jista' jenfasizza osservazzjonijiet li huwa jqis bħala importanti, u ta’ sikwit jirrakkomanda azzjonijiet li l-Kummissjoni għandha tieħu fil-konfront ta’ dawn il-kwistjonijiet. Il-Kummissjoni tiddikjara l-miżuri li jkunu ttieħdu f’rapport ta’ segwitu u fi pjan ta’ azzjoni li tibgħat kemm lill-Parlament kif ukoll lill-Kunsill.

    PARTI I – IL-KONTIJIET ANNWALI TAL-FEŻ: IL-FONDI ĠESTITI MILL-KUMMISSJONI EWROPEA[2]

    1.           ID-DIKJARAZZJONIJIET FINANZJARJI TAT-8, ID-9 U L-10 FOND EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP   

    1.1         IT-8, ID-9 U L-10 FEŻ: KARTA TAL-BILANĊ AGGREGATA, KONT TAL-EŻITU EKONOMIKU, TABELLA TAL-FLUSS TAL-FLUS U DIKJARAZZJONI TAT-TIBDILIET FL-ASSI NETTI

    IL-KARTA TAL-BILANĊ AGGREGATA tat-8, id-9 u l-10 FEŻ      

    || || || || EUR miljuni

    || Nota || 31.12.2012 || 31.12.2011

    || ASSI MHUX KURRENTI || || ||

    || Prefinanzjament || 2.1 || 438 || 380

    || || || ||

    || ASSI KURRENTI || || ||

    || Prefinanzjament || 2.2 || 1 334 || 1 175

    || Riċevibbli || 2.3 || 70 || 111

    || Flus kontanti u l-ekwivalenti || 2.5 || 690 || 1 224

    ||   || || ||

    || ASSI TOTALI || || 2 532 || 2 891

    || || || ||

    || OBBLIGAZZJONIJIET MHUX KURRENTI: || || ||

    || Pagabbli || 2.6 || (40) || -

    || || || ||

    || OBBLIGAZZJONIJIET KURRENTI || || ||

    || Pagabbli || 2.7 || (1 057) || (1 033)

    || || || ||

    || OBBLIGAZZJONIJIET TOTALI || || (1 097) || (1 033)

    || || || ||

    || ASSI NETTI || || 1 435 || 1 858

    || || || ||

    || FONDI U RIŻERVI || || ||

    || Kapital tal-fond mitlub || 2.8 || 29 579 || 26 979

    || Riżervi oħra || 2.9 || 2 252 || 2 252

    || Riżultat ekonomiku li ġej mis-snin ta’ qabel || || (27 374) || (24 674)

    || Riżultat ekonomiku għas-sena || || (3 023) || (2 700)

    || ASSI NETTI || || 1 435 || 1 858

    IL-KONT TAL-EŻITU EKONOMIKU AGGREGAT TAT-8, ID-9 u L-10 FEŻ

    || || EUR miljuni

    || Nota || 2012 || 2011

    || || ||

    INTROJTU OPERATTIV || 3.1 || 124 || 99

    || || ||

    SPEJJEŻ OPERATTIVI || || ||

    Spejjeż operattivi || 3.2 || (3 017) || (2 702)

    Spejjeż amministrattivi || 3.3 || (107) || (75)

    || || ||

    BILANĊ FAVOREVOLI (DEFIĊIT) MILL-ATTIVITAJIET TAL-OPERAT || || (3 001) || (2 679)

    || || ||

    Introjtu finanzjarju || 3.4 || (22) || (20)

    BILANĊ FAVOREVOLI (DEFIĊIT) MILL-ATTIVITAJIET FINANZJARJI || || (22) || (21)

    || || ||

    IR-RIŻULTAT EKONOMIKU GĦAS-SENA || || (3 023) || (2 700)

    FLUSS TAL-FLUS AGGREGAT TAT-8, ID-9 U L-10 FEŻ   

    || || EUR miljuni

    || Nota || 2012 || 2011

    || || ||

    Riżultat ekonomiku għas-sena || || (3 023) || (2 700)

    || || ||

    ATTIVITAJIET OPERATTIVI || 4.2 || ||

    Kontribuzzjonijiet ordinarji mill-Istati Membri || || 2 606 || 3 238

    Kontribuzzjonijiet tal-kofinanzjament || || 19 || 7

    Prefinanzjament għall-perjodu qasir ta’ żmien || || 4 || 6

    || || ||

    (Żieda)/tnaqqis fi prefinanzjament mhux kurrenti || || (58) || (28)

    (Żieda)/tnaqqis fi prefinanzjament kurrenti || || (159) || (79)

    (Żieda)/tnaqqis f'riċevibbli kurrenti[3] || || 31 || 14

    Żieda/(tnaqqis) f’obbligazzjonijiet mhux kurrenti || || 40 || -

    Żieda/(tnaqqis) f’obbligazzjonijiet kurrenti[4] || || 6 || (42)

    || || ||

    FLUSS TA' FLUS NETT || || (534) || 417

    || || ||

    ŻIEDA/(TNAQQIS) NETT F'KONTANTI U EKWIVALENTI || || (534) || 417

    Kontanti u ekwivalenti fil-bidu tas-sena || 2.5 || 1 224 || 808

    Riżultat ekonomiku li ġej mis-snin ta’ qabel || 2.5 || 690 || 1 224

    DIKJARAZZJONI AGGREGATA TA' TIBDILIET FL-ASSI NETTI TAT-8, ID-9 U L-10 FEŻ          

    || || || || || || || EUR miljuni

    || Kapital tal-Fond (a) || Fondi mhux mitluba (b) || Kapital tal-fond mitlub (c)=(a)-(b) || Riżervi kumulattivi (d) || Riżervi oħra (e) || Assi Netti Totali (c)+(d)+(e)

    BILANĊ SAL-31 TA’ DIĊEMBRU 2010 || 45 691 || 21 812 || 23 879 || (24 674) || 2 252 || 1 458

    Żieda kapitali – kontribuzzjonijiet ordinarji || - || (3 100) || 3 100 || - || - || 3 100

     Riżultat ekonomiku għas-sena || - || - || - || (2 700) || - || (2 700)

     BILANĊ SAL-31 TA’ DIĊEMBRU 2011 || 45 691 || 18 712 || 26 979 || (27 374) || 2 252 || 1 858

     Żieda kapitali – kontribuzzjonijiet ordinarji || - || (2 600) || 2 600 || - || - || 2 600

    Riżultat ekonomiku għas-sena || - || - || - || (3 023) || - || (3 023)

     BILANĊ SAL-31 TA’ DIĊEMBRU 2012 || 45 691 || 16 112 || 29 579 || (30 396) || 2 252 || 1 435

    1.2         IT-8 FEŻ: IL-KARTA TAL-BILANĊ, IL-KONT TAL-EŻITU EKONOMIKU U R-RAPPORT TAL-BIDLIET FL-ASSI NETTI

    IL-KARTA TAL-BILANĊ TAT-8 FEŻ

    || || || || EUR miljuni

    || Nota || 31.12.2012 || 31.12.2011

    || ASSI KURRENTI || || ||

    || Prefinanzjament || 2.2 || 38 || 70

    || Riċevibbli || 2.3 || 1 || 4

    || Kontijiet tal-kollegament || 2.4 || 345 || 387

    || || || ||

    || ASSI TOTALI || || 384 || 461

    || || || ||

    || OBBLIGAZZJONIJIET KURRENTI || || ||

    || Pagabbli || 2.7 || (22) || (29)

    || || || ||

    || OBBLIGAZZJONIJIET TOTALI || || (22) || (29)

    || || || ||

    || ASSI NETTI || || 361 || 432

    || || || ||

    || FONDI U RIŻERVI || || ||

    || Kapital tal-fond mitlub || 2.8 || 12 840 || 12 840

    || Riżervi oħra || 2.9 || (2 354) || (2 276)

    || Riżultat ekonomiku li ġej mis-snin ta’ qabel || || (10 132) || (10 042)

    || Riżultat ekonomiku għas-sena || || 7 || (90)

    || ASSI NETTI || || 361 || 432

    IL-KONT TAL-EŻITU EKONOMIKU TAT-8 FEŻ       

    || || EUR miljuni

    || Nota || 2012 || 2011

    || || ||

    INTROJTU OPERATTIV || 3.1 || 58 || 40

    || || ||

    SPEJJEŻ OPERATTIVI || 3.2 || (49) || (128)

    || || ||

    || || ||

    BILANĊ FAVOREVOLI (DEFIĊIT) MILL-ATTIVITAJIET TAL-OPERAT || || 9 || (88)

    || || ||

    Introjtu finanzjarju || 3.4 || (2) || (1)

    BILANĊ FAVOREVOLI (DEFIĊIT) MILL-ATTIVITAJIET FINANZJARJI || || (2) || (2)

    || || ||

    IR-RIŻULTAT EKONOMIKU GĦAS-SENA || || 7 || (90)

    DIKJARAZZJONI TAL-BIDLIET FL-ASSI NETTI GĦAT-8 FEŻ

    BILANĊ SAL-31 TA’ DIĊEMBRU 2010 || 12 840 || - || 12 840 || (10 042) || (2 237) || 560

    Żieda kapitali – kontribuzzjonijiet ordinarji || - || - || - || - || - || -

    Trasferimenti lejn/mill-10 FEŻ || - || - || - || - || (38) || (38)

    Riżultat ekonomiku għas-sena || - || - || - || (90) || - || (90)

    BILANĊ SAL-31 TA’ DIĊEMBRU 2011 || 12 840 || - || 12 840 || (10 132) || (2 276) || 432

    Trasferimenti lejn/mill-10 FEŻ || - || - || - || - || (78) || (78)

    Riżultat ekonomiku għas-sena || - || - || - || 7 || - || 7

    BILANĊ SAL-31 TA’ DIĊEMBRU 2012 || 12 840 || - || 12 840 || (10 125) || (2 354) || 361

    1.3         ID-9 FEŻ: IL-KARTA TAL-BILANĊ, IL-KONT TAL-EŻITU EKONOMIKU U R-RAPPORT TAL-BIDLIET FL-ASSI NETTI

    IL-KARTA TAL-BILANĊ TAD-9 FEŻ

    || || || || EUR miljuni

    || Nota || 31.12.2012 || 31.12.2011

    || ASSI MHUX KURRENTI || || ||

    || Prefinanzjament || 2.1 || 119 || 191

    || || || ||

    || ASSI KURRENTI || || ||

    || Prefinanzjament || 2.2 || 447 || 569

    || Riċevibbli || 2.3 || 58 || 87

    || Kontijiet tal-kollegament || 2.4 || 1 919 || 2 557

    || Flus kontanti u l-ekwivalenti || 2.5 || - || 6

    ||   || || ||

    || ASSI TOTALI || || 2 543 || 3 410

    || || || ||

    || OBBLIGAZZJONIJIET KURRENTI || || ||

    || Pagabbli || 2.7 || (375) || (315)

    || || || ||

    || OBBLIGAZZJONIJIET TOTALI || || (375) || (315)

    || || || ||

    || ASSI NETTI || || 2 168 || 3 096

    || || || ||

    || FONDI U RIŻERVI || || ||

    || Kapital tal-fond mitlub || 2.8 || 11 699 || 11 699

    || Riżervi oħra || 2.9 || 4 126 || 4 227

    || Riżultat ekonomiku li ġej mis-snin ta’ qabel || || (12 830) || (11 932)

    || Riżultat ekonomiku għas-sena || || (827) || (898)

    || ASSI NETTI || || 2 168 || 3 096

    IL-KONT TAL-EŻITU EKONOMIKU TAD-9 FEŻ

    || || EUR miljuni

    || Nota || 2012 || 2011

    || || ||

    INTROJTU OPERATTIV || 3.1 || 49 || 49

    || || ||

    SPEJJEŻ OPERATTIVI || || ||

    Spejjeż operattivi || 3.2 || (856) || (924)

    Spejjeż amministrattivi || 3.3 || (1) || (3)

    || || ||

    || || ||

    BILANĊ FAVOREVOLI (DEFIĊIT) MILL-ATTIVITAJIET TAL-OPERAT || || (809) || (879)

    || || ||

    Introjtu finanzjarju || 3.4 || (18) || (19)

    BILANĊ FAVOREVOLI (DEFIĊIT) MILL-ATTIVITAJIET FINANZJARJI || || (18) || (19)

    || || ||

    IR-RIŻULTAT EKONOMIKU GĦAS-SENA || || (827) || (898)

    IR-RAPPORT TAL-BIDLIET FL-ASSI NETTI TAD-9 FEŻ

    BILANĊ SAL-31 TA’ DIĊEMBRU 2010 || 11 699 || 660 || 11 039 || (11 932) ||   4 157 || 3 263

    Żieda kapitali – kontribuzzjonijiet ordinarji || - || (660) || 660 || - || - || 660

    Trasferimenti lejn/mill-10 FEŻ || - || - || - || - || 70 || 70

    Riżultat ekonomiku għas-sena || - || - || - || (898) || - || (898)

    BILANĊ SAL-31 TA’ DIĊEMBRU 2011 || 11 699 || - || 11 699 || (12 830) || 4 227 || 3 096

    Trasferimenti lejn/mill-10 FEŻ || - || - || - || - || (100) || (100)

    Riżultat ekonomiku għas-sena || - || - || - || (827) || - || (827)

    BILANĊ SAL-31 TA’ DIĊEMBRU 2012 || 11 699 || - || 11 699 || (13 657) || 4 126 || 2 168

    1.4         L-10 FEŻ: IL-KARTA TAL-BILANĊ, IL-KONT TAL-EŻITU EKONOMIKU U R-RAPPORT TAL-BIDLIET FL-ASSI NETTI

    Il-KARTA TAL-BILANĊ TAL-10 FEŻ

    || || || || EUR miljuni

    || Nota || 31.12.2012 || 31.12.2011

    || ASSI MHUX KURRENTI || || ||

    || Prefinanzjament || 2.1 || 319 || 189

    || || || ||

    || ASSI KURRENTI || || ||

    || Prefinanzjament || 2.2 || 849 || 536

    || Riċevibbli || 2.3 || 11 || 20

    || Flus kontanti u l-ekwivalenti || 2.5 || 690 || 1 218

    ||   || || ||

    || ASSI TOTALI || || 1 869 || 1 963

    || Pagabbli || 2.7 || (660) || (689)

    || Kontijiet tal-kollegament || 2.4 || (2 264) || (2 944)

    || || || ||

    || OBBLIGAZZJONIJIET TOTALI || || (2 963) || (3 633)

    || || || ||

    || ASSI NETTI || || (1 095) || (1 670)

    || || || ||

    || FONDI U RIŻERVI || || ||

    || Kapital tal-fond mitlub || 2.8 || 5 040 || 2 440

    || Riżervi oħra || 2.9 || 479 || 301

    || Riżultat ekonomiku li ġej mis-snin ta’ qabel || || (4 411) || (2 699)

    || Riżultat ekonomiku għas-sena || || (2 203) || (1 712)

    || ASSI NETTI || || (1 095) || (1 670)

    IL-KONT TAL-EŻITU EKONOMIKU TAL-10 FEŻ

    || || EUR miljuni

    || Nota || 2012 || 2011

    || || ||

    INTROJTU OPERATTIV || 3.1 || 18 || 10

    || || ||

    SPEJJEŻ OPERATTIVI || || ||

    Spejjeż operattivi || 3.2 || (2 112) || (1 650)

    Spejjeż amministrattivi || 3.3 || (106) || (72)

    || || ||

    || || ||

    BILANĊ FAVOREVOLI (DEFIĊIT) MILL-ATTIVITAJIET TAL-OPERAT || || (2 201) || (1 712)

    || || ||

    Introjtu finanzjarju || 3.4 || (2) || 0

    BILANĊ FAVOREVOLI (DEFIĊIT) MILL-ATTIVITAJIET FINANZJARJI || || (2) || (1)

    || || ||

    IR-RIŻULTAT EKONOMIKU GĦAS-SENA || || (2 203) || (1 712)

    IR-RAPPORT TAL-BIDLIET FL-ASSI NETTI TAL-10 FEŻ

    BILANĊ SAL-31 TA’ DIĊEMBRU 2010 || 21 152 || 21 152 || - || (2 699) || 333 || (2 366)

    Żieda kapitali – kontribuzzjonijiet ordinarji || - || (2 440) || 2 440 || - || - || 2 440

    Trasferimenti mit-8 u mid-9 FEŻ || - || - || - || - || (32) || (32)

    Riżultat ekonomiku għas-sena || - || - || - || (1 712) || - || (1 712)

    BILANĊ SAL-31 TA’ DIĊEMBRU 2011 || 21 152 || 18 712 || 2 440 || (4 411) || 301 || (1 670)

    Trasferimenti minn/lejn it-8 u d-9 FEŻ || - || - || - || - || 178 || 178

     Riżultat ekonomiku għas-sena || - || - || - || (2 203) || - || (2 203)

    BILANĊ SAL-31 TA’ DIĊEMBRU 2012 || 21 152 || 16 112 || 5 040 || (6 614) || 479 || (1 095)

    1.5         NOTI GĦAR-RAPPORTI FINANZJARJI TAT-8, ID-9 U L-10 FEŻ           

    1.         POLITIKI TAL-KONTABBILTÀ SINIFIKANTI

    1.1.     ID-DISPOŻIZZJONIJIET LEGALI U R-REGOLAMENT FINANZJARJU

    Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tfasslu f'konformità mar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 FEŻ. F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 121 ta’ dan ir-regolament, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji jitħejjew b'rispett lejn il-prinċipji tal-kontabbiltà bbażata fuq id-dovuti.

    Dawn id-dikjarazzjonijiet finanzjarji ġew abbozzati f'konformità mar-regoli u l-metodi tal-kontabbiltà tal-FEŻ imfassla fuq il-bażi tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) jew b'mod awtomatiku, l-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRS) kif maħruġa rispettivament mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSASB) u l-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IASB). Ir-regoli tal-kontabbiltà adottati mill-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-FEŻ ġew applikati fir-rigward tal-parti tar-riżorsi tal-FEŻ li l-ġestjoni finanzjarja tagħha hija fir-r-responsabbiltà tal-Kummissjoni Ewropea.

    L-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-FEŻ għandu jibgħat il-kontijiet provviżorji lill-Qorti tal-Awdituri għall-awditu sal-31 ta’ Marzu tas-sena segwenti. Il-Qorti tal-Awdituri min-naħa tagħha għandha tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontijiet tal-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju (l-Artikolu 125). Fuq il-bażi ta’ dawn l-osservazzjonijiet, il-Kummissjoni tapprova l-kontijiet finali sal-31 ta’ Lulju u tibgħathom lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri. Il-kontijiet jiġu mbagħad ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali sal-15 ta’ Novembru, flimkien mal-istqarrija ta’ assigurazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Awdituri fir-rigward tal-parti tar-riżorsi tal-FEŻ li għaliha l-Kummissjoni hija responsabbli mill-ġestjoni finanzjarja.

    1.2.     IL-PRINĊIPJI TAL-KONTABBILTÀ

    L-għan tar-rapporti finanzjarji huwa li jipprovdu informazzjoni dwar il-pożizzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni u l-fluss tal-flus ta’ entità li hija utli għal firxa wiesgħa ta’ utenti. Għal entità fis-settur pubbliku bħall-FEŻ, l-għanijiet huma iktar speċifikament li jipprovdu informazzjoni utli għat-teħid tad-deċiżjonijiet, u li juru r-responsabbiltà tal-entità għar-riżorsi afdati lilha.

    Jekk għandhom jippreżentaw stampa vera u ġusta, ir-rapporti finanzjarji għandhom mhux biss jipprovdu l-informazzjoni rilevanti biex jiddeskrivu n-natura u l-firxa tal-attivitajiet tal-organizzazzjoni, jispjegaw kif inhi ffinanzjata u jipprovdu l-informazzjoni definittiva dwar l-operat tagħha, iżda jagħmlu dan b’mod ċar u komprensibbli li jippermetti t-tqabbil bejn is-snin finanzjarji. Id-dokument preżenti ġie mfassal fid-dawl ta' dawn l-għanijiet.

    Is-sistema tal-kontabbiltà tal-FEŻ fiha kontijiet ġenerali u kontijiet tal-baġit. Il-kontijiet tal-baġit jagħtu stampa dettaljata tal-implimentazzjoni tal-baġit. Huma bbażati fuq il-prinċipju tal-kontabbiltà bbażata fuq il-ħlasijiet. Il-kontijiet ġenerali jippermettu li jitħejjew id-dikjarazzjonijiet finanzjarji minħabba li juru l-ispejjeż kollha u l-introjtu kollu għas-sena finanzjarja msejsa fuq ir-regoli tal-kontabbiltà bbażata fuq id-dovuti u huma mfassla biex jistabbilixxu l-pożizzjoni finanzjarja fil-forma tal-karta tal-bilanċ fil-31 ta’ Diċembru.

    L-Artikolu 120 tar-Regolament Finanzjarju tal-10 FEŻ jistabbilixxi l-prinċipji tal-kontabbiltà li għandhom jiġu applikati fit-tfassil tar-rapporti finanzjarji:

    – fuq il-bażi ta' entità attiva;

    – il-prudenza;

    – il-metodi konsistenti ta' kontabbiltà;

    – il-komparabbiltà tal-informazzjoni;

    – il-materjalità;

    – in-nuqqas ta' tpaċija;

    – ir-realtà fuq l-apparenza;

    – il-kontabbiltà bbażata fuq id-dovuti.

    1.3.     IL-BAŻI TAT-TĦEJJIJA

    1.3.1.  Il-valuta funzjonali u tar-rapportar

    Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji huma ppreżentati f'miljuni ta’ euro, minħabba li l-euro hija l-munita operattiva u tar-rapportar tal-FEŻ.

    1.3.2.  Il-valuta u l-bażi għall-konverżjoni

    It-tranżazzjonijiet f'muniti barranin huma kkonvertiti f'euro bir-rati tal-kambju prevalenti fid-dati tat-tranżazzjonijiet. Il-qligħ u t-telf fuq il-valuta barranija li jirriżultaw mis-saldu tat-tranżazzjonijiet f’valuta barranija u mit-traduzzjoni bir-rati tal-kambju tal-aħħar tas-sena tal-assi u l-obbligazzjonijiet monetarji ddenominati f’valuti barranin huma rikonoxxuti fil-kont tal-eżitu ekonomiku.

    Il-bilanċi tal-aħħar tas-sena tal-assi u l-obbligazzjonijiet monetarji ddenominati f’valuti barranin jiġu kkonvertiti f’euro fuq il-bażi ta’ dawn ir-rati tal-kambju ta’ hawn taħt applikabbli fil-31 ta’ Diċembru:   

    Munita || 31.12.2012 || 31.12.2011 || Munita || 31.12.2012 || 31.12.2011

    XOF || 655,957 || 655,957 || KES || 113,460 || 109,362

    XAF || 655,957 || 655,957 || BIF || 2037,95 || 1780,23

    NGN || 206,074 || 204,185 || SLL || 5709,56 || 5663,54

    PGK || 2,76702 || 2,81057 || TZS || 2077,48 || 2058,31

    HTG || 56,2987 || 53,2461 || UGX || 3508,51 || 3181,89

    GNF || 9250,40 || 9155,86 || MGA || 2981,70 || 2870,88

    MWK || 439,917 || 213,286 || SZL || 11,1727 || 10,4830

    1.3.3.  L-użu tal-estimi

    Skont l-IPSAS u l-prinċipji tal-kontabbiltà aċċettati ġeneralment, ir-rapporti finanzjarji neċessarjament jinkludu l-ammonti bbażati fuq l-estimi u l-ipoteżijiet tal-ġestjoni bbażati fuq l-iktar informazzjoni kredibbli disponibbli. L-estimi sinifikanti jinkludu, iżda mhumiex limitati, għall-ammonti tal-provvedimenti, it-telf minħabba l-indeboliment fuq il-kontijiet riċevibbli u l-ispejjeż dovuti. Ir-riżultati attwali jistgħu jvarjaw minn dawk l-estimi. Il-bidliet fl-estimi huma riflessi fil-perjodu li fih isiru magħrufa.

    1.4.     IL-KARTA TAL-BILANĊ

    1.4.1   Ammonti tal-prefinanzjament

    Il-prefinanzjament huwa l-ħlas intenzjonat li jipprovdi lill-benefiċjarju bi flus minn qabel, jiġifieri float. Jista’ jinqasam f’għadd ta’ ħlasijiet fuq perjodu definit fil-ftehim partikolari tal-prefinanzjament. Il-float hi mħallsa lura jew użata għall-finijiet li għalihom ingħatat matul il-perjodu definit fil-ftehim. Jekk il-benefiċjarju ma jġarrabx nefqa eliġibbli huwa għandu l-obbligu li jirritorna l-avvanz tal-prefinanzjament lill-FEŻ. L-ammont tal-prefinanzjament jitnaqqas (totalment jew parzjalment) bl-aċċettazzjoni tal-ispejjeż eliġibbli u bl-ammonti li jingħataw lura.

    Fl-aħħar tas-sena, l-ammonti tal-prefinanzjament pendenti jiġu vvalutati skont l-ammont(i) oriġinali mħallas mingħajr: l-ammonti li jingħataw lura, l-ammonti eliġibbli aċċettati, l-istima tal-ammonti eliġibbli li għadhom mhux aċċettati sal-aħħar tas-sena u t-tnaqqis fil-valur.

    L-imgħax fuq il-prefinanzjament jiġi rikonoxxut meta jsir dovut skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehim rilevanti. Stima tal-introjtu mill-imgħaxijiet dovuti, fuq il-bażi tal-aktar informazzjoni kredibbli, issir fl-aħħar tas-sena.

    1.4.2   Riċevibbli

    Ir-riċevibbli jiġu kontabilizzati bl-ammont oriġinali bit-tnaqqis minħabba l-indeboliment imnaqqas minnhom. It-tniżżil fil-valur minħabba indeboliment ta’ riċevibbli jiġi stabbilit meta jkun hemm evidenza oġġettiva li l-ammont kollu pendenti ma jistax jinġabar skont it-termini oriġinali tar-riċevibbli. L-ammont tat-tnaqqis huwa d-differenza bejn l-ammont tal-assi riportati u l-ammont rekuperabbli, li huwa l-valur preżenti tal-fluss tal-flus mistennija fil-ġejjieni, imnaqqsa bir-rata tal-imgħax tas-suq fuq self simili. Huwa rikonoxxut ukoll tniżżil ġenerali fil-valur għal ordnijiet pendenti ta’ rkupru li ma jkunux diġà soġġetti għal tniżżil speċifiku tal-valur. Dan it-tniżżil ġenerali fil-valur huwa bbażat fuq rati ta’ telf storiku. L-ammont tat-tniżżil fil-valur jiġi rikonoxxut fil-kont tal-eżitu ekonomiku.

    1.4.3   Flus kontanti u l-ekwivalenti

    Il-flus kontanti u l-ekwivalenti huma strumenti finanzjarji u huma definiti bħala assi għal perjodu qasir. Dawn jinkludu l-kontanti, id-depożiti miżmuma mal-banek u investimenti ferm likwidi oħra għall-perjodu qasir ta’ żmien bil-maturitajiet oriġinali ta’ tliet xhur jew inqas.

    1.4.4   Pagabbli

    Parti sinifikattiva mill-ammonti pagabbli tal-FEŻ mhumiex marbuta max-xiri ta’ oġġetti jew servizzi – iżda minflok huma pretensjonijiet ta’ spejjeż minn benefiċjarji ta’ għotjiet jew ta’ finanzjamenti oħrajn li għadhom ma tħallsux. Jiġu rreġistrati bħala ammonti pagabbli għall-ammont mitlub meta tiġi riċevuta t-talba għall-ispejjeż u, wara l-verifika, jiġu aċċettati bħala eliġibbli mill-aġenti finanzjarji rilevanti. F’dan l-istadju jiġu vvalutati bl-ammont aċċettat u eliġibbli.

    L-ammonti pagabbli li jirriżultaw mix-xiri tal-prodotti jew is-servizzi jiġu rikonoxxuti meta tiġi riċevuta l-fattura għall-ammont oriġinali u l-ispejjeż korrispondenti jiddaħħlu fil-kotba meta l-provvisti jew is-servizzi jitwasslu u jiġu aċċettati.

    1.4.5   Provvedimenti

    Il-provvedimenti jiġu rikonoxxuti meta l-FEŻ ikollu obbligazzjoni preżenti legali jew kostruttiva lejn partijiet terzi b'riżultat ta’ avvenimenti li għaddew; aktarx iva milli le jkun meħtieġ il-ħruġ ta’ riżorsi biex titħallas l-obbligazzjoni, u l-ammont jista’ jiġi stmat b’mod kredibbli. L-ammont tal-provvediment huwa l-aqwa stima tal-ispejjeż mistennija li jkunu meħtieġa biex titħallas l-obbligazzjoni preżenti fid-data tar-rapportar.

    1.4.6   Introjtu u imposti dovuti u differiti

    Element kritiku fil-kontabbiltà bbażata fuq id-dovuti huwa l-eżerċizzju li jiġi żgurat li t-tranżazzjonijiet huma rreġistrati fis-sena finanzjarja li jirrelataw għaliha. Dan l-eżerċizzju jissejjaħ l-eżerċizzju tal-cut-off. B’mod partikolari, għandha ssir valutazzjoni tal-ispejjeż eliġibbli li jsiru mill-benefiċjarji tal-fondi tal-FEŻ iżda li għadhom mhumiex irrappurtati lill-FEŻ (spejjeż dovuti). Bil-maqlub, xi ħlasijiet li jkunu saru matul is-sena kurrenti jirrelataw ma’ perjodi sussegwenti (spejjeż differiti) u dawn għandhom jiġu identifikati u inklużi fil-perjodu(i) sussegwenti.

    Skont ir-regoli tal-kontabbiltà tal-FEŻ, it-tranżazzjonijiet u l-avvenimenti jiġu rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji tal-perjodu li jirrelataw għalih. Fl-aħħar tal-perjodu finanzjarju, l-ispejjeż dovuti jiġu rikonoxxuti fuq il-bażi tal-ammont stmat tal-obbligazzjoni tat-trasferiment għall-perjodu. Il-kalkolu tal-ispejjeż dovuti jsir skont il-linji gwida operattivi u prattiċi dettaljati maħruġa mill-Kummissjoni li għandhom l-għan li jiżguraw li r-rapporti finanzjarji jirriflettu stampa vera u ġusta.

    L-introjtu wkoll jiġi rikonoxxut fil-perjodu li għalih jirrelata. Fl-aħħar tas-sena, jekk xi fattura tkun għadha ma ħarġitx iżda s-servizz ikun ingħata, il-provvisti ġew mogħtija mill-FEŻ jew jeżisti ftehim kontrattwali (jiġifieri b’referenza għal trattat), l-introjtu dovut jiġi rikonoxxut fir-rapporti finanzjarji.

    Barra dan, fl-aħħar tas-sena, jekk tinħareġ fattura iżda s-servizzi jkunu għadhom ma ngħatawx jew il-prodotti fornuti jkunu għadhom ma twasslux, l-introjtu jiġi differit u rikonoxxut fil-perjodu kontabilistiku sussegwenti.

    1.5.     IL-KONT TAL-EŻITU EKONOMIKU

    1,5.1   L-introjtu

    Ma hemm ebda introjtu bbaġitjat għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, il-kontribuzzjonijiet ordinarji mill-Istati Membri jiġu trattati bħala kapital tal-fond. L-introjtu jinkludi l-irkupru tal-ispejjeż u l-introjtu mill-imgħax.

    L-irkupru tal-ispejjeż

    Għall-operat li jwassal għal rimbors ta’ nfiq imħallas qabel mill-FEŻ lill-benefiċjarju finali jew il-pajjiż terz, l-ordnijiet tal-irkupru u t-tnaqqis minn ħlasijiet sussegwenti jiġu stabbiliti u rikonoxxuti kif ġej:

    – Irkupru tal-ispejjeż: l-ordni tal-irkupru maħruġa tirriżulta f’riċevibbli bl-entrata korrispondenti jkun l-introjtu fil-kont tal-eżitu ekonomiku għal dik is-sena; jew,

    – Irkupru ta' ammonti tal-prefinanzjament: f'dan il-każ l-ammont jiġi inkluż taħt l-intestatura tal-prefinanzjament fuq il-karta tal-bilanċ.

    L-introjtu mill-imgħax

    L-introjtu mill-imgħax jiġi rikonoxxut fil-kont tal-eżitu ekonomiku bl-użu tal-metodu tal-imgħax effettiv. L-introjtu mill-imgħax jinkludi l-imgħax riċevut jew riċevibbli fuq il-bilanċi tal-kontanti u d-depożiti li jistgħu jintalbu miżmuma mal-banek kummerċjali u fuq il-ħlas tard tal-intitolamenti lill-FEŻ. L-introjtu mill-imgħax huwa rikonoxxut hekk kif isir dovut.

    1.5.2   Spiża

    L-ispejjeż tal-kambju li jirriżultaw mix-xiri tal-prodotti u s-servizzi jiġu rikonoxxuti meta l-provvisti jiġu kkunsinjati u aċċettati. Huma jiġu vvalutati skont il-ispiża oriġinali tal-fattura.

    L-ispejjeż mhux tal-kambju jirrappreżentaw il-maġġoranza tan-nefqa tal-FEŻ. Dawn jirrelataw għat-trasferimenti lill-benefiċjarji u jistgħu jkunu ta’ tliet tipi: intitolamenti, trasferimenti bi ftehim u għotjiet diskrezzjonali, jew kontribuzzjonijiet u donazzjonijiet.

    It-trasferimenti jiġu rikonoxxuti bħala spejjeż fil-perjodu li matulu jkunu seħħu l-avvenimenti li jwasslu għat-trasferiment, sakemm in-natura tat-trasferiment hija permessa mir-regolament (ir-Regolament Finanzjarju jew ieħor) jew ġie ffirmat kuntratt li jawtorizza t-trasferiment; kull kriterji tal-eliġibbiltà ġew issodisfati mill-benefiċjarju; u tista’ ssir stima raġonevoli tal-ammont.

    Meta tiġi riċevuta kwalunkwe talba għall-ħlas jew pretensjoni tal-kosti u tissodisfa l-kriterji ta’ rikonoxximent, hija tiġi rikonoxxuta bħala spiża għall-ammont eliġibbli. Fl-aħħar tas-sena, l-ispejjeż eliġibbli li jkunu saru li diġà jkunu dovuti lill-benefiċjarji iżda li jkunu għadhom ma ġewx irrappurtati jiġu stmati u rreġistrati bħala spejjeż dovuti.

    L-ispiża tal-imgħax

    L-ispiża tal-imgħax tiġi rikonoxxuta fil-kont tal-eżitu ekonomiku bl-użu tal-metodu tal-imgħax effettiv. L-ispiża tal-imgħax tinkludi l-imgħax imħallas jew li jrid jitħallas u tiġi rikonoxxuta hekk kif issir dovuta.

    1.6.     L-ASSI U L-OBBLIGAZZJONIJIET KONTINĠENTI

    1.6.1   L-assi kontinġenti

    Ass kontinġenti huwa assi possibbli li jirriżulta minn avvenimenti tal-imgħoddi u li l-eżistenza tiegħu tiġi kkonfermata biss bl-okkorrenza jew bin-nuqqas ta’ okkorrenza ta’ avveniment wieħed jew aktar fil-futur li huma inċerti u li mhumiex fil-kontroll tal-FEŻ. L-assi kontinġenti jiġu żvelati meta l-introjtu tal-benefiċċji ekonomiċi jew il-potenzjal tas-servizz ikun probabbli.

    L-assi kontinġenti jiġu evalwati fid-data ta’ kull karta tal-bilanċ biex jiġi żgurat li l-iżviluppi jiġu riflessi kif xieraq fir-rapporti finanzjarji. Meta jkun virtwalment ċert li l-fluss tal-benefiċċji ekonomiċi jew il-potenzjal tas-servizz se jseħħ u l-valur tal-assi jista’ jitkejjel b’mod kredibbli, l-assi u l-introjtu relatat jiġu rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji tal-perjodu li fih isseħħ il-bidla.

    Il-garanziji huma assi possibbli li jirriżultaw minn avvenimenti li jkunu għaddew u li l-eżistenza tagħhom tiġi kkonfermata meta jseħħ jew ma jseħħx l-oġġett tal-garanzija. Il-garanziji jistgħu għalhekk jikkwalifikaw bħala assi kontinġenti. Il-garanzija tkun likwidata meta l-oġġett tal-garanzija ma jibqax jeżisti. Hija tiġi kristallizzata meta l-kundizzjonijiet jiġu ssodisfati biex issir talba għall-ħlas mingħand il-garanti.

    1.6.2   Obbligazzjonijiet kontingenti

    L-obbligazzjoni kontinġenti hija obbligazzjoni possibbli li tirriżulta minn avvenimenti li għaddew u li l-eżistenza tagħhom tiġi kkonfermata biss permezz tal-okkorrenza jew in-nuqqas ta’ okkorrenza ta’ avveniment wieħed jew iktar inċert fil-futur li ma jkunx totalment fil-kontroll tal-FEŻ; jew obbligazzjonijiet preżenti li jirriżultaw minn avvenimenti li għaddew iżda ma jiġux rikonoxxuti għaliex: mhux probabbli li jkun meħtieġ il-ħruġ ta’ riżorsi li fihom il-benefiċċji ekonomiċi jew il-potenzjal tas-servizz biex tiġi likwidata l-obbligazzjoni jew, f’ċirkostanzi rari fejn l-ammont tal-obbligazzjoni ma jistax jitkejjel bi kredibbiltà suffiċjenti. L-obbligazzjonijiet kontinġenti jiġu żvelati dment li l-possibbiltà tal-ħruġ ta’ riżorsi li fihom il-benefiċċji ekonomiċi jew il-potenzjal tas-servizz mhix remota.

    L-obbligazzjonijiet kontinġenti jiġu evalwati f’kull data tal-karta tal-bilanċ biex jiġi ddeterminat jekk il-ħruġ ta’ riżorsi li fihom il-benefiċċji ekonomiċi jew il-potenzjal tas-servizz sarx probabbli. Jekk isir probabbli li l-ħruġ ta’ riżorsi li fihom il-benefiċċji ekonomiċi jew il-potenzjal tas-servizz se jkun meħtieġ għal xi partita li tqieset bħala obbligazzjoni kontinġenti, jiġi rikonoxxut provvediment fir-rapporti finanzjarji tal-perjodu li fihom isseħħ il-bidla fil-probabbiltà.

    2.         NOTI GĦALL-KARTA TAL-BILANĊ

    ASSI MHUX KURRENTI

    2.1      PREFINANZJAMENT

    || || || || EUR miljuni

    || It-8 FEŻ || Id-9 FEŻ || L-10 FEŻ || TOTAL 31.12.2012 || TOTAL 31.12.2011

    Prefinanzjament || - || 119 || 319 || 438 || 380

    TOTAL || - || 119 || 319 || 438 || 380

    Ħafna kuntratti jipprovdu għall-ħlasijiet bil-quddiem qabel il-bidu tax-xogħlijiet, it-twassil tal-provvisti jew il-forniment tas-servizzi. Xi kultant l-iskedi tal-ħlasijiet tal-kuntratti jipprevedu l-ħlasijiet fuq il-bażi tar-rapporti tal-progress. Il-prefinanzjament normalment jitħallas fil-valuta tal-pajjiż jew tat-territorju fejn jitwettaq il-proġett.

    Iż-żmien tal-irkupru jew tal-użu tal-prefinanzjament jirregola jekk jiġix żvelat bħala assi tal-prefinanzjament kurrenti jew mhux kurrenti. L-użu huwa definit fil-ftehim sottostanti tal-proġett. Kwalunkwe ħlas lura jew użu dovut fi żmien 12-il xahar mid-data tar-rappurtar huwa ddikjarat bħala prefinanzjament kurrenti. Billi ħafna mill-proġetti tal-FEŻ huma fin-natura tagħhom għall-perjodu twil ta’ żmien, huwa meħtieġ li l-avvanzi relatati jkunu disponibbli għal iktar minn sena waħda. Għalhekk dawn l-ammonti tal-prefinanzjament jintwerew bħala assi mhux kurrenti.

    Iż-żieda ta’ EUR 58 miljun fil-prefinanzjament mhux kurrenti meta mqabbla mal-31.12.2011 hija prinċipalment spjegata permezz taż-żieda fil-prefinanzjament tal-PIR[5] Proġetti (EUR 97 miljun), Proġetti Intra AKP (EUR 42 miljun) u l-għotjiet tal-PIN[6] (EUR 10 miljun), li hija kkumpensata bi tnaqqis tal-prefinanzjament ta’ żmien relatat mal-Intra AKP (EUR 73 miljun) u Spejjeż Amministrattivi (EUR 29 miljun).

    ASSI KURRENTI

    2.2      PREFINANZJAMENT

    Prefinanzjament (gross) || 70 || 1 207 || 2 316 || 3 593 || 3 415

    Tnaqqis tal-approvazzjoni stmata tal-prefinanzjament || (32) || (760) || (1 468) || (2 259) || (2 240)

    TOTAL || 38 || 447 || 849 || 1 334 || 1 175

    Iż-żieda ta’ EUR 159 miljun fil-prefinanzjament nett kurrenti hija prinċipalment minħabba żieda fil-prefinanzjament marbut mal-istrumenti tal-għajnuna tal-għotjiet tal-PIN (EUR 147 miljun). Proġeti tal-PIR (EUR 68 miljun) u Taffija tad-Dejn Intra-AKP (EUR 39 miljun). Din iż-żieda kienet parzjalment ikkumpensata minn tnaqqis fil-prefinanzjament nett relatat ma’ Politika Settorjali (EUR 65 miljun) u Intra AKP — Proġetti ta' Setturi Soċjali (EUR 32 miljun).

    2.2.1 Il-garanziji riċevuti fir-rigward tal-prefinanzjament

    Il-garanziji jinżammu biex ikun żgurat il-prefinanzjament u huma rilaxxati meta titħallas il-pretensjoni finali għall-proġett. Il-garanzija għandha żewġ valuri differenti msemmija bħala l-valur “nominali” u l-valur “kurrenti”. Għall-valur “nominali”, l-avveniment ġenerattiv huwa marbut mal-eżistenza tal-garanzija. Għall-valur “kurrenti”, l-avveniment ġenerattiv tal-garanzija huwa l-ħlas tal-prefinanzjament u/jew l-ikklerjar sussegwenti.

    Fil-31 ta’ Diċembru 2012, il-valur "nominali" tal-garanziji riċevuti mill-FEŻ fir-rigward tal-prefinanzjament kien jammonta għal EUR 566 miljun. Il-valur "kurrenti" ta’ dawk il-garanziji kien jammonta għal EUR 391 miljun. Fil-31 ta' Diċembru 2011, dawn il-valuri kienu ta' EUR 637 miljun u ta' EUR 394 miljun rispettivament.

    2.3      RIĊEVIBBLI

    || || || || || EUR miljuni

    || Nota || It-8 FEŻ || Id-9 FEŻ || L-10 FEŻ || TOTAL 31.12.2012 || TOTAL 31.12.2011

    Riċevibbli mingħand il-klijenti || 2.3.1 || 1 || 6 || 2 || 10 || 13

    Ammonti Riċevibbli mill-Istati Membri || 2.3.2 || - || - || 3 || 3 || 9

    Introjtu dovut u imposti differiti || 2.3.3 || 0 || 51 || 6 || 57 || 89

    TOTAL || || 1 || 58 || 11 || 70 || 111

    2.3.1 Riċevibbli mingħand il-klijenti

    Riċevibbli mingħand il-klijenti || 5 || 19 || 3 || 26 || 27

    -Tniżżil || (3) || (12) || (1) || (16) || (13)

    TOTAL || 1 || 6 || 2 || 10 || 13

    Dawn huma ordnijiet ta' rkupru inklużi fil-kontijiet fil-31 ta' Diċembru 2012 bħala intitolamenti stabbiliti li għandhom jiġu rkuprati u li kienu għadhom mhumiex inklużi taħt intestaturi oħra fuq in-naħa tal-assi tal-karta tal-bilanċ. Il-bilanċ tal-għeluq għall-ordnijiet ta rkupru jirrappreżenta l-valur tal-ordnijiet ta’ rkupru maħruġa iżda li jkunu għadhom ma tħallsux fl-aħħar tas-sena.

    Il-movimenti fl-ordnijiet tal-irkupru miftuħa matul il-perjodu huma ddettaljati hawn taħt:

    || || || || EUR miljuni

    || It-8 FEŻ || Id-9 FEŻ || L-10 FEŻ || TOTAL 2012 || TOTAL 2011

    Ordnijiet tal-irkupru miftuħa fil-bidu tas-sena || 6 || 19 || 1 || 25 || 18

    Ordnijiet tal-irkupru maħruġa || 12 || 64 || 63 || 139 || 130

    Ordnijiet tal-irkupru magħluqa || (13) || (64) || (61) || (138) || (123)

    Imsarrfa || (12) || (43) || (43) || (97) || (108)

    Irrinunzjati (Art 73 FR) || - || (1) || - || (1) || (1)

    Ikkanċellati || 0 || (3) || 0 || (4) || (2)

    Tpaċija || (2) || (17) || (18) || (36) || (13)

    Ordnijiet tal-irkupru miftuħa fl-aħħar tas-sena || 5 || 19 || 3 || 26 || 25

    2.3.2 Ammonti Riċevibbli mill-Istati Membri

    It-EUR 3 miljun riċevibbli mingħand l-Istati Membri fl-10 FEŻ jinkludu l-kontribuzzjoni ta' kofinanzjament mill-Belġju, Spanja u l-Isvezja.

    2.3.3 Introjtu dovut u imposti differiti

    Introjtu dovut u imposti differiti prinċipalment jinkludu imgħaxijiet dovuti fuq ammonti ta’ prefinanzjament. Barra dan, l-introjtu dovut mill-imgħax fuq ħlas tard tal-kontribuzzjonijiet huwa inkluż taħt din l-intestatura.

    It-tnaqqis ta’ EUR 23 miljun fl-introjtu dovut u fl-spejjeż differiti huwa spjegat permezz ta’ tnaqqis fl-imgħax dovut fuq il-prefinanzjament (ara n-Nota 3.4).

    2.4      KONTIJIET TA’ KOLLEGAMENT

    lejn/mis-6 FEŻ || (2 065) || (214) || - || (2 279) || (2 279)

    lejn/mis-7 FEŻ || - || 2 279 || - || 2 279 || 2 279

    lejn/mit-8 FEŻ || - || (3 038) || 628 || (2 410) || (2 453)

    lejn/mid-9 FEŻ || 3 038 || - || (2 892) || 146 || (491)

    lejn/mill-10 FEŻ || (628) || 2 892 || - || 2 264 || 2 944

    TOTAL || 345 || 1 919 || (2 264) || 0 || 0

    Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, it-teżor waħdieni li jkopri l-FEŻ kollha huwa allokat fuq l-10 FEŻ; dan iwassal għal operazzjonijiet bejn id-diversi FEŻ, li jiġu bbilanċjati fil-kontijiet ta’ kollegament bejn id-diversi karti tal-bilanċ tal-FEŻ.

    Il-movimenti ewlenin tal-2012 fil-kontijiet ta’ kollegament jinkludu ħlasijiet li saru mill-10 FEŻ għall-implimentazzjoni tat-8 u tad-9 FEŻ.

    2.5      FLUS U EKWIVALENTI TA' FLUS[7]

    Flus fil-banek || 2.5.1 || - || - || 687 || 687 || 1 211

    Kontijiet tas-sigurtà STABEX || 2.5.2 || - || - || 2 || 2 || 5

    Kontijiet bankarji tal-kofinanzjament || 2.5.3 || - || - || - || - || 8

    Il-fond speċjali tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo[8] || - || - || - || 1 || 1 || 1

    TOTAL || || - || - || 690 || 690 || 1 224

    2.5.1 Flus fil-banek

    Kontijiet speċjali – l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri || - || - || 633 || 633 || 1 129

    Il-kontijiet kurrenti – il-banek kummerċjali || || || 54 || 54 || 80

    Aġenti tal-Ħlas Lokali || - || - || 0 || 0 || 2

    TOTAL || - || - || 687 || 687 || 1 211

    It-tnaqqis ġenerali fil-flus fil-banek hu spjegat prinċipalment mil-livell tal-ħlasijiet magħmula u livell ogħla ta’ eżekuzzjoni tal-baġit mill-perjodu ta’ rappurtar ta’ qabel.

    Il-kontijiet tal-aġenti tal-ħlas lokali jirrappreżentaw l-ammonti miżmuma f’kontijiet bankarji fl-Istati tal-AKP u l-OCT użati biex isiru l-ħlasijiet fil-valuta lokali fl-istat benefiċjarju. Dawn il-kontijiet jinżammu f'euro jew f'munita ta’ Stat Membru tal-Unjoni. Sabiex tinkiseb ġestjoni iktar ċentralizzata tal-pagamenti, matul l-2012, ingħalqu tlieta minn erba' kontijiet tal-aġenti tal-ħlas lokali li kien fadal.

    2.5.2 Kontijiet tas-sigurtà STABEX

    || EUR miljuni

    || Bilanċ fil-31.12.2012 || Bilanċ fil-31.12.2011

    Il-Kosta tal-Avorju || 2 || 2

    Il-Malawi || - || 1

    Pajjiżi Oħra || 0 || 2

    TOTAL || 2 || 5

    STABEX huwa l-akronomu għall-iskema ta’ finanzjament ta’ kumpens tal-Unjoni Ewropea għall-istabbilizzazzjoni tal-qligħ mill-esportazzjoni tal-pajjiżi tal-AKP. Hija ġiet introdotta għall-ewwel darba fil-Konvenzjoni ta’ Lomé (1975) bil-għan li tirrimedja għall-effetti ħżiena tal-instabbiltà tal-introjtu mill-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli. Il-bilanċ fuq il-kontijiet tas-sigurtà STABEX jirrappreżenta t-total tal-fondi STABEX disponibbli li se jkunu trasferiti għall-Istat benefiċjarju tal-AKP rilevanti f’data fil-futur. Dan il-bilanċ huwa allokat għall-10 FEŻ. Matul l-2012, tmien kontijiet tas-sigurtà STABEX ingħalqu b'segwitu għal-likwidazzjoni tal-istrument tal-għajnuna STABEX.

    Minbarra dawn il-fondi, hemm fondi oħrajn tal-iSTABEX miżmuma minn Stati benefiċjarji tal-AKP. Ladarba l-Kummissjoni u l-Istat benefiċjarju (tal-AKP) jkunu laħqu ftehim dwar kif il-fondi tal-iSTABEX għandhom jintużaw, tiġi ffirmata konvenzjoni tat-trasferiment miż-żewġ partijiet. F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 211 tal-Ftehim ta’ Lomé IV[9] (kif rivedut), il-fondi huma trasferiti f'kont b'firma doppja (tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Istat benefiċjarju) li jrendi l-interessi, miftuħ f’isem l-Istat tal-AKP. Il-fondi jibqgħu f'dawn il-kontijiet b'firma doppja sakemm FMO (Qafas tal-Obbligazzjonijiet Reċiproċi) jiġġustifika t-trasferiment għal xi proġett.

    L-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Kummissjoni jżomm l-awtorità tal-firma fuq il-kont sabiex jiżgura li l-fondi jinħarġu kif ikun intenzjonat. Il-fondi fil-kontijiet b'firma doppja huma l-proprjetà tal-Istat tal-AKP u għaldaqstant mhumiex imniżżla bħala assi fil-kontijiet tal-FEŻ. It-trasferimenti lejn dawn il-kontijiet huma rreġistrati bħala ħlasijiet tal-iSTABEX.

    Fl-2012, ġie rritornat EUR 49 miljun lill-FEŻ minn kontijiet b'firma doppja fil-pajjiżi tal-AKP, skont l-Artikolu 1.4 tal-Ftehim Intern tal-10 FEŻ[10]. Dawn il-fondi ġew trasferiti prinċipalment mill-Gżejjer Salomon (EUR 12-il miljun), il-Kosta tal-Avorju (EUR 11-il miljun), il-Burundi (EUR 5 miljun), San Vinċenz u l-Grenadini (EUR 3 miljun), is-Senegal (EUR 3 miljun), il-Malawi (EUR 3 miljun), l-Uganda (EUR 3 miljun) u l-Burkina Faso (EUR 2 miljun). Dan l-introjtu ġie inkluż fl-introjtu operattiv (strument tal-għajnuna STABEX) fil-kont tal-eżitu ekonomiku tat-8 FEŻ.

    2.5.3 Kontijiet bankarji tal-kofinanzjament

    Kontijiet bankarji tal-kofinanzjament || - || - || - || - || 8

    TOTAL || - || - || - || - || 8

    Il-kontijiet tal-bank tal-kofinanzjament ġew magħluqa. Dawn il-fondi, minbarra l-parti amministrattiva, ġew irritornati lura lill-Istati Membri wara struzzjonijiet mill-Uffiċjal tal-Awtorizzazzjoni.     

    OBBLIGAZZJONIJIET MHUX KURRENTI:

    2.6      PAGABBLI

    Kofinanzjament — ammonti pagabbli || - || - || 40 || 40 || -

    TOTAL || - || - || 40 || 40 || -

    Pagabbli tal-kofinanzjament fi tmiem l-2012 relatati mal-10 FEŻ.

    Il-kontribuzzjonijiet tal-kofinanzjament riċevuti huma ppreżentati bħala ammonti pagabbli lill-Istati Membri u non-Stati Membri minħabba li, f'ċerti kundizzjonijiet, dawn jissodisfaw il-kriterji tal-introjtu minn tranżazzjonijiet mhux tal-kambju. Il-FEŻ huwa mitlub li juża l-kontribuzzjonijiet sabiex jipprovdi servizzi lil partijiet terzi jew inkella huwa mitlub li jirritorna l-assi (il-kontribuzzjonijiet riċevuti) lill-Istati Membri. L-ammont pagabbli pendenti għall-ftehimiet tal-kofinanzjament jirrappreżenta l-kontribuzzjoni tal-kofinanzjament riċevuta wara li jitnaqqsu l-ispejjeż mġarrba b'rabta mal-proġett. L-effett fuq l-assi netti huwa żero.

    Fl-2012, sabiex tittejjeb il-prezentazzjoni tal-ammonti pagabbli tal-kofinanzjament l-ammonti ġew maqsuma bejn obbligazzjonijiet kurrenti u mhux kurrenti. Iż-żieda fit-total pagabbli tal-kofinanzjament huwa spjegat fin-nota 2.7.1.2.

    OBBLIGAZZJONIJIET KURRENTI

    2.7      PAGABBLI

    Ammonti pagabbli kurrenti || 2.7.1 || 4 || 67 || 138 || 209 || 399

    Spejjeż dovuti || 2.7.2 || 19 || 308 || 228 || 555 || 339

    Kontribuzzjoni tal-kapital tal-fond differita || 2.7.3 || - || - || 293 || 293 || 295

    TOTAL || || 22 || 375 || 660 || 1 057 || 1 033

    2.7.1 Ammonti pagabbli kurrenti

    Fornituri u oħrajn || 2.7.1.1 || 4 || 67 || 81 || 152 || 308

    Ammonti pagabbli ta' kofinanzjament || 2.7.1.2 || - || - || 46 || 46 || 81

    Ammonti pagabbli oħra || 2.7.1.3 || 0 || 0 || 12 || 12 || 10

    TOTAL || || 4 || 67 || 138 || 209 || 399

    L-ammonti pagabbli jinkludu r-rapporti tal-ispejjeż riċevuti mill-FEŻ fil-qafas tal-attivitajiet tal-għotja. Huma jiġu rreġistrati għall-ammont li jkun qed jintalab mill-mument li t-talba tiġi riċevuta. L-istess proċedura tapplika għall-fatturi u n-noti tal-kreditu riċevuti skont l-attivitajiet tal-akkwist. Il-pretensjonijiet għall-ispejjeż ikkonċernati ttieħed kont tagħhom għall-proċeduri tal-cut-off tal-aħħar tas-sena. Wara l-entrati tal-cut-off, l-ammonti eliġibbli stmati ġew irrikonoxxuti fil-kont tal-eżitu ekonomiku.

    2.7.1.1 Fornituri u oħrajn

    Din l-intestatura tinkludi l-ammonti dovuti lill-fornituri kif ukoll l-ammonti pagabbli lill-korpi pubbliċi u lill-pajjiżi terzi.

    It-tnaqqis ta' EUR 157 miljun meta mqabbla mal-perjodu ta' rappurtar preċedenti hi marbuta prinċipalment ma' tnaqqis ta' EUR 75 miljun fl-ammonti pagabbli lill-pajjiżi terzi u żieda ta' EUR 37 miljun fl-ammonti pagabbli lill-fornituri mhux pubbliċi.

    2.7.1.2 Ammonti pagabbli ta' kofinanzjament

    Fl-2012, sabiex tittejjeb il-preżentazzjoni tal-ammonti pagabbli tal-kofinanzjament l-ammonti ġew maqsuma bejn obbligazzjonijiet kurrenti u mhux kurrenti.  It-tnaqqis fl-ammonti pagabbli tal-kofinanzjament huwa prinċipalment dovut għal riklassifikazzjoni ta’ EUR 40 miljun fl-ammonti pagabbli mhux kurrenti.

    L-ammonti pagabbli ta' kofinanzjament kurrenti u mhux kurrenti totali żdied b’EUR 5 miljun. Fl-2012, il-kontribuzzjonijiet tal-kofinanzjament ġodda waslu mill-Ġermanja (EUR 2 miljun) u l-Kanada (EUR 2 miljun). Iż-żieda ta’ kofinanzjament Svediż pagabbli (EUR 8 miljuni) kienet parzjalment paċuta minn tnaqqis bl-Ispanjol u ammonti pagabbli ta' kofinanzjament lir-Renju Unit (EUR 2 miljun kull wieħed) u l-ikklerjar tal-kofinanzjament Taljan pagabbli taħt id-9 FEŻ.

    L-ammonti pagabbli tal-kofinanzjament ġew imnaqqsa bi EUR 8 miljun biex jikkumpensaw għall-ispejjeż imġarrba b'rabta mal-proġetti tal-kofinanzjament (ara 3.1.3 u 3.2.2).

    2.7.1.3 Ammonti pagabbli oħra

    L-ammonti pagabbli l-oħra jinkludu l-iktar ir-riċevuti tal-flus mhux allokati u l-ammonti rritornati.

    2.7.2 Imposti dovuti

    Spejjeż dovuti || 19 || 308 || 228 || 555 || 339

    TOTAL || 19 || 308 || 228 || 555 || 339

    Fl-aħħar tas-sena, issir valutazzjoni li tikkonċerna l-ispejjeż eliġibbli li jkunu saru mill-benefiċjarji tal-fondi tal-FEŻ iżda li għadhom mhumiex irrappurtati. Wara dawn il-kalkoli tal-cut-off, l-ammonti eliġibbli stmati jiġu rreġistrati bħala spejjeż dovuti.

    L-utilizzazzjoni stmata tal-ammont ta’ pre-finanzjament hija ppreżentata bħala stima ta' kklerjar ta' prefinanzjament (ara 2.2).

    2.7.3 Kontribuzzjoni tal-kapital tal-fond differita

    || || || EUR miljuni

    Ir-Renju Unit || - || - || 274 || 274 || 289

    L-Irlanda || - || - || 9 || 9 || 5

    Il-Litwanja || - || - || - || - || 1

    L-Ungerija || - || - || 10 || 10 || -

    TOTAL || - || - || 293 || 293 || 295

    Din tinkludi l-kontribuzzjonijiet imħallsa bil-quddiem mill-Istati Membri.

    ASSI NETTI

    2.8      KAPITAL TAL-FOND MITLUB

    || || EUR miljuni

    || It-8 FEŻ || Id-9 FEŻ || L-10 FEŻ || TOTAL

    Kapital tal-Fond || 12 840 || 11 699 || 21 152 || 45 691

    Kapital tal-fond mhux mitlub || - || - || (18 712) || (18 712)

    Kapital tal-fond mitlub 31.12.2011 || 12 840 || 11 699 || 2 440 || 26 979

    Kapital tal-fond mhux mitlub || - || - || (16 112) || (16 112)

    Kapital tal-fond mitlub 31.12.2012 || 12 840 || 11 699 || 5 040 || 29 579

    Il-kapital tal-fond jirrappreżenta l-ammont totali ta’ kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri għall-fond rilevanti tal-FEŻ kif stipulat f'kull wieħed mill-Ftehimiet Interni.

    Il-fondi mhux mitluba jirrappreżentaw l-allokazzjoni inizjali li għadha mhux mitluba mill-Istati Membri.

    Il-kapital tal-fond mitlub jirrappreżenta l-ammont tal-allokazzjonijiet inizjali li ntalab jiġi trasferit fil-kontijiet tat-teżor mill-Istati Membri skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16 tar-Regolament Finanzjarju tal-10 FEŻ.

    Il-kapital tat-8 u d-9 FEŻ ġie mitlub u riċevut fl-intier tiegħu.

    Kapital tal-fond mitlub u mhux mitlub minn Stat Membru

    || || || || EUR miljuni

    Kontribuzzjonijiet || % || l-10 FEŻ mhux mitlub 31.12.2011 || mitlub fl-2012 || l-10 FEŻ mhux mitlub 31.12.2012

    L-Awstrija || 2,41 || (451) || 63 || (388)

    Il-Belġju || 3,53 || (661) || 92 || (569)

    Id-Danimarka || 2,00 || (374) || 52 || (322)

    Il-Finlandja || 1,47 || (275) || 38 || (237)

    Franza || 19,55 || (3 658) || 508 || (3 150)

    Il-Ġermanja || 20,50 || (3 836) || 533 || (3 303)

    Il-Greċja || 1,47 || (275) || 38 || (237)

    L-Irlanda || 0,91 || (170) || 24 || (147)

    L-Italja || 12,86 || (2 406) || 334 || (2 072)

    Il-Lussemburgu || 0,27 || (51) || 7 || (44)

    Il-Pajjiżi l-Baxxi || 4,85 || (908) || 126 || (781)

    Il-Portugall || 1,15 || (215) || 30 || (185)

    Spanja || 7,85 || (1 469) || 204 || (1 265)

    L-Isvezja || 2,74 || (513) || 71 || (441)

    Ir-Renju Unit || 14,82 || (2 773) || 385 || (2 388)

    Ċipru || 0,09 || (17) || 2 || (15)

    Ir-Repubblika Ċeka || 0,51 || (95) || 13 || (82)

    L-Estonja || 0,05 || (9) || 1 || (8)

    L-Ungerija || 0,55 || (103) || 14 || (89)

    Il-Litwanja || 0,12 || (22) || 3 || (19)

    Il-Latvja || 0,07 || (13) || 2 || (11)

    Malta || 0,03 || (6) || 1 || (5)

    Il-Polonja || 1,3 || (243) || 34 || (209)

    Is-Slovenja || 0,18 || (34) || 5 || (29)

    Is-Slovakkja || 0,21 || (39) || 5 || (34)

    Il-Bulgarija || 0,14 || (26) || 4 || (23)

    Ir-Rumanija || 0,37 || (69) || 10 || (60)

    TOTAL || 100,00 || (18 712) || 2 600 || (16 112)

    Fl-2012 il-kontribuzzjonijiet tal-10 FEŻ ġew mitluba. L-ewwel porzjon tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri kien mitlub f’Novembru 2012.

    2.9      RIŻERVI OĦRA

    EUR miljuni

    Bilanċ fil-31.12.2010 || (2 237) || 4 157 || 333 || 2 252

    Trasferiment ta’ ammonti diżimpenjati għall-10 EDF mit-8 u d-9 FEŻ || (38) || (80) || 118 || 0

    Trasferiment mill-10 għad-9 FEŻ biex jiġu allokati l-fondi għas-Sudan tan-Nofsinhar wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/406/UE ||                       -   || 150 || (150) || 0

    Bilanċ fil-31.12.2011 || (2 276) || 4 227 || 301 || 2 252

    Trasferiment ta’ ammonti diżimpenjati għall-10 EDF mit-8 u d-9 FEŻ || (78) || (300) || 378 || 0

    Trasferiment mill-10 għad-9 FEŻ biex jiġu allokati l-fondi għas-Sudan tan-Nofsinhar wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/315/UE ||                        -   || 200 || (200) || 0

    Bilanċ fil-31.12.2012 || (2 354) || 4 126 || 479 || 2 252

    Bilanċ fil-31.12.2012 jinkludi: || || || ||

    - Fondi allokati lis-Sudan tan-Nofsinhar || -              || 350 || -                    || 350

    Sa mid-dħul fis-seħħ tal-10 FEŻ fl-2008, il-fondi kollha diżimpenjati tal-FEŻ ta’ qabel qed jiġu trasferiti fir-riżerva tal-10 FEŻ. Din ir-riżerva tista’ tkun impenjata biss bil-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 1.4 tal-Ftehim Intern tal-10 FEŻ.

    Fl-2012, EUR 78 miljun u EUR 300 miljun ta’ fondi diżimpenjati kienu ttrasferiti mir-riżerva ta' prestazzjoni tal-10 FEŻ mit-8 u d-9 FEŻ rispettivament u EUR 200 miljun kienu trasferiti mir-riżerva ta' prestazzjoni tal-10 FEŻ għad-9 FEŻ sabiex jiġu allokati l-fondi lis-Sudan tan-Nofsinhar.[11]

    3.         NOTI MAL-KONT TAL-EŻITU EKONOMIKU

    3.1      L-INTROJTU OPERATTIV

    L-irkupru tal-ispejjeż || 2 || 14 || 2 || 17 || 16

    L-irkupru tal-fondi tal-iSTABEX ||           49 || - || - || 49 || 26

    Qligħ mill-kambju || 7 || 35 || 8 || 51 || 54

    Kofinanzjament tal-introjtu operattiv || - || - || 8 || 8 || 2

    TOTAL || 58 || 49 || 18 || 124 || 99

    3.1.1 L-irkupru tal-ispejjeż

    Din l-intestatura tirrappreżenta l-ordnijiet tal-irkupru maħruġa mill-FEŻ u t-tnaqqis minn ħlasijiet sussegwenti rreġistrati fis-sistema tal-kontabbiltà tal-FEŻ, biex jiġu rkuprati l-ispejjeż imħallsa qabel, fuq il-bażi ta’ kontrolli, verifiki jew analiżi tal-eliġibbiltà. Għandu jiġi nnotat li l-irkupru tal-ammonti tal-prefinanzjament mhux inkluż bħala tal-introjtu, iżda kreditat mal-intestatura tal-prefinanzjament fuq il-karta tal-bilanċ.

    Irkupru ta' pagamenti mhux dovuti

    Fl-2012, inħarġu ordnijiet ta’ rkupru fir-rigward ta’ pagamenti mhux dovuti għall-ammont ta’ EUR 27 miljun, f'paragun ma’ EUR 12-il miljun fl-2011. Minnhom, EUR 11-il miljun kienu relatati mal-irkupru tal-ispejjeż u għaldaqstant ġew irreġistrati bħala tal-introjtu operattiv. EUR 16-il miljun, irrappreżentaw l-irkupri tal-ammonti tal-prefinanzjament li tħallsu u li ġew ikkreditati mal-assi tal-prefinanzjament fuq il-karta tal-bilanċ.

    In-natura tal-irkupru ta’ pagamenti mhux dovuti tista' tiġi deskritta fil-qosor kif ġej:

    EUR miljuni ||

    || Introjtu || Prefinanzjament || TOTAL 2012 || Introjtu || Prefinanzjament || TOTAL 2011

    Żball || 1 || 1 || 2 || 2 || 1 || 3

    Irregolarità || 9 || 15 || 25 || 6 || 3 || 8

    Notifika lill-OLAF || 1 || - || 1 || 1 || - || 1

    TOTAL || 11 || 16 || 27 || 8 || 4 || 12

    3.1.2 L-irkupru tal-fondi tal-iSTABEX

    Fl-2012, ġew irritornati EUR 49 miljun lill-FEŻ minn kontijiet b'firma doppja fil-pajjiżi tal-AKP, skont l-Artikolu 1.4 tal-Ftehim Intern tal-10 FEŻ[12]. Dawn il-fondi ġew trasferiti prinċipalment mill-Gżejjer Salomon (EUR 12-il miljun), il-Kosta tal-Avorju (EUR 11-il miljun), il-Burundi (EUR 5 miljun), San Vinċenz u l-Grenadini (EUR 3 miljun), is-Senegal (EUR 3 miljun), il-Malawi (EUR 3 miljun), l-Uganda (EUR 3 miljun) u l-Burkina Faso (EUR 2 miljun). Dawn l-introjti ġew inklużi fl-introjtu operattiv (strument tal-għajnuna STABEX) fil-kont tal-eżitu ekonomiku tat-8 FEŻ.

    3.1.3 Kofinanzjament tal-introjtu operattiv

    L-introjtu operattiv relatat mal-kofinanzjament jirrappreżenta l-kontribuzzjonijiet użati (ara 3.2.2). Minħabba li dawn il-kontribuzzjonijiet jissodisfaw il-kriterji tal-introjti minn tranżazzjonijiet mhux tal-kambju b'ċerti kundizzjonijiet, il-kontribuzzjoni hija rikonoxxuta f'konformità mal-implimentazzjoni tal-proġett ta’ kofinanzjament.

    3.2      SPEJJEŻ OPERATTIVI

    Spejjeż operattivi – strumenti tal-għajnuna || 41 || 812 || 2 085 || 2 938 || 2 633

    Kofinanzjament tal-ispejjeż operattivi ||  -     ||  -     || 8 || 8 || 2

    Telf mill-kambju || 8 || 39 || 20 || 66 || 61

    Tniżżil tar-riċevibbli || 0 || 6 || - || 6 || 7

    TOTAL || 49 || 856 || 2 112     || 3 017 || 2 702

    Fl-2012 il-Kummissjoni irfinat il-metodoloġija tagħha għall-istima spejjeż dovuti. Li kieku dan l-irfinar ma sarx, l-ispejjeż operattivi kienu jkunu ta' EUR 2 849 miljun minflok EUR 3 017 miljun. L-impatt fuq l-assi netti kien ikun l-istess ammont (tnaqqis ta’ EUR 168 miljun) prinċipalment minħabba żieda f’kontijiet tal-imposti dovuti (ara 2.7.2).

    3.2.1 Spejjeż operattivi – strumenti tal-għajnuna

    Għajnuna programmabbli || 17 || 93 || 1 366 || 1 476 || 1 251

    Appoġġ makro-ekonomiku || - || 8 || - || 8 || 51

    Politika settorjali || 0 || 322 || 3 || 326 || 371

    Sussidji fuq ir-rati tal-imgħax || 5 || - || - || 5 || 0

    Proġetti intra-AKP || - || 311 || 409 || 720 || 650

    Għajnuna ta’ emerġenza || - || 60 || 274 || 333 || 212

    Għajnuna għar-refuġjati || 6 || - || - || 6 || 0

    Kapital tar-riskju || 1 || - || - || 1 || 19

    STABEX || 4 || - || - || 4 || 12

    Sysmin || 0 || - || - || 0 || (8)

    Programmi ta’ għajnuna oħra relatati mal-FEŻ ta’ qabel || - || 10 || - || 10 || 24

    Appoġġ istituzzjonali || - || (1) || 33 || 32 || 8

    Kumpens fuq riċevuti tal-esportazzjoni || 7 || 10 || - || 18 || 42

    TOTAL || 41 || 812 || 2 085 || 2 938 || 2 633

    L-ispejjeż operattivi tal-FEŻ ikopru l-istrumenti tal-għajnuna varji u jieħdu forom differenti, skont kif il-kontanti jitħallsu u jiġu ġestiti.

    3.2.2 Kofinanzjament tal-ispejjeż operattivi

    Dawn huma l-ispejjeż li saru fuq proġetti tal-kofinanzjament fl-2012. Minħabba li l-kontribuzzjonijiet tal-kofinanzjament riċevuti jissodisfaw l-kriterji tal-introjti minn tranżazzjonijiet mhux tal-kambju b'ċerti kundizzjonijiet, ammont korrespondenti ta’ kontribuzzjonijiet ġie rikonoxxut bħala tal-introjtu operattiv (ara 3.1.3).

    3.2.3 Tniżżil tar-riċevibbli

    Din l-intestatura tinkludi l-iktar il-korrezzjonijiet tal-prefinanzjament u l-ammonti mnaqqsa/mitlufa fuq ir-realizzazzjoni li tikkonċerna d-debituri.

    3.3      SPEJJEŻ AMMINISTRATTIVI

    Spejjeż amministrattivi || - || 1 || 106 || 107 || 75

    TOTAL || - || 1 || 106 || 107 || 75

    Din l-intestatura tinkludi n-nefqa ta’ appoġġ; jiġifieri l-ispejjeż amministrattivi relatati mal-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-FEŻ. Din tinkludi l-ispejjeż għat-tħejjija, is-segwitu, il-monitoraġġ, u l-evalwazzjoni tal-proġetti kif ukoll l-ispejjeż għan-netwerks tal-kompjuter, l-assistenza teknika eċċ.

    3.4      INTROJTU FINANZJARJU

    Introjtu mill-imgħax – banek Ewropej || - || 6 || 4 || 9 || 1

    Imgħax fuq il-prefinanzjament || (2) || (24) || (6) || (32) || (21)

    TOTAL || (2) || (18) || (2) || (22) || (20)

    L-imgħax fuq il-prefinanzjamenti huwa rikonoxxut skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 il-paragrafu 3 u l-Artikolu 8 tar-Regolament Finanzjarju tal-10 FEŻ. L-inverżjoni tad-dovuti tal-2011 għal imgħax fuq il-prefinanzjament wassal għal tal-introjtu negattiv ta’ imgħax fl-2012.

    4.         NOTI MAR-RAPPORT TAL-FLUSS TAL-FLUS

    4.1      L-GĦAN U T-TĦEJJIJA TAR-RAPPORT TAL-FLUSS TAL-FLUS

    L-informazzjoni dwar il-fluss tal-flus tintuża biex tipprovdi l-bażi għall-valutazzjoni tal-abbiltà tal-FEŻ li jiġġenera l-flus u l-ekwivalenti ta’ flus, u l-bżonnijiet tiegħu biex jiġu utilizzati dawk il-flussi tal-flus.

    Ir-rapport tal-fluss tal-flus jitħejja bl-użu tal-metodu indirett. Dan ifisser li l-bilanċ favorevoli nett jew id-defiċit għas-sena finanzjarja jiġi aġġustat bl-effetti tat-tranżazzjonijiet ta’ natura mhux f'kontanti u kull differiment jew dovuti ta’ riċevuti jew ħlasijiet operattivi ta’ kontanti li saru fl-imgħoddi jew se jsiru fil-futur.

    Il-fluss tal-flus li jirriżulta mit-tranżazzjonijiet f’valuta barranija jiġu rreġistrati fil-valuta tar-rapportar (l-euro) tal-FEŻ, billi tiġi applikata r-rata tal-kambju bejn l-euro u l-valuta barranija fid-data tal-fluss tal-flus fuq l-ammont fil-valuta barranija.

    4.2      ATTIVITAJIET OPERATTIVI

    Ir-rapport tal-fluss tal-flus tal-FEŻ juri biss il-flussi tal-flus ta’ attivitajiet operattivi billi l-FEŻ ma għandux attivitajiet ta’ investiment jew ta’ finanzjament. L-għan tal-attivitajiet operattivi huwa li wieħed jieħu sehem fil-ksib ta’ riżultati ta' politika mmirata.

    5.         ASSI U OBBLIGAZZJONIJIET KONTINĠENTI U ŻVELAR IEĦOR

    5.1      ASSI KONTINĠENTI

    Garanziji ta’ prestazzjoni || 13 || 171 || 120 || 304 || 325

    Garanziji ta’ żamma || 6 || 107 || 74 || 188 || 197

    Assi kontinġenti relatati ma’ każijiet legali || - || - || - || - || 1

    TOTAL || 19 || 279 || 194 || 492 || 523

    5.1.1 Garanziji ta’ prestazzjoni

    Il-garanziji ta’ prestazzjoni xi kultant jintalbu biex jiżguraw li l-benefiċjarji tal-finanzjament tal-FEŻ jissodisfaw l-obbligazzjonijiet tal-kuntratti tagħhom mal-FEŻ.

    It-tnaqqis ta' EUR 21 miljun fil-garanziji ta’ prestazzjoni hija differenza bejn il-garanziji rilaxxati u garanziji ġodda riċevuti. Il-parti l-kbira tal-garanziji kienu rrilaxxati taħt id-9 EDF, u garanziji ġodda kienu wkoll prinċipalment riċevuti taħt id-9 FEŻ.

    5.1.2 Garanziji ta’ żamma

    Il-garanziji ta’ żamma jikkonċernaw biss il-kuntratti tax-xogħlijiet. Tipikament, 10 % tal-ħlasijiet interim lill-benefiċjarji jinżammu biex jiġi żgurat li l-kuntrattur jissodisfa l-obbligazzjonijiet tiegħu/tagħha. Dawn l-ammonti miżmuma jiġu riflessi bħala ammonti pagabbli. Suġġett għall-approvazzjoni tal-awtorità kontraenti, il-kuntrattur jista’ minflok jippreżenta garanzija ta’ żamma li tieħu post l-ammonti miżmuma fuq il-ħlasijiet interim. Dawn il-garanziji riċevuti jiġu żvelati bħala assi kontinġenti.

    It-tnaqqis ta' EUR 9 miljun fil-garanziji ta’ ritenzjoni hija differenza bejn il-garanziji rilaxxati u garanziji ġodda riċevuti. Il-parti l-kbira tal-garanziji rrilaxxati kienu taħt id-9 EDF, u l-garanziji ġodda kienu wkoll prinċipalment riċevuti taħt id-9 FEŻ.

    5.2      ŻVELAR IEĦOR

    5.2.1 Impenji baġitarji li għandhom ma ħarġux

    Impenji baġitarji pendenti li għadhom mhux imħallsa || 103 || 938 || 4 601 || 5 642 || 5 594

    Ammonti relatati inklużi fil- kont tal-eżitu ekonomiku || (22) || (382) || (310) || (714) || (646)

    TOTAL || 81 || 557 || 4 291 || 4 928 || 4 948

    L-impenji baġitarji pendenti jirrappreżentaw l-impenji miftuħa li għalihom għadhom ma sarux ħlasijiet u/jew diżimpenji. Din hija l-konsegwenza normali tal-eżistenza ta’ programmi multiannwali. Fil-31 ta’ Diċembru 2012, l-impenji baġitarji pendenti kienu jammontaw għal EUR 5 642 miljun. L-ammont divulgat bħala impenn għall-futur li jrid jiġi ffinanzjat huwa dan l-impenn baġitarju pendenti mingħajr l-ammonti relatati li ġew inklużi bħala spejjeż fil-kont tal-eżitu ekonomiku tal-2012, li jwassal għat-total ta’ EUR 4 928 miljun.

    6.         ĠESTJONI TAR-RISKJU FINANZJARJU

    L-iżvelar li ġej fir-rigward tal-ġestjoni tar-riskju finanzjarju tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp jirrelata għall-operazzjonijiet tat-teżor imwettqa mill-Kummissjoni Ewropea f’isem il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp sabiex jimplimenta r-riżorsi tiegħu.

    6.1      IL-POLITIKI TAL-ĠESTJONI TAR-RISKJU U L-ATTIVITAJIET TAL-HEDGING

    Ir-regoli u l-prinċipji għall-ġestjoni tal-operazzjonijiet tat-teżor tal-FEŻ huma stipulati fir-Regolament tal-Kunsill 215/2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 FEŻ, u fil-Ftehim Intern.

    B’riżultat tar-regolament imsemmi hawn fuq, għandhom japplikaw dawn il-prinċipji ewlenin li ġejjin:

    – Il-kontribuzzjonijiet tal-FEŻ jitħallsu mill-Istati Membri f’kontijiet speċjali miftuħa mal-bank tal-ħruġ ta' kull Stat Membru jew mal-istituzzjoni finanzjarja nnominata minnu. L-ammonti tal-kontribuzzjonijiet għandhom jibqgħu f'dawk il-kontijiet speċjali sakemm ikun jeħtieġ li jsiru l-ħlasijiet tal-FEŻ.

    – Il-kontribuzzjonijiet tal-FEŻ jitħallsu mill-Istati Membri fl-EUR, filwaqt li l-ħlasijiet tal-FEŻ huma ddenominati fl-EUR u f’valuti oħra, inklużi oħrajn inqas magħrufa.

    – Ma jistgħux jinġibdu flus iktar milli jkun hemm depożitati mill-kontijiet bankarji miftuħa mill-Kummissjoni f’isem il-FEŻ.

    Barra l-kontijiet speċjali, jinfetħu kontijiet bankarji oħra mill-Kummissjoni f’isem il-FEŻ, ma' istituzzjonijiet finanzjarji (il-banek ċentrali u l-banek kummerċjali), bil-għan li minnhom isiru l-ħlasijiet u fihom jiġu riċevuti l-ħlasijiet li mhux il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għall-baġit skont l-Artikolu 44 tar-Regolament tal-Kunsill 215/2008 (ara 6.4 hawn taħt).

    Il-banek kummerċjali kollha fejn infetħu l-kontijiet għall-FEŻ li mhumiex il-"kontijiet speċjali" msemmija hawn fuq, jintgħażlu mill-Kummissjoni b’sejħa għall-offerti.

    L-operazzjonijiet tat-teżor u tal-ħlasijiet huma awtomatizzati ħafna u jiddependu fuq sistemi tal-informazzjoni moderni. Huma applikati proċeduri speċifiċi biex jiggarantixxu s-sigurtà tas-sistema u jiżguraw is-segregazzjoni tad-dmirijiet f’konformità mar-Regolament Finanzjarju, l-istandards tal-kontroll intern tal-Kummissjoni, u l-prinċipji tal-awditjar.

    Ġabra miktuba ta’ linji gwida u proċeduri, tirregola l-ġestjoni tal-operazzjonijiet tat-teżor u tal-ħlasijiet bil-għan li jiġi limitat ir-riskju operattiv u finanzjarju u jiġi żgurat livell adegwat ta’ kontroll. Dawn ikopru l-oqsma differenti tal-operat, u l-konformità mal-linji gwida u l-proċeduri jiġu kkontrollati regolarment.

    6.2      IR-RISKJU TAS-SUQ

    6.2.1   Ir-riskju tal-valuta

    Il-kontribuzzjonijiet kollha jinżammu fl-EUR, u l-valuti l-oħra jinxtraw biss meta jkunu meħtieġa biex isiru l-ħlasijiet. B’riżultat ta’ dan, l-operazzjonijiet tat-teżor tal-FEŻ mhumiex esposti għar-riskju tal-valuta.

    6.2.2   Riskju tar-rati tal-imgħax

    Il-FEŻ ma jissellifx flus u b’konsegwenza ta’ dan mhuwiex espost għar-riskju tar-rata tal-imgħax.

    Madankollu l-FEŻ jaqla' l-imgħax fuq il-bilanċi li jżomm fuq il-kontijiet bankarji differenti tiegħu. Il-Kummissjoni, f’isem il-FEŻ, għalhekk daħħlet fis-seħħ il-miżuri biex tiżgura li l-imgħax iġġenerat regolarment jirrifletti r-rati tal-imgħax tas-suq kif ukoll il-varjazzjonijiet possibbli fihom.

    Il-bilanċi mil-lum għall-għada miżmuma fil-kontijiet mal-banek kummerċjali jiġu remunerati kuljum. Ir-remunerazzjoni tal-bilanċi fuq dawn il-kontijiet hija bbażata fuq ir-rati varjabbli tas-suq li fuqhom jiġi applikat il-marġni kontrattwali (pożittiv jew negattiv). Għall-biċċa l-kbira tal-kontijiet il-kalkolu tal-imgħax huwa marbut mal-EONIA (Euro Over Night Index Average), u huwa aġġustat biex jirrifletti kull varjazzjoni f'din ir-rata. Għal xi kontijiet oħrajn, il-kalkolu tal-imgħax huwa marbut mar-rata marġinali tal-BĊE (dik użata għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-BĊE). B'riżultat ta’ dan il-FEŻ ma jieħu l-ebda riskju li l-bilanċi tiegħu jkunu remunerati b'rati iktar baxxi mir-rati tas-suq.

    6.3      IR-RISKJU TAL-KREDITU (IR-RISKJU TAL-KONTRAPARTI)

    Il-biċċa l-kbira tar-riżorsi tat-teżor tal-FEŻ jinżammu, skont ir-Regolament tal-Kunsill 215/2008, fil-"kontijiet speċjali" miftuħa mill-Istati Membri għall-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tagħhom. Il-maġġoranza ta’ dawn il-kontijiet jinżammu mat-teżori tal-Istati Membri jew mal-banek ċentrali nazzjonali. Dawn l-istituzzjonijiet iġorru l-iktar riskju tal-kontraparti baxx għall-FEŻ (l-esponiment huwa mal-Istati Membri tiegħu).

    Għall-parti tar-riżorsi tat-teżor tal-FEŻ li jinżammu mal-banek kummerċjali sabiex ikopru t-twettiq tal-ħlasijiet, ir-riforniment ta’ dawn il-kontijiet isir f’waqtu u huwa awtomatikament ġestit mis-sistema tal-ġestjoni tal-flus likwidi tat-teżor tal-Kummissjoni. Fuq kull kont jinżammu l-livelli minimi tal-flus, proporzjonati mal-ammont medju tal-ħlasijiet ta’ kuljum li jsiru minnu. B’konsegwenza ta’ dan, l-ammonti li jinżammu mil-lum għall-għada fuq dawn il-kontijiet jibqgħu kontinwament f’livelli baxxi biex jiżguraw li l-esponiment għar-riskju tal-FEŻ huwa limitat.

    Barra dan, jiġu applikati linji gwida speċifiċi fl-għażla tal-banek kummerċjali sabiex ikompli jiġi mminimizzat ir-riskju tal-kontraparti li għalih huwa espost il-FEŻ.

    Il-banek kummerċjali huma kollha magħżula b'sejħa għall-offerti. Il-klassifikazzjoni tal-kreditu minima għall-perjodu qasir ta' żmien meħtieġa għall-ammissjoni fil-proċeduri tas-sejħiet għall-offerti hija l-P-1 ta’ Moody's jew l-ekwivalenti (A-1 ta’ S&P jew F1 ta’ Fitch). Jista' jkun meħtieġ livell iktar baxx f'ċirkostanzi speċifiċi u debitament ġustifikati.

    6.4      RISKJU TAL-LIKWIDITÀ

    Il-prinċipji tal-baġit applikati għall-FEŻ jiżguraw li r-riżorsi ġenerali tal-kontanti għall-perjodu baġitarju huma dejjem suffiċjenti għat-twettiq tal-ħlasijiet kollha relatati. Il-kontribuzzjonijiet totali tal-Istati Membri huma daqs l-ammont ġenerali tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-perjodu baġitarju rilevanti.

    Il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri lill-FEŻ, madankollu, jitħallsu fi tliet pagamenti fis-sena, filwaqt li l-ħlasijiet huma soġġetti għal ċerta staġjonalità.

    Sabiex jiġi żgurat li r-riżorsi tat-teżor huma dejjem suffiċjenti biex ikopru l-ħlasijiet li għandhom jitwettqu f’kull xahar partikolari, l-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tat-teżor tiġi regolarment skambjata bejn it-teżor tal-Kummissjoni u d-dipartimenti rilevanti tal-infiq sabiex jiġi żgurat li l-ħlasijiet imwettqa f’kull perjodu partikolari ma jaqbżux ir-riżorsi tat-teżor disponibbli.

    Barra dan ta’ hawn fuq, fil-kuntest tal-operazzjonijiet ta’ kuljum tat-teżor tal-FEŻ, l-għodda awtomizzati tal-ġestjoni tal-kontanti jiżguraw li ta’ kuljum ikun hemm likwidità suffiċjenti disponibbli fuq kull kont bankarju tal-FEŻ.

    7.         ŻVELAR DWAR IL-PARTIJIET RELATATI

    Ma ġew identifikati l-ebda tranżazzjonijiet marbuta ma’ partijiet relatati li jeħtieġu divulgazzjoni separata taħt din l-intestatura.

    8.         AVVENIMENTI WARA D-DATA TAL-KARTA TAL-BILANĊ

    Fid-data tat-trażmissjoni ta’ dawn il-kontijiet, l-ebda kwistjonijiet materjali ma kienu ġew għall-attenzjoni tal-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-FEŻ jew kienu rrappurtati lilu li jkunu jeħtieġu żvelar separat f'din it-taqsima. Il-kontijiet annwali u n-noti relatati tħejjew bl-użu tal-iktar informazzjoni riċenti disponibbli u dan huwa rifless fl-informazzjoni ppreżentata hawn fuq.

    9.         RIKONĊILJAZZJONI TAL-EŻITU EKONOMIKU U R-RIŻULTAT TAL-BAĠIT

    Ir-riżultat ekonomiku għas-sena jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-prinċipji tal-kontabbiltà bbażata fuq id-dovuti. Ir-riżultat tal-baġit huwa madankollu bbażat fuq ir-regoli tal-kontabbiltà bbażata fuq il-ħlasijiet. Billi t-tnejn huma r-riżultat tal-istess tranżazzjonijiet sottostanti, huwa kontroll utli li jiġi żgurat li huma rikonċiljabbli. It-tabella hawn taħt turi din ir-rikonċiljazzjoni, tenfasizza l-ammonti ewlenin li jirrikonċiljaw, maqsuma bejn l-elementi talintrojtu u dawk tal-infiq. 

    || || EUR miljuni

    || 2012 || 2011

    || ||

    IR-RIŻULTAT EKONOMIKU GĦAS-SENA || (3 023) || (2 700)

    || ||

    INTROJTU || ||

     L-intitolamenti li ma jaffettwawx ir-riżultat tal-baġit || (47) || (52)

    L-intitolamenti stabbiliti fis-sena kurrenti iżda li għadhom ma nġabrux || (8) || (3)

    L-intitolamenti stabbiliti fis-snin ta’ qabel u miġbura fis-sena kurrenti || 14 || 10

    L-effett nett tal-prefinanzjament || 62 || 46

    L-introjtu nett dovut || (40) || (13)

    || ||

    NEFQA || ||

    L-ispejjeż tas-sena kurrenti li għadhom ma tħallsux || 38 || 98

    L-ispejjeż tas-snin ta' qabel u li tħallsu fis-sena kurrenti || (101) || (249)

    Il-kanċellamenti tal-ħlasijiet || 7 || 17

    L-effett nett tal-prefinanzjament || (316) || (346)

    L-ispejjeż netti dovuti || 204 || 317

    || ||

    IR-RIŻULTAT TAL-BAĠIT GĦAS-SENA || (3 209) || (2 874)

    9.1 Il-Partiti ta’ rikonċiljazzjoni – L-introjtu

    L-introjtu baġitarju ta’ sena finanzjarja jikkorrispondi mad-introjtu miġbur mill-intitolamenti stabbiliti matul is-sena u l-ammonti miġbura mill-intitolamenti stabbiliti fis-snin ta’ qabel.

    L-intitolamenti li ma jaffettwawx ir-riżultat tal-baġit huma rreġistrati fir-riżultat ekonomiku, iżda minn lat baġitarju dawn ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala tal-introjtu minħabba li l-ammont imsarraf ikun trasferit għal riżervi u ma jistax jiġi impenjat mill-ġdid mingħajr deċiżjoni tal-Kunsill.

    L-intitolamenti stabbiliti fis-sena kurrenti iżda li għadhom ma nġabrux għandhom jitnaqqsu mir-riżultat ekonomiku għall-finijiet tar-rikonċiljazzjoni minħabba li ma jagħmlux parti tal-introjtu baġitarju. Għall-kuntrarju, l-intitolamenti stabbiliti fis-snin ta’ qabel u miġbura fis-sena kurrenti għandhom jiżdiedu mar-riżultat ekonomiku għall-finijiet tar-rikonċiljazzjoni.

    L-effett nett tal-prefinanzjament huwa l-ikklerjar tal-ammonti tal-prefinanzjament irkuprati. Dan huwa tal-introjtu ta’ kontanti li ma għandu l-ebda impatt fuq ir-riżultat ekonomiku.

    L-introjtu nett dovut jikkonsisti l-iktar f'dovuti li jkunu saru għall-finijiet tal-cut-off tal-aħħar tas-sena. Għandu jitqies biss l-effett nett, jiġifieri l-introjtu dovut tas-sena kurrenti mingħajr l-irriversjar tal-introjtu dovut tas-sena ta’ qabel.

    9.2 Il-partiti ta’ rikonċiljazzjoni – Nefqa

    L-ispejjeż tas-sena kurrenti li għadhom ma tħallsux għandhom jiġu miżjuda għall-finijiet ta’ rikonċiljazzjoni billi huma inklużi fir-riżultat ekonomiku iżda ma jagħmlux parti min-nefqa baġitarja. Min-naħa l-oħra, in-nefqiet tas-snin ta’ qabel li tħallsu fis-sena kurrenti għandhom jitnaqqsu mir-riżultat ekonomiku għall-finijiet ta’ rikonċiljazzjoni billi huma jagħmlu parti min-nefqa baġitarja tas-sena kurrenti iżda m'għandhom l-ebda effett fuq ir-riżultat ekonomiku jew inaqqsu l-ispejjeż f'każ ta’ korrezzjonijiet.

    L-irċevuti tal-kontanti mill-kanċellamenti tal-ħlasijiet ma jaffettwawx ir-riżultat ekonomiku filwaqt li jimpattaw ir-riżultat baġitarju.

    L-effett nett tal-prefinanzjament huwa l-kombinazzjoni tal-ammonti tal-prefinanzjament il-ġodda mħallsa fis-sena kurrenti (rikonoxxuti bħala nefqa baġitarja għas-sena) u l-ikklerjar tal-prefinanzjament imħallas fis-sena kurrenti jew fis-snin ta’ qabel permezz tal-aċċettazzjoni tal-ispejjeż eliġibbli. Dan tal-aħħar jirrappreżenta spiża f’termini ta’ dovuti iżda mhux fil-kontijiet baġitarji billi l-ħlas tal-prefinanzjament inizjali diġà ġie kkunsidrat bħala nfiq baġitarju fiż-żmien meta tħallas.

    L-ispejjeż netti dovuti jikkonsistu l-iktar f'dovuti li jkunu saru għall-finijiet ta’ cut-off tal-aħħar tas-sena, jiġifieri l-ispejjeż eliġibbli mġarrba minn benefiċjarji tal-fondi tal-FEŻ iżda li jkunu għadhom mhux irrappurtati lill-FEŻ. Għandu jitqies biss l-effett nett, jiġifieri l-ispejjeż dovuti tas-sena kurrenti mingħajr l-irriversjar tal-ispejjeż dovuti tas-sena ta’ qabel.    

    2.           RAPPORT DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI FINANZJARJA

    NOTA TA' INTRODUZZJONI

    Il-FEŻ ta’ qabel

    · Id-Deċiżjoni 1/2000 tal-Kunsill tal-AKP-KE tas-27 ta’ Lulju 2000 dwar il-miżuri ta’ tranżizzjoni tipprovdi sabiex xi wħud mir-riżorsi mhux allokati mill-FEŻ ta’ qabel ikunu użati għal programmi konsistenti mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim ta’ Kotonù u jiġu applikati kmieni taħt il-miżuri ta’ tranżizzjoni.

    · Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 410/2001 tas-16 ta’ Marzu 2001, li tiffissa l-allokazzjonijiet għall-programmi indikattivi tal-pajjiżi tal-AKP bil-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE, tistipula li r-riżorsi mhux allokati mill-FEŻ ta’ qabel sa massimu ta’ EUR 1,2 biljun għandhom ikunu użati għall-implimentazzjoni skont ir-regoli u l-proċeduri tal-FEŻ rilevanti, sakemm jidħol fis-seħħ il-Protokoll Finanzjarju tad-9 FEŻ.

    · Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1033/2001 tal-15 ta’ Ġunju 2001 iffissat l-allokazzjonijiet għall-programmi reġjonali u l-kooperazzjoni intra-AKP bil-Protokoll Finanzjarju mal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE.

    · Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1252/2002 tal-11 ta’ Lulju 2002 żiedet il-pakkett maħsub għall-kooperazzjoni intra-AKP b'EUR 60 miljun, mir-riżervi ġenerali tas-6 u s-7 FEŻ, u pprovdiet ukoll għall-użu ta’ dawn il-fondi addizzjonali sakemm jidħol fis-seħħ il-Protokoll Finanzjarju tad-9 FEŻ, f'konformità mar-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-FEŻ oriġinali.

    · Fl-aħħar nett, id-Deċiżjoni 3/2002 tal-Kunsill tal-Ministri tal-AKP-KE tat-23 ta’ Diċembru 2002 ħadet l-ammont ta’ EUR 25 miljun mir-riżorsi mhux allokati tat-8 FEŻ (riżerva ġenerali) u allokathom għall-kooperazzjoni reġjonali skont il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE.

    · Minħabba li s-6 FEŻ ingħalaq fl-2006 u s-7 FEŻ ingħalaq fl-2008, il-kontijiet annwali m’għadx fihom it-tabelli tal-implimentazzjoni għal dawn il-FEŻ. Madankollu, l-implimentazzjoni tal-bilanċi trasferiti tista' tinstab fid-9 FEŻ.

    · Kif sar fis-snin li għaddew, sabiex tkun żgurata t-trasparenza fil-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-2012, it-tabelli ta’ hawn taħt jippreżentaw separatament għat-8 FEŻ il-parti użata għall-programmazzjoni skont il-Konvenzjoni ta’ Lomé u l-parti użata għall-programmazzjoni skont il-Ftehim ta’ Kotonù. F'dak li jirrigwarda din tal-aħħar, ir-reġistrazzjoni fil-kontijiet u l-preżentazzjoni tal-kontijiet saret fuq il-bażi tal-Artikolu 3(2) tal-Anness IV għall-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE, f'dak li jirrigwarda l-pajjiżi. Dak l-Artikolu jagħti lill-pajjiżi tal-AKP pakkett A sabiex ikopri l-appoġġ makro-ekonomiku u l-appoġġ għall-programmi u l-proġetti u pakkett B sabiex ikopri bżonnijiet mhux previsti bħall-għajnuna ta’ emerġenza, l-inizjattivi ta’ tnaqqis tad-dejn u l-għajnuna sabiex ikunu kkumpensati l-effetti negattivi tal-instabbiltà fil-qligħ mill-esportazzjoni[13]. F'dak li jirrigwarda r-reġjuni, il-preżentazzjoni tal-kontijiet saret skont il-programmazzjoni reġjonali kif imsemmija fil-Kapitolu 2 tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE (jiġifieri programmi indikattivi reġjonali u kooperazzjoni intra-AKP).

    · Taħt il-Punt 4 tal-Anness Ib (il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perjodu 2008 sa 2013) għall-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE, il-bilanċi li baqa’ u l-ammonti diżimpenjati taħt il-Fondi bejn il-31.12.2007 u d-dħul fis-seħħ tal-10 FEŻ ġew trasferiti għad-9 FEŻ sabiex jiġi assigurat li l-amministrazzjoni tal-UE tista’ tagħmel xogħolha u sabiex jiġu koperti l-ispejjeż tal-proġetti kurrenti sakemm jidħol fis-seħħ l-10 FEŻ.

    · Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/406/UE ddeċidiet li tuża għall-benefiċċju tas-Sudan ammont ta' EUR 150 miljun mill-fondi diżimpenjati minn proġetti taħt id-9 FEŻ u tal-FEŻ preċedenti sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet l-aktar urġenti tal-parti l-aktar vulnerabbli tal-popolazzjoni. Dan l-ammont ġie allokat matul l-2011.

    · Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/315/UE ddeċidiet li tuża għall-benefiċċju tas-Sudan tan-Nofsinhar ammont ta' EUR 200 miljun mill-fondi diżimpenjati minn proġetti taħt id-9 FEŻ u l-FEŻ preċedenti biex jintużaw biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Tliet Snin għall-Iżvilupp tas-Sudan tan-Nofsinhar. Dan l-ammont ġie allokat matul l-2012.

    L-10 FEŻ

    Il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE ffirmat fit-23 ta’ Ġunju 2000 f'Kotonù mill-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Istati tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (l-Istati tal-AKP) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ April 2003. Il-Ftehim ta’ Kotonù ġie emendat bil-ftehim iffirmat mill-istess Stati fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005.

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-UE tas-27 ta’ Novembru 2001 (2001/822/KE) dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej (OCT) mal-Komunità Ewropea daħlet fis-seħħ fit-2 ta’ Diċembru 2001. Din id-Deċiżjoni kienet emendata fid-19 ta’ Marzu 2007 (id-Deċiżjoni 2007/249/KE).

    Il-Ftehim Intern dwar il-finanzjament tal-għajnuna tal-Komunità fil-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu 2008-2013 f'konformità mal-Ftehim ta’ Kotonù rivedut, adottat mir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Komunità Ewropea fis-17 ta’ Lulju 2006, daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2008.

    Skont il-Ftehim ta’ Kotonù, it-tieni perjodu (2008-2013) tal-għajnuna tal-UE għall-Istati tal-AKP u l-OCT huwa ffinanzjat mill-10 FEŻ b’fondi totali ta’ EUR 22 682 miljun, li minnhom:

    · EUR 21 966 miljun huma allokati lill-pajjiżi tal-AKP skont il-qafas finanzjarju pluriennali stabbilit fl-Anness Ib għall-Ftehim ta’ Kotonù rivedut, li minnhom EUR 20 466 miljun huma ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea;

    · EUR 286 miljun huma allokati lill-OCTs skont l-Anness IIAa tal-Ftehim rivedut tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-assoċjazzjoni tal-OCTs mal-Komunità Ewropea, li minnhom EUR 256 miljun huma ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea;

    · EUR 430 miljun huma għall-Kummissjoni sabiex tiffinanzja l-ispejjeż li jirriżultaw mill-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tar-riżorsi tal-10 FEŻ, skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim Intern.

    Mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-10 FEŻ, dawn l-ammonti huma ssupplimentati minn diżimpenji minn FEŻ preċedenti, tal-introjtu mill-imgħax u minn bilanċi mhux minfuqa li jirriżultaw mis-sistema sabiex tiġi ggarantita l-istabbilizzazzjoni tal-qligħ mill-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli primarji (STABEX) taħt il-Fondi qabel id-9 FEŻ. Il-fondi kollha huma ġestiti b’mod konformi mar-regoli speċifiċi tagħhom kif previst fil-Ftehim rivedut ta’ Kotonù u l-Ftehim Intern.

    Mill-allokazzjonijiet tal-10 FEŻ imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni Ewropea tamministra l-ammont inizjali ta' EUR 21 152 miljun kif ġej

    – EUR 15 300 miljun għall-programmi indikattivi nazzjonali, li minnhom:

    · EUR 13 500 miljun għall-pakkett A, li minnhom infetħu EUR 13 345 miljun. Barra minn dan, il-pakkett A żdied mit-trasferiment ta’ riżervi minn EUR 341 miljun, żdied b’EUR 91 miljun bejn l-għeluq ta’ diżimpenji Stabex u naqas bi EUR 33 miljun wara t-trasferiment għall-allokazzjonijiet reġjonali (reġjun MTR-PALOP). Bħala riżultat totali disponibbli l-fondi jammontaw għal EUR 13 744 miljun f’allokazzjonijiet miftuħa u EUR 155 miljun għad iridu jinfetħu.

    · EUR 1 800 miljun għall-pakketti B, fetħu għal kollox. Barra minn hekk, il-pakkett B żdied mir-riżervi b’EUR 148 miljun huma miftuħa, u b’hekk it-total ta' fondi miftuħa se jitla’ għal EUR 1 948 miljun.

    – EUR 1 783 miljun għall-programmi indikattivi reġjonali, flimkien ma’ trasferiment ta’ EUR 33 miljun minn pakkett A u trasferiment għar-riżervi ta’ EUR 19-il miljun, li jirriżulta f’EUR 1 797 miljun ta’ Allokazzjonijiet miftuħa;

    – EUR 2 700 miljun f’allokazzjonijiet Intra-AKP, li kollha huma miftuħa, u flimkien ma’ trasferiment ta’ EUR 195 miljun minn riżervi, total ta’ EUR 2 895 miljun tal-allokazzjonijiet huma miftuħa;

    – EUR 683 miljun bħala riżerva, li minnhom EUR 664 miljun ġie trasferit li jħalli bilanċ ta’ EUR 19-il miljun.

    – EUR 430 miljun għal spejjeż tal-implimentazzjoni, miftuħa kollha;

    – EUR 256 miljun OCT allokazzjonijiet ta’ li prinċipalment:

    · Fondi ta’ pakkett A għal EUR 195 miljun, li minnhom EUR 140 miljun huma miftuħa

    · Fondi ta’ pakkett B għal EUR 15-il miljun, li minnhom EUR 7 miljun huma miftuħa

    · Fondi ta’ allokazzjonijiet reġjonali ta’ EUR 40 miljun, huma kollha miftuħa

    · Fondi ta’ studju/assistenza teknika ta’ EUR 6 miljun, miftuħa kollha.

    - l-10 FEŻ riżerva ta' rendiment mhux mobilizzabbli

    Minħabba li l-10 FEŻ daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2008, il-bilanċi li baqa' u l-ammonti diżimpenjati minn proġetti li jaqgħu taħt id-9 FEŻ u l-FEŻ ta’ qabel huma trasferiti għar-riżerva tal-prestazzjoni tal-10 FEŻ, minbarra l-fondi tal-iStabex u l-pakkett amministrattiv tad-9 FEŻ. Din ir-riżerva tista' tintuża biss bil-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 1(4) tal-Ftehim Intern tal-10 FEŻ.

    Hawn taħt għandek issib id-dettalji ta' din ir-riżerva sal-31.12.2012 (miljuni ta' EUR):

    Total tal-fondi trasferiti għar-riżerva tal-10 FEŻ li ma tistax tkun mobilizzata: || 815

    wara li jitnaqqsu l-fondi trasferiti fid-9 FEŻ favur is-Sudan, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/406/UE tat-12.07.2010 || -150

    wara li jitnaqqsu l-fondi trasferiti fid-9 FEŻ favur is-Sudan t'Isfel, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/315/UE tat-23.05.2011 || -200

    Total disponibbli fir-riżerva (AKP+OCT): || 465

    - L-10 FEŻ riżerva Stabex

    Wara l-għeluq tal-kontijiet tal-iStabex, il-fondi li ma jkunux intużaw/diżimpenjati huma trasferiti għar-riżerva tal-Pakkett A tal-iStabex fl-10 FEŻ (il-Ftehim Intern tal-10 FEŻ, l-Artikolu 1(4)) u mbagħad għall-programmi indikattivi nazzjonali tal-pajjiżi kkonċernati.

    Is-sitwazzjoni fil-31.12.2012 tar-riżerva huwa kif ġej (f’miljuni ta’ EUR):

    Pajjiż ikkonċernat || Riżerva tal-Pakkett A tal-iSTABEX

    Il-Kosta tal-Avorju || 11,43

    Il-Kap Verde || 0,01

    Il-Ginea Bissaw || 0,30

    Sjerra Leone || 0,22

    Is-Senegal || 0,90

    TOTAL || 12,86

    L-10 kofinanzjament tal-FEŻ

    Taħt l-10 FEŻ, ġew iffirmati l-ftehimiet dwar it-trasferiment tal-kofinanzjamenti mill-Istati Membri għal EUR 116-il miljun u nfetħu l-approprjazzjonijiet għall-impenji li b'kollox kienu jammontaw għal EUR 99 miljun, filwaqt li l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet infetħu biss għall-ammonti msarrfa ta’ EUR 93 miljun.

    Is-sitwazzjoni tal-approprjazzjonijiet tal-kofinanzjament sal-31.12.2012 hija indikata fit-tabella ta' hawn taħt (miljuni ta' EUR):

    || Approprjazzjonijiet ta’ impenn || Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet

    Kofinanzjament - Pakkett A || 84 || 78

    Kofinanzjament - Intra-AKP || 12 || 12

    Kofinanzjament - Spejjeż amministrattivi || 3 || 3

    || 99 || 93

    It-tabelli li ġejjin, li jirrigwardaw l-ammonti deċiżi, ikkuntrattati u mħallsa, jindikaw ċifri netti.

    It-tabelli li jippreżentaw is-sitwazzjoni skont il-pajjiż u skont l-istrument jinsabu fl-anness.

    2.1         L-ALLOKAZZJONIJIET

    2.2         KONTIJIET AGGREGATI

    2.3.       INFORMAZZJONI OĦRA TAL-ĠESTJONI

    Il-kofinanzjament Taljan (1985)

    Il-kofnanzjament Taljan, fis-seħħ mill-1985, u li għadu miftuħ fl-2011 kif ukoll ir-"raba"  programm ta’ riabilitazzjoni — is-Somalja” li kien għadu għaddej setgħu fl-aħħar jingħalqu fl-2012. Bilanċi disponibbli fl-għeluq ġew imħallsa lura lill-Italja.

    PARTI II – IL-KONTIJIET ANNWALI TAL-FEŻ: IR-RAPPORTI FINANZJARJI TAL-FAĊILITÀ TAL-INVESTIMENT

    IL-BANK EWROPEW TA' INVESTIMENT || CA/463/13

    || L-14 ta’ Marzu 2013

    || Dokument 13/072

    ||

    ||

    BORD TAD-DIRETTURI

    Faċilità ta’ Investiment

    Rapporti finanzjarji

    fil-31 ta' Diċembru 2012

    || ||

    || - Dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja - Dikjarazzjoni tal-introjtu komprensiv - Dikjarazzjoni tal-bidliet fir-riżorsi tal-kontributuri - Rapport tal-flussi ta’ flus - Noti għar-rapporti finanzjarji ||

    ORG.: (e) ||

    3.         IR-RAPPORTI FINANZJARJI TAL-FAĊILITÀ TAL-INVESTIMENT

    3.1         Dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja fil-31 ta’ Diċembru 2012

    (F’EUR’000)

    || Noti || 31.12.2012 || 31.12.2011

    || || ||

    ASSI || || ||

    Flus kontanti u l-ekwivalenti || 5 || 466 568 || 452 279

    Strumenti finanzjarji derivattivi || 6 || 115 || 434

    Ammonti mislufa u riċevibbli || 7 || 1 146 280 || 1 033 160

    Assi finanzjarji li huma disponibbli għall-bejgħ || 8 || 333 001 || 251 660

    Ammonti riċevibbli mingħand il-kontributuri || 9/15 || 87 310 || 87 310

    Assi finanzjarji li huma miżmuma sal-maturità || 10 || 99 029 || -

    Assi oħra || 11 || 224 || 416

    || || ||

    Assi totali ||   || 2 132 527 || 1 825 259

    || || ||

    || || ||

    OBBLIGAZZJONIJIET U RIŻORSI TAL-KONTRIBUTURI || || ||

    || || ||

    OBBLIGAZZJONIJIET || || ||

    Strumenti finanzjarji derivattivi || 6 || 7 035 || 12 702

    Introjtu differit || 12 || 37 808 || 33 003

    Ammonti dovuti lill-partijiet terzi || 13 || 312 086 || 329 660

    Obbligazzjonijiet oħra || 14 || 1 153 || 1 113

    || || ||

    Obbligazzjonijiet Totali || || 358 082 || 376 478

    || || ||

    RIŻORSI TAL-KONTRIBUTURI || || ||

    Kontribuzzjoni tal-Istati Membri mitluba || 15 || 1 561 309 || 1 281 309

    Riżerva tal-valur ġust || || 68 434 || 41 750

    Qligħ miżmum || || 144 702 || 125 722

    || || ||

    Total tar-riżorsi tal-kontributuri || || 1 774 445 || 1 448 781

    || || ||

    Obbligazzjonijiet u Riżorsi tal-Kontributuri totali || || 2 132 527 || 1 825 259

    In-noti li jakkumpanjaw jiffurmaw parti integrali ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

    3.2         DIKJARAZZJONI TAL-INTROJTU KOMPRENSIV GĦAS-SENA LI NTEMMET FIL-31 TA' DIĊEMBRU 2012

    (F’EUR’000)

    || Noti || Mill-01.01.2012 || Mill-01.01.2011 ||

    || sal-31.12.2012 || sal-31.12.2011 ||

    || || || ||

    Imgħax u introjtu simili || 17 || 67 503 || 59 561 ||

    Imgħax u spejjeż simili  || 17 || -1 114 || -940 ||

    || || || ||

    Imgħax u introjtu simili nett || || 66 389 || 58 621 ||

    || || || ||

    Introjtu minn imposti u kummissjonijiet || 18 || 1 934 || 2 149 ||

    Spejjeż ta' imposti u kummissjonijiet || 18 || -292 || -144 ||

    || || || ||

    Introjtu minn imposti u kummissjonijiet nett || || 1 642 || 2 005 ||

    || || || ||

    Bidla fil-valur ġust dwar strumenti ta’ derivattivi finanzjarji || || 5 348 || -7 534 ||

    Qligħ nett realizzat fuq l-assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ || 19 || 1 045 || 17 228 ||

    It-telf/il-qligħ nett ta’ munita barranija || || -10 575 || 8 376 ||

    || || || ||

    Riżultat nett tal-operazzjonijiet finanzjarji || || -4 182 || 18 070 ||

    || || || ||

    Bidla fl-indeboliment tal-ammonti mislufa u tar-riċevibbli, netta mit-treġġigħ lura || 7 || 597 || 27 452 ||

    Indeboliment tal-assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ || 8 || -8 927 || -6 888 ||

    Indeboliment fuq assi oħrajn || 20 || -337 || - ||

    Spejjeż amministrattivi ġenerali || 21 || -36 202 || -38 006 ||

    || || || ||

    Profitt ghas-sena || || 18 980 || 61 254 ||

    || || || ||

    Introjtu komprensiv ieħor: || || || ||

    Assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ – Riżerva għall-valur ġust  || || || ||

    1. Bidla fil-valur ġust nett ta' assi finanzjarji lesti għall-bejgħ  || 8 || 18 551 || 20 574 ||

    2. Ammont nett trasferit għal profitt jew telf || 8 || 8 133 || -3 394 ||

    Assi finanzjarji totali disponibbli għall-bejgħ || || 26 684 || 17 180 ||

    || || || ||

    It-total ta’ introjtu komprensiv ieħor || || 26 684 || 17 180 ||

    || || || ||

    Introjtu komprensiv totali għas-sena || || 45 664 || 78 434 ||

    3.3         DIKJARAZZJONI TAT-TIBDILIET FIR-RIŻORSI TAL-KONTRIBUTURI GĦAS-SENA LI NTEMMET FIL-31 TA' DIĊEMBRU 2012

    (F’EUR’000)

    || Kontribuzzjoni msejħa || Riżerva tal-Valur Ġust || Qligħ miżmum || TOTAL

    Sal-1 ta’ Jannar 2012                                                                Noti || 1 281 309 || 41 750 || 125 722 || 1 448 781

    || || || ||

    Kontribuzzjoni tal-Istati Membri, mitluba matul is-sena                    15 || 280 000 || - || - || 280 000

    || || || ||

    Profitt għas-sena 2012 || - || - || 18 980 || 18 980

    || || || ||

    Introjtu komprensiv totali ieħor għas-sena || - || 26 684 || - || 26 684

    || || || ||

    Bidliet fir-riżorsi tal-kontributuri || 280 000 || 26 684 || 18 980 || 325 664

    || || || ||

    Sal-31 ta’ Diċembru 2012 || 1 561 309 || 68 434 || 144 702 || 1 774 445

    Sal-1 ta’ Jannar 2011                                                                Noti || 1 131 309 || 24 570 || 64 468 || 1 220 347

    || || || ||

    Kontribuzzjoni tal-Istati Membri, mitluba matul is-sena                    15 || 150 000 || - || - || 150 000

    || || || ||

    Profitt għas-sena 2011 || - || - || 61 254 || 61 254

    || || || ||

    Introjtu komprensiv totali ieħor għas-sena || - || 17 180 || - || 17 180

    || || || ||

    Bidliet fir-riżorsi tal-kontributuri || 150 000 || 17 180 || 61 254 || 228 434

    || || || ||

    Sal-31 ta’ Diċembru 2011 || 1 281 309 || 41 750 || 125 722 || 1 448 781

    3.4         Rapport tal-flussi ta’ flus għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2012

    (F’EUR’000)

    || Noti || Mill-01.01.2012 sal-31.12.2012 || Mill-01.01.2011 sal-31.12.2011

    ATTIVITAJIET OPERATTIVI || || ||

    Profitt għas-sena finanzjarja || || 18 980 || 61 254

    Aġġustamenti || || ||

    Indeboliment tal-assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ  || || 8 927 || 3 172

    Bidla netta fl-indeboliment tal-ammonti mislufa u tar-riċevibbli   || || -597 || -27 452

    Imgħax ikkapitalizzat fuq s-self u r-riċevibbli || 7 || -9 622 || -10 512

    Bidla fl-imgħax dovut u fl-ispiża amortizzata tas-self u r-riċevibbli || || -1 407 || -2 801

    Bidla fl-imgħax dovut u fl-ispiża amortizzata fuq assi finanzjarji miżmuma sal-maturità. || || -751 || -

    Żieda fl-introjtu differit || || 4 805 || 3 424

    Effett taċ-ċaqliq fir-rati tal-kambju fuq is-self  || || 16 044 || -15 337

    Effett taċ-ċaqliq fir-rati tal-kambju fuq l-assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ || || -1 204 || 34

    Profitt minn attivitajiet operattivi qabel il-bidliet fl-assi u l-obbligazzjonijiet operattivi || || 35 175 || 11 782

    || || ||

    żborżamenti ta’ self || 7 || -233 018 || -237 040

    Ħlas lura ta’ self || 7 || 115 480 || 104 410

    Bidliet fil-valur ġust tad-derivattivi || || -5 348 || 7 534

    Żieda fl-assi finanzjarji miżmuma sal-maturità || || -98 278 || -

    Żieda fl-assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ || 8 || -81 981 || -67 829

    Bejgħ tal-assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ  || 8 || 19 601 || 24 971

    Tnaqqis f’assi oħrajn || || 192 || 2 756

    Żieda f’obbligazzjonijiet oħra || || 40 || 173

    Żieda f’ammonti oħra pagabbli lill-Bank Ewropew għall-Investiment || || 6 876 || 4 144

    || || ||

    Flussi netti tal-flus mill-attivitajiet operattivi || || -241 261 || -149 099

    || || ||

    ATTIVITAJIET TA' FINANZJAMENT || || ||

    Kontribuzzjoni riċevuta mill-Istati Membri || || 236 345 || 136 345

    Ammonti riċevuti mill-Istati Membri fir-rigward ta' sussidji fuq l-imgħaxijiet || || 43 655 || 76 345

    Ammonti mħallsa f'isem l-Istati Membri fir-rigward ta' sussidji fuq l-imgħaxijiet    || || -24 450 || -22 899

    || || ||

    Flussi netti tal-flus mill-attivitajiet ta’ finanzjament || || 255 550 || 189 791

    || || ||

    Żieda netta fil-flus u l-ekwivalenti ta’ flus || || 14 289 || 40 692

    Flus u l-ekwivalenti ta’ flus fil-bidu tas-sena finanzjarja || || 452 279 || 411 587

    Flus kontanti u l-ekwivalenti fl-aħħar tas-sena finanzjarja || || 466 568 || 452 279

    || || ||

    Il-flus u l-ekwivalenti huma magħmula minn: || || ||

    flus fl-idejn; || || 10 588 || 3 127

    Depożiti b’terminu || || 455 980 || 449 152

    || || 466 568 || 452 279

    || || ||

    L-iżvelar supplimentari tal-flussi tal-flus operattivi || || 2012 || 2011

    Interessi rċevuti || || 64 490 || 57 391

    Interessi mħallsa || || -1 137 || -1 162

    Dividendi rċevuti || || 975 || 974

    3.5         NOTI GĦAR-RENDIKONT FINANZJARJU GĦALL-31 TA’ DIĊEMBRU 2012

    1 Informazzjoni ġenerali

    Il-Faċilità tal-Investiment (“il-Faċilità”) ġiet stabbilita fil-qafas tal-Ftehim ta’ Kotonù (il-“Ftehim”) dwar il-kooperazzjoni u l-għajnuna għall-iżvilupp innegozjat bejn il-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (l-“Istati tal-AKP”) u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fit-23 ta’ Ġunju 2000, u rivedut fil-25 ta’ Ġunju 2005 u fit-23 ta' Ġunju 2010.

    Il-faċilità mhijiex entità legali separata u l-Bank Ewropew tal-Investiment (“BEI”) jamministra kontribuzzjonijiet f’isem l-Istati Membri (“donaturi”) skont it-termini tal-Ftehim.

    Il-finanzjament skont il-Ftehim huwa pprovdut mill-baġits tal-Istati Membri tal-UE u mħallas skont il-protokolli finanzjarji definiti għal perjodi suċċessivi ta’ bejn ħamsa u sitt snin. Fil-qafas tal-Ftehim u wara d-dħul fis-seħħ tat-tieni protokoll finanzjarju fl-1 ta’ Lulju 2008 (li jkopri l-perjodu 2008-2013), imsejjaħ l-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp ("FEŻ"), il-Bank Ewropew għall-Investiment (il-"BEI" jew "il-Bank") huwa fdat bil-ġestjoni ta’:

    - il-Faċilità, fond ta' EUR 3 185,5 miljun li jerfa’ r-riskju immirat biex irawwem l-investiment fis-settur privat fil-pajjiżi AKP li minnhom EUR 48,5 miljun huma allokati għal Pajjiżi u territorji extra-Ewropej (“pajjiżi OCT”);

    - għotjiet għall-finanzjament ta' sussidji tar-rata tal-imgħax li jiswew EUR 400 miljun għall-pajjiżi AKP u EUR 1,5 miljun għall-pajjiżi OCT. Sa 10 % ta’ dawn is-sussidji jistgħu jintużaw biex jiffinanzjaw l-għajnuna teknika relatata mal-proġetti.

    Id-dikjarazzjoniet finanzjarji preżenti jkopru l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012.

    Bi proposta mill-Kumitat ta Ġestjoni tal-BEI, il-Bord tad-Diretturi tal-BEI adotta d-Dikjarazzjonijiet Finanzjarji fil-14 ta’ Marzu 2012 u awtorizza s-sottomissjoni tagħhom quddiem il-Bord tal-Gvernaturi għall-approvazzjoni sal-14 ta' Mejju 2013.

    2 Politiki tal-kontabbiltà sinifikanti

    2.1 Il-bażi tal-preparazzjoni – Dikjarazzjoni tal-konformità

    Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-Faċilità tħejjew skont l-Istandards ta' Rappurtar Finanzjarju Internazzjonali (IFRS) kif adottati mill-Unjoni Ewropea.

    2.2 Ġudizzji u estimi tal-kontabbiltà sinifikanti

    It-tħejjija tar-rapporti finanzjarji titlob l-użu ta’ estimi tal-kontabbiltà. Titlob ukoll li l-Amministrazzjoni tal-Bank Ewropew għall-Investiment teżerċita l-ġudizzju tagħha fil-proċess tal-applikazzjoni tal-politiki tal-kontabbiltà tal-Faċilità. Jiġu divulgati minn hawn ’il quddiem l-oqsma li jinvolvu grad ogħla ta’ ġudizzju jew kumplessità, jew l-oqsma fejn l-ipoteżi u l-estimi huma sinifikanti fir-rigward tar-rapporti finanzjarji.

    L-iktar użu sinifikanti ta’ ġudizzji u stimi huwa kif ġej:

    § Valur ġust tal-istrumenti finanzjarji

    Fejn il-valuri ġusti tal-assi finanzjarji u l-obbligazzjonijiet finanzjarji rreġistrati fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ma jistgħux jirriżultaw minn swieq attivi, dawn jiġu ddeterminati bl-użu ta’ tekniki ta’ valwazzjoni varji li jinkludu l-użu ta’ mudelli matematiċi. L-input għal dawn il-mudelli jittieħed minn swieq osservabbli fejn possibbli, imma fejn dan ma jkunx fattibbli, huwa meħtieġ grad ta’ ġudizzju biex ikunu stabbiliti l-valuri ġusti. Il-ġudizzji jinkludu kunsiderazzjonijiet ta’ likwidità u inputs ta’ mudelli bħall-korrelazzjoni u l-volatilità għal derivattivi b'maturità ta’ aktar minn tliet xhur.

    § Telf minħabba indeboliment ta’ self u riċevibbli

    Il-Faċilità tanalizza s-self u r-riċevibbli problematiċi tagħha f’kull data tar-rapportar biex tevalwa jekk għandhiex tkun irreġistrata allokazzjoni għall-indeboliment fid-dikjarazzjoni tal-introjtu komprensiv. B’mod partikolari, il-ġudizzju tal-Amministrazzjoni tal-Bank Ewropew għall-Investiment huwa meħtieġ fl-istima tal-ammont u l-waqt tal-flussi futuri tal-flus fid-determinazzjoni tal-livell tal-allokazzjoni meħtieġ. Tali estimi huma bbażati fuq ipoteżijiet dwar għadd ta’ fatturi u r-riżultati effettivi jistgħu jvarjaw, u dan jirriżulta f’tibdil futur fl-allokazzjoni. Minbarra l-allokazzjoni speċifika kontra self u riċevibbli li huma sinifikanti individwalment, il-Faċilità tista’ tagħmel ukoll allokazzjoni kollettiva ta’ indeboliment kontra esponimenti li, għalkemm mhux identifikati speċifikament bħala li jirrikjedu allokazzjoni speċifika, għandhom riskju ikbar ta’ nuqqas ta’ ħlas lura milli meta ngħataw oriġinarjament.

    Fil-prinċipju, ammont misluf huwa meqjus bħala mhux produttiv meta l-ħlas tal-imgħax u l-ħlas prinċipali jkun ilhom 90 jum jew iktar li skadew u, fl-istess ħin, l-Amministrazzjoni tal-Bank Ewropew għall-Investiment tikkunsidra li hemm indikazzjoni oġġettiva ta’ indeboliment.

    § Valwazzjoni ta’ investimenti f’ishma mhux ikkwotati li huma disponibbli għall-bejgħ

    Il-valwazzjoni ta’ investimenti f’ishma mhux ikkwotati li jkunu disponibbli għall-bejgħ hija normalment ibbażata fuq wieħed minn dawn li ġejjin:

    - tranżazzjonijiet distakkati ("arm's length") reċenti fis-suq;

    - valur ġust kurrenti ta' strument ieħor li huwa sostanzjalment l-istess;

    - il-flussi tal-flus mistennija skontati bir-rati kurrenti applikabbli għal partiti b'termini u karatteristiċi ta' riskju simili; jew

    - mudelli oħra ta' valwazzjoni.

    Id-determinazzjoni tal-flussi tal-flus u l-fatturi ta’ skont għall-investimenti f’ishma mhux ikkwotati li huma disponibbli għall-bejgħ tirrikjedi użu sinifikanti ta’ estimi. Il-Faċilità tikkalibra t-tekniki ta’ valwazzjoni perjodikament u tittestja l-validità tagħhom billi jew tuża l-prezzijiet minn tranżazzjonijiet tas-suq kurrenti li jistgħu jiġu osservati fl-istess strument jew minn dejta tas-suq osservabbli disponibbli oħra.

    § Indeboliment ta’ assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ

    Il-Faċilità tqis l-investimenti f’ishma disponibbli għall-bejgħ bħala indeboliti meta jkun hemm tnaqqis sinifikanti jew fit-tul fil-valur ġust taħt il-kost oriġinali jew fejn ikun hemm evidenza oġġettiva oħra ta’ indeboliment. Id-determinazzjoni ta’ x’inhu “sinifikanti” jew “fit-tul” titlob ġudizzju. Il-Faċilità tqis “sinifikanti” ġeneralment dak li hu 30 % jew iktar u “fit-tul” bħala iktar minn 12-il xahar. Barra dan, il-Faċilità tevalwa fatturi oħra, inkluż il-volatilità normali fil-prezz tal-ishma għall-ishma kkwotati u l-flussi tal-flus fil-futur u l-fatturi ta’ skont għall-ishma mhux ikkwotati.

    2.3 Bidliet fil-politiki tal-kontabbiltà

    Il-politiki tal-kontabbiltà adottati huma konsistenti ma’ dawk użati fis-sena finanzjarja ta’ qabel. Il-Faċilità ma adottatx xi IFRS standard ġdid jew emendat matul is-sena.

    L-istandards li ħarġu imma li għad mhumiex fis-seħħ

    Għadd ta’ standards applikabbli ġodda, emendi għal standards u interpretazzjonijiet huma effettivi għal perjodi annwali li jibdew wara l-1 ta’ Jannar 2012, u ma ġewx applikati fit-tħejjija ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

    IAS 1 Preżentazzjoni ta’ punti tal-introjtu komprensiv ieħor

    L-emendi għall-IAS 1 ibiddlu r-raggruppar tal-partiti ppreżentati f’Introjtu komprensiv ieħor. Partiti li jiġu riklassifikat għal profitt u telf f'xi punt fil-futur ikunu ippreżentati separatament minn partiti li qatt mhu se jiġu kklassifikati mill-ġdid. L-istandard huwa effettiv għal perjodi li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2012 jew wara fejn hija permessa adozzjoni bikrija.

    IFRS 9 Strumenti Finanzjarji

    L-ewwel pass fi proġett bi tliet partijiet mill-IASB biex jissostitwixxi l-Istrumenti Finanzjarji IAS 39, dan l-istandard jiddefinixxi mill-ġdid il-kategoriji tal-assi u l-obbligazzjonijiet finanzjarji u t-trattament tal-kontijiet tagħhom. L-istandard għadu "qed jiġi żviluppat" u eventwalment dan se jissostitwixxi l-IAS39 fl-intier tiegħu. Id-data effettiva attwali tal-istandard hija l-1 ta’ Jannar 2015. L-IFRS 9 għadu ma ġiex approvat mill-Unjoni Ewropea. Il-Faċilità ma tippjanax li tadotta dan l-istandard kmieni u l-kobor tal-impatt għadu ma ġiex determinat.

    Dan l-istandard ġie maħruġ fl-2011, b’data effettiva tal-1 ta’ Jannar 2013 b’adozzjoni bikrija permessa. L-impatt tal-adozzjoni ta’ dawn l-istandards fuq id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-Faċilità għadu ma ġiex determinat.

    L-IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust

    Dan l-istandard jiddefinixxi l-valur ġust, jistipula qafas għall-kejl tal-valur ġust u jeħtieġ divulgazzjoni dwar il-kejl tal-valur ġust.

    2.4 Sommarju ta’ politiki tal-kontabbiltà sinifikanti

    Id-dikjarazzjoni dwar il-pożizzjoni finanzjarja tirrappreżenta l-assi u l-obbligazzjonijiet, murija skont il-grad tal-likwidità tagħhom, b’dawk iktar likwidi murija qabel, u ma tagħmilx distinzjoni bejn l-elementi kurrenti u dawk li mhumiex.

    2.4.1 Il-qlib ta’ valuti barranin

    Il-Faċilità tuża l-Euro (EUR) biex tippreżenta r-rapporti finanzjarji tagħha, li hija wkoll il-valuta funzjonali. Ħlief kif indikat mod ieħor, l-informazzjoni finanzjarja ppreżentata f’EUR ġiet imqarrba għall-eqreb elf.

    It-tranżazzjonijiet f’valuti barranin jiġu tradotti bir-rata tal-kambju valida fid-data tat-tranżazzjoni.

    L-assi u l-obbligazzjonijiet monetarji ddenominati f’valuti oħra barra l-Euro jinqalbu fl-Euro bir-rata tal-kambju prevalenti fid-data tal-karta tal-bilanċ. Il-qligħ jew it-telf li jirriżulta minn dan il-qlib jiġi rreġistrat fid-dikjarazzjoni tal-introjtu komprensiv.

    L-elementi mhux monetarji li jitkejlu f’termini tal-kost storiku f’valuta barranija jinqalbu bir-rati tal-kambju validi fid-dati tat-tranżazzjonijiet inizjali. L-elementi mhux monetarji mkejla bil-valur ġust f’valuta barranija jinqalbu bir-rati tal-kambju validi fid-data meta l-valur ġust ġie ddeterminat.

    Id-differenzi fil-kambju li jirriżultaw mis-saldu tat-tranżazzjonijiet b’rati differenti minn dawk fid-data tat-tranżazzjoni, u d-differenzi fir-rati tal-kambju mhux realizzati fuq assi u obbligazzjonijiet monetarji f’valuta barranija mhux likwidati, huma rikonoxxuti fid-dikjarazzjoni tal-introjtu komprensiv.

    L-elementi tad-dikjarazzjoni tal-introjtu komprensiv jinqalbu f’Euro fuq il-bażi tar-rati tal-kambju li jkunu validi fl-aħħar ta’ kull xahar.

    2.4.2 Flus kontanti u l-ekwivalenti

    Il-Faċilità tiddefinixxi l-flus kontanti u l-ekwivalenti bħala kontijiet kurrenti, depożiti għal żmien qasir, jew commercial papers b’maturitajiet oriġinali ta’ tliet xhur jew inqas.

    2.4.3 Assi finanzjarji minbarra d-derivattivi

    L-assi finanzjarji jiġu inklużi fuq il-bażi tad-data tas-saldu.

    § Assi finanzjarji li huma miżmuma sal-maturità

    Assi finanzjarji miżmuma sal-maturità kkwotati jinkludu bonds bl-intenzjoni li jinżammu sal-maturità.

    Dawk il-kambjali huma inizjalment irreġistrati skont il-valur ġust tagħhom flimkien ma’ kull spiża tat-tranżazzjoni direttament attribwibbli. Id-differenza bejn prezz tal-bidu u l-prezz tal-fidwa tkun amortizzata skont il-metodu ta’ mgħax effettiv maul il-perjodu ta' ħajja li jkun baqagħlu l-bond.

    Il-faċilità teżamina f'kull data ta' karta tal-bilanċ jekk hemmx xhieda oġġettiva li assi finanzjarju jew grupp ta' assi finanzjarji humiex indeboliti. L-assi finanzjarji jew il-grupp tal-assi finanzjarji jitqies bħala indebolit jekk, u biss jekk, hemm evidenza oġġettiva ta’ indeboliment bħala riżultat ta’ avveniment wieħed jew iktar li ġraw wara r-rikonoxximent inizjali tal-assi ("avveniment ta’ telf" imġarrab) u li dak l-avveniment ta’ telf ikollu impatt fuq il-flussi tal-flus stmati fil-futur tal-assi finanzjarju jew il-grupp tal-assi finanzjarji li jista’ jkun stmat b’mod kredibbli. Telf minn indeboliment hu rikonoxxut fil-profitt u t-telf u l-ammont tat-telf jitkejjel bħala d-differenza bejn il-valur riportat u l-valur preżenti tal-flussi ta’ flus futuri stmati skontati r-rata tal-interessi effettiva oriġinali tal-istrument.

    § Self

    Self li oriġina mill-Faċilità jiġi rikonoxxut fl-assi tal-Faċilità meta l-flus jiġu avvanzati lil dawk li jieħdu s-self. Dan is-self huwa inizjalment irreġistrat skont il-kost oriġinali (l-ammonti netti li jkunu nħarġu), li huwa l-valur ġust tal-flus mogħtija biex jinbeda s-self, inklużi l-ispejjeż tat-tranżazzjoni, u huwa sussegwentement imkejjel b’kost amortizzat, bl-użu tal-metodu ta’ rendità effettiva, bit-tnaqqis ta’ kwalunkwe provvedimenti għall-indeboliment jew l-impossibbiltà ta’ ġbir.

    § Assi finanzjarji li huma disponibbli għall-bejgħ

    L-assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ huma dawk li huma indikati bħala tali jew li ma jikkwalifikawx sabiex jiġu kklassifikati bħala indikati skont il-valur ġust permezz ta’ profitti jew telf, miżmuma sal-maturità jew self u riċevibbli. Dawn jinkludu strumenti azzjonarji u investimenti f'fondi ta’ kapital tar-riskju.

    Wara l-kejl inizjali, l-assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ jiġu sussegwentement kontabilizzati bil-valur ġust tagħhom. Innota d-dettalji li ġejjin għall-kejl tal-valur ġust tal-investimenti azzjonarji, li ma jistgħux ikunu derivati mis-swieq attivi:

    a. Fondi ta’ kapital tar-riskju.

    Il-valur ġust ta’ kull fond ta’ kapital tar-riskju huwa bbażat fuq il-Valur Nett tal-Assi (NAV) l-iktar riċenti, irrappurtat mill-fond, jekk ikkalkulat fuq il-bażi tal-linji gwida internazzjonali tal-valwazzjoni rikonoxxuti li huma konformi mal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju - IFRS (pereżempju: il-linji gwida Internazzjonali dwar il-valwazzjoni tal-Ekwità Privata l-Kapital tar-Riskju, il-Linji Gwida IPEV, kif ippubblikati mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kapital tar-Riskju). Il-Faċilità tista’ madankollu tiddeċiedi li taġġusta l-NAV irrappurtat mill-fond jekk ikun hemm kwistjonijiet li jistgħu jaffettwaw il-valwazzjoni.

    b. Investimenti diretti f’ekwità

    Il-valur ġust tal-investiment huwa bbażat fuq l-aħħar sett ta’ rapporti finanzjarji disponibbli, bl-użu mill-ġdid, jekk applikabbli, tal-istess mudell bħal dak użat fl-akkwist tal-parteċipazzjoni.

    Qligħ u telf mhux realizzat fuq il-fondi ta’ kapital tar-riskju u l-investimenti azzjonarji diretti jiġu rrappurtati fir-riżorsi tal-kontributuri sakemm dawn l-investimenti jinbiegħu, jinġabru jew wieħed jiddisponi minnhom, jew sakemm jiġi ddeterminat li dawn l-investimenti huma indeboliti. Jekk jiġi ddeterminat li investiment disponibbli għall-bejgħ huwa indebolit, il-qligħ jew it-telf kumulattiv mhux realizzat li qabel ikun ġie rikonoxxut fl-ekwità jiġi inkluż fid-dikjarazzjoni tal-introjtu komprensiv.

    Għall-investimenti mhux ikkwotati, il-valur ġust jiġi ddeterminat bl-applikazzjoni ta’ teknika tal-valwazzjoni rikonoxxuta (pereżempju l-flussi tal-flus skontati jew multiplu). Dawn l-investimenti huma kontabilizzati bil-prezz oriġinali meta l-valur ġust ma jkunx jista’ jitkejjel b’mod kredibbli. Għandu jiġi nnutat li fl-ewwel sentejn tal-investimenti, huma rikonoxxut skont kemm jiswew.

    Il-parteċipazzjonijiet akkwistati mill-Faċilità tipikament jirrappreżentaw investimenti f’fondi ta’ ekwità privata jew kapital ta’ riskju. Skont il-prattika fl-industrija, dawn l-investimenti huma ġeneralment investimenti sottoskritti b'mod konġunt minn għadd ta’ investituri, li ħadd minnhom ma huwa f’pożizzjoni li individwalment jinfluwenza l-operazzjonijiet ta’ kuljum u l-attività ta’ investiment ta’ dan il-fond. Bħala konsegwenza, kwalunkwe sħubija minn investitur f'korp ta’ tmexxija ta’ tali fond fil-prinċipju ma tintitolax tali investitur li jinfluwenza l-operazzjonijiet ta’ kuljum tal-Fond. Barra minn hekk, l-investituri individwali f'ekwità privata jew fond ta’ kapital ta’ riskju ma jiddeterminawx politiki ta’ fond bħal politiki ta’ distribuzzjoni fuq id-dividendi jew distribuzzjonijiet oħra. Dawn id-deċiżjonijiet huma tipikament meħuda mill-amministrazzjoni tal-fond fuq il-bażi tal-ftehim tal-azzjonisti li jikkontrolla d-drittijiet u l-obbligi tal-amministraturi u l-azzjonisti kollha tal-fond. Il-ftehim tal-azzjonisti ġeneralment iwaqqfu wkoll lill-investituri individwali milli jeżegwixxu bilateralment tranżazzjonijiet materjali mal-fond, li jibdlu persunal maniġerjali jew jiksbu aċċess privileġġat għal informazzjoni teknika essenzjali. L-investimenti tal-Faċilità huma esegwiti skont il-prattika tal-industrija dikjarata hawn fuq, li tiżgura li l-Faċilità la tikkontrolla u lanqas teżerċita xi forma ta’ influwenza sinifikanti fis-sens ta’ IAS 27 u IAS 28 fuq xi wieħed minn dawn l-investimenti, inkluż dawk l-investimenti fejn il-Faċilità għandha iktar minn 20 % tad-drittijiet tal-vot.

    § Garanziji

    Fir-rikonoxximent inizjali, il-garanziji finanzjarji jiġu rikonoxxuti bil-valur ġust li jikkorrispondi għall-Valur Nett Preżenti (NPV) tal-inflows mistennija mill-primjums. Dan il-kalkolu jsir fid-data tal-bidu ta’ kull tranżazzjoni u huwa rikonoxxut fil-karta tal-bilanċ bħala “Garanziji finanzjarji” taħt “assi oħra” u “obbligazzjonijiet oħra”.

    Sussegwentement għar-rikonoxximent inizjali, l-obbligazzjonijiet tal-Faċilità taħt dawn il-garanziji jitkejlu bl-ogħla minn:

    - l-aħjar stima tan-nefqa meħtieġa biex jitħallas kwalunkwe obbligu finanzjarju li jirriżulta mill-garanzija, li tiġi stmata fuq il-bażi tal-fatturi rilevanti kollha u l-informazzjoni eżistenti fid-data tad-dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja.

    - l-ammont rikonoxxut inizjalment mingħajr l-amortizzazzjoni kumulattiva. L-amortizzazzjoni tal-ammont rikonoxxut inizjalment issir bl-użu tal-metodu attwarjali.

    Kull żieda jew tnaqqis fl-obbligazzjoni fir-rigward tal-garanziji finanzjarji tittieħed fid-dikjarazzjoni tal-introjtu komprensiv taħt “introjtu minn drittijiet u kummissjonijiet”.

    L-assi tal-Faċilità taħt din il-garanzija huma sussegwentement amortizzati permezz tal-metodu ta’ stima attwarja u analizzati fir-rigward tal-indeboliment.

    Barra dan, meta jiġi ffirmat ftehim ta’ garanzija, jiġi ppreżentat bħala obbligazzjoni kontinġenti għall-Faċilità u meta l-garanzija tintuża, bħala impenn għall-Faċilità.

    2.4.4 Indeboliment tal-assi finanzjarji

    Ma’ kull data tal-karta tal-bilanċ, il-Faċilità tevalwa biex tara jekk hemmx xi evidenza oġġettiva li xi assi finanzjarju huwa indebolit. L-assi finanzjarji jew il-grupp tal-assi finanzjarji jitqies bħala indebolit jekk, u biss jekk, hemm evidenza oġġettiva ta’ indeboliment bħala riżultat ta’ avveniment wieħed jew iktar li ġraw wara r-rikonoxximent inizjali tal-assi (“avveniment ta’ telf” imġarrab) u li dak l-avveniment ta’ telf ikollu impatt fuq il-flussi tal-flus stmati fil-futur tal-assi finanzjarju jew il-grupp tal-assi finanzjarji li jista’ jkun stmat b’mod kredibbli. L-evidenza ta’ indeboliment tista’ tinkludi indikazzjonijiet li d-debitur jew il-grupp ta’ debituri, ikun għaddej minn diffikultà finanzjarja sinifikanti, minn inadempjenza jew delinkwenza fil-ħlas tal-imgħax jew fil-ħlas tal-ammont prinċipali, li hemm il-probabbiltà li jfalli jew li jidħol f’riorganizzazzjoni finanzjarja oħra u fejn dejta li tista’ tkun osservata tindika tnaqqis li jista’ jitkejjel fl-estimu tal-flussi futuri tal-flus kontanti, bħal tibdil fl-arretrati jew kundizzjonijiet ekonomiċi li jikkorrelataw mal-inadempjenzi.

    Għas-self pendenti fl-aħħar tas-sena finanzjarja u kontabilizzat bil-prezz oriġinali amortizzat, l-indebolimenti jseħħu meta tkun ippreżentata evidenza oġġettiva tar-riskji tan-nuqqas ta’ rkupru tal-ammonti kollha tiegħu jew parti minnu skont it-termini kuntrattwali oriġinali jew il-valur ekwivalenti. Jekk ikun hemm evidenza oġġettiva li telf minn indeboliment ikun seħħ, l-ammont tat-telf jitkejjel bħala d-differenza bejn l-ammont riportat tal-assi u l-valur preżenti tal-flussi tal-flus futuri stmati. L-ammont riportat tal-assi jitnaqqas permezz tal-użu ta’ kont ta’ allokazzjoni u l-ammont tat-telf jiġi rikonoxxut fid-dikjarazzjoni tal-introjtu komprensiv. L-introjtu mill-imgħax ikompli jiġi dovut fuq l-ammont riportat mnaqqas ibbażat fuq ir-rata tal-imgħax effettiva tal-assi. Is-self flimkien mal-allokazzjoni assoċjata jitħassru meta ma jkunx hemm prospett realistiku ta’ rkupru fil-futur. Jekk, f’sena sussegwenti, l-ammont stmat tat-telf minħabba indeboliment jiżdied jew jonqos minħabba avveniment li jseħħ wara li l-indeboliment ikun ġie rikonoxxut, it-telf minħabba indeboliment rikonoxxut qabel jiżdied jew jitnaqqas bl-aġġustament tal-kont tal-allokazzjoni.

    Il-Faċilità twettaq valutazzjonijiet ta’ riskju tal-kreditu bbażati fuq kull operazzjoni individwali u ma tikkunsidrax indeboliment kollettiv.

    Għall-assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ, il-Faċilità tevalwa f’kull data tal-karta tal-bilanċ jekk hemmx evidenza oġġettiva li investiment huwa indebolit. L-evidenza oġġettiva tinkludi tnaqqis sinifikanti jew fit-tul fil-valur ġust tal-investiment taħt il-kost oriġinali tiegħu. Fejn ikun hemm evidenza ta’ indeboliment, it-telf kumulattiv (imkejjel bħala d-differenza bejn il-valur tal-akkwist u l-valur ġust kurrenti, li jitnaqqas minnu kull telf minn indeboliment fuq dak l-investiment rikonoxxut qabel fid-dikjarazzjoni tal-introjtu komprensiv) jitnaqqas mir-riżorsi tal-kontributuri u jiġi rikonoxxut fid-dikjarazzjoni tal-introjtu komprensiv. It-telf minn indeboliment fuq l-assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ ma jiġix irriversjat fid-dikjarazzjoni tal-introjtu komprensiv; iż-żidiet fil-valur ġust tagħhom wara l-indeboliment jiġu rikonoxxuti direttament fir-riżorsi tal-kontributuri.

    L-Amministrazzjoni tar-Riskju tal-Bank Ewropew tal-Investiment tanalizza l-assi finanzjarji għall-indeboliment għallinqas darba kull sena. L-aġġustamenti li jirriżultaw jinkludu t-tnaqqis tal-iskont fid-dikjarazzjoni tal-introjtu komprensiv matul il-ħajja tal-assi, u kull aġġustamenti meħtieġa fir-rigward tar-rivalutazzjoni tal-indeboliment inizjali.

    2.4.5 Strumenti finanzjarji derivattivi

    Id-derivattivi jinkludu swaps ta’ bejn il-valuti ("cross currency swaps"), swaps tar-rati tal-imgħax ta’ bejn il-valuti ("cross currency interest rate swaps") u forwards fuq il-kambju tal-valuti.

    Fil-proċess normali tal-attività tagħha, il-Faċilità tista’ tidħol f’kuntratti ta’ tpartit bil-ħsieb li jiġu koperti r-riskji f’operazzjonijiet speċifiċi ta’ self jew f’forward contract tal-valuti sabiex tkopri r-riskji fil-pożizzjonijiet li jkollha f’valuti, iddenominati f’valuti oħra għajr l-Euro li jkunu nnegozjati attivament, sabiex ikun ikkumpensat kull qligħ jew telf ikkawżat minn ċaqliq fir-rati tal-kambju.

    Il-faċilità ma tuża ebda possibbiltajiet tal-ħeġġ skont l-IAS 39. Id-derivattivi kollha jitkejlu skont il-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf u dawn jiġu rrapportati bħala strumenti finanzjarji derivattivi. Il-valuri ġusti huma derivati primarjament minn mudelli ta’ flussi skontati ta’ flus, minn mudelli ta’ pprezzar ta’ opzjonijiet u minn kwotazzjonijiet ta’ partijiet terzi.

    Id-derivattivi huma rreġistrati bil-valur ġust tagħhom u kkontabilizzati bħala assi meta l-valur ġust tagħhom ikun pożittiv u bħala obbligazzjonijiet meta l-valur ġust tagħhom ikun negattiv. Il-bidliet fil-valur ġust tal-istrumenti finanzjarji derivattivi huma inklużi fir-“Riżultat nett fuq operazzjonijiet finanzjarji”.

    Id-derivattivi huma inizjalment rikonoxxuti bl-użu tal-bażi tad-data tan-negozju.

    2.4.6 Kontribuzzjonijiet

    Il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri huma rikonoxxuti bħala ammonti riċevibbli fid-dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja fid-data tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja li għandhom iħallsu l-Istati Membri lill-Faċilità.

    Il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin u għaldaqstant huma kklassifikati bħala ekwità:

    - hekk kif ġie definit fil-ftehim dwar il-kontribuzzjonijiet, dawn jintitolaw lill-Istati Membri jiddeċiedu dwar l-użu tal-assi netti tal-Faċilità f’każ li jkun hemm likwidazzjoni tal-Faċilità;

    - huma jaqgħu fil-klassi tal-istrumenti li hija subordinata għall-klassijiet l-oħrajn kollha ta' strumenti;

    - l-istrumenti finanzjarji kollha li jaqgħu fil-klassi tal-istrumenti li hija subordinata għall-klassijiet l-oħrajn kollha tal-istrumenti għandhom karatteristiċi identiċi;

    - l-istrument ma jinkludi l-ebda fatturi li jkunu jirrikjedu li jiġu kklassifikati bħala obbligazzjoni; kif ukoll

    - il-flussi totali tal-flus mistennija attribwiti għall-istrument tul il-ħajja tal-istrument huma bbażati b’mod sostanzjali fuq il-profitt jew it-telf, it-tibdil fl-assi netti rikonoxxuti jew it-tibdil fil-valur ġust tal-assi netti rikonoxxuti u mhux rikonoxxuti tal-Faċilità tul il-ħajja tal-istrument.

    2.4.7 Introjtu mill-imgħax fuq self

    L-imgħax fuq ammonti mislufa li ġej mill-Faċilità huwa rreġistrat fid-dikjarazzjoni tal-introjtu komprensiv (“Imgħaxijiet u introjtu simili”) u fid-dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja (“Ammonti mislufa u ammonti riċevibbli”) fuq il-bażi tad-dovuti bl-użu tar-rata tal-imgħax effettiva, li hija r-rata li tiskonta eżattament il-ħlas futur stmat bi flus kontanti jew riċevuti matul il-ħajja mistennija tas-self għall-ammont nett riportat tas-self. Ladarba l-valur irreġistrat ta’ self jitnaqqas minħabba indeboliment, l-introjtu mill-imgħax ikompli jkun rikonoxxut bl-użu tar-rata tal-imgħax effettiva oriġinali applikata għall-ammont riportat il-ġdid.

    2.4.8 Sussidji fuq l-imgħax u assistenza teknika

    Bħala parti mill-attività tagħha, il-Faċilità tamministra s-sussidji fuq l-imgħax u l-għajnuna teknika f’isem l-Istati Membri.

    Il-parti tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri allokata għall-ħlas ta’ sussidji fuq l-imgħax mhix ikkontabilizzata fir-riżorsi tal-kontributuri tal-Faċilità iżda hija kklassifikata bħala ammonti dovuti lill-partijiet terzi. Il-Faċilità topera l-iżborżament lill-benefiċjarji finali mbagħad tnaqqas l-ammonti dovuti lill-partijiet terzi.

    Meta l-ammonti kkontribwiti fir-rigward tal-ħlas tas-sussidji fuq l-imgħax u l-assistenza teknika ma jingħatawx kompletament, huma jiġu kklassifikati mill-ġdid bħala kontribuzzjonijiet lill-Faċilità.

    2.4.9 Introjtu mill-imgħax fuq flus kontanti u ekwivalenti ta’ flus kontanti

    Introjtu mill-imgħax fuq kontanti u ekwivalenti huwa rikonoxxut fid-dikjarazzjoni tal-introjtu komprensiv tal-Faċilità fuq il-bażi tad-dovuti.

    2.4.10 Imposti, kummissjonijiet u dividendi

    L-imposti riċevuti fir-rigward ta’ servizzi pprovduti fuq perjodu ta’ żmien huma rikonoxxuti bħala tal-introjtu hekk kif ikunu pprovduti s-servizzi. Id-drittijiet tal-impenn huma differiti u rikonoxxuti bħala tal-introjtu bl-użu tal-metodu tal-imgħaxijiet effettivi fuq il-perjodu mill-iżborżament sal-ħlas lura tas-self relatat.

    Id-dividendi relatati ma’ assi finanzjarji li huma disponibbli għall-bejgħ huma rikonoxxuti meta jiġu riċevuti.

    2.4.11 Tassazzjoni

    Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jistipula li l-assi, l-introjti u l-proprjetà l-oħra tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni huma eżenti mit-taxxi diretti kollha.

    3 Ġestjoni tar-Riskji

    Din in-nota tippreżenta informazzjoni dwar l-esponiment tal-Faċilità u l-ġestjoni tagħha u l-kontroll ta’ riskji ta’ kreditu u finanzjarji, b’mod partikolari r-riskji primarji assoċjati mal-użu tagħha ta’ strumenti finanzjarji. Dawn huma:

    - riskju tal-kreditu – ir-riskju ta’ telf li jirriżulta minn klijent jew inadempjenza tal-kontroparti u li jirriżultaw mill-esponiment tal-kreditu fil-forom kollha, inkluż is-saldu tar-riskju;

    - riskju tal-likwidità – ir-riskju li entità tiltaqa’ ma’ diffikultajiet biex tissodisfa l-obbligi assoċjati mal-obbligazzjonijiet finanzjarji li jissaldu bil-kunsinna ta’ flus jew assi finanzjarji oħra;

    - riskju tas-suq – esponiment għal varjabbli tas-suq osservabbli bħal rati ta’ imgħax, ir-rati tal-kambju u l-prezzijiet tal-ekwità tas-suq.

    3.1 Organizzazzjoni tal-ġestjoni tar-riskju

    Il-Bank Ewropew għall-Investiment jadatta l-ġestjoni tar-riskju tiegħu fuq bażi kontinwa.

    Il-Ġestjoni tar-Riskju tal-BEI indipendentement jivvaluta, tevalwa, timmonitorja u tirrapporta r-riskji tal-kreditu u tal-prezz tal-ekwità li l-Faċilità hija esposta għaliha. F'qafas fejn hi ppreservata s-segregazzjoni tad-dmirijiet, il-Ġestjoni tar-Riskju hija indipendenti mill-Front Offices. Id-Direttur Ġenerali tal-Ġestjoni tar-Riskju jagħmel rapporti dwar kwistjonijiet ta’ riskju, lill-Viċi-President maħtur tal-Bank Ewropew tal-Investiment. Il-Viċi President maħtur jiltaqa' regolarment mal-Kumitat tal-Verifika biex jiddiskuti suġġetti relatati mar-riskji. Huwa wkoll responsabbli biex jissorvelja r-rappurtar tar-riskju lill-Kumitat Maniġerjali u l-Bord tad-Diretturi tal-Bank Ewropew tal-Investiment.

    3.2 Ir-riskju tal-kreditu

    Riskju ta’ kreditu huwa t-telf potenzjali li jista' jirriżulta minn klijent jew inadempjenza tal-kontroparti u li jirriżulta f'esponiment tal-kreditu fil-forom kollha, inkluż is-saldu.

    3.2.1. Politika tar-riskju tal-kreditu

    Fit-twettiq tal-analiżi tal-kreditu fuq self tal-kontraparti, il-BEI jivvaluta r-riskju tal-kreditu bil-ħsieb li jikkwantifikah u jipprezzah. Il-Faċilità żviluppat Metodoloġija tal-Klassifikazzjoni Interna (IRM) għal kumpaniji jew istituzzjonijiet finanzjarji li jiddeterminaw il-Klassifkazzjonijiet Interni tal-kontropartijiet benefiċjarji ewlenin li jisselfu jew jiggarantixxu. Il-metodoloġija hija bbażata fuq sistema ta’ karti ta’ punti mfassla għal kull tip ta’ kontroparti tal-kreditu maġġuri (pereż. Kumpaniji, Banek, Entitajiet tas-Settur pubbliku, eċċ.). Meta jitqiesu t-tnejn li huma, l-aqwa prattiċi bankarji u l-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim dwar il-Kapital Internazzjonali ta’ Basel (Basel II), il-kontropartijiet kollha li huma materjali għall-profil tal-kreditu ta’ tranżazzjoni speċifika huma klassifikati fil-kategoriji tal-klassifikazzjoni interni bl-użu tal-IRM għat-tip ta’ kontroparti speċifika. Kull kontroparti hija inizjalment assenjata lil xi Klassifikazzjoni Interna li tirrifletti r-rata fit-tul tal-valuta tal-kontroparti (jew l-ekwivalenti fil-munita lokali meta meħtieġa) wara analiżi fil-fond tal-profil tar-riskju ta’ kontroparti u l-kuntest operattiv tar-riskju tal-pajjiż.

    Il-valutazzjoni tal-kreditu ta’ finanzjament tal-proġetti u operazzjonijiet ta’ rikors limitat strutturati oħrajn mhumiex suġġett għall-IRM u qed jużaw għodod tar-riskju tal-kreditu rilevanti għas-settur, prinċipalment iffokati fuq id-disponibbiltà tal-likwidità u l-kapaċità tas-servizz tad-dejn. Dawn l-għodod jinkludu l-analiżi ta’ qafas kuntrattwali tal-proġetti, analiżi tal-kontroparti u simulazzjonijiet tal-flussi tal-fus. Bl-istess mod għal kumpaniji u istituzzjonijiet finanzjarji, kull proġett huwa assenjat għal klassifikazzjoni ta’ riskju interna u telf mistenni.

    Mhux l-operazzjonijiet kollha mhux sovrani (jew mhux sovrani garantiti/assimilati) huma suġġetti għal limiti speċifiċi tal-livell tat-tranżazzjoni u tad-daqs tal-kontroparti. L-ammont nominali massimu ta’ kull tranżazzjoni huwa limitat minn limitu li jiddependi fuq it-telf tat-tranżazzjoni mistenni. Il-limiti tal-kontroparti huma applikati għal esponimenti konsolidati. Limiti bħal dawn tipikament jirriflettu d-daqs tal-fondi proprji tal-kontrapartijiet kif ukoll il-finanzjament fit-tul estern totali tagħhom.

    Sabiex timmitiga r-riskju tal-kreditu il-Faċilità tuża titjib fil-kreditu varji li huma:

    - titoli marbuta ma' proġetti (pereż. pleġġ fuq l-ishma; pleġġ fuq l-assi; assenjazzjoni tad-drittijiet; pleġġ fuq il-kontijiet); jew/u

    - garanziji, ġeneralment provduti mill-isponsor tal-proġett finanzjat (pereż. it-tlestija tal-garanziji, l-ewwel domanda tal-garanziji).

    Barra minn hekk, il-Faċilità tuża titjib fil-kreditu rari li ma humiex immedjetament korrelatati mar-riskju tal-proġett, bħal kollaterali jew garanziji tal-bank.

    Il-Faċilità ma tuża ebda derivattivi tal-kreditu sabiex tnaqqas ir-riskju tal-kreditu.

    3.2.2. L-esponiment massimu għar-riskju tal-kreditu mingħajr ma jittieħed inkonsiderazzjoni ebda kollateral u titjib ieħor tal-kreditu

    It-tabella li ġejja turi l-esponiment massimu għal riskju ta’ kreditu għall-komponenti tad-dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja, inklużi derivattivi. L-esponiment massimu jidher gross, qabel l-effett tal-mitigazzjoni permezz tal-użu tal-kollateral.

    Esponiment massimu (f'EUR'000) || 31.12.2012 || 31.12.2011

    ASSI || ||

    Flus kontanti u l-ekwivalenti || 466 568 || 452 279

    Strumenti finanzjarji derivattivi || 115 || 434

    Ammonti mislufa u riċevibbli || 1 146 280 || 1 033 160

    Ammonti riċevibbli mingħand il-kontributuri || 87 310 || 87 310

    Assi finanzjarji li huma miżmuma sal-maturità || 99 029 || -

    Assi oħra || 224 || 416

    Assi totali || 1 799 526 || 1 573 599

    || ||

    MA JIDHIRX FUQ IL-KARTA TAL-BILANĊ || ||

    Obbligazzjonijiet kontingenti || ||

    - Garanziji mhux prelevati || 20 000 || 20 000

    Impenji || ||

    - Self mhux imħallas || 749 044 || 701 092

    - Garanziji prelevati || 6 224 || 7 909

    Totalli ma jidhirx fuq il-karta tal-bilanċ || 775 268 || 729 001

    || ||

    L-esponiment tal-kreditu totali || 2 574 794 || 2 302 600

    3.2.3. Riskju tal-kreditu fuq self u ammonti riċevibbli

    3.2.3.1 Kejl tar-riskju ta’ kreditu għal self u riċevibbli

    Kull tranżazzjoni ta’ self imwettqa mill-Faċilità tibbenefika minn valutazzjoni komprensiva tar-riskju u kwantifikazzjoni ta’ stimi tat-telf mistenni li huma riflessi fi Gradazzjoni tas-Self (Loan Grading, “LG”). L-LGs huma stabbiliti skont kriterji aċċettati ġeneralment, ibbażati fuq il-kwalità tad-debitur, il-maturità tas-self, il-garanzija u, fejn xieraq, il-garanti.

    Is-sistema tal-gradazzjoni tas-self (LG) tinkludi l-metodoloġiji, proċessi, databases u sistemi tal-IT li jappoġġaw il-valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu f'operazzjonijiet ta’ self u l-kwantifikazzjoni tal-istimi tat-telf mistenni. Hija tiġbor fil-qosor ammont kbir ta’ informazzjoni bil-għan li toffri klassifikazzjoni relattiva tar-riskji tal-kreditu tas-self. L-LGs jirrifletti l-valur preżenti tal-livell stmat tat-”telf mistenni”, dan ikun il-prodott tal-probabbiltà ta’ inadempjenza tad-debituri prinċipali, l-esponiment għar-riskju u s-severità tat-telf fil-każ ta’ inadempjenza. L-LGs huma użati għall-iskopijiet li ġejjin:

    - bħala għajnuna għal valutazzjoni ifjen u aktar kwantitattiva tar-riskji tas-self;

    - biex tgħin fl-isforzi tal-monitoraġġ tad-distribuzzjoni;

    - bħala deskrizzjoni tal-kwalità tal-portafoll tas-self f’data partikolari;

    - bħala input wieħed fid-deċiżjonijiet tal-ipprezzar tar-riskju fuq it-telf mistenni.

    Il-fatturi li ġejjin jidħlu fid-determinazzjoni ta’ LG:

    i) Il-kredibbiltà kreditizja tad-debitur: L-RM indipendentement jirrevedi lil min jissellef u jivvaluta l-kredibbiltà kreditizja tagħhom fuq il-bażi ta’ metodoloġiji interni u ta’ dejta esterna. Skont l-Istrateġija Avvanzata Basel II magħżula, il-Bank żviluppa metodoloġija tal-klassifikazzjoni interna (IRM) li tiddetermina l-klassifkazzjonijiet interni ta’ dawk li jisselfu u l-garanti. Din hija bbażata fuq sett ta’ karti tal-punteġġ speċifiċi biex jiġu definiti tipi ta’ kontroparti.

    ii) Il-korrelazzjoni tal-inadempjenza: hija tikkwantifika ċ-ċansijiet ta’ diffikultajiet finanzjarji simultanji li jirriżultaw kemm għal min jissellef kif ukoll għall-garanti. Aktar ma tkun għolja l-korrelazzjoni bejn il-probabbiltajiet ta’ inadempjenza ta’ min jissellef u tal-garanti, aktar ikun baxx il-valur tal-garanzija u għalhekk aktar baxx l-LG.

    iii) Il-valur strumenti u tat-titoli tal-garanzija: dan il-valur huwa stmat fuq il-bażi ta’ kombinazzjoni tal-kredibbiltà kreditizja tal-emittent u t-tip tal-istrument użat.

    iv) Il-qafas kuntrattwali: qafas kuntrattwali sod se jżid mal-kwalità tas-self u jtejjeb il-klassifikazzjoni interna tiegħu.

    v) It-tul tas-self: Jekk kollox jibqa' l-istess, aktar ma jkun twil il-perjodu tas-self, aktar ikun għoli r-riskju li wieħed jiltaqa’ ma’ diffikultajiet biex iħallas lura s-self.

    It-telf mistenni tas-self huwa kkomputat billi jiġu kombinati l-ħames elementi diskussi hawn fuq. Jiddependi mil-livell ta’ dan it-telf, is-self jiġi assenjat għal wieħed mill-klassijiet LG segwenti elenkati hawn taħt:

    A     Self ta’ kwalità prima: hemm tliet sottokategoriji. A tinkludi r-riskji sovrani kollha tal-UE, jiġifieri self mogħti lil jew kompletament, espliċitament u inkondizzjonalment garantit mill-Istati Membri, fejn l-ebda diffikultajiet fil-ħlas lura ma huma mistennija u li għalih huwa allokat telf mhux mistenni ta’ 0 %. A+ tindika self mogħti lil (jew garantit minn) entitajiet apparti Stati Membri, mingħajr ebda aspettattiva ta’ deterjorament matul il-perjodu tas-self. A- tinkludi dawk l-operazzjonijiet ta’ self fejn hemm xi dubju dwar iż-żamma tal-istatus attwali tagħhom (pereżempju minħabba maturità twila, jew il-volatilità għolja tal-prezzijiet futuri ta’ kollateral li mill-bqija huma eċċellenti), iżda fejn kwalunkwe żvantaġġ huwa mistenni li jkun limitat.

    B      Self ta’ kwalità għolja: dawn jirrappreżentaw klassi ta’ assi li magħhom il-bank iħossu komdu, għalkemm deterjorament żgħir fil-futur mhux eskluż. B+ u B- huma użati biex jindikaw il-probabbiltà relattiva tal-possibbiltà li jseħħ deterjorament.

    C      Self ta’ kwalità tajba: eżempju ta’ dan jista' jkun self mhux garantit lil banek u kumpaniji solidi b’bullet loan ta’ seba' snin, jew amortizzament ekwivalenti, bl-iiżborżament mal-maturità.

    D      Din il-klassifika tirrappreżenta l-limitu bejn self ta’ "kwalità aċċettabbli" u dawk li esperjenzaw xi diffikultajiet. Dan il-punt fil-klassifikar tas-self huwa determinat b’mod aktar preċiż bis-sottoklassifikazzjoni D+ u D-. Self klassifikat D- jeħtieġ monitoraġġ elevat.

    (e)   Din il-kategorija LG tinkludi self b’riskju akbar milli ġeneralment aċċettat. Tinkludi wkoll self li matul ħajtu esperjenza problemi serji u li wieħed ma jistax jeskludi li jaqa' f'sitwazzjoni ta’ telf. Għal din ir-raġuni, is-self huwa soġġett għal monitoraġġ mill-qrib u għoli. Is-sottoklassijiet E+ u E- jiddifferenzjaw l-intensità ta’ dan il-proċess ta’ monitoraġġ speċjali, ma’ dawk l-operazzjonijiet gradati E- peress li huma fil-pożizzjoni fejn hemm possibiltà qawwija li s-servizz tad-dejn ma jistax jinżamm fuq bażi tempestiva u għalhekk tkun meħtieġa xi forma ta’ ristrutturar tad-dejn, possibbilment li twasslu għal telf ta’ indeboliment.

    F      F (falliment) huwa self li jirrappreżenta riskji inaċċettabbli. Self gradat F- jista' jfiġġ biss minn tranżazzjonijiet pendenti li esperjenzaw, wara l-iffirmar, ċirkostanzi avversi eċċezzjonali, imprevisti u drammatiċi. L-operazzjonijiet kollha fejn ikun hemm telf tal-prinċipal għall-Faċilità jiġu gradati F u dispożizzjoni speċifika hija applikata.

    Ġeneralment, self internament iggradat D- jew anqas jitqiegħed fil-Lista ta’ Osservazzjoni. Madankollu, jekk is-self kien oriġinarjament approvat bi profil tar-riskju ta’ D- jew anqas, jitqiegħed biss fuq il-Lista ta’ Osservazzjoni bħala riżultat ta’ avveniment materjali ta’ kreditu li jikkawża deterjorazzjoni ulterjuri fil-klassifikazzjoni LG tiegħu.

    It-tabella fit-Taqsima 3.2.3.3 turi analiżi tal-kwalità tal-kreditu tal-portafoll tas-self tal-Faċilità abbażi tal-klassijiet LG varji kif deskritt hawn fuq.

    3.2.3.2 Analiżi tal-espożizzjoni tar-riskju ta’ kreditu tas-self

    It-tabella li ġejja turi l-esponiment massimu għar-riskju ta’ kreditu fuq self iffirmat u mogħti skont it-tip ta’ debitur b'kunsiderazzjoni għall-garanziji provduti mill-garanti:

    Fil-31.12.2012 F'EUR’000 || Garantiti || Titjibiet oħra tal-kreditu || Mhux garantiti || TOTAL

    Banek || 12 630 || 136 695 || 207 582 || 356 907

    Kumpaniji Total || 20 077 || 78 171 || 478 358 || 576 606

    Istituzzjonijiet pubbliċi || 30 462 || - || 18 || 30 480

    Istati Uniti || - || 5 819 || 176 468 || 182 287

    Total imħallas || 63 169 || 220 686 || 862 425 || 1 146 280

    Iffirmat iżda mhux imħallas || 14 091 || 142 963 || 591 990 || 749 044

    Fil-31.12.2011 F'EUR’000 || Garantiti || Titjibiet oħra tal-kreditu || Mhux garantiti || TOTAL

    Banek || 13 026 || 97 994 || 197 245 || 308 265

    Kumpaniji Total || 15 699 || 55 601 || 475 012 || 546 312

    Istituzzjonijiet pubbliċi || 37 670 || - || - || 37 670

    Stati || - || 6 214 || 134 699 || 140 913

    Total imħallas || 66 395 || 159 809 || 806 956 || 1 033 160

    Iffirmat iżda mhux imħallas || 10 434 || 173 484 || 517 174 || 701 092

    L-avveniment tas-self tal-Faċilità li jaffettwaw li dawk li jissellfu u dawk li jiggarantixxu huma mgħassa kontinwament mill-Ops B, id-direttorat operattiv tal-BEI għal operazzjonijiet barra mill-UE. B’mod partikolari, id-drittijiet kuntrattwali huma vvalutati fuq bażi ta’ każ b’każ f’każ ta’ deterjorament tar-rata u/jew inadempjenza kuntrattwali. Jittieħdu miżuri ta' mitigazzjoni, fejn ikun meħtieġ u skont il-linji gwida tar-riskji tal-kreditu. Barra minn hekk, f’każ ta’ tiġdid ta’ garanziji ta' bank rċevuti fuq is-self tiegħu, huwa żgurat li dawn jinbidlu jew li tittieħed azzjoni fiż-żmien opportun.

    Bħala reazzjoni immedjata għall-iżviluppi fis-swieq finanzjarji li seħħew minn Settembru tal-2008, il-Faċilità aġixxiet biex issaħħaħ l-arranġamenti tagħha għall-monitoraġġ u l-ġestjoni tar-riskji. Għal dan l-għan, f’April 2011, l-Ops B ħoloq diviżjoni awtonoma ta’ monitoraġġ li tirrapporta direttament lid-Direttur Ġenerali, mogħtija r-responsabbiltà ta’ monitoraġġ tas-self finanzjarju u kuntrattwali. L-għan huwa li l-promozzjoni tal-iskambju ta’ informazzjoni fost id-dipartimenti u biex jiġu ssuġġeriti proċeduri ta' ġestjoni dwar rappurtar u dwar l-operazzjonijiet biex jintużaw fi żminijiet ta’ kriżi finanzjarja biex jekk ikun meħtieġ ikun hemm reazzjoni minnufih.

    3.2.3.3 Analiżi tal-kwalità tal-kreditu għal kull tip ta’ debitur

    It-tabelli hawn taħt juru l-analiżi tal-kwalità tal-kreditu tal-portafoll tas-self tal-Faċilità fil-31 ta' Diċembru 2012 u l-31 ta' Diċembru 2011, mill-applikazzjonijiet tal-Gradazzjoni tas-Self, ibbażati fuq l-esponimenti ffirmati (imħallsa u mhux imħallsa).

    Fil-31.12.2012 F'EUR’000 || ||  Grad għoli ||  Grad standard ||  Aċċettazzjoni Minima Riskju ||  Riskju għoli ||  L-ebda gradazzjoni ||  TOTAL

    || || A sa B- || C || D+ || D- u taħt || ||

    Debitur || Banek || 50 000 || 24 342 || 21 864 || 529 325 || 337 014 || 962 545

    Kumpaniji Total || 7 466 || 8 006 || - || 605 672 || - || 621 144

    Istituzzjonijiet pubbliċi || - || - || - || 70 480 || - || 70 480

    Stati || - || - || - || 241 155 || - || 241 155

    TOTAL || || 57 466 || 32 348 || 21 864 || 1 446 632 || 337 014 || 1 895 324

    Fil-31.12.2011 F'EUR’000 || ||  Grad għoli ||  Grad standard ||  Aċċettazzjoni Minima Riskju ||  Riskju għoli ||  L-ebda gradazzjoni ||  TOTAL

    Debitur || Banek || 50 002 || 9 674 || 39 966 || 356 629 || 351 476 || 807 747

    Kumpaniji Total || 3 917 || 5 279 || - || 635 825 || - || 645 021

    Istituzzjonijiet pubbliċi || - || - || - || 38 761 || - || 38 761

    Stati || - || - || - || 242 723 || - || 242 723

    TOTAL || || 53 919 || 14 953 || 39 966 || 1 273 938 || 351 476 || 1 734 252

    3.2.3.4 Konċentrazzjonijiet tar-riskju ta’ self u ammonti riċevibbli

    3.2.3.4.1 Analiżi ġeografika

    Fuq il-bażi tal-pajjiż tad-debitur, il-portafoll tas-self tal-Faċilità jista' jiġi analizzat skont ir-reġjuni ġeografiċi li ġejjin (f'EUR'000):

    Pajjiż tad-debitur || 31.12.2012 || 31.12.2011

    Reġjonali - AKP || 84 051 || 99 543

    L-Uganda || 140 833 || 117 035

    Reġjonali - L-Afrika tal-Punent || 33 856 || 14 161

    Il-Możambik || 137 745 || 126 666

    Il-Mawritanja || 65 670 || 43 427

    L-Etijopja || 81 666 || 84 266

    Ir-Repubblika Dominikana || 67 991 || 66 118

    Il-Kenja || 131 566 || 65 611

    Il-Kamerun || 72 525 || 60 706

    Iż-Żambja || 18 772 || 43 294

    Il-Kongo (Ir-Repubblika Demokratika) || 28 415 || 8 980

    In-Niġerja || 14 383 || 28 691

    Reġjonali - Paċifiku || 17 767 || 20 603

    Reġjonali - L-Afrika Ċentrali || 10 431 || 12 109

    Il-Ġamajka || 71 027 || 59 317

    Il-Madagaskar || - || 1 253

    Il-Mawrizju || 11 302 || 12 732

    Il-Gana || 5 642 || 7 812

    L-Angola || 10 009 || 13 598

    Trinidad u Tobago || 1 483 || 1 002

    Il-Burkina Faso || 10 727 || 12 588

    Il-Malawi || 4 950 || 5 833

    Il-Kaledonja Ġdida || 4 198 || 4 673

    Ir-Rwanda || 9 641 || 11 197

    In-Niġer || 4 146 || 3 950

    Il-Polineżja Franċiża || 2 631 || 3 131

    Il-Botswana || - || -

    Is-Senegal || 5 837 || 10 329

    Il-Lesoto || 3 827 || 3 902

    Il-Vanwatu || 3 639 || 3 917

    Il-Beliże || 13 || 103

    Il-Grenada || 2 477 || 2 698

    Il-Gabon || 1 011 || 1 509

    It-Togo || 52 644 || 53 224

    Il-Kap Verde || 27 073 || 28 405

    Ġibuti || 762 || 777

    Il-Ħaiti || 4 654 || -

    Santa Luċija || 2 916 || -

    TOTAL || 1 146 280 || 1 033 160

    3.2.3.4.2 Analiżi tas-settur tal-industrija

    It-tabella ta’ hawn taħt tanalizza l-portafoll tas-self tal-Faċilità skont is-settur tal-industrija tad-debitur. L-operazzjonijiet li qabel jitqassmu lill-benefiċjarju finali, l-ewwel jitqassmu lil xi intermedjarju finanzjarju huma mniżżla taħt is-self globali (f'EUR'000):

    Is-settur tal-industrija tad-debitur || 31.12.2012 || 31.12.2011

    Self globali u ftehimiet ta' aġenzija || 252 662 || 218 912

    Linji tal-ajru u manifattura tal-inġenji tal-ajru || 13 || 103

    Ajruporti u sistemi ta' ġestjoni tat-traffiku tal-ajru || 30 480 || 31 052

    Materjal bażiku u tħaffir || 168 911 || 135 573

    Kimiki, plastik u farmaċewtiċi || - || 20 400

    Ilma tajjeb għax-xorb, ipproċessar tal-ilma || 38 697 || 33 247

    Elettriku, faħam u oħrajn || 409 090 || 358 745

    Katina alimentari || - || 1 244

    Prodotti ta' investiment/prodotti dewwiema tal-konsumatur || 3 827 || 3 902

    Trasport marittimu u trasport ieħor || 5 819 || 6 214

    Ipproċessar tal-materjali, kostruzzjoni || 24 154 || 29 025

    Katina tal-karti || 4 747 || 4 840

    Toroq u awtostradi || 73 921 || 62 856

    Telekomunikazzjonijiet || 18 427 || 24 963

    Terzjarji u oħrajn || 115 532 || 102 084

    TOTAL || 1 146 280 || 1 033 160

    3.2.3.5 L-arretrati fuq self

    Ammonti f'arretrati huma identifikati, mmonitorjati u rrapportati skont sett ta’ proċeduri msejħa “Linji gwida għall-monitoraġġ ta’ ħlasijiet tard”.

    Il-monitoraġġ u r-rappurtaġġ tal-ammonti f'arretrati huwa ġeneralment immanniġġat mill-Unità għall-Ħlasijiet (Late Payment Unit - “LPU”) tad-Direttorat tal-Ġestjoni tat-Tranżazzjoni u r-Ristrutturar tal-BEI. L-LPU jħejji rapport annwali fuq pagamenti ta’ self mhux imħallsa tal-Faċilità, inkluża tabella li tqabbel l-arretrati ta’ aktar minn tmint ijiem minn xahar għal xahar. Ir-rapport ta’ kull xahar jagħti indikazzjoni dettaljata tal-passi li diġà ttieħdu jew li għandhom jittieħdu skont il-pajjiż, self u pagament.

    Barra minn hekk, rapport fix-xahar fuq self tard b'aktar minn 90 ġurnata jiġi mħejji u mibgħut lill-Kummissjoni Ewropea. Darbtejn fis-sena l-kumitat tal-ġestjoni tal-BEI jirċievi tabella sommarju fuq l-arretrati għal self tard b'aktar minn 30 jum u 90 jum kif ukoll bħala rapport inkluża informazzjoni komparattiva dwar l-evoluzzjoni annwali u semi-annwali tal-arretrati.

    L-arrettrati tal-pagamenti fuq self ikkonċernat jistgħu jiġu analizzati kif ġej (f'EUR'000):

    || Noti || Ammonti mislufa u riċevibbli 31.12.2012 || Self u riċevibbli fil-31.12.2011

    Ammont riportat || || 1 146 280 || 1 033 160

    || || ||

    Indeboliti individwalment || || ||

    Ammont gross || || 110 767 || 112 662

    Allokazzjoni għall-indeboliment || 7 || -45 144 || -48 816

    Ammont riportat indebolit individwalment || || 65 623 || 63 846

    || || ||

    Indeboliti kollettivament || || ||

    Ammont gross || || - || -

    Allokazzjoni għall-indeboliment || || - || -

    Ammont riportat indebolit individwalment || || - || -

    || || ||

    Wara d-data tal-għeluq imma mhux indebolit || || ||

    || || ||

    Wara d-data tal-għeluq jinkludi || || ||

    30 – 60 jum || || 12 ||  8

    60 – 90 jum || || - ||  472

    90 – 180 jum || || - ||  13

    aktar 180 jum || || - ||  33

    Ammont riportat wara d-data tal-għeluq imma mhux indebolit || || 12 ||  526

    || || ||

    Ammont riportat la wara d-data tal-għeluq u lanqas indebolit || || 1 080 645 || 968 788

    || || ||

    Total ta' self tal-ammonti riportati u riċevibbli || || 1 146 280 || 1 033 160

    || || || ||

    3.2.4. Riskju ta' kreditu fuq flus u ekwivalenti ta' flus

    Il-fondi disponibbli jiġu investiti skont l-iskeda tal-Faċilità ta’ obbligi ta’ żborżament kuntrattwali. Fil-31.12.2012, l-investimenti kienu biss fil-forma ta’ depożiti bankarji u strumenti finanzjarji oħra ta’ terminu qasir. L-investimenti f’titoli għal perjodu twil u medju jistgħu wkoll ikunu eliġibbli, skont il-linji gwida għall-investiment u skont il-ħtiġijiet tal-likwidità.

    Il-klassifikazzjoni għal terminu qasir minimu meħtieġa għal banek jew emittenti awtorizzati hija P-1/A-1/F1 (Moody’s, S&P, Fitch). Fil-każ ta’ klassifikazzjonijiet differenti li jingħataw minn aktar minn aġenzija tal-gradazzjoni tal-kreditu waħda, il-klassifikazzjoni l-aktar baxxa tgħodd. Il-limitu massimu awtorizzat għal kull bank jew l-emittent awtorizzat bħalissa huwa EUR 50 000 000 (ħamsin miljun euro).

    Id-depożiti huma eżegwiti ma’ entitajiet awtorizzati b'maturità massima ta’ tliet xhur mid-data tal-kummerċ u sal-limitu ta’ espożizzjoni tal-kreditu.

    Fil-31 ta' Diċembru 2012 u l-31 ta' Diċembru 2011 id-depożiti kollha fil-banek u l-karti kummerċjali miżmuma għal perjodu qasir mill-Faċilità kellhom klassifikazzjoni minima ta' P-1 f'jumis-saldu skont Moody’s. Il-klassifikazzjoni ta' P-2 f'Diċembru 2011 hi minħabba degradazzjoni ta' kontraparti waħda fil-21 ta' Diċembru 2011.

    It-tabella li ġejja turi s-sitwazzjoni ta’ depożiti fil-bank inkluż l-imgħax dovut (f'EUR'000):

    Klassifikazzjoni minima għall-perjodu qasir (It-terminu ta' Moody’ s) ||      Klassifikazzjoni minima      fuq terminu twil      (It-terminu ta' Moody’ s) || 31.12.2012 || 31.12.2011

    P-1 ||      Aa1 || 43 400 || 10 % || - || -

    P-1 ||      Aa2 || - || - || 28 622 || 6 %

    P-1 ||      Aa3 || 130 901 || 29 % || 105 547 || 24 %

    P-1 ||      A1 || 83 500 || 18 % || 117 603 || 26 %

    P-1 ||      A2 || 198 179 || 43 % || 179 938 || 40 %

    P-2 ||      A3 || - || - || 17 441 || 4 %

    TOTAL ||      || 455 980 || 100 % || 449 151 || 100 %

    3.2.5. Ir-riskju tal-kreditu fuq id-derivattivi

    3.2.5.1 Politika ta' riskju tal-kreditu tad-derivattivi

    Ir-riskju tal-kreditu fir-rigward tad-derivattivi huwa rrappreżentat mit-telf li parti speċifika tkun ġarrbet fejn il-kontraparti l-oħra għall-ftehim ma tkunx tista' tonora l-obbligi kuntrattwali tagħha. Ir-riskju tal-kreditu assoċjat mad-derivattivi jvarja skont għadd ta’ fatturi (bħar-rati tal-interess u r-rati tal-kambju) u ġeneralment jikkorrispondi biss għal porzjon żgħir tal-valur konċettwali tagħhom.

    Fil-kors normali tal-attività tagħha, il-Faċilità tista’ tidħol f'kuntratti ta’ tpartit bil-ħsieb li tagħmel hedging għal operazzjonijiet speċifiċi ta’ self jew f'kuntratti ta’ valuta bil-quddiem, bil-ħsieb li jiġu ħħeġġjati l-pożizzjonijiet tal-munita denominati f’muniti oħra nnegozjati b'mod attiv għajr il-Euro. It-tpartit kollu huwa eżegwit mill-Bank Ewropew tal-Investiment b’kontroparti estern. It-tpartit huma iddixxiplinati mill-istess Ftehimiet Master dwar it-Tpartit u l-Annessi għall-Appoġġ tal-Kreditu ffirmati bejn il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-kontrapartijiet esterni tiegħu.

    3.2.5.2 Kejl tar-riskju tal-kreditu tad-derivattivi

    It-tpartit kollu eżegwit mill-Bank Ewropew għall-Investiment li huwa relatat mal-Faċilità huwa trattat fl-istess qafas kuntrattwali u metodoloġiji applikati għad-derivattivi nnegozjati mill-Bank Ewropew għall-Investiment għall-iskopijiet tiegħu stess. B'mod partikolari, l-eliġibbiltà tal-kontropartijiet tat-tpartit hija determinata mill-Bank Ewropew tal-Investiment ibbażata fuq l-istess kundizzjonijiet ta’ eliġibilita applikati għal skopijiet ta’ tpartit ġenerali tiegħu.

    Il-Bank Ewropew tal-Investiment ikejjel l-esponiment għar-riskju tal-kreditu relatat ma’ tranżazzjonijiet ta’ tpartit u derivattivi bl-użu tal-istrateġija tal-Esponiment tas-Suq Net (NME) u l-Esponiment Futur Potenzjali (PFE) għar-rappurtaġġ u l-monitoraġġ tal-limiti. L-NME u l-PFE jinkludu bis-sħiħ derivattivi relatati mal-Faċilità tal-investiment.

    It-tabella li ġejja turi l-maturitajiet ta’ kuntratti tat-tpartit (inkluż tpartit bejn il-valuti, tpartit bejn rati tal-interessi b'valuti differenti u esklużi tpartit bejn valuti differenti għal perjodu qasir), subdiviżi skont l-ammont kunċettwali tagħhom u l-valur ġust:

    Kuntratti ta' tpartit fil-31.12.2012 || inqas minn: || 1 sena || 5 snin || aktar minn || Total 2012

    F'EUR’000 || 1 sena || sa 5 snin || sa 10 snin || sa 10 snin ||

    Ammont konċettwali || 1 480 || 9 833 || 15 253 || - || 26 566

    Il-valur ġust (jiġifieri l-valur nett skontat) || 71 || -528 || -3 529 || - || -3 986

    Kuntratti ta' tpartit fil-31.12.2011 || inqas minn: || 1 sena || 5 snin || aktar minn || Total 2011

    Ammont konċettwali || 7 042 || 43 593 || 16 899 || - || 67 534

    Il-valur ġust (jiġifieri l-valur nett skontat) || -674 || -1 331 || -3 869 || - || -5 874

    Il-Faċilità tidħol f’kuntratti ta’ tpartit tal-valuti għal żmien qasir sabiex tkopri r-riskju tal-valuta fuq l-iżborżament ta’ self f'valuti differenti mill-EUR. Tpartit tal-valuti għal perjodu qasir għandu maturità massima ta’ tliet xhur u jiġi regolarment rimpjazzat. L-ammont konċettwali ta’ tpartit tal-valuti għal perjodu qasir kien ta' EUR 652 miljun fil-31 ta' Diċembru 2012 kontra EUR 585 miljun fil-31 ta' Diċembru 2011. Il-valur ġust ta' tpartit tal-valuta għal perjodu qasir jammonta għal EUR -2,9 miljun fil-31 ta' Diċembru 2012 kontra EUR 6,4 miljun fil-31 ta' Diċembru 2011.

    Il-Faċilità tidħol f’kuntratti ta’ tpartit tar-rata tal-imgħax sabiex tiħħeġġja r-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax fuq self maħruġa. F'Diċembru 2012 għad hemm tpartita waħda pendenti tar-rata tal-imgħax b'ammont konċettwali ta' EUR 19,6 miljun (fl-2011: xejn) u valur ġust ta' EUR 0,03 miljun (fl-2011: xejn).

    3.2.6. Ir-riskju tal-kreditu fuq assi finanzjarji miżmuma sal-maturità

    It-tabella li ġejja turi s-sitwazzjoni tal- portafoll miżmum sal-maturità magħmul kompletament minn pożizzjonijiet tal-bond li jonqoshom maturitajiet ta’ inqas minn tliet xhur.

    P-2 ||      Baa2 || 50 143 || 51 % || - || -

    P-3 ||      Baa3 || 48 886 || 49 % || - || -

    TOTAL ||      || 99 029 || 100 % || - || -

    3.3 Riskju tal-likwidità

    3.3.1 Ġestjoni tar-riskju tal-likwidità

    Ir-riskju tal-likwidità jirrappreżenta r-riskju li entità tiltaqa’ ma’ diffikultà biex tissodisfa l-obbligi assoċjati mal-obbligi finanzjarji li jissaldu bil-kunsinna ta’ flus kontanti jew xi assi finanzjarji oħra.

    L-IF huwa primarjament iffinanzjat minn kontribuzzjonijiet annwali mill-Istati Membri (riżorsi tad-9 u l-10 FEŻ) u t-tieni minn flussi mill-ġdid li ġejjin minn operazzjonijiet tal-IF. Kull sena, il-KE, waqt li tqis il-previżjonijiet tal-BEI li jikkonċernaw l-amministrazzjoni u l-operat tal-Faċilità tal-Investiment, għandha tistabbilixxi u tikkomunika lill-Kunsill sal-15 ta’ Ottubru dikjarazzjoni tal-impenji, il-ħlasijiet u l-ammont annwali tas-sejħiet għal kontribuzzjonijiet (sussidji tal-interessi inklużi) li għandhom isiru fis-sena baġitarja attwali kif ukoll f'ta' wara.

    Sabiex tikkalkula l-kontribuzzjonijiet annwali tal-Istati Membri, id-disinn ta’ żborżament tal-portafoll eżistenti u dak pjanat jiġi analizzat u segwit matul is-sena. L-avvenimenti speċjali, bħal rimborsi kmieni, bejgħ ta’ ishma jew każijiet ta’ inadempjenza jittieħdu f'kunsiderazzjoni biex jikkoreġu l-ħtiġijiet annwali tal-likwidità. Biex tkompli tnaqqas ir-riskju tal-likwidità, il-Faċilità żżomm riżerva ta’ likwidità biżżejjed biex tkopri fi kwalunkwe ħin żborżament imbassar, kif ikkomunikat perjodikament mill-OPS.

    L-assi tat-Teżor tal-kontijiet miftuħa f’isem il-FI huma ġestiti mid-Dipartiment tat-Teżor tal-Bank skont il-prinċipju tas-segregazzjoni tad-dmirijiet bejn l-uffiċċju tan-negozjar u tal-back office. Operazzjonijiet ta’ saldu relatati mal-investiment ta’ dawn l-assi huma fir-responsabbiltà tad-Dipartiment tal-Ippjanar u s-Saldu tal-Operazzjonijiet.

    Barra minn hekk, skont il-prinċipju tas-segregazzjoni tad-doveri, l-awtorizzazzjoni tal-kontrapartijiet u l-limiti għal investimenti tat-teżor, kif ukoll il-monitoraġġ ta’ limiti bħal dawn, huma r-responsabbiltà tad-Direttorat tal-Ġestjoni tar-Riskju tal-Bank.

    3.3.2 Kejl tar-riskju tal-likwidità

    It-tabelli f’din it-taqsima janalizzaw l-obbligazzjonijiet finanzjarji tal-Faċilità skont il-maturità fuq il-bażi tal-perjodu li jkun baqa’ bejn id-data tal-karta tal-bilanċ u d-data tal-maturità kuntrattwali (fuq il-bażi ta' flussi ta’ flus mhux skontati).

    Il-Faċilità għandha impenji fil-forma ta' porzjonijiet mhux imħallsa tal-kreditu skont ftehimiet iffirmati ta'self, ta' porzjonijiet mhux imħallsa ta' sottoskrizzjonijiet iffirmati tal-kapital/ftehimiet ta' investiment, ta' għoti ta' self garantit, jew ta' sussidji fuq ir-rati tal-imgħax u assistenza teknika (technical assistance, "TA") impenjati. Il-mudell taż-żmien tal-iiżborżament hu soġġett għal grad sinjifikanti ta' inċertezza. Is-self bl-IF għandu skadenza ta' żborżament. Madankollu, l-iżborżamenti jsiru fil-ħin u f’ammonti li jirriflettu l-progress ta’ proġetti ta’ investiment u finanzjament ta' tranżazzjonijiet sottostanti f'ambjent operattiv relattivament volatili. Investimenti kapitali jsiru dovuti meta u hekk kif il-maniġers tal-fondi tal-ekwità joħorġu sejħiet validi għall-kapital, u dan jirrifletti l-progress fl-attivitajiet ta’ investiment tagħhom. Il-perjodu tal-prelevament normalment hu ta’ tliet snin, li ta’ spiss ikollu jitwal b’sena jew sentejn. Xi impenji ta' żborżament normalment jissopravvivu sa tmiem il-perjodu tal-prelevament sad-disponiment komplet tal-investimenti sottostanti tal-fond, hekk kif il-likwidità tal-fond tista' ma tkunx biżżejjed minn żmien għal żmien biex tissodisfa l-obbligi tal-ħlas li jirriżultaw minn tariffi jew spejjeż oħra. Il-garanziji ta’ self mhumiex soġġetti għal impenji speċifiċi ta’ żborżament sakemm ma tintalabx garanzija mill-benefiċjarju tagħha. L-ammont tal-garanzija pendenti jkun imnaqqas flimkien mal-iskeda ta’ kull ħlas lura tas-self garantit.

    Fuq dan l-isfond, it-tqassim tal-maturitajiet murija hawn taħt ġie stmat, meta jitqies il-perjodu ta’ żborżament kuntrattwali f’kull każ, bl-użu tat-tbassir stabbilit skont metodi standard għall-ippjanar tal-likwidità tal-Faċilità. Safejn jidħlu l-impenji ta' żborżament skont il-kuntratti ta' assistenza teknika, dawn normalment ikunu ta' natura ta' żmien qasir (anqas minn sena). “Maturità mhux definita” ġiet magħżula fil-każijiet li ġejjin: Impenji minn garanziji prelevati u mhux prelevati; self impenjat iżda mhux self mhux żburżat li għalih ikun skada l-perjodu tal-iżborżament kuntrattwali u hija mistennija l-estensjoni; sussidji fuq ir-rati tal-imgħax li għalihom l-fondi kienu intalbu mill-Istati Membri biex ikopru l-ħtiġijiet futuri f'somom f'salt.

    Il-profil tal-likwidità tal-obbligazzjonijiet finanzjarji derivattivi jirrappreżenta l-flussi ta’ flus kuntrattwali mhux imnaqqsa ta’ kuntratti tat-tpartit inkluż tpartit tal-valuti (CCS), tpartit tar-rati tal-imgħax tal-valuti (CCIRS), tpartit ta’ muniti fuq terminu qasir u tpartit tar-rata tal-imgħax.

    Profil tal-maturità ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji mhux derivattivi ||  3 xhur jew anqas || Aktar minn 3 xhur sa sena || Aktar minn sena sa 5 snin || Aktar minn 5 snin || Maturità mhux definita || Ħruġ nominali gross

    F'EUR’000 fil-31.12.2012

    Oħrajn (garanziji maħruġa, garanziji prelevati) || - || - || - || - || 26 224 || 26 224

    Ħruġ ta’ self impenjat imma mhux żburżat || 16 500 || 287 657 || 243 020 || - || 201 867 || 749 044

    Ħruġ ta’ fondi ta’ investiment impenjati u tas-sottoskrizzjoni tal-ishma || - || 26 806 || 54 958 || 7 319 || 127 987 || 217 070

    Ħruġ ta’ sussidji impenjati fuq l-imgħax || 255 || 101 495 || 79 206 || - || 23 599 || 204 555

    Ħruġ għal TA impenjata || 2 000 || 8 511 || 13 109 || - || - || 23 620

    TOTAL || 18 755 || 424 469 || 390 293 || 7 319 || 379 677 || 1 220 513

    F'EUR’000 fil-31.12.2011

    Oħrajn (garanziji maħruġa, garanziji prelevati) || - || - || - || - || 27 909 || 27 909

    Ħruġ ta’ self impenjat imma mhux żburżat || 2 295 || 257 127 || 274 573 || 54 000 || 113 097 || 701 092

    Ħruġ ta’ fondi ta’ investiment impenjati u tas-sottoskrizzjoni tal-ishma || 2 035 || 38 424 || 38 010 || 7 666 || 178 432 || 264 567

    Ħruġ ta’ sussidji impenjati fuq l-imgħax || 1 445 || 31 100 || 139 211 || - || 16 211 || 187 967

    Ħruġ għal TA impenjata || 4 564 || 16 693 || - || - || - || 21 257

    TOTAL || 10 339 || 343 344 || 451 794 || 61 666 || 335 649 || 1 202 792

    Il-profil tal-maturità ta’ derivattiva obbligazzjonijiet finanzjarji F'EUR’000 fil-31.12.2012 ||  3 xhur jew anqas || Aktar minn 3 xhur sa sena || Aktar minn sena sa 5 snin || Aktar minn 5 snin || Introjtu /ħruġ nominali gross

    CCS u CCIRS – Introjti || 1 238 || 7 364 || 14 498 || 5 350 || 28 450

    CCS u CCIRS – Ħruġ || -1 286 || -8 428 || -17 218 || -5 894 || -32 826

    Tpartit tal-valuti għal perjodu qasir — Introjti || 649 000 || - || - || - || 649 000

    Tpartit tal-valuti għal perjodu qasir — Ħruġ || -652 451 || - || - || - || -652 451

    Tpartit tar-rata tal-imgħax — Introjti || 65 || 511 || 3 274 || 2 117 || 5 967

    Tpartit tar-rata tal-imgħax — Ħruġ || - || -753 || -3 537 || -1 577 || -5 867

    TOTAL || -3 434 || -1 306 || -2 983 || -4 || -7 727

    || || || || ||

    Il-profil tal-maturità ta’ derivattiva obbligazzjonijiet finanzjarji F'EUR’000 fil-31.12.2011 ||  3 xhur jew anqas || Aktar minn 3 xhur sa sena || Aktar minn sena sa 5 snin || Aktar minn 5 snin || Introjtu /ħruġ nominali gross

    CCS u CCIRS – tal-introjtu komprensiv || 9 873 || 14 365 || 19 533 || 7 430 || 51 201

    CCS u CCIRS – Ħruġ || -10 091 || -17 527 || -24 420 || -9 015 || -61 053

    Tpartit tal-valuti għal perjodu qasir — Introjti || 585 000 || - || - || - || 585 000

    Tpartit tal-valuti għal perjodu qasir — Ħruġ || -591 909 || - || - || - || -591 909

    TOTAL || -7 127 || -3 162 || -4 887 || -1 585 || -16 761

    3.4 Ir-riskju tas-suq

    Ir-riskju tas-suq jirrappreżenta r-riskju li bidliet fil-prezzijiet tas-suq, bħalma huma r-rati tal-imgħax, il-prezzijiet tal-ekwità, ir-rati tal-kambju, u l-firxiet tal-kreditu (mhux relatati ma’ bidliet fil-kredibbiltà tal-kreditu tal-emittent) jaffettwaw l-introjtu tal-entità jew il-valur tal-holdings tagħha fi strumenti finanzjarji.

    3.4.1. Riskju tar-rati tal-imgħax

    Ir-riskju tar-rata tal-imgħax hija l-volatilità fil-valur ekonomiku, jew f’introjtu dderivat mill-pożizzjonijiet tal-Faċilità minħabba movimenti avversi għar-redditi tas-suq jew l-istruttura tat-terminu tar-rati tal-imgħax. L-esponiment għar-riskju tar-rata tal-imgħax iseħħ meta jkun hemm differenzi fil-karatteristiċi tal-maturità u l-ipprezzar mill-ġdid ta’ assi u obbligazzjonijiet differenti.

    Il-faċilità tkejjel is-sensittività tal-portafoll tas-self tagħha u tpartit ta' micro hedging għar-riskju tar-rata tal-imgħax permezz ta' kalkolu ta' Valur tal-Punt Bażi (BPV).

    Il-BPV ikejjel il-qligħ jew it-telf fil-valur nett preżenti tal-portafoll relevanti, dovut għal żieda ta' punt (1) bażi (0,01 %) fil-livelli tar-rati tal-imgħax li jvarjaw f'perjodu speċifiku ta' żmien “suq tal-flus – sa sena”, “qasir ħafna – 2 sa 3 snin”, “qasir – 4 sa 6 snin”, “twil – 12 sa 20 sena” jew “twil ħafna – aktar minn 21 sena”.

    Biex jinkiseb il-valur nett preżenti tas-self, Il-Faċilità tuża l-kurva ta' finanzjament tal-EUR (kurva ta' tpartit tal-EUR+ spread ta' finanzjament mill-BEI) għal flussi ta’ flus denominati fil-EUR u f’valuti barranin minbarra l-USD u l-kurva ta' finanzjament tal-USD għal flussi ta’ flus denominati f’USD. Biex jinkiseb il-valur nett preżenti tat-tpartit tal-micro hedging, il-Faċilità tuża l-kurva ta' tpartit tal-EUR għal flussi ta’ flus denominati f’EUR u kurva ta' tpartit tal-USD għal flussi ta’ flus denominati f’USD.

    Bħal ma turi t-tabella li ġejja il-valur nett preżenti tal-portafoll tas-self jinkludi tpartit relatat tal-micro hedging hekk kif fil-31.12.2012 jinżlu bi EUR 341k (kif kienu fil-31.12.2011: tnaqqis b'EUR 239k) jekk ir-rati tal-imgħax jitilgħu jimultanjament b'punt (1) bażi.

    Valur ta' punt bażi F'EUR’000 || Suq tal- Flus || Qasir Ħafna || Qasir || Medju || Twil || Twil Ħafna || TOTAL

    Kif kien fil-31.12.2012 || 1 sena || Bejn 2 u 3 snin || Bejn 4 u 6 snin || Bejn 7 snin u 11-il sena || Bejn 12 u 20 sena || 21 sena ||

    Sensittività totali ta’ self u tpartit tal-micro hedging || -25 || -47 || -90 || -117 || -62 || - || -341

    Kif kien fil-31.12.2011 || 1 sena || Bejn 2 u 3 snin || Bejn 4 u 6 snin || Bejn 7 snin u 11-il sena || Bejn 12 u 20 sena || 21 sena ||

    Sensittività totali ta’ self u tpartit tal-micro hedging || -20 || -28 || -60 || -78 || -53 || - || -239

    3.4.2. Riskji tal-kambju tal-valuti

    Ir-riskju tar-rati tal-kambju ("FX") hu l-volatilità fil-valur ekonomiku ta', jew fl-introjtu derivat minn, il-pożizzjonijiet tal-Faċilità minħabba movimenti avversi tar-rati tal-kambju esteri.

    Il-faċilità hija esposta għal riskju tal-kambju esteru kull meta jkun hemm nuqqas ta’ qbil fil-valuta bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet tagħha. Ir-riskju tal-kambju esteru jinvolvi wkoll l-effetti ta’ bidliet mhux mistennija u mhux favorevoli fil-valur ta’ flussi ta’ flus futuri kkawżati mill-movimenti tal-muniti.

    3.4.2.1 Ir-riskju tal-kambju esteru u l-assi tat-teżor

    L-Assi tat-Teżor tal-FI huma denominati f’EUR jew USD.

    Ir-riskju tal-FX huwa kopert permezz ta’ FX jew tranżazzjonijiet spot jew bil-quddiem, tpartit FX jew tpartit bejn il-valuti. Id-Dipartiment tat-Teżor tal-Bank jista', fejn jitqies neċessarju u xieraq, juża kull strument ieħor, skont il-politika tal-Bank, li jipprovdi protezzjoni kontra r-riskji tas-suq magħmula fir-rigward tal-attivitajiet finanzjarji tal-FI.

    3.4.2.2 Ir-riskju tal-kambju esteru u l-operazzjonijiet iffinanzjati jew garantiti mill-FI

    Il-kontribuzzjonijiet tal-IF tal-Istati Membri jaslu fil-EUR. L-operazzjonijiet iffinanzjati jew garantiti mill-FI kif ukoll is-Sussidji tar-Rati tal-Interessi jistgħu jkunu denominati f'EUR, USD jew kwalunkwe munita oħra awtorizzata.

    Esponiment għar-riskju tal-kambju esteru (kontra munita ta’ referenza EUR) jinħoloq kull meta tranżazzjonijiet denominati f' muniti oħra minbarra l-EUR jitħallew mhux iħħeġġjati. Il-linji gwida għall-ħeġġing tar-riskju tal-kambju esteru tal-FI huma stabbiliti hawn taħt.

    3.4.2.2.1. Operazzjonijiet ta' ħeġġing denominati f'muniti oħra minbarra EUR jew USD

    - Self maħruġ mill-FI f'muniti oħra minbarra EUR u USD għandu jkun kopert permezz ta’ kuntratti ta’ tpartit bejn il-muniti bl-istess profil finanzjarju bħas-Self sottostanti, sakemm suq tat-tpartit ikun operattiv.

    - Għall-iżborżament f'Operazzjonijiet tal-FI magħmula f'valuta oħra minbarra l-EUR u USD, u li għalihom ma saritx operazzjoni ta' ħeġġing fit-tul, id-Dipartiment tat-Teżor għandu jidħol fi tranżazzjoni ta' skambju esteru jumejn ta' xogħol qabel l-iżborżament. Ir-rata tal-kambju applikata għal Operazzjonijiet tal-FI għandha tikkorrispondi għar-rata tal-kambju tas-suq miksuba mid-Dipartiment tat-Teżor. Bl-istess mod, għal rimborżi riċevuti f'munita oħra minbarra EUR u USD, id-Dipartiment tat-Teżor għandu jagħmel operazzjoni FX fejn meħtieġ sabiex jikkonverti l-muniti riċevuti.

    - Garanziji mhux imsejħa mhuma suġġetti għal ebda ħeġġing FX. Is-sejħiet tal-garanzija f'muniti oħra minbarra EUR u USD se jiġu ħħeġġjati.

    - Operazzjonijiet f'muniti oħra minbarra EUR u USD li għalihom ma tista ssir ebda operazzjoni ta' ħeġġomg FX mid-Dipartiment tat-Teżor għandhom jitħallew mhux iħħeġġjati. Dan jinkludi wkoll operazzjonijiet (sintetiċi) denominati fil-munita lokali iżda mħallsa f’EUR jew USD. Il-FI għandu jibqa' espost għar-riskju tal-FX imġarrab b'dan.

    3.4.2.2.2. Iħħeġġjar ta' operazzjonijiet denominati f'USD

    - L-ammont pendenti totali tal-operazzjonijiet kollha tal-FI (ħlief garanziji mhux imħallsa) denominati f'USD għandhom ikunu iħħeġġjati permezz ta' tpartit FX USD/EUR. Fil-bidu ta’ kull perjodu, il-flussi ta’ flus li għandhom jiġu rċevuti jew imħallsa f'USD matul il-perjodu li jmiss għandhom ikunu stmati abbażi rar-riflussi/żborżamenti ppjanati jew mistennija. Sussegwentement, it-tpartit FX li jimmatura għandu jiġi mgħoddi 'l quddiem, u l-ammont tagħhom jiġi aġġustat biex ikopri mill-anqas il-bżonnijiet ta’ likwidità USD pproġettata matul il-perjodu li jmiss.

    - Kalkolu perjodiku tal-esponiment ġenerali għall-USD skont ir-rekords tal-kontabilità se jitwettaq biex jaġġusta, jekk meħtieġ, il-ħeġġing fuq it-tpartit FX li jmiss.

    - Jekk meqjus operattivament konvenjenti mid-Dipartiment tat-Teżor, it-tpartit bejn il-muniti jista' jintuża biex jiġi ħħeġġjat self USD speċifiku.

    - F'perjodu ta' roll-over, defiċits ta' likwidità f'USD mhux mistennija għandhom ikunu koperti permezz ta' operazzjonijiet ta' tpartit FX ad hoc filwaqt li surplus fil-likwidità għandhom jew jiġu investiti f'assi tat-teżor jew skambjati f'EUR.

    - Fil-ħinijiet kollha, it-total pendenti ta' ammonti mhux iħħeġġjati mit-tranżazzjonijiet USD (f'termini nominali) ma għandu qatt jaqbeż USD 5 000 000 (ħames miljun dollaru Amerikan). Dan il-limitu għandu jkun aġġustat kull sena. F'każ ta’ ksur ta’ dan il-limitu, id-Dipartiment tat-Teżor għandu jreġġa' lura l-esponiment fi ħdan il-limiti permezz ta’ operazzjoni FX.

    3.4.2.3 Pożizzjoni tal-kambju barrani

    It-tabelli li ġejjin juru l-pożizzjoni tal-kambju tal-Faċilità (f'EUR'000):

    Sal-31 ta’ Diċembru 2012 || f’EUR || USD || KES || Valuti tal-AKP/OCT || TOTAL

    || || || || ||

    ASSI || || || || ||

    Flus kontanti u l-ekwivalenti || 424 647 || 41 921 || - || - || 466 568

    Strumenti finanzjarji derivattivi || 1 064 || -949 || - || - || 115

    Ammonti mislufa u riċevibbli || 513 231 || 508 412 || 60 348 || 64 289 || 1 146 280

    Assi finanzjarji li huma disponibbli għall-bejgħ || 66 509 || 259 694 || - || 6 798 || 333 001

    Ammonti riċevibbli mingħand il-kontributuri || 87 310 || - || - || - || 87 310

    Assi finanzjarji li huma miżmuma sal-maturità || 99 029 || - || - || - || 99 029

    Assi oħra || - || - || - || 224 || 224

    Assi totali || 1 191 790 || 809 078 || 60 348 || 71 311 || 2 132 527

    || || || || ||

    OBBLIGAZZJONIJIET U RIŻORSI TAL-KONTRIBUTURI || || || || ||

    Obbligazzjonijiet || || || || ||

    Strumenti finanzjarji derivattivi || -675 814 || 682 849 || - || - || 7 035

    Introjtu differit || 37 560 || 248 || - || - || 37 808

    Ammonti dovuti lill-partijiet terzi || 312 040 || 46 || - || - || 312 086

    Obbligazzjonijiet oħra || 905 || 19 || 14 || 215 || 1 153

    Obbligi totali || -325 309 || 683 162 || 14 || 215 || 358 082

    Rizorsi tal-kontributuri || || || || ||

    Kontribuzzjoni tal-Istati Membri mitluba || 1 561 309 || - || - || - || 1 561 309

    Riżerva tal-valur ġust || 5 366 || 59 144 || - || 3 924 || 68 434

    Qligħ miżmum || 144 702 || - || - || - || 144 702

    Riżorsi tal-kontributuri totali || 1 711 377 || 59 144 || - || 3 924 || 1 774 445

    L-obbligazzjonijiet u r-Riżorsi tal-Kontributuri Totali || 1 386 068 || 742 306 || 14 || 4 139 || 2 132 527

    Pożizzjoni tal-valuti sal-31 ta’ Diċembru 2012 || -194 278 || 66 772 || 60 334 || 67 172 || -

    || || || || ||

    Sal-31 ta’ Diċembru 2012: || || || || ||

    IMPENJI || || || || ||

    Self mhux maħruġ u assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ || 794 475 || 171 639 || - || - || 966 114

    Garanziji meħuda || - || - || - || 6 224 || 6 224

    Sussidji fuq l-imgħax u l-AT || 204 555 || - || - || - || 204 555

    || || || || ||

    OBBLIGAZZJONIJIET KONTINGENTI || || || || ||

    Garanziji mhux prelevati || 20 000 || - || - || - || 20 000

    Sal-31 ta’ Diċembru 2011 || f’EUR || USD || DME || Valuti tal-AKP/OCT || TOTAL

    || || || || ||

    ASSI || || || || ||

    Flus kontanti u l-ekwivalenti || 416 384 || 35 895 || - || - || 452 279

    Strumenti finanzjarji derivattivi || 13 419 || -12 985 || - || - || 434

    Ammonti mislufa u riċevibbli || 477 340 || 501 923 || - || 53 897 || 1 033 160

    Assi finanzjarji li huma disponibbli għall-bejgħ || 54 287 || 186 525 || 4 303 || 6 545 || 251 660

    Assi oħra || 50 || - || - || 366 || 416

    Assi totali || 1 048 790 || 711 358 || 4 303 || 60 808 || 1 825 259

    Strumenti finanzjarji derivattivi || -641 758 || 654 460 || - || - || 12 702

    Introjtu differit || 32 689 || 314 || - || - || 33 003

    Ammonti dovuti lill-partijiet terzi || 329 598 || 62 || - || - || 329 660

    Obbligazzjonijiet oħra || 691 || 19 || - || 403 || 1 113

    Obbligazzjonijiet totali || -278 780 || 654 855 || - || 403 || 376 478

    Rizorsi tal-kontributuri || || || || ||

    Kontribuzzjoni tal-Istati Membri mitluba || 1 281 309 || - || - || - || 1 281 309

    Riżerva tal-valur ġust || 41 750 || - || - || - || 41 750

    Qligħ miżmum || 125 722 || - || - || - || 125 722

    Riżorsi tal-kontributuri totali || 1 448 781 || - || - || - || 1 448 781

    L-obbligazzjonijiet u r-Riżorsi tal-Kontributuri totali || 1 170 001 || 654 855 || - || 403 || 1 825 259

    Pożizzjoni tal-valuti sal-31 ta’ Diċembru 2011 || -121 211 || 56 503 || 4 303 || 60 405 || -

    || || || || ||

    Sal-31 ta’ Diċembru 2011: || || || || ||

    IMPENJI || || || || ||

    Self mhux maħruġ u assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ || 761 319 || 204 340 || - || - || 965 659

    Garanziji meħuda || - || - || - || 7 909 || 7 909

    Sussidji fuq l-imgħax u t-TA || 209 223 || || - || - || 209 223

    3.4.2.4 Analiżi tas-sensittività tal-kambju (f’EUR’000)

    Fid-data ta’ rappurataġġ l-esponiment nett ta' munita barranija l-aktar sinjifikanti huwa l-esponiment nett tal-USD. Sal-31 ta' Diċembru 2012 tibdil ta' +/- 10 punti perċenrali fir-rata ta' konverżjoni tal-USD tirriżulta f'tibdil tar-riżorsi tal-kontriuturi li tammonta għal EUR 6 682 rispettivament EUR -6 682 (fil-31 ta' Diċembru 2011: EUR 5 650 rispettivament EUR -5 650).

    3.4.2.5 Rati ta' konverżjoni

    Ir-rati ta’ konverżjoni li ġejjin kienu ntużaw biex tiġi stabbilita l-karta tal-bilanċ fil-31 ta’ Diċembru 2012 u l-31 ta’ Diċembru 2011:

    || 31 ta’ Diċembru 2012 || 31 ta’ Diċembru 2011

    Muniti mhux tal-UE || ||

    Pesos tar-Repubblika Dominikana (DOP) || 53,1220 || 49,8498

    Dollari tal-Fiji (FJD) || 2,3417 || 2,3630

    Haitian Gourde (HTG) || 55,7265 || 52,1645

    Kenya Shillings (KES) || 113,68 || 109,53

    Mauritania Ouguiyas (MRO) || 393,99 || 372,52

    Mauritius Rupees (MUR) || 40,19 || 37,43

    Rwanda Francs (RWF) || 811,83 || 771,76

    Uganda Shillings (UGX) || 3 549 || 3 205

    Dollari Amerikani (USD) || 1,3194 || 1,2939

    Franc CFA Francs (XAF/XOF) || 655,957 || 655,957

    South Africa Rand (ZAR) || 11,1727 || 10,4830

    3.4.3. Riskju tal-prezz tal-ekwità (f’EUR’000)

    Ir-riskju tal-prezz tal-ekwità huwa r-riskju li l-valuri ġusti tal-ekwitajiet jonqsu bħala r-riżultat tal-bidliet fil-livelli tal-indiċi tal-ekwità u l-valur ta’ investimenti ta’ ekwità individwali.

    Il-FI huwa espost għal riskji tal-prezz tal-ekwità permezz tal-investimenti fil-kapitali ta’ riskju tiegħu, jiġifieri investimenti f'ekwità diretti u fondi tal-kapital tar-riskju.

    Investimenti f'ekwità huma soġġetti għal punteġġ. Kull investiment hu vvalutat fuq diversi kriterji li jinqasmu fi tliet kategoriji ewlenin: ġestjoni, pjan tan-negozju u struttura. Nukleji individwali mbagħad jiġu kkonsolidati f’punteġġ wieħed assenjat għall-investimnet u li jagħti sommarju tas-saħħa globali tiegħu.

    Esponimenti għar-riskji tal-ekwità huma wkoll suġġetti għal limiti, definiti, kemm fil-livelli individwali kif ukoll fil-livelli akkumulati. Id-daqs ta’ limiti bħal dawn jiddependi fuq il-kwalità' tal-investimenti fl-ekwità.

    Il-valur ta’ pożizzjonijiet ta’ ekwità privata mhijiex faċilment disponibbli għall-għan tal-monitoraġġ u l-kontroll fuq bażi kontinwa. Għal tali pożizzjonijiet, l-aħjar indikazzjoni disponibbli tinkludi l-prezzijiet ta’ kwalunkwe tekniki ta’ valwazzjoni rilevanti.

    L-effetti fuq Riżorsi tal-kontributuri tal-Faċilità (bħala riżultat ta’ bidla fil-valur ġust tal-portafoll ta’ ekwità disponibbli għall-bejgħ) minħabba 10 % tnaqqis fl-ekwità l-indiċi u l-valur ta’ investimenti ta’ ekwità individwali, bil-varjabbli kollha l-oħra jibqgħu l-istess huwa ta’ EUR -33 300 fil-31 ta’ Diċembru 2012 u EUR -25 166 fil-31 ta’ Diċembru 2011.

    4 Il-valuri ġusti tal-assi u l-obbligi

    It-tabella ta’ hawn taħt turi tqabbil skont il-kategorija tal-ammonti rapportati u valuri ġusti tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-Faċilità li huma miżmuma fir-rapporti finanzjarji (f’EUR’000):

    || Valur tar-riport 31.12.2012 || Value ġust 31.12.2012 || Valur tar-riport 31.12.2011 || Value ġust 31.12.2011

    Assi miżmuma b'valur ġust || || || ||

    Assi finanzjarji li huma disponibbli għall-bejgħ || 333 001 || 333 001 || 251 660 || 251 660

    Strumenti finanzjarji derivattivi || 115 || 115 || 434 || 434

    TOTAL || 333 116 || 333 116 || 252 094 || 252 094

    || || || ||

    Assi kontabilizzati bi prezz amortizzat || || || ||

    Flus kontanti u l-ekwivalenti || 466 568 || 466 568 || 452 279 || 452 279

    Ammonti mislufa u riċevibbli || 1 146 280 || 1 226 409 || 1 033 160 || 1 022 679

    Ammonti riċevibbli mingħand il-kontributuri || 87 310 || 87 310 || 87 310 || 87 310

    Assi finanzjarji li huma miżmuma sal-maturità || 99 029 || 98 805 || - || -

    Assi oħra || 224 || 224 || 416 || 416

    TOTAL || 1 799 411 || 1 879 316 || 1 573 165 || 1 562 684

    Assi totali || 2 132 527 || 2 212 432 || 1 825 259 || 1 814 778

    || || || ||

    Obbligazzjonijiet rapportati b'valur ġust || || || ||

    Strumenti finanzjarji derivattivi || 7 035 || 7 035 || 12 702 || 12 702

    TOTAL || 7 053 || 7 053 || 12 702 || 12 702

    || || || ||

    Obbligazzjonijiet rapportati bi prezz amortizzat || || || ||

    Introjtu differit || 37 808 || 37 808 || 33 003 || 33 003

    Ammonti dovuti lill-partijiet terzi || 312 086 || 312 086 || 329 660 || 329 660

    Obbligazzjonijiet oħra || 1 153 || 1 153 || 1 113 || 1 113

    TOTAL || 351 047 || 351 047 || 363 776 || 363 776

    Obbligazzjonijiet totali || 358 082 || 358 082 || 376 478 || 376 478

    Dan li ġej jiddeskrivi l-metodoloġiji u l-preżunzjonijiet użati biex jiddeterminaw il-valur ġust tal-assi u l-obbligazzjonijiet:

    § Assi li għalihom il-valur ġust iqarreb il-valur irrapportat

    Għal assi u obbligazzjonijiet li huma likwidi jew għandhom maturità fuq medda ta’ żmien qasir inqas minn tliet xhur, wieħed jassumi li l-ammonti riportati huma qrib il-valur ġust tagħhom.

    § Assi u obbligazzjonijiet reġistrati bil-valur ġust tagħhom

    Kwotazzjonijiet tal-prezz ippubblikati f'suq attiv huma l-ewwel sors biex jiġi determinat il-valur ġust ta’ strument finanzjarju. Minħabba l-ambitu tal-investiment tal-portafoll tal-Faċilità dawn rarament huma disponibbli. Għal strumenti mingħajr prezz tas-suq disponibbli, il-valuri ġusti huma stmati bl-użu ta’ tekniki jew mudelli bbażati kull meta possibbli fuq dejta osservabbli tas-suq prevalenti fid-data tal-karta tal-bilanċ.

    It-tabella li ġejja tanalizza l-assi finanzjarji indikati skont il-valur ġust skont il-metodu ta’ valwazzjoni. Il-livelli differenti ġew iddefiniti kif ġej:

    - Livell 1        prezzijiet kwotati (mhux aġġustati) fi swieq attivi;

    - Livell 2        inputs apparti l-prezzijiet kwotati inklużi fil-livell 1 li jkunu osservabbli għall-assi,                jew direttament (jiġifieri bħala                    prezzijiet) jew indirettament (jiġfieri misluta mill-prezzijiet);

    - Livell 3        Inputs għall-assi li mhumiex ibbażati fuq dejta ta’ suq osservabbli (inputs mhux osservabbli).

    Sal-31 ta’ Diċembru 2012 F'EUR’000 || Livell 1 || Livell 2 || Livell 3 || TOTAL

    Assi finanzjarji || || || ||

    Strumenti finanzjarji derivattivi || - || 115 || - || 115

    Assi finanzjarji li huma disponibbli għall-bejgħ || 11 001 || - || 322 000 || 333 001

    TOTAL || 11 001 || 115 || 322 000 || 333 116

    || || || ||

    Obbligazzjonijiet finanzjarji || || || ||

    Strumenti finanzjarji derivattivi || - || 7 035 || - || 7 035

    TOTAL || - || 7 035 || - || 7 035

    Sal-31 ta’ Diċembru 2011 F'EUR’000 || Livell 1 || Livell 2 || Livell 3 || TOTAL

    Assi finanzjarji || || || ||

    Strumenti finanzjarji derivattivi || - || 434 || - || 434

    Assi finanzjarji li huma disponibbli għall-bejgħ || 15 214 || - || 236 446 || 251 660

    TOTAL || 15 214 || 434 || 236 446 || 252 094

    Strumenti finanzjarji derivattivi || - || 12 702 || - || 12 702

    TOTAL || - || 12 702 || - || 12 702

    Fl-2012 il-faċilità ma għamlitx trasferimenti minn Livell 1 għal 2 jew Livell 2 għal 1 tal-ġerarkija tal-valur ġust.

    It-tabelli li ġejjin jippreżentaw il-bidliet fl-istrumenti fil-Livell 3 għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2012 u l-31 ta' Diċembru 2011:

    F'EUR'000 || Assi finanzjarji li huma disponibbli għall-bejgħ

    Bilanċ fl-1 ta' Jannar 2012 || 236 446

    Qligħ jew telf totali ||

    - fi profitt jew f'telf || 8 133

    - f'introjtu komprensiv ieħor || 15 041

    Żborżamenti || 81 981

    Ħlas lura || -19 601

    Bilanċ fl-31 ta' Diċembru 2012 || 322 000

    Bilanċ fl-1 ta' Jannar 2011 || 171 638

    Qligħ jew telf totali ||

    - fi profitt jew f'telf || -3 206

    - f'introjtu komprensiv ieħor || 21 759

    Żborżamenti || 67 829

    Ħlas lura || -21 574

    Bilanċ fl-31 ta' Diċembru 2011 || 236 446

    5 Flus kontanti u l-ekwivalenti (f'EUR’000)

    Il-flus u l-ekwivalenti ta’ flus jikkonsistu fil-fondi riċevuti mingħand l-Istati Membri u li jkunu għadhom ma tħallsux u l-fondi li jiġu mill-attivitajiet operattivi u finanzjarji tal-Faċilità.

    || 31.12.2012 || 31.12.2011

    Kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri riċevuti u li għadhom ma tħallsux || 117 622 || 195 205

    Fondi mill-attivitajiet finanzjarji u operattivi tal-Faċilità || 348 946 || 257 074

    Flus u ekwivalenti ta' flus totali || 466 568 || 452 279

    6 Strumenti finanzjarji derivattivi (f'EUR’000)

    Il-komponenti ewlenin tal-istrumenti finanzjarji derivattivi huma miżmuma għall-kummerċ, huma kif ġej:

    Sal-31 ta’ Diċembru 2012 || Il-Valur Ġust || Ammont konċettwali

    Assi || Obbligazzjonijiet

    Tpartit tal-valuti || 87 || -102 || 7 062

    Tpartit tar-rati tal-imgħax tal-valuti || - || -3 971 || 19 504

    Tpartit tar-rati tal-imgħax || 28 || - || 19 568

    Forwards fuq il-kambju tal-valuti || - || -2 962 || 652 451

    Strumenti finanzjarji derivattivi totali || 115 || -7 035 || 698 585

    || || ||

    Sal-31 ta’ Diċembru 2011 || Il-Valur Ġust || Ammont konċettwali

    Assi || Obbligazzjonijiet

    Tpartit tal-valuti ||  434 || -953 || 29 376

    Tpartit tar-rati tal-imgħax tal-valuti || - || -5 355 || 38 158

    Forwards fuq il-kambju tal-valuti || - || -6 394 || 585 000

    Strumenti finanzjarji derivattivi totali || 434 || -12 702 || 652 534

    7 Ammonti mislufa u ammonti riċevibbli (f'EUR’000)

    Il-komponenti ewlenin tas-self u r-riċevibbli huma kif ġej:

    || Self globali  (*) || Self prijoritarju || Self subordinat || TOTAL

    Ammont nominali sal-1 ta’ Jannar 2012 || 225 365 || 716 350 || 128 679 || 1 070 394

    żborżament ta’ flus || 79 015 || 154 003 || - || 233 018

    Tpaċija || -947 || -1 206 || - || -2 153

    Ħlas lura || -39 967 || -71 368 || -4 145 || -115 480

    Imgħax ikkapitalizzat || - || -117 || 9 739 || 9 622

    Differenzi fir-rati tal-kambju barranin || -8 780 || -7 692 || -493 || -16 965

    Ammont nominali sal-31 ta’ Diċembru 2012 || 254 686 || 789 970 || 133 780 || 1 178 436

    || || || ||

    Indeboliment sal-1 ta’ Jannar 2012 || -7 609 || -16 372 || -24 835 || -48 816

    Indeboliment rreġistrat fid-dikjarazzjoni tal-introjtu komprensiv || -835 || -292 || - || -1 127

    Indeboliment ta’ tpaċija || 947 || 1 206 || - || 2 153

    Treġġigħ lura ta' indebolimenti || 910 || 814 || - || 1 724

    Differenzi fir-rati tal-kambju barranin || 93 || 348 || 480 || 921

    Indeboliment sal-31 ta’ Diċembru 2012 || -6 494 || -14 296 || -24 355 || -45 145

    || || || ||

    Spejjeż Amortizzati || -1 641 || -3 984 || -82 || -5 707

    Imgħax dovut || 5 246 || 9 244 || 4 206 || 18 696

    Self u riċevibbli sal-31 ta’ Diċembru 2012 || 251 797 || 780 934 || 113 549 || 1 146 280

    || || || || ||

    (*) inkluż il-ftehimiet tal-aġenziji

    Ammont nominali sal-1 ta’ Jannar 2011 || 246 500 || 542 322 || 123 910 || 912 732

    Żborżament ta’ flus || 25 689 || 211 351 || 0 || 237 040

    Tpaċija ||  0 ||  0 || -2 000 || -2 000

    Ħlas lura || -48 554 || -51 712 || -4 144 || -104 410

    Imgħax ikkapitalizzat || 0 || 459 || 10 053 || 10 512

    Differenzi fir-rati tal-kambju barranin || 1 730 || 13 930 ||  860 || 16 520

    Ammont nominali sal-31 ta’ Diċembru 2011 || 225 365 || 716 350 || 128 679 || 1 070 394

    || || || ||

    Indeboliment sal-1 ta’ Jannar 2011 || -15 006 || -18 056 || -44 023 || -77 085

    Indeboliment rreġistrat fid-dikjarazzjoni tal-introjtu komprensiv || -1 746 || -1 514 || -773 || -4 033

    Indeboliment ta’ tpaċija ||  0 ||  0 || 2 000 || 2 000

    Treġġigħ lura ta' indebolimenti || 9 499 || 3 263 || 18 723 || 31 485

    Differenzi fir-rati tal-kambju barranin || - 356 || - 65 || - 762 || -1 183

    Indeboliment sal-31 ta’ Diċembru 2011 || -7 609 || -16 372 || -24 835 || -48 816

    || || || ||

    Spejjeż Amortizzati || -1 700 || -3 428 || -99 || -5 227

    Imgħax dovut || 3 498 || 9 499 || 3 812 || 16 809

    Ammonti mislufa u ammonti riċevibbli sal-31 ta’ Diċembru 2011 || 219 554 || 706 049 || 107 557 || 1 033 160

    || || || || ||

    (*) inklużi l-ftehimiet tal-aġenziji

    8 Assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ (f'EUR’000)

    Il-komponenti ewlenin tal-assi finanzjarji li huma disponibbli għall-bejgħ huma kif ġej:

    || Fond ta’ Kapital tar-Riskju || Investiment Azzjonarju Dirett || TOTAL

    Spiża sal-1 ta’ Jannar 2012 || 182 692 || 36 565 || 219 257

    Żborżamenti || 56 007 || 25 974 || 81 981

    Ħlasijiet lura/bejgħ || -19 570 || -31 || -19 601

    Differenzi fir-rati tal-kambju barranin dwar ħlasijiet lura/bejgħ || 1 581 || -678 || 903

    Spiża sal-31 ta’ Diċembru 2012 || 220 710 || 61 830 || 282 540

    || || ||

    Qligħ u telf mhux realizzati sal-1 ta’ Jannar 2012 || 29 781 || 11 969 || 41 750

    Bdil nett fil-qligħ u t-telf mhux realizzat || 29 540 || -2 856 || 26 684

    Qligħ u telf mhux realizzati sal-31 ta’ Diċembru 2012 || 59 321 || 9 113 || 68 434

    || || ||

    Indeboliment sal-1 ta’ Jannar 2012 || -6 887 || -2 460 || -9 347

    Indeboliment irreġistrat fid-dikjarazzjoni tal-introjtu komprensiv matul is-sena || -7 976 || -951 || -8 927

    Differenzi fir-rati tal-kambju barranin dwar indeboliment || 133 || 168 || 301

    Indeboliment sal-31 ta’ Diċembru 2012 || -14 730 || -3 243 || -17 973

    || || ||

    Assi finanzjarji li huma disponibbli għall-bejgħ sal-31 ta’ Diċembru 2012 || 265 301 || 67 700 || 333 001

    Spiża sal-1 ta’ Jannar 2011 || 142 932 || 33 350 || 176 282

    Żborżamenti || 59 579 || 8 250 || 67 829

    Ħlasijiet lura/bejgħ || -20 236 || -4 735 || -24 971

    Differenzi fir-rati tal-kambju barranin dwar ħlasijiet lura/bejgħ || 417 || -300 || 117

    Spiża sal-31 ta’ Diċembru 2011 || 182 692 || 36 565 || 219 257

    || || ||

    Qligħ u telf mhux realizzati sal-1 ta’ Jannar 2011 || 11 335 || 13 235 || 24 570

    Bdil nett fil-qligħ u t-telf mhux realizzat || 18 446 || -1 266 || 17 180

    Qligħ u telf mhux realizzati sal-31 ta’ Diċembru 2011 || 29 781 || 11 969 || 41 750

    || || ||

    Indeboliment sal-1 ta’ Jannar 2011 || -2 || -6 022 || -6 024

    Indeboliment irreġistrat fid-dikjarazzjoni tal-introjtu komprensiv matul is-sena || -6 888 || - || -6 888

    L-użu ta' indeboliment imniżżel fid-dikjarazzjoni tal-introjtu komprensiv matul is-snin preċedenti || 2 || 3 714 || 3 716

    Differenzi fir-rati tal-kambju barranin dwar indeboliment || 1 || -152 || -151

    Indeboliment sal-31 ta’ Diċembru 2011 || -6 887 || -2 460 || -9 347

    || || ||

    Assi finanzjarji li huma disponibbli għall-bejgħ sal-31 ta’ Diċembru 2011 || 205 586 || 46 074 || 251 660

    9 Ammonti riċevibbli minn kontributuri (f'EUR’000)

    Il-komponenti ewlenin tal-ammonti riċevibbli mingħand il-kontributuri huma kif ġej:

    || 31.12.2012 || 31.12.2011

    Il-kontribuzzjoni tal-Istati Membri msejħa iżda mhux imħallsa || 87 310 || 87 310

    Ammont totali riċevibbli mingħand il-kontributuri || 87 310 || 87 310

    10 Assi finanzjarji miżmuma sal-maturità (f'EUR’000)

    Portafoll miżmumin sal-maturità huwa magħmul minn bonds ikkwotati li jkollhom maturità pendenti ta’ inqas minn tliet xhur fid-data ta’ rappurtar. It-tabella li ġejja turi l-movimenti tal-portafoll miżmum sal-maturità:

    Bilanċ fl-1 ta' Jannar 2012; || -

    Akkwisti || 98 278

    L-amortizzament tal-primjum/skont || -210

    Bidla fl-imgħax dovut || 961

    Bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2012 || 99 029

    11 Assi oħra (f'EUR '000)

    Il-komponenti ewlenin tal-assi l-oħra huma kif ġej:

    || 31.12.2012 || 31.12.2011

    Ammont riċevibbli mingħand il-BEI || 7 || 59

    Garanziji finanzjarji || 217 || 357

    Ammonti riċevibbli fir-rigward ta' żborżamenti ta' AT || 337 || -

    L-indeboliment fuq l-ammonti riċevibbli fir-rigward ta' żborżamenti ta' TA (in-Nota 20) || -337 || -

    Total ta' assi oħrajn || 224 || 416

    12 Introjtu differit (f'EUR '000)

    Il-komponenti ewlenin tal-introjtu differit huma kif ġej:

    || 31.12.2012 || 31.12.2011

    Sussidji differiti fuq l-imgħax || 37 387 || 32 744

    Kummissjonijiet differiti fuq self u riċevibbli || 421 || 259

    Introjtu differit totali || 37 808 || 33 003

    13 Ammonti dovuti lill-partijiet terzi (f'EUR’000)

    Il-komponenti ewlenin tal-ammonti dovuti lill-partijiet terzi huma kif ġej:

    || 31.12.2012 || 31.12.2011

    Spejjeż amministrattivi ġenerali netti pagabbli lill-BEI || 36 202 || 38 011

    Ammonti oħra pagabbli lill-BEI || 8 904 || 219

    Sussidji fuq l-imgħax li għadhom ma nħarġux u li huma dovuti lill-Istati Membri || 266 980 || 291 430

    Ammonti totali dovuti lill-partijiet terzi || 312 086 || 329 660

    14 Obbligazzjonijiet oħra (f'EUR '000)

    Il-komponenti ewlenin tal-obbligazzjonijiet l-oħra huma kif ġej:

    || 31.12.2012 || 31.12.2011

    Garanziji finanzjarji || 215 || 294

    Oħrajn || 938 || 819

    Total ta' obbligi oħrajn || 1 153 || 1 113

    || ||

    15 Kontribuzzjoni tal-Istati Membri mitluba (f’EUR’000)

    Stati Membri || Kontribuzzjoni lill-Faċilità || Kontribuzzjoni għas-sussidji fuq l-imgħax || Total kontribwit || Mitluba iżda mhux imħallsa (*)

    L-Awstrija || 41 375 || 10 168 || 51 543 || 2 650

    Il-Belġju || 61 203 || 15 041 || 76 244 || 3 920

    Id-Danimarka || 33 412 || 8 211 || 41 623 || 2 140

    Il-Finlandja || 23 107 || 5 679 || 28 786 || 1 480

    Franza || 379 399 || 93 237 || 472 636 || 24 300

    Il-Ġermanja || 364 722 || 89 630 || 454 352 || 23 360

    Il-Greċja || 19 516 || 4 796 || 24 312 || 1 250

    L-Irlanda || 9 680 || 2 379 || 12 059 || 620

    L-Italja || 195 788 || 48 115 || 243 903 || 12 540

    Il-Lussemburgu || 4 528 || 1 113 || 5 641 || 290

    Il-Pajjiżi l-Baxxi || 81 500 || 20 028 || 101 529 || 5 220

    Il-Portugall || 15 145 || 3 722 || 18 867 || 970

    Spanja || 91 180 || 22 407 || 113 588 || 5 840

    L-Isvezja || 42 624 || 10 4757 || 53 099 || 2 730

    Ir-Renju Unit || 198 130 || 48 690 || 246 820 || -

    Total sal-31.12.2012 || 1 561 309 || 383 691 || 1 945 000 || 87 310

    Total sal-31.12.2011 || 1 281 309 || 383 691 || 1 665 000 || 87 310

    (*) Fl-20 ta’ Novembru 2012, il-Kunsill stabbilixxa l-ammont tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li kellhom jitħallsu minn kull Stat Membru sal-21 ta’ Jannar 2013.

    16 Obbligazzjonijiet u impenji kontinġenti (f'EUR’000)

    || 31.12.2012 || 31.12.2011

    || ||

    Impenji || ||

    Self mhux maħruġ || 749 044 || 701 092

    Impenji mhux maħruġa fir-rigward tal-assi finanzjarji li huma disponibbli għall-bejgħ || 217 070 || 264 567

    Garanziji meħuda || 6 224 || 7 909

    Sussidji u l-AT || 228 175 || 209 223

    || ||

    Obbligazzjonijiet kontingenti || ||

    Garanziji mhux prelevati || 20 000 || 20 000

    || ||

    TOTAL || 1 220 513 || 1 202 792

    17 Imgħax nett u introjtu simili (f'EUR’000)

    Il-komponenti ewlenin tal-imgħax u tal-introjtu simili huma kif ġej:

    || Mill-01.01.2012 || Mill-01.01.2011

    || sal-31.12.2012 || sal-31.12.2011

    Flus kontanti u l-ekwivalenti || 1 678 || 5 518

    Assi finanzjarji li huma miżmuma sal-maturità || 36 || -

    Ammonti mislufa u riċevibbli || 64 060 || 50 800

    Sussidji fuq l-imgħax || 1 729 || 3 243

    Imgħax u tal-introjtu simili totali || 67 503 || 59 561

    Il-komponent ewlieni tal-imgħax u spejjeż simili huwa kif ġej:

    || Mill-01.01.2012 || Mill-01.01.2011

    || sal-31.12.2012 || sal-31.12.2011

    Strumenti finanzjarji derivattivi || -1 114 || -940

    Imgħax u spejjeż simili totali || -1 114 || -940

    18 Introjtu nett mill-imposti u l-kummissjonijiet (f'EUR’000)

    Il-komponenti ewlenin tal-introjtu mid-drittijiet u l-kummissjonijiet huma kif ġej:

    || Mill-01.01.2012 || Mill-01.01.2011

    || sal-31.12.2012 || sal-31.12.2011

    Imposti u kummissjonijiet fuq l-ammonti mislufa u r-riċevibbli || 1 710 || 1 894

    Imposti u kummissjonijiet fuq il-garanziji finanzjarji || 191 || 255

    Oħrajn || 33 || -

    Total tal-introjtu minn imposti u kummissjonijiet || 1 934 || 2 149

    Il-komponent ewlieni tal-introjtu mill-imposti u l-kummissjonijiet huwa kif ġej:

    || Mill-01.01.2012 || Mill-01.01.2011

    || sal-31.12.2012 || sal-31.12.2011

    Il-kummissjoni mħallsa lill-partijiet terzi fir-rigward tal-portafoll li huwa disponibbli għall-bejgħ || -292 || -144

    Spejjeż totali ta' imposti u kummissjonijiet || -292 || -144

    19 Gwanni netti realizzati fuq l-assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ (f'EUR'000)

    Il-komponenti ewlenin tal-gwadanji netti realizzati fuq l-assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ huma kif ġej:

    || Mill-01.01.2012 || Mill-01.01.2011

    || sal-31.12.2012 || sal-31.12.2011

    Introjtu nett minn assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ || 70 || 16 254

    Introjtu mid-dividendi || 975 || 974

    Qligħ nett realizzat fuq l-assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ || 1 045 || 17 228

    20 Indeboliment fuq assi oħra (f'EUR’000)

    Matul il-perjodu ta’ rappurtar il-faċilità għamlet pagament għal assistenza teknika li jammonta għal EUR 638 li minħabba imġiba frawdolenti tal-kontroparti ma laħaqx il-benefiċjarju finali. Wara l-interventi legali, il-faċilità setgħet tirkupra EUR 301 u l-ammont li jifdal pendenti kien reġistrat bħala ammont riċevibbli. Sad-data tar-rappurtar il-probabbiltà li l-faċilità xi darba qatt se tirkupra l-ammont pendenti hi smata bħala baxxa u l-ammont pendenti ta' EUR 337 ġie rreġistrat bħala indeboliment fl-introjtu komprensiv tal-Faċilità.

    21 Spejjeż amministrattivi ġenerali (f'EUR’000)

    L-ispejjeż amministrattivi ġenerali jirrappreżentaw l-ispejjeż attwali li jkunu saru mill-BEI għall-ġestjoni tal-Faċilità wara li jkun imnaqqas minn dan l-introjtu ġġenerat minn imposti għall-evalwazzjonijiet standard li l-BEI ikun żamm direttament lill-klijenti tal-Faċilità.

    || Mill-01.01.2012 || Mill-01.01.2011

    || sal-31.12.2012 || sal-31.12.2011

    Spejjeż attwali li jkunu saru mill-BEI || -38 390 || -39 937

    Introjtu minn imposti għall-evalwazzjonijiet miżmuma direttament lill-klijenti tal-Faċilità || 2 188 || 1 931

    Spejjeż amministrattivi ġenerali netti || -36 202 || -38 006

    Wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Sħubija ta’ Kotonù rivedut fl-1 ta’ Lulju 2008, l-ispejjeż amministrattivi ġenerali ma għadhomx iktar koperti mill-Istati Membri.

    22 Avvenimenti sussegwenti

    Ma kienx hemm avvenimenti materjali wara l-għeluq tal-karta tal-bilanċ li setgħu jirrikjedu li jiġu divulgati jew li jsir aġġustament għalihom fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-31 ta’ Diċembru 2012.

    L-ANNESS GĦAL PARTI I – KAPITOLU 2 (RAPPORT DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI FINANZJARJA): IS-SITWAZZJONI SKONT IL-PAJJIŻ U SKONT L-ISTRUMENT

    Noti mat-tabelli:

    · Iċ-ċifra "0.00" tindika li l-ammont korrispondenti huwa bejn EUR –4 999 u EUR 4 999. Fejn ma hemm l-ebda ċifra, l-ammont huwa żero.  Il-pajjiżi b'bilanċ ta’ żero fil-kolonni kollha mhumiex elenkati fit-tabelli.

    · L-intestatura "Il-pajjiżi kollha tal-AKP/OCT" tirreferi għall-proġetti li jkopru għadd ta’ pajjiżi iżda li mhumiex iffinanzjati mill-kooperazzjoni reġjonali.

    · L-intestatura "Spejjeż finanzjarji u amministrattivi" tirrappreżenta l-proġetti ffinanzjati mill-imgħax tal-FEŻ jew il-pakkett li jkopri n-nefqa amministrattiva.

    [1]         ĠU L 247 tad-09.09.2006

    [2]       Iċ-ċifri jiżdiedu/jitnaqqsu sal-eqreb miljun ta' euro. Għandu jiġi osservat li minħabba l-arrotondament taċ-ċifri, jista’ jkun li xi dejta finanzjarja fit-tabelli ma tingħaddx tajjeb. L-ammonti murija bħala 0 jirrappreżentaw ċifri ta’ inqas minn EUR 500 000. L-ammonti li huma ekwivalenti għal żero, ikunu rrappreżentati minn sing (-).

    [3] Riċevibbli kurrenti esklużi riċevibbli relatati ma’ kontribuzzjonijiet ordinarji u kofinanzjament.

    [4] Obbligazzjonijiet kurrenti esklużi obbligazzjonijiet relatati ma’ kontribuzzjonijiet ordinarji u kofinanzjament.

    [5] PIR — Programm Indikattiv Reġjonali

    [6] PIN — Programm Indikattiv Nazzjonali

    [7]       Skont l-Artikolu 153 tar-Regolament Finanzjarju tal-10 FEŻ, it-teżor huwa ppreżentat fil-karta tal-bilanċ tal-10 FEŻ. In-natura tal-kontijiet bankarji differenti hija deskritta fil-Kapitolu 6, Ġestjoni tar-Riskju Finanzjarju

    [8]       Dan il-bilanċ jirrappreżenta l-ammonti disponibbli għar-Repubblika Demokratika tal-Kongo skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/583/KE[8]. Dawn il-fondi huma magħzula għal għan speċifiku u għal stat benefiċjarju speċifiku.

    [9]       ĠU L 156 tad-29.05.1998 pp. 3-106

    [10]      ĠU L 247 tad-09.09.2006

    [11]      Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/315/UE tat-23 ta’ Mejju 2011 dwar l-allokazzjoni ta’ fondi diżimpenjati minn proġetti taħt id-9 Fond Ewropew għall-Iżvilupp u dawk preċedenti għall-koperazzjoni għall-iżvilupp fis-Sudan tan-Nofsinhar.

    [12]      ĠU L 247 tad-09.09.2006

    [13]          Ir-riżorsi mhux allokati mill-FEŻ ta’ qabel jinkludu l-bilanċ tal-fondi Sysmin, li bid-Deċiżjoni 3/2000 tal-Kunsill tal-Ministri tal-AKP-KE ġie stabbilit fil-livell ta’ EUR 410,926 miljun. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni PE/410/2001 tinkludi dawn ir-riżorsi fl-ipprogrammar għall-allokazzjonijiet indikattivi nazzjonali (il-parti B) skont il-protokoll finanzjarju għall-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE.

    Top