Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013DC0180

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI dwar il-Futur tal-Ġbir u l-Ħżin tal-Karbonju fl-Ewropa

    /* COM/2013/0180 final */

    52013DC0180

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI dwar il-Futur tal-Ġbir u l-Ħżin tal-Karbonju fl-Ewropa /* COM/2013/0180 final */


    Komunikazzjoni Konsultattiva dwar

    Il-Futur tat-teknoloġiji għall-Ġbir u l-Ħżin tal-Karbonju fl-Ewropa(CCS)

    Werrej

    1.     Daħla. 3

    2.     Il-karburanti fossili fit-taħlita tal-enerġija u fil-proċessi industrijali 4

    2.1.     Ir-rwol tal-karburanti fossili fit-taħlita tal-enerġija globali 4

    2.2.     Ir-rwol tal-karburanti fossili fit-taħlita tal-enerġija tal-Ewropa. 6

    2.2.1.     Il-faħam fil-ġenerazzjoni tal-elettriku tal-Ewropa. 8

    2.2.2.     Il-gass fil-ġenerazzjoni tal-elettriku tal-Ewropa. 10

    2.2.3.     Iż-żejt fil-ġenerazzjoni tal-elettriku tal-Ewropa. 11

    2.2.4.     L-għamla u l-istruttura skont l-età tal-ġenerazzjoni tal-elettriku tal-Ewropa. 11

    2.2.5.     L-użu tal-karburanti fossili fi proċessi industrijali oħra. 12

    2.2.6.     Il-potenzjal tas-CCS fl-Ewropa u fid-dinja kollha. 13

    2.3.     Il-potenzjal tal-użu industrijali tas-CO2 15

    2.4.     Il-kompetittività tal-ispejjeż tas-CCS. 15

    2.5.     Il-kompetittività tal-ispejjeż tas-CCS fuq impjanti tal-enerġija eżistenti modifikati 16

    3.     Is-sitwazzjoni attwali tad-dimostrazzjoni tas-CCS fl-Ewropa u analiżi tad-differenza. 17

    3.1.     Żvantaġġi ekonomiċi 18

    3.2.     L-għarfien u l-aċċettazzjoni tal-pubbliku. 20

    3.3.     Il-qafas legali 20

    3.4.     Ħżin u infrastruttura tas-CO2 20

    3.5.     Kooperazzjoni internazzjonali 21

    4.     It-triq ’il quddiem.. 21

    5.     Konklużjonijiet 24

    1. Daħla

    Bħalissa, aktar minn 80% tal-użu globali tal-enerġija primarja huwa bbażat fuq il-fossili. Matul l-aħħar għaxar snin 85% taż-żieda globali fl-użu tal-enerġija kienet ibbażata fuq il-fossili. L-istimi tal-konsum tal-enerġija fil-futur skont il-politiki u l-iżviluppi attwali jindikaw kontinwazzjoni ta’ din id-dipendenza fuq il-karburanti fossili[1]. Dawn it-tendenzi mhumiex konsistenti mal-mitigazzjoni meħtieġa tat-tibdil fil-klima. Dawn jistgħu jwasslu għal żieda medja fit-temperatura globali ta’ 3.6 jew 4 gradi Celsius skont l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (AIE) u rapport ikkummissjonat mill-Bank Dinji rispettivament[2]. Fit-tranżizzjoni lejn ekonomija għal kollox b’livell baxx ta’ karbonju, it-teknoloġija tal-Ġbir u l-Ħżin tal-Karbonju (“Carbon Capture and Storage” - CCS) hija wieħed mill-mezzi ewlenin għar-rikonċiljazzjoni taż-żieda fid-domanda għall-karburanti fossili mal-ħtieġa li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Globalment is-CCS aktarx li se tkun meħtieġa sabiex iż-żieda fit-temperatura medja globali tinżamm taħt iż-2 gradi[3]. Is-CCS hija wkoll vitali biex jintlaħqu l-miri għat-tnaqqis tal-gassijiet serra tal-Unjoni u toffri potenzjal għal industrializzazzjoni mill-ġdid b’karbonju baxx tal-industriji tal-Ewropa li sejrin lura. Madankollu, dan jiddependi fuq jekk it-teknoloġiji tas-CCS jistgħux jintużaw bħala teknoloġija fuq skala kbira li jistgħu jkunu kummerċjalment vijabbli biex jippermettu tħaddim fuq skala kbira[4].

    Il-valutazzjonijiet li saru fil-kuntest tal-Pjan Direzzjonali tal-UE lejn ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ karbonju fl-2050 u l-Pjan Direzzjonali għall-Enerġija 2050 iħarsu lejn is-CCS, jekk tiġi kummerċjalizzata, bħala teknoloġija importanti li tikkontribwixxi għal tranżizzjoni lejn il-karbonju baxx fl-UE, b’7 % sa 32 % tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li tuża s-CCS sal-2050, skont ix-xenarju kkunsidrat. Barra minn hekk, f’dawn il-valutazzjonijiet, sal-2035 is-CCS tibda tikkontribwixxi fuq skala usa’ biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mill-proċessi industrijali fl-UE.

    L-UE hija impenjata li tappoġġja s-CCS kemm finanzjarjament kif ukoll b’miżuri regolatorji. Wara d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew sa mill-2007 għall-appoġġ ta’ sa 12-il proġett ta’ dimostrazzjoni fuq skala kbira sas-sena 2015, il-Kummissjoni ħadet għadd ta’ miżuri biex twaqqaf qafas ta’ appoġġ komuni regolatorju u ta’ dimostrazzjoni.

    Id-Direttiva CCS ġiet adottata biex tipprovdi qafas legali għall-ġbir, it-trasport u l-ħżin tas-CO2, bl-iskadenza ta’ traspożizzjoni stabbilita f’Ġunju 2011[5]. In-netwerk tat-trasport tas-CO2 ġie inkluż fil-Prijoritajiet tal-Infrastruttura tal-Enerġija tal-Ewropa (EIP) li tressqu f’Novembru 2010 u fil-proposta tal-Kummissjoni għal regolament dwar il-“Linji gwida għal Infrastruttura Trans Ewropea”. Is-CCS saret ukoll parti integrali tal-inizjattivi ta’ riċerka u żvilupp (R&D) tal-UE— l-Inizjattiva Industrijali Ewropea dwar is-CCS (EII) ġiet stabbilita bħala parti tal-Pjan Strateġiku għat-Teknoloġija tal-Enerġija (Pjan SET).

    Barra minn hekk twaqqfu żewġ strumenti ta’ finanzjament: il-Programm Ewropew tal-Enerġija għall-Irkupru (EEPR) u l-programm tan-NER300[6], iffinanzjati minn kwoti tal-ETS biex jitwassal finanzjament sostanzjali min-naħa tal-UE lil proġetti ta’ dimostrazzjoni fuq skala kbira[7].

    Minkejja dawn l-isforzi, is-CCS għadha ma qabditx sew fl-Ewropa għal bosta raġunijiet kif deskritt fil-qosor f’din il-Komunikazzjoni. Filwaqt li huwa ċar li l-prospettiva ta' “l-ebda azzjoni” mhijiex posssibbli u jeħtieġ li jittieħdu aktar miżuri, iż-żmien qed jagħfas, speċjalment għal dawk il-proġetti ta’ dimostrazzjoni li rnexxielhom jiksbu parti mill-finanzjament meħtieġ iżda li għadhom ma ħadu l-ebda deċiżjoni finali dwar l-investiment tagħhom. Din il-Komunikazzjoni għalhekk tiġbor fil-qosor fejn ninsabu llum filwaqt li jitqies il-kuntest globali u tiddiskuti l-għażliet disponibbli biex id-dimostrazzjoni u l-implimentazzjoni tas-CCS isibu inkoraġġament, bil-ħsieb li l-inizjattiva ta’ negozju fuq medda twila ta’ żmien issib sostenn bħala parti integrali mill-istrateġija tal-UE għal tranżizzjoni lejn livell baxx ta’ karbonju.

    2. Il-karburanti fossili fit-taħlita tal-enerġija u fil-proċessi industrijali

    Sa minn dakinhar tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-iżvilupp tas-CCS fl-2007, ir-rilevanza u l-importanza tas-CCS kompliet tiżdied, fil-livell Ewropew kif ukoll fil-livell globali, billi d-dipendenza globali fuq il-karburanti fossili kibret. Sadanittant, il-ħin disponibbli biex tittaffa l-bidla fil-klima naqas, u minħabba f’dan sar aktar urġenti l-bżonn li tintuża s-CCS. 

    2.1.Ir-rwol tal-karburanti fossili fit-taħlita tal-enerġija globali

    Fl-2009, il-karburanti fossili qdew 81 % tad-domanda tal-enerġija primarja globali, b’żewġ terzi tal-ġenerazzjoni tal-enerġija dinjija ġejjin mill-karburanti fossili. F’dawn l-aħħar għaxar snin, il-faħam, iż-żejt u l-gass kollha flimkien ammontaw għal 85% taż-żieda fid-domanda globali għall-enerġija, fejn il-faħam waħdu jirrappreżenta 45% taż-żieda fil-konsum tal-enerġija primarja, kif jidher fit-tabella 1 hawn taħt. Dawn l-iżviluppi seħħu fil-biċċa l-kbira minħabba ż-żieda fid-domanda f’pajjiżi li qed jiżviluppaw. Konsegwentement, mill-1990, il-produzzjoni tal-faħam fid-dinja kważi rdoppjat u laħqet kważi 8 000 miljun tunnellata fl-2011.

    Tabella 1: Domanda inkrementali għall-enerġija primarja skont il-karburant, 2001-2011 (Sors: IEA World Energy Outlook 2012)

    L-iżviluppi s’issa li jidhru fit-tabella ta’ hawn fuq huma riflessi fil-previżjonijiet mogħtija fin-“New Policies Scenario” tal-World Energy Outlook 2012 tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (AIE), li jidhru fit-tabella 2, li juru li l-faħam se jkollu importanza dejjem akbar fl-investimenti tal-ġenerazzjoni tal-enerġija fid-deċennji li ġejjin f’pajjiżi li qed jiżviluppaw jekk jissoktaw il-politiki kurrenti, filwaqt li fil-pajjiżi żviluppati l-kapaċità tal-faħam qed tibda tonqos.

    Tabella 2: Bidla fil-ġenerazzjoni tal-enerġija għal xi partijiet magħ¿ula tad-dinja, 2010 - 2035. (Sors: IEA, World Energy Outlook 2012)

    2.2.Ir-rwol tal-karburanti fossili fit-taħlita tal-enerġija tal-Ewropa

    Fl-UE, is-sehem tal-gass fil-konsum tal-enerġija primarja kiber matul l-aħħar għaxar snin għal livell ta’ 25% fl-2010[8], li l-parti l-kbira minnu huwa importat peress li madwar 35% tal-provvista tal-gass fl-UE tiġi prodotta domestikament[9]. Madwar 30% tal-gass jintuża għall-ġenerazzjoni tal-elettriku.

    Filwaqt li l-importazzjonijiet tagħna tal-gass irdoppjaw matul l-aħħar żewġ deċennji, l-oppost ġara fl-Istati Uniti, fejn skoperti importanti u żviluppi tal-gass tax-shale baxxew il-prezz tal-gass u għamlu lill-Istati Uniti anqas dipendenti fuq l-importazzjonijiet tal-enerġija. L-iżviluppi mgħaġġla fl-użu tal-gass tax-shale u l-previżjonijiet dwaru fl-Istati Uniti jidhru fit-tabella 3 hawn taħt.

    Tabella 3: Produzzjoni s’issa u dik imbassra ta’ ¿ejt u gass fl-Istati Uniti (Sors: IEA, World Energy Outlook 2012)

    Dan mill-banda l-oħra ġab pressjoni kompetittiva bi tnaqqis fil-prezzijiet fuq il-faħam Amerikan (kif jidher fit-tabella 4 hawn taħt) li jwassal biex l-industrija Amerikana tal-faħam tfittex opportunitajiet ġodda permezz ta’ żieda fl-esportazzjonijiet tal-faħam li normalment kien jiġi kkunsmat ġewwa l-Istati Uniti. L-indikazzjonijiet attwali huma li din ix-xejra se tkompli u tista’ tissaħħaħ aktar.

    Tabella 4: Il-prezzijiet tal-faħam fuq 12-il xahar (Sors: Platts)

    Parti kbira minn dawn l-esportazzjonijiet marru fl-UE u dan wassal għal żieda fil-konsum tal-faħam. It-tabella 5 hawn taħt turi l-iżviluppi ġenerali fi ħdan is-settur tal-faħam fl-UE matul l-aħħar 20 sena (id-dejta hija sa Mejju 2012, inkluż). Iż-żieda reċenti fil-konsum tal-faħam[10] għalhekk potenzjalment waqqfet, u sa ċertu punt reġġgħet lura tendenza ta’ għoxrin sena ta’ tnaqqis tal-konsum tal-faħam.

    Għal dan hemm ħafna raġunijiet, iżda b’mod partikolari l-prezzijiet aktar baxxi milli mistenni tal-faħam u l-karbonju huma l-kontributuri ewlenin.

    Tabella 5: ¯viluppi fil-konsum tal-faħam fl-UE tul l-aħħar għoxrin sena (Mejju 2012 inklu¿) (Sors: Eurostat) Fuq in-naħa tax-xellug tal-isbarra tidher id-dejta ta’ kull sena b’lura sal-1990 filwaqt li fuq il-lemin hemm id-dejta ta’ kull xahar wara 1/01/2008.)

    Fid-dawl ta’ dan il-prezz baxx kif ukoll tal-prezzijiet relattivament għolja bi tqabbil mal-faħam, il-faħam sar materja ġdida u ekonomikament interessanti għall-produzzjoni tal-enerġija fl-UE. Il-ħajja tal-impjanti tal-enerġija li kienu mistennija li jagħlqu issa qed ittul u bħala tali r-riskju marbut mas-saturazzjoni tal-karbonju (lock-in) għall-iżviluppi ġodda tal-karburanti fossili qed jiżdied.

    Matul dawn l-aħħar snin, l-impatt tal-kriżi ekonomika ra l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra jonqsu b’mod sinifikanti biex sa mill-bidu tal-2012 kien hemm bilanċ pożittiv ta’ 955 miljun kwota tal-ETS li baqgħu mhux użati. B’mod ġenerali l-bilanċ pożittiv strutturali qed jikber b’mod mgħaġġel u għall-parti l-kbira tal-fażi numru 3 jista’ jwassal għal madwar 2 biljuni ta’ kwoti li jibqgħu mhux użati[11], u dan iġib tnaqqis b’rata mgħaġġla fil-prezzijiet tal-karbonju li jqarrbu EUR 5 u inqas kull tunnellata ta’ CO2.

    Dan l-attrazzjoni ġdida tal-faħam fuq medda ta’ żmien qasir żgur għandha impatti negattivi fuq it-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju.

    2.2.1. Il-faħam fil-ġenerazzjoni tal-elettriku tal-Ewropa

    Is-settur tal-faħam jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-iżgurar tal-provvista tal-enerġija tal-Ewropa minħabba li l-faħam fil-biċċa l-kbira tiegħu huwa prodott fi ħdan l-UE — aktar minn 73 % tal-faħam użat fl-UE isir domestikament, kif jidher fit-tabella 6 hawn taħt.

     

    Tabella 6: L-u¿u tal-faħam fl-UE fl-2010 (Sors: Eurostat)

    Il-faħam ikkunsmat fl-Ewropa jintuża l-aktar għall-produzzjoni tal-elettriku. B’mod ġenerali, l-użu tal-faħam kannella u iebes fl-UE żdied minn 712,8 Mt fl-2010 għal 753.2 Mt fl-2011 u dan jirrappreżenta madwar 16% tal-konsum totali tal-enerġija. Filwaqt li s-sehem tal-faħam għall-ġenerazzjoni tal-elettriku tal-UE kien qed jonqos bil-mod sal-2010 (meta kien jirrappreżenta madwar 25% tal-elettriku prodott fl-UE[12]), minn dak iż-żmien żdied għal darb’ oħra, kif deher hawn fuq. Il-konsumaturi ewlenin tal-faħam fl-UE jidhru fit-tabella hawn taħt. 

    Tabella 7: Il-konsumaturi ewlenin tal-faħam fl-UE għall-2010. (Sors: Eurostat)

    Id-dejta ppreżentata mill-Istati Membri tindika li madwar 10 GW ta’ kapaċità ta’ faħam addizzjonali qed tinbena jew hija ppjanata (fil-Ġermanja, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Greċja u r-Rumanija). Madankollu, iċ-ċifri sottomessi mill-Istati Membri huma konsiderevolment aktar baxxi minn dawk li ġew irrappurtati minn Platts, li skont l-istimi tagħhom hemm saħansitra sa 50 GW ta’ impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam li qed jiġu proposti, jew qed jiġu żviluppati jew li qed jinbnew. Barra minn hekk, firxa ta’ impjanti qodma tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam se jkollhom jiġu rinnovati jew jingħalqu billi waslu fi tmiem il-ħajja operattiva ppjanata tagħhom.

    2.2.2. Il-gass fil-ġenerazzjoni tal-elettriku tal-Ewropa

    Is-sehem tal-gass fit-taħlita tal-elettriku tal-Ewropa żdied b’mod stabbli matul dawn l-aħħar 20 sena minn 9% fl-1990 għal 24 % fl-2010[13]. Barra minn hekk, ħafna Stati Membri mistennija jżidu l-ġenerazzjoni tal-enerġija tagħhom bbażata fuq il-gass b’mod sinifikanti. Meta mqabbla mal-faħam, l-impjanti tal-enerġija bil-gass għandhom ħafna benefiċċji. L-emissjonijiet tal-gassijiet serra huma nofs dawk tal-faħam, l-impjanti tal-enerġija tal-gass għandhom spejjeż ta’ investimenti baxxi u jistgħu jiġu mħaddma b’aktar flessibbiltà, u għalhekk huma aktar adatti biex jintlaħaq bilanċ fil-produzzjoni varjabbli tas-sorsi ta’ enerġija mir-riħ u mix-xemx. Skont ma ġie nnotifikat lill-Kummissjoni, b’kollox qed tinbena kapaċità ta’ 20 GW, li hija madwar 2% tal-kapaċità totali installata attwalment għall-produzzjoni tal-elettriku (b'kapaċità  addizzjonali ta’ 15 GW nnotifikata bħala fl-istadju ta’ ppjanar). It-tabella ta’ hawn taħt turi l-kapaċità tat-32 impjant tal-enerġija tal-gass nnotifikati lill-Kummissjoni bħala li qed jinbnew.

    Tabella 8: Stati Membri ewlenin fejn qed jinbnew impjanti tal-enerġija tal-gass (Sors: In-notifiki tal-Istati Membri)

    Filwaqt li l-impjanti tal-enerġija ġodda tal-gass se jnaqqsu l-emissjonijiet bi tqabbil mal-użu tal-impjant tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam, dawn l-investimenti ġodda għandhom ħajja sinifikanti, u mhux bilfors kummerċjalment vijabbli li jiġu modifikati l-impjanti tal-enerġija tal-gass permezz tat-teknoloġiji tas-CCS. Dan jiġri l-aktar jekk l-impjant tal-enerġija tal-gass ma jkunx qed jaħdem biss bħala impjant ta’ bażi[14]. Min-naħa l-oħra, l-impjanti tal-enerġija tal-gass għandhom spejjeż kapitali iktar baxxi mill-impjanti tal-faħam, li jimplika li l-kosteffiċjenza tal-investimenti hija inqas dipendenti fuq ħajja twila.

    2.2.3. Iż-żejt fil-ġenerazzjoni tal-elettriku tal-Ewropa

    Iż-żejt jintuża sa ċertu punt fil-produzzjoni tal-elettriku, jiġifieri f’applikazzjonijiet għal oqsma speċjalizzati, bħalma huma sistemi tal-enerġija iżolati — 2.6 % fl-UE biss, u kemxejn aktar globalment, iżda b’tendenza li jonqsu. Iż-żejt jintuża prinċipalment għal skopijiet ta’ trasport f’magni ta’ kombustjoni, bħal ajruplani, bastimenti u vetturi. Minħabba r-rwol limitat tiegħu għall-industrija u l-produzzjoni tal-enerġija, u peress li bit-teknoloġija tal-lum huwa impossibbli li l-karbonju jinġabar b’mod effiċjenti mill-impjanti żgħar bħal dawn li jiġġeneraw l-emissjonijiet, f’dan il-kuntest iż-żejt mhux qed jiġi diskuss aktar.

    2.2.4. L-għamla u l-istruttura skont l-età tal-ġenerazzjoni tal-elettriku tal-Ewropa

    L-investimenti fil-kapaċità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija fl-Ewropa nbidlu maż-żmien, l-aktar minn enerġiji li jiġġeddu (enerġija mill-ilma) fi żmien is-snin bikrijin ta’ elettrifikazzjoni, aktar minn mitt sena ilu, għall-impjanti tal-faħam, tal-gass u tal-enerġija nukleari fis-snin ħamsin u lil hinn, u lura lejn sorsi li jiġġeddu (ir-riħ u x-xemx) matul l-aħħar għaxar snin. Dan l-iżvilupp jidher fit-tabella 8 hawn taħt. 

    Tabella 9: Struttura skont l-età tal-ġenerazzjoni tal-elettriku tal-Ewropa (sors: Platts)

    L-investimenti magħmula 55 sa 30 sena ilu fl-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam, kif jidher fit-tabella hawn fuq, jimplikaw li l-Ewropa għandha flotta kbira ta’ impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam li issa qed jaslu fi tmiemhom (għall-impjanti tal-gass, is-sitwazzjoni hija bil-maqlub ta’ dan, peress li ħafna investimenti saru matul l-aħħar 20 sena). Dan iwassal għal għadd dejjem jikber ta’ impjanti tal-enerġija (medja ta’ 3-5 GW fis-sena — ekwivalenti għal madwar 10 impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam) li jilħqu etajiet fejn jista’ jkun irħas għall-investituri li jiddekommissjonaw l-assi aktar milli jonfqu r-riżorsi fuq ir-restawr tiegħu[15], b’hekk ikollhom l-opportunità li jissostitwixxuhom b’alternattivi ta’ emissjonijiet baxxi ta’ karbonju iżda wkoll iżidu r-riskju ta’ aktar “carbon lock-in” jekk il-prezzijiet relattivi tal-enerġija u tal-faħam jibqgħu fejn huma llum.

    2.2.5. L-użu tal-karburanti fossili fi proċessi industrijali oħra

    Il-ġbir tas-CO2 minn bosta proċessi industrijali huwa bil-wisq eħfef milli fis-settur tal-enerġija minħabba l-konċentrazzjoni relattivament għolja ta’ CO2 li tiġi prodotta. L-applikazzjoni tat-teknoloġiji tas-CCS f’ċerti industriji għalhekk tirrappreżenta għażla interessanti għall-użu bikri tat-teknoloġija. Il-valutazzjoni tal-Pjan Direzzjonali 2050 għall-mixja lejn ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ karbonju fl-2050 tindika li l-emissjonijiet tas-CO2 mis-settur industrijali jeħtieġu li jiġu mnaqqsa b’34 % sa 40 % sal-2030, u bi 83 % sa 87 % sal-2050, meta mqabbla mal-1990.

    L-istudji reċenti mill-JRC li jiffokaw fuq l-applikazzjoni tas-CCS fis-setturi tal-ħadid u l-azzar u tas-siment urew li t-teknoloġija tas-CCS tista’ ssir kompetittiva għal perjodu ta’ żmien medju, u b’hekk tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet b’mod kummerċjalment vijabbli minn dawn is-setturi industrijali[16]. Bis-settur tal-azzar bħala eżempju, l-applikazzjoni potenzjali tas-CCS fl-industrija tista’ twassal għal tnaqqis drammatiku tal-emissjonijiet diretti. Għalkemm l-effiċjenza enerġetika tal-produzzjoni tal-azzar tjiebet drastikament matul l-aħħar 50 sena, il-proċess tal-produzzjoni tal-azzar mhux raffinat jibqa’ proċess enerġetiku intensiv. Bejn 80-90% tal-emissjonijiet tas-CO2 mis-settur tal-azzar jiġu ġġenerati mill-fran tal-kokk, il-fran tal-blast u l-proċess bażiku tal-fran tal-ossiġenu tal-impjanti tal-azzar integrati. L-UE hija responsabbli għal madwar 15% tal-emissjonijiet globali tal-produzzjoni tal-azzar, bi kważi 180 miljun tunellata metrika ta’ azzar mhux maħdum prodott fi ħdan l-UE27 fl-2011[17]. 

    Fl-Aġġornament tal-Komunikazzjoni dwar il-Politika Industrijali tagħha għall-2012, l-UE stabbilixxiet mira ambizzjuża ta’ spinta tal-importanza tal-industrija fl-Ewropa mil-livell attwali tagħha ta’ madwar 16 % tal-PDG għal 20 % sal-2020. L-applikazzjoni tat-teknoloġija tas-CCS għall-proċessi industrijali tippermetti lill-Unjoni tirrikonċilja dan l-għan mal-għanijiet klimatiċi tagħha fuq medda ta’ żmien twil. Madankollu, l-importanza tal-ostakoli tekniċi li għad iridu jiġu esplorati u l-iskala tal-isforzi ta’ riċerka u żvilupp li għadhom meħtieġa, kif ukoll l-aspetti ekonomiċi marbuta mas-swieq internazzjonali għal dawn il-prodotti bażiċi, ma għandhomx jiġu injorati.

    L-użu tat-teknoloġiji tas-CCS fil-proċessi industrijali jista' wkoll jgħin biex jiżdied l-għarfien pubbliku u l-aċċettazzjoni tat-teknoloġija minħabba r-rabta ovvja bejn l-impjiegi fil-komunitajiet lokali u l-issoktar tal-produzzjoni industrijali.

    2.2.6. Il-potenzjal tas-CCS fl-Ewropa u fid-dinja kollha

    L-UE hija impenjata li twettaq tnaqqis kumplessiv tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra ta’ mill-anqas 80% sal-2050. Madankollu, il-karburanti fossili x'aktarx jibqgħu jintużaw fl-impjanti ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija tal-Ewropa kif ukoll fil-proċessi industrijali għal għexieren ta’ snin li ġejjin. Għalhekk, il-mira tal-2050 tista’ tintlaħaq biss jekk l-emissjonijiet mill-kombustjoni tal-karburanti fossili jiġu eliminati mis-sistema, u hawnhekk it-teknoloġiji tas-CCS jistgħu jkollhom rwol essenzjali x’jaqdu, bħala teknoloġiji li huma kapaċi jnaqqsu b’mod sinifikanti l-emissjonijiet tas-CO2 mill-użu tal-karburanti fossili kemm fis-settur tal-enerġija kif ukoll fis-settur industrijali. It-teknoloġiji tas-CCS jistgħu jiġu applikati wkoll flimkien mal-produzzjoni tal-karburanti tat-trasport, partikolarment għall-produzzjoni ta’ karburanti alternattivi[18] bħal idroġenu minn sorsi fossili.

    Normalment wieħed jikkunsidra s-CCS flimkien mal-kombustjoni tal-karburanti fossili, iżda tista’ tintuża wkoll għall-ġbir tal-karbonju bijoġeniku mill-użu tal-bijomassa (Bio-CCS). L-applikazzjonijiet Bio-CCS jistgħu jvarjaw mill-ġbir tas-CO2 minn impjanti tal-enerġija parzjalment jew kompletament imħaddma bil-bijomassa għal proċessi ta’ produzzjoni tal-bijokarburanti. Madankollu, il-fattibbiltà teknika tal-katina tal-valur tal-bio-CCS għad trid tiġi ppruvata fuq skala kbira.

    L-analiżi tal-AIE tagħti x’tifhem li mingħajr is-CCS, biex jintlaħqu l-miri tal-gassijiet serra meħtieġa għal żieda ta’ mhux iktar minn żewġ gradi fit-temperaturi globali, l-ispejjeż kapitali jistgħu jiżdiedu b’madwar 40%[19]. Ir-rwol tas-CCS fil-mitigazzjoni tal-klima b’mod effiċjenti ekonomikament intwera fid-dettall fil-Pjan Direzzjonali tal-Enerġija 2050 li fih ix-xenarji kollha jimplikaw l-użu tas-CCS. Fi tlieta mill-ħames xenarji ta’ dekarbonizzazzjoni li ġew elaborati, is-CCS ġie applikat għal aktar minn 20% tat-taħlita tal-elettriku fl-Ewropa sal-2050, kif jidher fit-tabella 10 hawn taħt.

    Tabella 10: Is-sehem tas-CCS (%) fil-produzzjoni tal-enerġija lejn l-2050 skont il-Pjan Direzzjonali għall-Enerġija (Sors:  Pjan Direzzjonali għall-Enerġija 2050)

    “Ix-xenarju tat-teknoloġija tal-provvista diversifikata” tal-Pjan Direzzjonali għall-Enerġija 2050 juri li sal-2035 jista’ jiġi installat total ta’ 32GW ta’ CCS, u dan jiżdied għal madwar 190 GW sal-2050. Potenzjalment din hija opportunità sinifikanti għall-industrija Ewropea fil-qasam tat-teknoloġiji għall-ġbir u l-ħażna iżda, madankollu, prospett skoraġġanti wkoll meta wieħed iqis il-livell attwali tal-UE. Kull dewmien fl-iżvilupp tas-CCS fl-Ewropa fl-aħħar mill-aħħar se jaffettwa b’mod negattiv ukoll dawn il-prospetti ta’ negozju.

    Il-projezzjonijiet juru li bil-politika attwali, filwaqt li l-użu tal-karburanti fossili fl-UE qed ikompli jonqos, għadu l-akbar sehem fit-taħlita tal-enerġija tal-UE fl-għexieren ta’ snin li ġejjin. Anke jekk il-politika tiġi ffukata mill-ġdid biex it-taħlita tal-enerġija tagħna tersaq aktar lejn anqas intensità ta’ karbonju, il-karburanti fossili xorta jirrappreżentaw aktar minn 50 % tat-taħlita tal-enerġija tal-UE fl-2030.

    Tabella 1: Projezzjonijiet dwar it-taħlita tal-enerġija, xenarju ta’ referenza li jirrappre¿enta l-politika attwali (Sors: Kummissjoni Ewropea, Valutazzjoni tal-Impatt Pjan Direzzjonali għall-Enerġija 2050)

    Fil-valutazzjonijiet tal-Pjan Direzzjonali għall-Enerġija għall-2050 it-tħaddim fuq skala kbira jibda minn qrib l-2030, bil-prezz tal-karbonju ġġenerat fl-Iskema ta’ Negozjar ta’ Emissjonijiet (ETS) bħala l-mutur ewlieni. L-iżvilupp ta’ qafas dwar il-klima u l-enerġija għall-2030, bl-għan ġenerali tiegħu li jqiegħed lill-UE fuq it-triq it-tajba lejn l-objettiv ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet GHG tal-2050 biex iż-żieda fit-temperatura globali tinżamm inqas minn żewġ gradi, se jaffettwa t-tħaddim tas-CCS.

    2.3.Il-potenzjal tal-użu industrijali tas-CO2

    Is-CO2 huwa kompost kimiku li jista’ jintuża għall-produzzjoni tal-karburanti sintetiċi, bħala fluwidu ta’ tħaddim (pereżempju f’impjanti ġeotermiċi), bħala sustanza ta' oriġini f'proċessi kimiċi u applikazzjonijiet bijoteknoloġiċi u għall-manifattura ta' firxa wiesgħa ta' prodotti oħra. S’issa, is-CO2 ġie utilizzat b’suċċess għall-produzzjoni tal-urea, ir-refriġeranti, ix-xarbiet, is-sistemi tal-welding, tagħmir għat-tifi tan-nar, sistemi ta’ trattament tal-ilma, l-ortikoltura, il-karbonat tal-kalċju ppreċipitat għall-industrija tal-karta, bħala aġent mhux attiv fl-ippakkjar tal-ikel u bosta applikazzjonijiet oħra fuq skala żgħira[20]. Barra minn hekk, dan l-aħħar tfaċċaw għad ta’ għażliet ta’ użu tas-CO2 li jinvolvu bosta proċeduri għall-produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi (pereżempju polimeri, aċidi organiċi, alkoħols, zokkrijiet), jew għall-produzzjoni tal-karburanti (pereżempju l-metanol, il-bijokarburanti mill-algae, gass naturali sintetiku). Madankollu, ħafna minn dawn it-teknoloġiji għadhom fil-fażi ta’ riċerka u żvilupp. Barra minn hekk, ma hemm ebda konklużjonijiet ċari dwar l-effetti tagħhom ta’ tnaqqis tas-CO2 minħabba l-mekkaniżmu speċifiku tagħhom ta’ ħżin temporanju jew permanenti tas-CO22, u probabbli li ma jagħtux biżżejjed volumi meħtieġa ta’ CO2. Huwa x’inhuwa l-potenzjal tagħhom ta’ tnaqqis ta’ CO2, il-proċeduri ta’ użu tas-CO2 jirrappreżentaw potenzjal dirett ta’ produzzjoni ta’ qligħ fuq medda ta’ żmien qasir. Għalhekk is-CO2 ma jibqax jitqies aktar bħala prodott ta’ skart iżda bħala prodott bażiku, u dan jista’ jkun ta’ għajnuna fl-indirizzar ta’ kwistjonijiet ta' aċċettazzjoni pubblika tas-CCS.

    Bl-irkupru assistit tal-idrokarburi (u f’xi każijiet tal-gass) mill-banda l-oħra jistgħu jinħażnu ammonti kbar ta’ CO2 filwaqt li fl-istess ħin tiżdied il-produzzjoni taż-żejt b’medja ta’ 13%[21], u dan fih valur ekonomiku sinifikanti. Barra minn hekk, il-ħażniet ta’ żejt u gass huma kanditati primi għall-ħżin tas-CO2 għal ħafna raġunijiet. L-ewwel nett, iż-żejt u l-gass li inizjalment inġabar fin-nases baqa’ hemm, u dan jipprova s-sikurezza u l-affidabilità ta' dawn is-siti ta' ħżin, kemm-il darba l-integrazzjoni strutturali tagħhom ma ġietx kompromessa bħala riżultat ta’ proċessi ta’ tfittxija u estrazzjoni.  It-tieni, l-istruttura ġeoloġika u l-karatteristiċi fiżiċi tal-biċċa l-kbira tas-sodod ta’ żejt u gass sar studju estensiv tagħhom u ġew karatterizzati. It-tielet, il-ġeoloġija u l-karatteristiċi tas-sodod eżistenti huma magħrufa sew għall-industrija taż-żejt u tal-gass tant li kull ċaqliq, spustament u ngorgu ta’ gassijiet u likwidi jista’ jiġi previst. Madankollu, jeħtieġ li jiġi applikat il-prinċipju ta’ prekawzjoni, kif dan l-aħħar ġie enfażizzat mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent fir-rapport tagħha dwar “Late lessons from early warnings” (2013)[22]. Barra minn hekk, il-potenzjal tal-EOR fl-Ewropa huwa limitat[23].

    2.4.Il-kompetittività tal-ispejjeż tas-CCS

    Fid-dinja kollha, aktar minn 20 proġett CCS ta’ skala ta’ dimostrazzjoni qed joperaw b’suċċess, li minnhom tnejn huma fl-Ewropa (in-Norveġja)[24]. Il-biċċa l-kbira tagħhom huma applikazzjonijiet industrijali, bħal ipproċessar ta’ żejt u gass jew ta’ produzzjoni kimika, li jiġbru s-CO2 għal raġunijiet kummerċjali. Tmienja mill-proġetti għandhom il-katina sħiħa tas-CCS (il-qbid, it-trasport u l-ħżin), u ħamsa minnhom huma ekonomikament fattibbli permezz tal-irkupru mtejjeb taż-żejt, fejn il-karbonju jintuża biex tiżdied l-estrazzjoni ta’ żejt mhux raffinat (aktar dettalji dwar il-proġetti huma stabbiliti fl-Anness 1).

    Skont il-Pjan Direzzjonali għall-Enerġija għall-2050 tal-Kummissjoni u l-valutazzjoni tal-AIE[25], is-CCS hija mistennija li ssir teknoloġija ta’ tranżizzjoni kompetittiva b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju. L-istimi tal-ispejjeż tas-CCS ivarjaw, skont il-karburant, it-tip ta’ teknoloġija u ta’ ħżin, iżda ħafna mill-kalkoli għall-ispejjeż kurrenti jaqgħu fil-firxa ta’ EUR 30 sa EUR 100/t CO2 maħżun. Skont Cost and Performance of Carbon Dioxide Capture from Power Generation tal-AIE (ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 29 għal referenza sħiħa), li huwa bbażat fuq studji tal-inġinerija teknika eżistenti, l-ispejjeż attwali tas-CCS huma fl-ordni ta’ EUR 40 it-tunnellata ta’ CO2 evitat għall-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam u EUR 80 it-tunnellata ta’ CO2 evitat għall-impjanti tal-enerġija tal-gass naturali. Barra minn hekk għandhom jiġu kkunsidrati l-ispejjeż tat-trasport u tal-ħżin. Madankollu, l-ispejjeż huma mistennija li jonqsu fil-ġejjieni.

    Skont il-valutazzjonijiet magħmula mill-JRC[26], l-ewwel ġenerazzjoni tal-impjanti tal-faħam jew gass naturali CCS huma mistennija li jkunu jiswew ferm iktar flus minn impjanti konvenzjonali simili mingħajr l-użu tas-CCS. Ladarba l-impjanti tal-enerġija tas-CCS jibdew jintużaw, l-ispejjeż se jonqsu u jibbenefikaw mill-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp u l-bini ta’ ekonomiji ta’ skala.

    Minħabba l-prezzijiet persistentement għolja taż-żejt, it-teknoloġiji tas-CCS jistgħu f’xi każijiet ikunu kost kompetittivi għall-industrija tal-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass, fejn il-marġini ekonomiċi huma konsiderevolment ogħla milli fil-produzzjoni tal-enerġija u setturi oħra involuti fil-konsum jew il-provvista ta’ karburanti fossili. Dan jidher ċar fl-uniċi żewġ proġetti tas-CCS fuq skala sħiħa operattivi fl-Ewropa llum. Dawn jinsabu fin-Norveġja, fejn il-produtturi taż-żejt u l-gass jiffaċċjaw taxxa ta’ madwar EUR 25 it-tunnellata ta’ emissjonijiet ta’ CO2[27]. Din it-taxxa, li hija speċifika għal produtturi taż-żejt u l-gass fuq il-blata kontinentali, wasslet għall-iżvilupp kummerċjali tas-CCS fi Snøhvit u Sleipner (ara l-Anness I għal aktar dettalji). 

    2.5.Il-kompetittività tal-ispejjeż tas-CCS fuq impjanti tal-enerġija eżistenti modifikati

    Jekk l-espansjoni globali tal-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-karburanti fossili ma titrażżanx, il-modifikazzjoni CCS se tkun meħtieġa biex it-tisħin globali jinżamm sa anqas minn 2°C. Madankollu, skont il-Bord Internazzjonali dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) il-modifikazzjoni tal-impjanti eżistenti biex jinġabar is-CO2mistennija li twassal għal spejjeż ogħla u effiċjenza ġenerali mnaqqsa b’mod sinifikanti milli kieku jinbnew impjanti ġodda b’sistema ta’ ġbir. L-iżvantaġġi tal-ispejjeż tal-modifikazzjoni jistgħu jitnaqqsu fil-każ ta’ xi impjanti eżistenti relattivament ġodda u effiċjenti ħafna jew fejn impjant huwa sostanzjalment aġġornat jew mibni mill-ġdid”. Il-biċċa l-kbira tal-istudji sussegwenti jaqblu mal-konklużjonijiet tal-IPCC. Ir-raġunijiet ewlenin għall-ispejjeż ogħla huma:

    · Spejjeż ogħla ta’ investiment billi l-konfigurazzjoni tal-impjant eżistenti u r-restrizzjonijiet tal-ispazju jistgħu jagħmlu l-adattament għas-CCS aktar diffiċli milli għal xi binja ġdida.

    · Ħajja iqsar, peress li l-impjant tal-enerġija jkun diġà qed jopera. Dan jimplika li l-investiment fil-modifikazzjoni tas-CCS ikun jeħtieġ li jitħallas lura fuq medda iqsar ta’ żmien minn CCS mibni ġdid.

    · Rendiment imnaqqas, billi modifikazzjoni hija diffiċli li tiġi integrata bl-aħjar mod biex l-effiċjenza enerġetika tal-proċess ta’ ġbir tkun l-aħjar possibbli, li jwassal għal produzzjoni mnaqqsa.

    · Spejjeż minħabba l-waqfien tal-produzzjoni, peress li l-installazzjoni eżistenti li qed tiġi mmodifikata tkun teħtieġ li tieqaf il-produzzjoni waqt li jkunu għaddejjin ix-xogħlijiet ta’ bini.

    Sabiex jitnaqqsu kemm jista’ jkun ir-restrizzjonijiet speċifiċi tas-sit, u b’hekk l-ispejjeż, ġie ssuġġerit li l-installazzjonijiet ġodda jkunu “lesti għas-CCS”[28], u dan jista’ jevita aktar "locking in” ta’ emissjonijiet ta’ CO2 minn installazzjonijiet ġodda[29].

    Skont l-Artikolu 33 tad-Direttiva dwar is-CCS, l-Istati Membri jridu jiżguraw li l-operaturi tal-impjanti kollha ta’ kombustjoni bi produzzjoni nominali tal-elettriku ta’ 300 MW jew aktar, ikunu vvalutaw jekk ġewx issodisfatti l-kundizzjonijiet ta’ 1) disponibbiltà ta’ siti adatti għall-ħżin; 2) fattibilità ekonomika u teknika tal-faċilitajiet tat-trasport u 3) modifika għall-ġbir tas-CO2[30]. Jekk dan ikun il-każ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li jitħalla spazju adatt fuq is-sit tal-installazzjoni għat-tagħmir meħtieġ għall-ġbir u l-kompressjoni tas-CO2. L-għadd ta’ impjanti li diġà ġew dikjarati bħala “lesti għas-CCS”, madankollu, huwa baxx ħafna.

    Valutazzjoni tal-miżuri meħuda mill-Istati Membri biex jiżguraw li l-Artikolu 33 tad-Direttiva dwar is-CCS huwa implimentat se sseħħ permezz tal-analiżi li se ssir dalwaqt tat- traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-CCS fl-Istati Membri.

    3. Is-sitwazzjoni attwali tad-dimostrazzjoni tas-CCS fl-Ewropa u analiżi tad-differenza

    Is-CCS se jkollu rwol fil-ġejjieni fit-taħlita ta’ enerġija b’livell baxx ta’ karbonju.  Dan huwa inter alia r-riżultat tal-impenn tal-Unjoni Ewropea li tieħu pass importanti biex is-CCS minn proġett ta’ riċerka fuq skala pilota jsir proġett ta’ dimostrazzjoni ta’ riċerka fuq skala kummerċjali[31] li jista’ jnaqqas l-ispejjeż, tagħti prova tal-ħżin ġeoloġiku mingħajr periklu tad-dijossidu tal-karbonju (CO2), tiġġenera għarfien trasferibbli dwar il-potenzjal tas-CCS, u tneħħi r-riskju għall-investituri.

    Minkejja sforzi konsiderevoli biex l-UE tkun il-mutur ta’ żvilupp tat-teknoloġiji tas-CCS, minn tmien proġetti operattivi sħaħ [32]ta’ dimostrazzjoni ta’ CCS kompluta (ġbir, trasport u ħżin — ara d-dettalji fl-Anness I), ebda minnhom ma jinsab fl-UE, u anke l-iktar proġetti promettenti tal-UE qed jiffaċċjaw dewmien sostanzjali minħabba għadd ta’ raġunijiet deskritti hawn taħt.

    3.1.Żvantaġġi ekonomiċi

    Bil-prezzijiet attwali tal-ETS sew taħt EUR 40/tCO2, u mingħajr ebda restrizzjonijiet legali jew inċentivi oħra, ma hemm l-ebda raġuni biex l-operaturi ekonomiċi jinvestu fit-teknoloġiji tas-CCS. Meta l-Kummissjoni pproponiet il-Pakkett tal-Klima u l-Enerġija fl-2008, il-prezzijiet tal-karbonju kienu EUR 30 għal xi żmien u dan kien prezz għoli. Kien mistenni li, meta ġew implimentati l-miri skont il-pakkett dwar it-tibdil fil-klima u l-enerġija, dawn il-livelli ta’ prezzijiet kienu se jintlaħqu għall-2020, u kienu se jkomplu jiżdiedu wara. Kien hemm għarfien li dan jista’ saħansitra ma jkunx biżżejjed biex l-impjanti ta’ dimostrazzjoni jkunu jistgħu jiġu kkummissjonati. Minbarra t-twaqqif tal-qafas legali (id-Direttiva CCS), il-programm ta’ finanzjament NER300 ġie introdott biex jiffinanzja dimostrazzjoni tas-CCS fuq skala kummerċjali, flimkien ma’ proġetti tal-enerġija innovattivi minn sorsi rinnovabbli fl-istess żmien mal-Programm Ewropew tal-Enerġija għall-Irkupru (EEPR) li jiffoka fuq 6 proġetti ta’ dimostrazzjoni tas-CCS. Bil-prezzijiet tal-karbonju ta’ EUR 30, l-appoġġ totali seta’ kien ta’ EUR 9 biljuni. Flimkien, l-inċentiv tal-prezz tal-karbonju u l-appoġġ finanzjarju addizzjonali permezz tal- NER300 u l-EEPR tqiesu bħala adegwati biex jiġi żgurat il-bini ta’ għadd ta’ impjanti ta’ dimostrazzjoni tas-CCS fl-UE.

    Illum, bil-prezzijiet tal-karbonju eqreb lejn EUR 5, u d-dħul mill-NER300 sew taħt l-aspettattivi inizjali, huwa ċar li ma hemm l-ebda raġuni biex l-operaturi ekonomiċi jinvestu fis-CCS ta’ demostrazzjoni peress li l-ispejjeż addizzjonali ta’ investiment u ta’ tħaddim mhumiex koperti mid-dħul akkumulat mill-emissjonijiet imnaqqsa, minħabba li jridu jixtru ħafna inqas kwoti tal-ETS.

    L-istudji li tlestew tal-Front End Engineering (FEED) għall-proġetti tas-CCS juru li l-ewwel suppożizzjonijiet dwar l-ispejjeż għall-ispejjeż kapitali għas-CCS kienu realistiċi. Madankollu, l-argumenti ekonomiċi favur is-CCS komplew jeħżienu b’mod sinifikanti mill-2009 minħabba l-kriżi ekonomika li ġabet livell baxx tal-prezz tal-karbonju tal-ETS. Il-biċċa l-kbira tal-proġetti bbażaw il-kalkoli tagħhom fuq prezz tal-karbonju ta’ mill-anqas EUR 20 għal kull tunnellata ta’ CO2. Jekk wieħed jassumi perjodu ta’ tħaddim ta’ għaxar snin (kif mitlub skont NER300) b’miljun tunnellata ta’ CO2 maħżuna fis-sena, id-differenza fil-prezz ta’ EUR 10/ton CO2 twassal effettivament għal spejjeż operattivi addizzjonali ta’ madwar EUR 100 miljun. Bi tqabbil mal-aspettattiva ta’ prezz ta’ EUR 30 meta ġie propost il-pakkett tal-klima u l-enerġija, l-ispiża addizzjonali li trid tiġi koperta hija sa EUR 200 miljun.

    Dawn l-ispejjeż addizzjonali fil-preżent jeħtieġu li jiġu koperti jew mill-industrija jew mill-fondi pubbliċi. L-Irkupru Assistit taż-Żejt (EOR) jista’ jkun ta’ għanjnuna għal xi proġetti, iżda għall-kuntrarju ta’ dak li jiġri fl-Istati Uniti u ċ-Ċina, l-RAI ma kienx il-fattur ewlieni għall-użu tas-CCS fl-Ewropa. Filwaqt li fl-2008 l-industrija ddikjarat li kienet lesta li tinvesti aktar minn EUR 12bn fis-CCS, l-impenji finanzjarji attwali li saru għadhom ma laħqux il-livell meħtieġ minn dan l-impenn. Fil-fatt, għal ħafna proġetti, l-industrija qed tillimita l-iffinanzjar tagħha għal madwar 10% tal-ispejjeż addizzjonali għas-CCS. Barra minn hekk, fil-livell tal-Istat Membru, iċ-ċirkostanzi finanzjarji u politiċi li kien hemm fl-2008 m’huma xejn l-istess bħalissa.

    Fis-sitwazzjoni ekonomika attwali, u anki b’finanzjament addizzjonali permezz tal-Programm Ewropew għall-Irkurpu Ekonomiku li alloka madwar EUR 1 biljun għas-CCS ta’ dimostrazzjoni[33], l-ammont żejjed strutturali fl-ETS ta’ madwar 2 biljuni fi kwoti u l-prezzijiet baxxi tal-karbonju sussegwentement għal tul ta’ żmien u finanzjament anqas milli mistenni permezz tan-NER300, l-industrija sempliċiment ma għandhiex l-inċentivi biex is-CCS ta’ dimostrazzjoni tkun vijabbli u dan jaffettwa b’mod negattiv il-potenzjal ta’ użu fuq skala kbira. Jekk ma jkunx hemm strateġija politika li tagħmel is-CCS kummerċjalment vijabbli jew obbligatorja, l-industrija mhux se tidħol għat-teknoloġiji tas-CCS fuq skala kbira.

    Dan intqal dan l-aħħar b’enfażi kbira fid-Deċiżjoni ta’ Aġġudikazzjoni tal-ewwel sejħa tal-programnm tal-NER300[34]. Il-mira oriġinali kienet li jiġu ffinanzjati tmien proġetti ta’ dimostrazzjoni CCS ta’ daqs kummerċjali flimkien ma’ 34 proġett ta’ enerġija rinnovabbli innovattiva. Wara s-seħja tal-NER300 tressqu 13-il proġett ta’ CCS, li tnejn minnhom kienu proġetti tas-CCS f’applikazzjonijiet industrijali u 11 fis-settur tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, minn 7 Stati Membri. Tliet proġetti ġew irtirati matul il-kompetizzjoni. Sa Lulju 2012, il-Kummissjoni kienet identifikat 8 proġetti tas-CCS tal-ogħla kalibru u żewġ proġetti ta’ riżerva kienu għadhom qed jikkompetu[35]. Wara dan kollu l-ebda proġett tas-CCS ma ngħata fondi billi fl-aħħar stadju tal-konferma mill-ġdid tal-proġetti l-Istati Membri ma kinux f’qagħda li jikkonfermaw il-proġetti tagħhom tas-CCS. Fost ir-raġunijiet għal dan in-nuqqas ta’ konferma kien hemm: nuqqas ta’ fondi fil-kontribuzzjoni nazzjonali u/jew ta’ finanzjamenti privati, iżda wkoll dewmien fil-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni jew, f’każ partikolari, kienet għadha għaddejja kompetizzjoni ta’ finanzjament nazzjonali li minħabba fiha l-Istat Membru kkonċernat ma setax jikkonferma skont ir-rekwiżiti tad-Deċiżjoni NER300. 

    Il-maġġoranza tal-proġetti tas-CCS talbu l-finanzjament tal-NER300 b’ammont ħafna ikbar minn EUR 337 miljun (il-livell li fih ġie ffissat il-limitu ta’ finanzjament fid-dawl tad-dħul miksub mill-monetizzazzjoni tal-kwoti tal-NER). Fil-fatt, nofs il-proġetti tas-CCS talbu kontribuzzjoni NER300 totali ta’ aktar minn EUR 500 miljun. Għaldaqstant l-ammont iktar baxx milli mistenni ta’ finanzjament poġġa pressjoni addizzjonali fuq l-Istati Membri u l-operaturi privati biex jagħmlu tajjeb għan-nuqqas. Anke għal dawk il-proġetti li t-talbiet tagħhom ta’ finanzjament NER300 kienu biss ftit ogħla mil-limitu massimu ta’ ffinanzjar, in-nuqqasijiet fil-finanzjament baqgħu sfida ewlenija u fattur determinanti fin-nuqqas ta’ konferma tagħhom.

    Punt importanti ieħor huwa li l-operaturi privati li ressqu l-applikazzjonijiet għan-NER300 dehru ftit lesti li jikkontribwixxu għall-ispejjeż infushom. Minflok, il-biċċa l-kbira tal-operaturi CCS ressqu applikazzjonijiet li kienu jiddependu kważi għal kollox fuq il-finanzjament pubbliku, filwaqt li l-bqija tal-applikanti pproponew li jikkontribwixxu sehem relattivament żgħir. Wieħed jista’ jasal għall-konklużjoni li, sakemm il-prezz mistenni tal-karbonju jkun baxx, is-settur privat jistenna li l-iżvilupp tas-CCS jiġi kkofinanzjat minn sehem konġunt  kbir mill-fondi pubbliċi, u din hija prova tal-isfidi bla waqfien fis-settur.

    Kemm il-kumpaniji tal-elettriku li jużaw il-karburant fossili bħala materja prima fil-produzzjoni tagħhom kif ukoll il-fornituri tal-karburant fossili għandu jkollhom interess qawwi fis-suċċess tal-iżvilupp tas-CCS għall-prospetti ekonomiċi futuri tagħhom. Mingħajr is-CCS futur inċert għandhom quddiemhom.   

    3.2.L-għarfien u l-aċċettazzjoni tal-pubbliku

    Xi proġetti li jipprevedu ħżin fuq l-art għandhom oppożizzjoni pubblika qawwija. Dan hu speċjalment il-każ għall-proġetti fil-Polonja u l-Ġermanja. Fil-Ġermanja, in-nuqqas ta’ aċċettazzjoni pubblika kien ir-raġuni ewlenija għad-dewmien fit-traspożizzjoni tad-Direttiva CCS. Il-proġett bl-appoġġ tal-EEPR fi Spanja — wara kampanja ta’ informazzjoni u ta’ sensibilizzazzjoni mmirata — għeleb li l-oppożizzjoni tal-pubbliku. Il-proġetti li għandhom bħala għan il-ħżin lil hinn mix-xtajta fir-Renju Unit, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Italja kisbu daqstant l-aċċettazzjoni tal-pubbliku. Stħarriġ reċenti tal-Eurobarometer[36] juri li l-popolazzjoni Ewropea mhix infurmata dwar it-teknoloġiji tas-CCS u l-kontribut potenzjali tagħhom biex jittaffa t-tibdil fil-klima. Madankollu, dawk li huma infurmati aktarx li jappoġġjaw it-teknoloġija. Dan juri biċ-ċar li jeħtieġ li jsir aktar biex is-CCS isir parti mid-dibattitu fl-isforzi tal-Istati Membri u tal-Ewropa fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima, li jeħtieġ li jiġu esplorati iżjed ir-riskji potenzjali għas-saħħa u l-ambjent (marbuta mat-tnixxija ta’ CO2 maħżun), u li l-aċċettazzjoni tal-pubbliku ma għandhiex titqies bħala awtomatika mingħajr valutazzjoni minn qabel. 

    3.3.Il-qafas legali

    Id-Direttiva tas-CCS tipprovdi qafas legali komprensiv għall-ġbir, it-trasport u l-ħżin tas-CCS. Sad-data tal-iskadenza tat-traspożizzjoni f’Ġunju 2011 ftit Stati Membri biss irrapportaw traspożizzjoni sħiħa jew parzjali. Is-sitwazzjoni tjiebet sostanzjalment fil-frattemp u attwalment Stat Membru wieħed biss ma bagħat l-ebda notifika ta’ miżuri ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva lill-Kummissjoni. Filwaqt li l-maġġoranza tal-Istati Membri bi proġetti proposti tas-CCS ta’ dimostrazzjoni lestew it-traspożizzjoni tad-Direttiva, bosta Stati Membri qed jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-ħżin tas-CO2 fit-territorji tagħhom.

    Analiżi sħiħa tad-traspożizzjoni tad-Direttiva tas-CCS u implimentazzjoni fl-Istati Membri se tħares ukoll lejn dan fid-dettall.

    3.4.Ħżin u infrastruttura tas-CO2

    Skont il-proġett tal-UE GeoCapacity[37], id-disponibbiltà globali ta’ kapaċità ta’ ħżin ġeoloġiku permanenti fl-Ewropa hija ekwivalenti għal aktar minn 300 Giga tunnellata (Gt) ta’ CO2, filwaqt li skont estimi konservattivi l-kapaċità ta’ ħżin hija ta’ 117 Gt ta’ CO2. L-emissjonijiet totali tas-CO2 mill-ġenerazzjoni tal-enerġija u l-industrija tal-UE huma madwar 2.2 GtCO2 fis-sena u għalhekk tkun tista’ ssir ħażna tas-CO2 kollu miġbur fl-UE għal bosta deċennji, anki bi stimi konservattivi. Il-kapaċità ta’ ħżin fil-Baħar tat-Tramuntana biss ġiet stmata għal aktar minn 200 GtCO2. Għandu jiġi esplorat aktar approċċ koerenti lejn l-użu ta’ din il-kapaċità. 

    Filwaqt li teżisti kapaċità biżżejjed għall-ħżin fl-Ewropa mhux il-kapaċità kollha hija aċċessibbli jew tinsab qrib l-impjanti li jiġġeneraw is-CO2. Għalhekk hija meħtieġa infrastruttura transkonfinali tat-trasport biex ikunu konnessi s-sorsi tas-CO2 mal-bjar b’mod effiċjenti. Dan jidher fil-proposta tal-Kummissjoni biex tinkludi l-infrastruttura tat-trasport tas-CO2 fil-proposta tagħha għal regolament dwar il- “Linji gwida għal infrastruttura Trans Ewropea”. B’dan ir-regolament, il-proġetti ta’ infrastruttura tat-trasport tas-CO2 jistgħu jikkwalifikaw biex isiru proġetti ta’ Interess Komuni Ewropew u jistgħu eventwalment jitqiesu bħala eliġibbli għall-finanzjament. Madankollu, inizjalment il-proġetti tas-CCS se jesploraw aktar il-bjar ta’ ħżin tas-CO2 fil-viċinanza tal-punti ta’ ġbir u għalhekk l-infrastruttura l-ewwel trid tiġi żviluppata fuq livell nazzjonali. Dawn il-ħtiġijiet ta’ infrastruttura nazzjonali se jkollhom jiġu indirizzati kif suppost mill-Istati Membri, sabiex imbagħad naslu għan-netwerks transkonfinali.

    3.5.Kooperazzjoni internazzjonali

    Is-soluzzjoni tal-problema tat-tibdil fil-klima tinkiseb biss jekk tiġi indirizzata globalment. L-azzjoni pijuniera tal-UE tista’ tqajjem il-kooperazzjoni internazzjonali meħtieġa, iżda hemm barra minn hekk strateġija politika ċara għall-promozzjoni tal-użu tat-teknoloġiji ta’ mitigazzjoni fil-pajjiżi li se jiġu bżonnhom biex jorjentaw mill-ġdid l-ekonomiji tagħhom li qed jespandu fuq triq ta’ żvilupp b’livell baxx ta’ karbonju. Dan bla dubju jinkludi s-CCS, li għalih suq mhux tal-UE x’aktarx li huwa ħafna ikbar mis-suq intern.

    Pereżempju l-konsum tal-faħam fiċ-Ċina kiber b’10 % fl-2010 u issa jirrappreżenta 48% tal-użu globali tal-faħam. Parti sinifikanti tat-300GW tal-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam li attwalment jinsabu fil-fażi ta’ kostruzzjoni jew huma ppjanati fiċ-Ċina x’aktarx li jkunu għadhom qed jitħaddmu fl-2050. Kemm-il darba l-impjanti ġodda fiċ-Ċina u fid-dinja ma jiġux mgħammra bis-CCS u l-impjanti eżistenti jiġu modifikati mill-ġdid, proporzjon kbir tal-emissjonijiet tad-dinja bejn l-2030 u l-2050 diġà huma “locked-in”. Il-Kummissjoni Ewropea għalhekk tinvolvi ruħha b’mod attiv ma’ pajjiżi terzi, inklużi l-ekonomiji emerġenti, u l-industrija. Timmira għal aktar internazzjonalizzazzjoni ta’ attivitajiet ta’ qsim ta’ għarfien fost il-proġetti tas-CCS fil-kuntest tan-Netwerk ta’ Proġetti ta’ Dimostrazzjoni CCS Ewropea, kif ukoll permezz tas-sħubija tagħha fil-Forum Direzzjonali għall-Ġbir tal-Karbonju (CSLF) u bħala parteċipant li jikkollabora fl-Istitut Globali tas-CCS (IGCCS).

    4. It-triq ’il quddiem

    It-tieni sejħa tal-NER300, li se tiġi varata f’April 2013, hija ċans ieħor biex l-industrija Ewropea u tal-Istati Membri ttejjeb l-prospetti attwali għas-CCS. Iżda minħabba dewmien ċar fil-programm ta’ dimostrazzjoni tas-CCS, wasal iż-żmien li jiġu vvalutati mill-ġdid l-għanijiet stabbiliti mill-Kunsill Ewropew u jiġu orjentati mill-ġdid l-għanijiet tal-politika u l-istrumenti tagħna.

    Minħabba l-kummerċjalizzazzjoni tat-teknoloġiji tas-CCS il-ħtieġa għal dimostrazzjoni u utilizzazzjoni tagħhom fuq skala kbira mhux talli ma battietx iżda saret iktar urġenti. Huwa fl-interess tal-kompetittività tagħna fuq medda itwal ta’ żmien li s-setturi industrijali u tal-enerġija tagħna jiksbu esperjenza fit-twassil tas-CCS fuq skala kummerċjali [38]li tista’ tnaqqas l-ispejjeż, tagħti prova tal-ħżin ġeoloġiku mingħajr periklu tas-CO2, tiġġenera għarfien trasferibbli dwar il-potenzjal tat-teknoloġiji tas-CCS, u tneħħi r-riskju tal-investiment fit-teknoloġiji għall-investituri.

    Is-CCS dejjem se timplika spejjeż ogħla mill-kombustjoni bil-karburant fossili mingħajr miżuri ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet, u għalhekk titlob kumpens xieraq, billi l-kombustjoni ta’ karburanti mingħajr il-ġbir teħtieġ inqas investiment u inqas enerġija. Il-kumpens jista’ jsir permezz ta’ diversi interventi politiċi. Illum diġà għandna l-ETS, li toffri inċentivi diretti għas-CCS billi tagħti prezz lill-karbonju, għalkemm f’livell baxx wisq. Barra minn hekk, l-użu ta’ xi dħul mill-irkantar tal-kwoti tal-karbonju (il-programm NER 300) jipprovdi finanzjament potenzjali għas-CCS, kif ukoll għal proġetti ta’ enerġija rinnovabbli.

    Il-prezz tal-kwoti tas-CO2 mistenni bħalissa huwa ferm inqas mill-istima tal-2008 għall-Pakkett tal-Klima u l-Enerġija, li għall-2020 ipprevediet prezzijiet ta’ madwar EUR 30 (prezzijiet tal-2005)[39]. Illum il-ġurnata l-prezz tal-ETS fl-UE ma jinċentivax biex mill-faħam naqilbu għall-gass u qed iżid l-ispejjeż ta’ finanzjament għal investimenti b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju fl-istess waqt li dawn jiżdiedu minħabba r-riskji marbuta ma’ investiment f’teknoloġiji baxxi fil-karbonju. Stħarriġ ta’ 363 operatur tal-ETS fl-UE jikkonferma li l-prezz tal-kwoti tal-karbonju fl-Ewropa dan l-aħħar sar inqas importanti fid-deċiżjonijiet ta’ investiment[40].

    Riforma strutturali tal-ETS tista’ tipprovdi prezzijiet li dejjem jogħlew u tista’ tikkonferma għas-suq li wkoll fuq medda twila ta’ żmien l-ETS se tagħti sinjal biżżejjed qawwi tal-prezz tal-karbonju biex jixpruna l-użu tat-teknoloġiji tas-CCS. Għaldastant, il-Kummissjoni nediet Rapport dwar is-Suq tal-Karbonju, barra minn konsultazzjoni pubblika, li jeżamina għad ta’ għażliet possibbli. Biex jiġi xprunat l-użu tas-CCS mingħajr xi inċentivi oħra se jkunu meħtieġa żidiet sinifikanti fil-prezzijiet tal-ETS ta’ EUR 40 jew iżjed[41].

    L-AIE tenfasizza li strateġija tas-CCS teħtieġ li tqis il-ħtiġijiet tal-evoluzzjoni tat-teknoloġija hija u tiżviluppa, minn miżuri aktar speċifiċi fl-istadji bikrija għal miżuri aktar newtrali biex jiġi żgurat li s-CCS issir kompetittiva fir-rigward ta’ opportunitajiet oħra ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet hekk kif tersaq lejn il-kummerċjalizzazzjoni[42]. Wara dan u irrispettivament mir-riżultat finali tad-diskussjonijiet dwar riforma strutturali tal-ETS, huwa importanti li l-utilizzazzjoni tas-CCS titħejja sewwa permezz ta’ proċess qawwi ta’ dimostrazzjoni. L-għażliet ta’ politika għalhekk jeħtieġ li jiġu kkunsidrati sabiex mill-aktar fis possibbli tkun tista’ sseħħ dimostrazzjoni fuq skala kbira bil-għan li jkun hemm aktar utilizzazzjoni u kummerċjalizzazzjoni.

    Fil-pakkett dwar it-tibdil fil-klima u l-enerġija kien hemm għarfien li d-dimostrazzjoni probabbilment ma kinitx se sseħħ biss permezz tas-sinjal tal-prezz tal-karbonju. Kien hemm ħsieb ta’ inċentivi addizzjonali permezz tan-NER300 u l-pakkett finanzjarju tal-EEPR, kif ukoll permezz tal-qafas legali tas-CCS. L-ETS attwali tipprevedi, permezz tat-tieni sejħa tan-NER300 li s-CCS u l-proġetti innovattivi ta’ enerġija rinnovabbli jistgħu jiġu appoġġjati. It-twessiegħ ta’ dan it-tip ta’ finanzjament jista’ jitqies ukoll għall-perjodu li wassal għall-2030. Dan il-finanzjament jista’ jindirizza xi wħud mill-għanijiet tal-pjan SET, u jista’ wkoll espliċitament jiffoka fuq l-innovazzjoni fl-industriji intensivi fl-enerġija peress li s-CCS hija teknoloġija prinċipali li hija applikabbli kemm għas-settur tal-enerġija kif ukoll għal dak industrijali. Barra minn hekk, bl-użu ta’ format ta’ kompetizzjoni, jippermetti livell ugwali fost l-intrapriżi kollha tal-UE u jiżgura l-aqwa użu tal-fondi limitati.

    Barra dan, jekk jitqiesu l-iżviluppi li ġew esplorati u/jew implimentati f’għadd ta’ pajjiżi, jistgħu jiġu kkunsidrati diversi għażliet ta’ politika li jmorru lil hinn mill-miżuri eżistenti. Dawn l-għażliet jidhru fil-qosor hawn taħt.

    Huwa evidenti li, filwaqt li l-prezz tal-karbonju mhuwiex f’livell adegwat, għad hemm il-ħtieġa li jiġu żviluppati l-infrastruttura, il-ħiliet u l-għarfien tat-teknoloġiji tas-CCS permezz tal-utilizzazzjoni ta’ ammont limitat ta’ proġetti tas-CCS. Kull miżura li tippromwovi dimostrazzjoni tista’ tkun limitata fl-ambitu, billi tillimita l-ispejjeż fl-ekonomija ġenerali filwaqt li fl-istess ħin tipprovdi ċ-ċertezza meħtieġa għall-investituri biex jistgħu jiġu sfruttati l-benefiċċji ta’ utilizzazzjoni bikrija. Il-proċess ta’ dimostrazzjoni jipprovdi wkoll perspettivi iktar ċari għar-rwol li fil-ġejjieni se jkollu s-CCS, b’mod partikolari f’sitwazzjoni fuq medda qasira ta’ żmien sa dik medja fejn il-prezz tal-karbonju mhux f’livell għoli biżżejjed biex jixpruna l-investiment fit-teknoloġiji tas-CCS.

    Tista’ tinħoloq sistema obbligatorja ta’ ċertifikazzjoni tas-CCS li teħtieġ li l-impjanti tal-karbonju li jiġġeneraw l-emissjonijiet (‘il fuq minn ċertu limitu) jew il-fornituri tal-karburanti fossili jixtru ċertifikati tas-CCS ekwivalenti għal ċertu ammont tal-emissjonijiet tagħhom jew emissjonijiet integrati (f’każ li l-impenn jingħata lill-fornituri tal-karburanti fossili). Jistgħu jingħataw ċertifikati lill-industrija taż-żejt u l-gass, filwaqt li jiġi ggarantit li l-għarfien li jinsab diġà f’dawn is-setturi dwar il-ġeoloġija u l-qasam espert qed jikkontribwixxi biex jiġu identifikati l-aktar siti ta’ ħżin adatti, inkluża l-possibbiltà ta’ rkupru assistit taż-żejt u tal-gass, sa fejn dan jiżgura ħżin permanenti tas-CO2.

    Kaxxa 1: Obbligi attwali tas-CCS

    Mill-2015, il-kumpaniji tal-elettriku fl-istat tal-Illinois fl-Istati Uniti tal-Amerika huma meħtieġa li jiksbu 5% tal-elettriku taħhom minn sors ta’ enerġija nadifa tal-faħam, b’mira ta’ 25% sal-2050. L-impjanti li joperaw qabel l-2016 jitqiesu bħala faħam nadif kemm-il darba tal-inqas 50% tal-emissjonijiet tas-CO2 jinġabru u jiġu ssekwestrati. Dan ir-rekwiżit jitla’ għal 70% għall-impjanti tal-faħam mistennija li jibdew joperaw fl-2016 jew l-2017, u għal 90% minn hemm ‘il quddiem.

    Sistema bħal din tista’ taħdem bl-ETS, sakemm il-volum taċ-ċertifikati tas-CCS meħtieġa jkun ekwivalenti għall-kwoti tal-ETS, li jkollhom jiġu rtirati permanentement mis-suq (il-kwantità ta’ tnaqqis ta’ karbonju permezz taċ-ċertifikati tas-CCS hija magħrufa, għalhekk l-integrazzjoni rapida mas-sistema tal-ETS tkun possibbli billi jitnaqqsu l-ammonti tal-kwoti tal-ETS bl-istess numru). Sistema bħal din tista’ tiddefinixxi kemm is-CCS jeħtieġ li jiġi żviluppat u utilizzat. Jekk il-kamp ta’ applikazzjoni tagħħa jkun limitat, l-impatt fuq il-funzjonament tal-ETS jista’ jkun limitat filwaqt li titħalla flessibbiltà għall-intrapriżi biex jilħqu l-limitu.

    L-istandards għall-emissjonijiet jistgħu jkunu soluzzjoni fil-mira li tista’ tikkonsisti f’li jinħolqu standards obbligatorji għall-emissjonijiet jew fuq l-investimenti ġodda biss jew fuq dawk kollha li jiġġeneraw l-emmissjonijiet f’settur, billi d-ditti jew l-impjanti ma jkunux jistgħu jkollhom aktar minn ċertu ammont fiss ta’ emissjonijiet għal kull unità ta’ produzzjoni.

    Kaxxa 2: Standards tal-emissjonijiet attwali

    Jeżisti standard tal-emissjonijiet (EPS) fil-Kalifornja bħalissa, bħala politika ta’ appoġġ fuq medda twila ta’ żmien, fejn kien hemm pressjoni fuq l-impjanti ġodda tal-elettriku għal standard mhux kummerċjabbli ta’ 500g CO2/kWh. L-Istati Uniti qegħdin jikkunsidraw ukoll standard ta’ emissjonijiet fuq il-livell federali permezz tal-Clean Air Act implimentat mill-EPA, li jġiegħel b’mod effettiv investimenti ġodda fl-impjanti tal-faħam li jridu jkunu “lesti għas-CCS” b’modifikazzjoni aktar ‘il quddiem. Dan iseħħ billi l-istandard tal-emissjonijiet jista’ jintlaħaq fuq perjodu ta’ 30 sena bħala medja. Eżempju ieħor hija n-Norveġja, fejn ebda impjant tal-elettriku ma jista’ jinbena mingħajr.

    L-istandards għall-emissjonijiet iqajjmu għadd ta’ kwistjonijiet metodoloġiċi. Huma ma jagħtu l-ebda garanzija li l-impjanti se jinbnew bis-CCS, u jistgħu minflok jispustaw l-investimenti sempliċiment lejn sorsi tal-enerġija b’inqas kontenut ta’ karbonju kif iddeterminat mill-EPS. Barra minn hekk, jekk tiġi implimentata b’mod rigoruż, l-iskema de facto tissostitwixxi s-sinjal tal-prezz tal-karbonju mill-ETS bħala inċentiv ta’ dekarbonizzazzjoni, mingħajr ma tħalli  flessibiltà lis-setturi kkonċernati kif previst bl-ETS. Għalhekk kwalunkwe standard għall-emissjoniet se jkollu bżonn ta’ aktar konsiderazzjoni dwar l-impatt li se jkollu fuq l-ETS u s-setturi kkonċernati[43].

    Barra dan, il-gvernijiet nazzjonali għandhom ukoll rwol xi jwettqu fid-dimostrazzjoni. L-Istati Membri jistgħu pereżempju jistabbilixxu sistemi li jiżguraw dħul minimu fuq kwalunkwe investiment fis-CCS li jkun sar, simili għal tariffi ta’ xiri mill-ġdid ta’ spiss użati biex jiżguraw id-dimostrazzjoni u l-penetrazzjoni tat-teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli. Jekk jiġu mfassla b’mod flessibbli, biex jiġu evitati profitti mhux mistennija, u jekk jiġu limitati għad-dimostrazzjoni biss, skemi bħal dawn jistgħu jkunu effettivi, u ma għandhom ebda impatt negattiv fuq il-funzjonament tal-ETS jew tas-suq intern.

    5. Konklużjonijiet

    Il-Pjan Direzzjonali għall-Enerġija 2050 kif ukoll l-iżviluppi globali u r-rapporti[44] jagħmluha evidenti li l-karburanti fossili se jibqgħu fit-taħlita tal-enerġija globali u Ewropea u ser ikomplu jintużaw f’bosta proċessi industrijali. Is-CCS hija fil-preżent waħda mit-teknoloġiji ewlenin disponibbli li tista’ tgħin biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 fis-settur tal-ġenerazzjoni tal-enerġija. Sabiex jiġi rilaxxat dan il-potenzjal is-CCS trid issir teknoloġija kost-kompetittiva, biex tibda ssir utilizzata kummerċjalment u għalhekk tikkontribwixxi għat-tranżizzjoni tal-ekonomija Ewropea b’livell baxx tal-karbonju.

    Iżda s-CCS issa tinsab f’salib it-toroq.

    L-aspetti kollha tas-CCS diġà kienu oġġett ta’ dimostrazzjoni barra mill-UE, fejn l-applikazzjoni tat-teknoloġiji tagħha għall-ipproċessar tal-gass hija kummerċjali u madwar 20 proġett industrijali fuq skala kbira mistennija li jkunu qegħdin jaħdmu sal-2020. Minkejja sforz kbir u l-appoġġ sinifikanti tal-UE, il-proġetti ta’ dimostrazzjoni tas-CCS fuq skala kummerċjali fl-UE qegħdin tard u l-finanzjament disponibbli mhux biżżejjed. Fil-fatt, hemm bżonn li jkun hemm iktar sforzi biex tal-anqas jimmaterjalizzaw dawk il-ftit proġetti li ngħataw fondi tal-UE. Id-dewmien tas-CCS fuq l-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam u bil-gass x’aktarx li jwassal għal spejjeż ikbar ta’ dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-elettriku fuq medda itwal ta’ żmien, speċjalment għal dawk l-Istati Membri li jiddependu ħafna fuq il-karburanti fossili.

    Jeħtieġ reazzjoni politika urġenti għall-isfida fundamentali ta’ stimolu ta’ investiment fis-CCS ta’ demostrazzjoni biex jiġi ttestjat jekk l-utilizzazzjoni sussegwenti u l-kostruzzjoni ta’ infrastruttura tas-CO2 hijiex fattibbli. L-ewwel pass f’din id-direzzjoni huwa għalhekk li jiġi żgurat li tirnexxi s-CCS ta’ dimostrazzjoni fuq skala kummerċjali fl-Ewropa li tikkonferma l-vijabbiltà teknika u ekonomika tas-CCS bħala miżura kost effettiva biex jittaffa l-GHG fis-settur tal-enerġija u dak industrijali.

    Is-CCS hija wkoll fuq medda itwal ta’ żmien meħtieġa biex ikunu jistgħu jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-industriji b’emissjonijiet minn proċessi li ma jistgħux jiġu evitati. Aktar dewmien fl-aħħar mill-aħħar jista’ jirriżulta fil-ħtieġa li l-industrija Ewropea tixtri t-teknoloġija tas-CCS minn pajjiżi mhux tal-UE fil-ġejjieni.

    Meta wieħed iqis il-kumplessitajiet spjegati hawn fuq, u fid-dawl tax-xogħol mibdi fuq il-qafas għall-enerġija u l-klima tal-2030 u l-ħtieġa ta’ dibattitu infurmat, inkluża l-kwistjoni tal-fatturi determinanti għas-suċċess tal-utilizzazzjoni tas-CCS, il-Kummissjoni tilqa’ kontributi dwar ir-rwol tat-teknoloġiji tas-CCS fl-Ewropa, b’mod partikolari:

    1) L-Istati Membri li bħalissa għandhom sehem kbir bħala faħam u gass fit-taħlita tagħhom tal-enerġija kif ukoll fil-proċessi industrijali, u li għadhom ma għamlux hekk, għandhom jintalbu biex:

    a. jiżviluppaw pjan ċar dwar kif għandhom jirristrutturaw is-settur tal-ġenerazzjoni tal-elettriku tagħhom lejn karburanti b’emissjonijiet bla karbonju (nukleari jew l-enerġiji rinnovabbli) sal-2050,

    b. jiżviluppaw strateġija nazzjonali li tipprepara għall-utilizzazzjoni tat-teknoloġija tas-CCS?

    2) Kif għandha tiġi ristrutturata l-ETS biex din tkun tista’ tipprovdi wkoll inċentivi sinifikanti għall-utilizzazzjoni tas-CCS? Dan għandu jiġi kkumplementat bl-użu ta’ strumenti bbażati fuq dħul mill-irkanti, simili għan-NER300? 

    3) Il-Kummissjoni għandha tipproponi mezzi oħra ta’ appoġġ jew tikkunsidra miżuri ta’ politika oħra biex twitti t-triq lejn l-utilizzazzjoni bikrija, billi:

    a. tappoġġja permezz ta’ rkantar approċċi ta’ riċiklaġġ jew oħra ta’ finanzjament[45]

    b. Standard għall-Emissjonijiet

    c. sistema ta’ ċertifikazzjoni tas-CCS

    d. tip ieħor ta’ miżura politika

    4) Il-kumpaniji li jiġġeneraw l-enerġija għandhom minn issa’ l quddiem ikunu meħtieġa jinstallaw tagħmir lest għas-CCS għall-investimenti ġodda kollha (faħam u potenzjalment anki gass) biex jiffaċilitaw il-modifikazzjoni meħtieġa tas-CCS?

    5) Il-fornituri tal-karburanti fossili għandhom jikkontribwixxu għas-CCS ta’ dimostrazzjoni u l-utilizzazzjoni tagħha permezz ta’ miżuri speċifiċi li jiżguraw finanzjament addizzjonali?

    6) X’inhuma l-ostakli ewlenin biex jiġi żgurat li jkun hemm biżżejjed dimostrazzjoni tas-CCS fl-UE?

    7) Kif tista’ tiżdied l-aċċettazzjoni pubblika għas-CCS?

    Abbażi tat-tweġibiet għal din il-konsultazzjoni u l-analiżi sħiħa tat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tad-Direttiva tas-CCS fl-Istati Membri, il-Kummissjoni se tikkunsidra l-ħtieġa li tħejji proposti, jekk xieraq, fil-kuntest tal-ħidma tagħha dwar il-Qafas dwar l-Enerġija u l-Klima għall-2030.

    Anness I — Proġetti tas-CCS fuq skala kbira

    Il-proġetti tas-CCS attwalment imħaddma[46]. Il-proġetti mmarkati b’ * huma proġetti bis-CCS komplut (ġbir, trasport u ħżin); Aktar dettalji li jirrigwardaw l-aspett intraprenditorjali jidhru taħt it-tabella.

    Isem il-proġett  || Pajjiż  || Tip ta’ proġett  || Industrija  || Skala  || Status || Sena ta’ tħaddim  || Daqs [tunnellata CO2/sena]

    *Shute Creek || L-Istati Uniti tal-Amerika || Ġbir ħżin || Ipproċessar ta’ żejt u gass || Kbira || Titħaddem || 1986 || 7,000,000

    *Century Plant || L-Istati Uniti tal-Amerika || Ġbir ħżin || Ipproċessar ta’ żejt u gass || Kbira || Titħaddem || 2010 || 5,000,000

    *Great Plains Synfuels Plant || L-Istati Uniti tal-Amerika || Ġbir || Faħam għal likwidu || Kbira || Titħaddem || 1984 (impjant) injezzjonijiet tas-CO2 mis-sena 2000 || 3,000,000

    *Val Verde natural gas plants || L-Istati Uniti tal-Amerika || Ġbir ħżin || Ipproċessar ta’ żejt u gass || Kbira || Titħaddem || 1972 || 1,300,000

    *Sleipner West || In-Norvegja || Ġbir ħżin || Ipproċessar ta’ żejt u gass || Kbira || Titħaddem || 1996 || 1,000,000

    *In Salah || L-Alġerija || Ġbir ħżin || Ipproċessar ta’ żejt u gass || Kbira || Titħaddem || 2004 || 1,000,000

    *Snøhvit || In-Norvegja || Ġbir ħżin || Ipproċessar ta’ żejt u gass || Kbira || Titħaddem || 2008 || 700,000

    *Enid Fertiliser Plant || L-Istati Uniti tal-Amerika || Ġbir ħżin || Prodotti kimiċi || Medja || Titħaddem || 2003 || 680,000

    Mt. Simon Sandstone || L-Istati Uniti tal-Amerika || Sit ta’ ħżin || Bijokarburant || Medja || Titħaddem || 2011 || 330,000

    Searles Valley Minerals || L-Istati Uniti tal-Amerika || Ġbir || Oħrajn || Medja || Titħaddem || 1976 || 270,000

    Aonla urea plant || L-Indja || Ġbir || Prodotti kimiċi || Kbira || Titħaddem || 2006 || 150,000

    Phulpur urea plant || L-Indja || Ġbir || Prodotti kimiċi || Kbira || Titħaddem || 2006 || 150,000

    Husky Energy CO2 Capture and Liquefaction Project || Il-Kanada || Ġbir ħżin || Produzzjoni tal-etanol || Kbira || Titħaddem || 2012 || 100,000

    CO2 Recovery Plant to Urea production in Abu Dhabi || L-Emirati Għarab Magħquda || Ġbir || Prodotti kimiċi || Kbira || Titħaddem || 2009 || 100,000

    Plant Barry CCS Demo || L-Istati Uniti tal-Amerika || Ġbir ħżin || Impjant tal-Enerġija mill-Faħam || Kbira || Titħaddem || 2011 || 100,000

    Salt Creek EOR || L-Istati Uniti tal-Amerika || Ġbir ħżin || Ipproċessar ta’ żejt u gass || Kbira || Titħaddem || 2003 || 100,000

    SECARB - Cranfield and Citronelle || L-Istati Uniti tal-Amerika || Ħżin || || Kbira || Titħaddem || 2009 u 2012 || 100,000

    Luzhou Natural Gas Chemicals || Iċ-Ċina || Ġbir || Prodotti kimiċi || Kbira || Titħaddem || || 50,000

    Jagdishpur - India. Urea plant || L-Indja || Ġbir || || Kbira || Titħaddem || 1988 || 50,000

    Sumitomo Chemicals Plant - Chiba - Japan || Il-Ġappun || Ġbir || Ipproċessar ta’ żejt u gass || Kbira || Titħaddem || 1994 || 50,000

    Dettalji dwar it-tmien proġetti fuq skala sħiħa kummerċjali:

    Proġett || Aspett intraprenditorjali

    Shute Creek || Irkupru assistit taż-żejt (EOR). L-impjant ta’ pproċessar tal-gass ExxonMobil Shute Creek qrib LaBarge, Wyoming, bħalissa qed jiġbor madwar 7 miljun tunnellata fis-sena ta’ CO2 li jintużaw għal irkupru assistit taż-żejt.

    Century Plant || Irkupru assistit taż-żejt (EOR). Madwar 5 miljun tunnellata fis-sena ta’ CO2 bħalissa qed jiġu miġbura mill-ewwel installazzjoni tal-impjant. Dan huwa mistenni li jiżdied għal madwar 8.5 miljun tunnellata fis-sena meta t-tieni installazzjoni, li qiegħda tinbena bħalissa, issir operattiva.

    Great Plains Synfuels Plant || Irkupru assistit taż-żejt (EOR). L-irkupru beda fl-2000 u l-proġett qed ikompli jinjetta madwar 3 miljun tunnellata ta’ CO2 fis-sena.

    Val Verde natural gas plants || Irkupru assistit taż-żejt (EOR). Ħames faċilitajiet tal-ipproċessar tal-gass separati fiż-żona ta’ Val Verde ta’ Texas, l-Istati Uniti, jiġbru madwar 1.3 miljun tunnellata ta’ CO2 kull sena għall-użu f’operazzjonijiet ta’ irkupru assistit taż-żejt fil-medda taż-żejt f’Sharon Ridge.

    Sleipner West || L-ispeċifikazzjoni (kwalità) tal-gass naturali li jinbiegħ tirrikjedi li l-livell ta’ kontenut ta’ CO2 ikun inqas minn 2.5 %. Il-ġbir ta’ CO2 huwa kummerċjalment vijabbli minħabba t-taxxa tas-CO2 applikata fuq il-blata kontinentali tan-Norveġja.

    In Salah || L-ispeċifikazzjoni (kwalità) tal-gass naturali li jinbiegħ tirrikjedi li l-livell ta’ kontenut ta’ CO2 ikun inqas minn 2.5 %. Il-proġett applika għal krediti tas-CDM.

    Snøhvit || L-istess bħal Sleipner West

    Enid Fertiliser Plant || Irkupru assistit taż-żejt (EOR). Jeħtieġ li jitneħħa s-CO2 fil-produzzjoni tal-fertilizzanti. Minflok jiġi rilaxxat, fl-Enid Fertiliser Plant il-gass jinġabar u jintuża għall-irkupru assistit taż-żejt f’medda taż-żejt kważi 200 km ‘il bogħod. 

    Anness II — Status ta’ proġetti ta’ dimostrazzjoni Ewropej kompluti fl-ambitu tal-EEPR

    Il-programm EEPR jista’ jiffinanzja 6 impjanti ta’ dimostrazzjoni tas-CCS sa EUR 180 miljun kull wieħed. Madankollu, l-ebda minnhom ma ħa d-deċiżjoni finali ta’ investiment.

    Il-kisbiet ewlenin

    L-EEPR ippermetta bidu veloċi ta’ sitt proġetti (fil-Ġermanja, ir-Renju Unit, l-Italja, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja u Spanja). Għal wieħed minn dawn (il-proġett ROAD f’NL) l-EEPR kien strumentali fil-ksib ta’ finanzjament nazzjonali. Fil-qasam tal-permessi, l-EEPR ħeġġeġ djalogu u kooperazzjoni mmirati ma' awtoritajiet u popolazzjonijiet lokali.

    Xi proġetti għenu wkoll fl-istrutturar tal-implimentazzjoni attwali fil-livell tal-Istati Membri tad-Direttiva tas-CCS. Barra minn hekk, l-istudji dettaljati tal-inġinerija li twettqu sa issa ppermettew lis-servizzi jiksbu għarfien fuq it-tħaddim fil-ġejjieni ta’ faċilità integrata tas-CCS. Il-ħidma ta’ karatterizzazzjoni fuq siti ġeoloġiċi speċifiċi ta’ ħżin wasslet ukoll għall-identifikazzjoni ta’ siti adattati għall-ħżin permanenti u mingħajr periklu tas-CO2.

    Il-programm sekondarju tas-CCS jinkludi obbligu għal proġetti biex jiskambjaw esperjenzi u l-aqwa prassi, li beda jitħaddem billi ġie stabbilit Netwerk ta’ Proġetti CCS. Huwa l-ewwel netwerk ta’ dan it-tip għall-iskambju tal-għarfien mad-dinja kollha u s-sitt membri qed jaħdmu flimkien biex inter alia jipproduċu gwidi komuni ta’ “prassi tajba”; din hija kooperazzjoni bla preċedent f’qasam teknoloġiku ġdid tal-enerġija. In-Netwerk barra minn hekk ippubblika rapporti dwar it-tagħlimiet miksuba minn proġetti tal-ħżin tas-CO2, l-involviment pubbliku u l-għoti ta’ permessi. Għandu wkoll l-għan li jmexxi l-iżvilupp ta’ qafas għall-kondiviżjoni tal-għarfien globali.

    Kwistjonijiet kritiċi

    Il-programm sekondarju tas-CCS kumplessivament qed jaffronta xi inċertezzi ewlenin regolatorji u ekonomiċi li jirriskjaw li jdgħajfu l-implimentazzjoni b’suċċess. Il-fatt li l-ebda proġett ma adotta d-deċiżjoni finali ta’ investiment (final investment decision – FID) juri d-diffikultajiet li għaddejjin bħalissa. Kien hemm dewmien f’din il-fażi kruċjali minħabba diversi raġunijiet, inklużi: permessi ma ġewx assigurati kompletament; il-karatterizzazzjoni tas-siti tal-ħżin ma ġietx iffinalizzata; l-istruttura finanzjarja għadha trid titlesta. Barra minn hekk, il-prezz baxx tal-karbonju skont l-Iskema Għan-Negozjar tal-Emissjonijiet (ETS) ma jagħti ebda inċentiv biex l-aspett imprenditorjali f’medda ta’ żmien qasir u medju tas-CCS ikun attraenti. Fl-aħħarnett, minħabba l-kuntest ekonomiku attwali, il-proġetti qed jaffrontaw dejjem iżjed diffikultajiet biex jiksbu finanzjament.

    Il-proġett EEPR fil-Ġermanja, Jaenschwalde, tlesta fil-bidu tal-2012. L-oppożizzjoni pubblika għas-siti potenzjali ta’ ħżin apparti, il-promoturi kkonkludew li d-dewmien sostanzjali fit-traspożizzjoni Ġermaniża tad-Direttiva CCS ma kinitx se tippermetti li l-permessi meħtieġa għall-ħżin tas-CO2 jinkisbu skont l-iskeda taż-żmien tal-proġett.

    Prospetti

    Il-ħames proġetti l-oħra qed jiffaċċaw sfidi differenti, kif spjegat fil-qosor hawn taħt:

    · ROAD (NL): Il-proġett temma b’suċċess ix-xogħlijiet preliminari kollha, tekniċi u regolatorji. Huwa għalhekk lest għall-adozzjoni tad-deċiżjoni finali dwar l-investiment.  Minkejja li ilhu lest għall-FID sa minn nofs l-2012, id-deterjorament tal-aspett imprenditorjali għas-CCS, jiġifieri projezzjonijiet tal-prezzijiet tas-CO2, fetaħ defiċit ta’ finanzjament ta’ EUR 130 miljuni li ppospona d-deċiżjoni.  L-FID huwa suġġett għall-eliminazzjoni tad-defiċit finanzjarju. Għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet ma’ investituri addizzjonali. Mistennija deċiżjoni f’Q2-Q3 2013. Il-proġett ta’ dimostrazzjoni tas-CCS integrat huwa skedat li jibda jopera fl-2016.

    · Don Valley (ir-Renju Unit): Id-deċiżjoni reċenti tar-Renju Unit biex ma jappoġġjawx il-proġett huwa tfixkil serju. Wara konsultazzjoni mal-imsieħba privati ewlenin u l-investituri (inklużi Samsung, BOC), il-promoturi (2Co, National Grid Carbon) xorta waħda huma impenjati li jipproċedu, iżda potenzjalment bi proġett iżgħar u b’enfasi fuq l-iskema ppjanata “Contract for Difference” (CfD) li fid-29 ta’ Novembru 2012 ġiet proposta mill-Gvern tar-Renju Unit bħala parti mill-Att dwar l-Enerġija. Bħalissa, il-Kummissjoni qed tiddiskuti pjan ta’ ristrutturar mal-benefiċjarji. Jekk il-pjan jiġi approvat mill-Kummissjoni, l-FID tista’ ssir fl-2015.

    · Porto Tolle (IT) għaddej minn dewmien qawwi minħabba r-revoka tal-permess ambjentali tal-impjant tal-enerġija bażi. F’Mejju 2013 il-promoturi se jlestu l-Istudji Tekniċi Preliminarji. It-triq ’il quddiem se tkun tiddependi fuq li tintlaħaq tappa fundamentali fi Q2 2013: il-kapaċità li jittaffew b’mod sinifikanti l-ħruġ tal-permessi u r-riskji finanzjarji.

    · Compostilla (ES) se ttemm b’suċċess il-fażi pilota fi ħdan 2013 iżda m’għandhiex il-finanzjament meħtieġ għall-fażi ta’ dimostrazzjoni.  Il-fażi li jmiss se tkun teħtieġ ukoll li Spanja tadotta leġislazzjoni għall-ippjanar u l-bini tal-infrastruttura tat-trasport tas-CO2.

    · Belchatow (PL): il-proġett ma rċeviex il-finanzjament tan-NER300 u għandu defiċit sinifikanti. Barra minn hekk il-Polonja għad trid tittrasponi d-direttiva tas-CCS u tadotta leġiżlazzjoni għall-ippjanar u l-bini tal-infrastrutura tat-trasport tas-CO2. Fuq dan l-isfond, il-promotur deċċieda li jagħti bidu għat-terminazzjoni tal-proġett f’Marzu 2013.

    [1] IEA tbassar fil-World Energy Outlook 2012, li 59% ta¿-¿ieda fid-domanda hija sodisfatta mill-karburanti fossili, u dan jirri¿ulta f’sehem ta’ 75% tat-taħlita tal-enerġija fl-2035.

    [2] IEA “World Energy Outlook 2012” paġna 23, u “Turn down the heat”, rapport ikkummissjonat mill-Bank Dinji, disponibbli hawn: http://www.worldbank.org/en/news/2012/11/18/new-report-examines-risks-of-degree-hotter-world-by-end-of-century 

    [3] Skont stimi tal-Kummissjoni, fl-2030, fl-“Appropriate global action scenario”, 18 % tal-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-karburanti fossili se jkun permezz tat-teknoloġiji tas-CCS, li juri kemm din it-teknoloġija se tkun kruċjali fil-futur biex jinkiseb perkors għat-tnaqqis tal-emissjoni tal-karbonju sostenibbli fuq livell globali, u li jeħtieġ li tibda prova fuq skala kbira mingħajr dewmien. L-istima hija meħuda minn: Towards a comprehensive climate change agreement in Copenhagen. Tagħrif estensiv ta’ sfond u anali¿i — PARTI 1 — disponibbli hawn:

    http://ec.europa.eu/clima/policies/international/negotiations/future/docs/sec_2009_101_part1_en.pdf

    [4] It-tran¿izzjoni għall-karbonju baxx tista’ ovvjament ukoll tintlaħaq b’iktar effiċjenza enerġetika, bl-enerġija rinnovabbli u sorsi ta’ enerġija ħielsa mill-karbonju, i¿da fil-ka¿ ta’ u¿u kontinwu jew li dejjem ji¿died ta’ karburanti fossili, is-CCS hija kruċjali peress li hija l-unika għa¿la disponibbli. Madwar 60% tal-enerġija primarja globali fil-pre¿ent ġejja mill-u¿u stazzjonarju tal-karburanti fossili. Għa¿liet oħra ta’ dekarbonizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija huma ¿ieda fl-effiċjenza tal-enerġija, il-ġestjoni tal-lat tad-domanda u sorsi oħra ta’ enerġija b’karbonju baxx bħall-enerġija rinnovabbli u l-enerġija nukleari.

    [5] Rapport dettaljat dwar it-traspo¿izzjoni tad-direttiva se jiġu ppubblikat matul l-2013.

    [6] Ebda proġett tas-CCS ma ntgħa¿el bl-ewwel sejħa ta’ NER300.

    [7] Madankollu, il-projezzjonijiet ta’ prezz tal-karbonju ta’ EUR 20 sa 30 kull tunnellata ma seħħux, u dan naqqas il-fondi disponibbli b’mod sostanzjali, u b’hekk ħ¿ienet ukoll b’mod sinifikanti l-ekonomija tal-proġetti tas-CCS

    [8] Sors: L-enerġija tal-UE f’ċifri, Fuljett 2012, Il-Kummissjoni Ewropea

    [9] L-ikbar tliet produtturi huma r-Renju Unit b’51.5 miljun tunnellata, Il-Pajji¿i l-Baxxi b’63.5 miljun tunnellata u l-Ġermanja b’9.7 miljun tunnellata ta’ produzzjoni ta’ gass naturali fl-2010. Ir-Russja u n-Norveġja (22% u 19% tal-provvista tal-gass fl-UE) huma l-akbar ¿ewġ esportaturi tal-gass lejn l-UE.

    [10] Anali¿i tal-istess sett ta’ dejta u t-tqabbil tal-konsum tal-faħam iebes fl-ewwel ħames xhur tal-2010 mal-istess perjodu fl-2011 u l-2012 juru ¿ieda ta’ 7% mill-2010 sal-2011 u ¿ieda oħra ta’ 6% mill-2011 sal-2012. Il-faħam kannella (lignite) fl-istess perjodu ¿died bi 8% u 3% rispettivament.

    [11] Sors: Rapport mill-Kummissjoni: L-istat tas-suq Ewropew tal-karbonju fl-2012

    [12] Madankollu, hemm differenzi reġjonali sinifikanti min naħa għal oħra tal-Ewropa. Filwaqt li s-sehem tal-faħam f’xi Stat Membri fit-taħlita tal-elettriku (e¿. fl-Isvezja, Franza, Spanja u l-Italja) huwa ferm taħt l-20%, ċerti Stati Membri bħal pere¿empju l-Polonja (88%), il-Greċja (56%), ir-Repubblika Ċeka (56%), id-Danimarka (49%), il-Bulgarija (49%), il-Ġermanja (42%) u r-Renju Unit (28%) jiddependu ħafna fuq il-faħam. Bl-eċċezzjoni tad-Danimarka, dawn huma wkoll l-Istati Membri li għandhom industrija domestika sinifikattiva ta’ minjieri.

    [13] Bħal fil-ka¿ tal-faħam, hemm differenzi reġjonali sinifikanti: f’xi Stati Membri l-gass għandu rwol dominanti fil-ġenerazzjoni tal-elettriku, e¿. fil-Belġju (32%), l-Irlanda (57%), Spanja (36%), l-Italja (51%), il-Latvja (36%), il-Lussemburgu (62%), NL (63%), ir-Renju Unit (44%), filwaqt li f’ħafna Stati Membri oħra (il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovenja, l-Isvezja, Franza, Ċipru u Malta) il-gass jikkontribwixxi għal inqas minn 5% tat-taħlita tal-elettriku.

    [14] Impjant ta’ ba¿i tfisser impjant li jaħdem kwa¿i l-ħin kollu (80%) filwaqt li bħala impjant li jikkumpensa l-enerġija jaħdem ħafna inqas(10-20 %)

    [15]Skont il-liġi tal-UE dwar l-ambjent (id-Direttiva dwar l-Impjanti Kbar tal-Kombustjoni attwali ssostitwita mid-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali mill-2013 ’il quddiem fil-ka¿ ta’ impjanti ġodda, u mill-2016 ‘l quddiem fil-ka¿ ta’ dawk e¿istenti), l-impjanti tal-enerġija jeħtieġ li jagħlqu jekk ma jissodisfawx l-istandards minimi meħtieġa. Dawn id-Direttivi jistabbilixxu standards minimi f’termini ta’ emissjonijiet (valuri limitu tal-emissjonijiet), filwaqt li je¿iġu li tintu¿a l-aħjar teknika disponibbli (BAT) bħala referenza meta jiġu stabbiliti dawn il-valuri limiti u kondizzjonijiet operattivi oħrajn fil-permessi. Il-Kummissjoni regolarment tadotta l-konklu¿jonijiet tal-BAT f’forma ta’ deċi¿jonijiet implimentattivi għal attivitajiet li jaqgħu taħt l-ambitu tal-IED. Il-ġbir tas-CO2 huwa wkoll kopert, għalhekk il-konklu¿jonijiet tal-BAT se jiġu adottati fil-ġejjieni għal dik l-attività.

    [16] Prospective scenarios on energy efficiency and CO2 emissions in the EU iron & steel industry, EUR 25543 EN, 2012; Moya & Pardo, Potential for improvements in energy efficiency and CO2 emission in the EU27 iron & steel industry, Journal of cleaner production, 2013; Energy efficiency and CO2 emissions in the cement industry, EUR 24592 EN, 2010; Vatopoulos & Tzimas, CCS in cement manufacturing process, Journal of Cleaner energy production, 32 (2012)251.

    [17] Ara l-pubblikazzjonijiet tal-Assoċjazzjoni Dinjija tal-Azzar fuq http://www.worldsteel.org

    [18] Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-u¿u tal-infrastruttura tal-karburanti alternattivi, COM(2013)18 finali; Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-u¿u tal-Enerġija nadifa għat-Trasport: Strateġija Ewropea dwar il-fjuwils alternattivi, COM(2013)17 finali

    [19] IEA Energy Technology Perspectives 2012

    [20] Sors: Il-kapitolu 7.3 ta’ Carbon Dioxide Capture and Storage - IPCC, 2005 - Bert Metz, Ogunlade Davidson, Heleen de Coninck, Manuela Loos and Leo Meyer (Eds.)

    [21] Sors: Il-kapitolu 5.3.2 ta’ Carbon Dioxide Capture and Storage - IPCC, 2005 - Bert Metz, Ogunlade Davidson, Heleen de Coninck, Manuela Loos and Leo Meyer (Eds.)

    [22] http://www.eea.europa.eu/publications/late-lessons-2/late-lessons-2-full-report

    [23] Studju tal-JRC li vvaluta l-potenzjal tas-CO2-EOR fil-Baħar tat-Tramuntana kkonkluda li għalkemm il-proċess jista’ j¿id konsiderevolment il-produzzjoni Ewropea ta¿-¿ejt u b’hekk tittejjeb is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, l-impatt fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 se jkun limitat għal sorsi tas-CO2 qrib bjar ta¿-¿ejt. L-ostaklu ewlieni għall-implimentazzjoni fl-Ewropa hija l-ispi¿a għolja tal-operazzjonijiet assoċjati lil hinn mill-kosta, inklu¿i l-modifiki meħtieġa fl-infrastruttura e¿istenti u l-ġeoloġija mhux favorevoli

    [24] Sors: ZEROs CCS project database; keeping track on the development and deployment of CCS globally.

    http://www.zeroco2.no/projects and GSSCI, The Global Status of CCS: 2012 An overview of large-scale integrated CCS projects: http://www.globalccsinstitute.com/publications/global-status-ccs-2012/online/47981

    [25] World Energy Outlook 2012, IEA 2012 u; Cost and Performance of Carbon Dioxide Capture from Power Generation IEA working paper Edition: 2011, disponibbli hawn: http://www.iea.org/publications/freepublications/publication/costperf_ccs_powergen-1.pdf, u; A policy strategy for carbon capture and storage Information paper IEA 2012

    [26] Sors: Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) The cost of CCS, EUR 24125 EN, 2009

    [27] It-taxxa hija 0.47 NOK għal kull litru ta’ ¿ejt u għal kull Sm3 ta’ gass.

    [28] Lest għas-CCS tfisser li l-impjant jista’ jiġi modifikat għas-CCS fi stadju aktar ‘il quddiem

    [29] Il-“Clean Air Act” fl-Istati Uniti jġiegħel b’mod effettiv lill-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam li jkunu “lesti għas-CCS” (ara wkoll il-kaxxa 1) billi l-istandard tar-rendiment tal-emissjonijiet jista' jintlaħaq fuq perjodu ta’ 30 sena. Ir-regola proposta hija disponibbli hawn: http://www.gpo.gov/fdsys/pkg/FR-2012-04-13/pdf/2012-7820.pdf

    [30] Id-Direttiva dwar Impjanti Kbar ta’ Kombustjoni ġiet emendata b’din id-dispo¿izzjoni u bħalissa tidher bħala l-Artikolu 36 tad-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali

    [31] Il-katina sħiħa integrata ta’ ġbir, trasport u ħ¿in tas-CO2 fi skali ta’ aktar minn 250 MWe — jew mill-inqas 500 ktCO2/sena għal applikazzjonijiet industrijali

    [32] It-tmienja li huma huma kbar daqs jew ikbar minn proġett tas-CCS imħaddem bil-gass ekwivalenti għal 250 MW, filwaqt li tlieta minnhom huma ikbar minn proġett tas-CCS imħaddem bil-faħam ekwivalenti għal 250 MW

    [33] L-Anness II jipprovdi dettalji dwar l-istatus tas-6 proġetti ta’ dimostrazzjoni ffinanzjati bil-programm UE EEPR.

    [34] Disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/clima/news/docs/draft_award_decision_ner300_first_call_en.pdf

    [35] Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni ‘NER300 — Moving towards a low carbon economy and boosting innovation, growth and employment across the EU'

    [36] Disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/public_opinion/archives/ebs/ebs_364_en.pdf

    [37] Aktar tagħrif disponibbli hawn: http://www.geology.cz/geocapacity

    [38] Il-katina sħiħa integrata ta’ ġbir, trasport u ħ¿in tas-CO2 fi skali ta’ aktar minn 250 MWe — jew mill-inqas 500 ktCO2/sena għal applikazzjonijiet industrijali

    4Ara wkoll it-taqsima 4.3 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal dwar il-funzjonament tas-suq tal-karbonju. 

    [40] Il-prezzijiet tal-karbonju jibqgħu għal 38% ta’ dawk li wieġbu l-istħarriġ il-fattur deċi¿iv u għal 55% oħra ta’ dawk li wieġbu fattur li jaffettwa. Madankollu, għall-ewwel darba mill-2009, is-sehem ta’ dawk li attwalment mhux jikkalkolaw il-prezzijiet tal-karbonju kwa¿i rdoppja u laħaq is-7% fl-istħarriġ tal-2012. Thomson Reuters Point Carbon, Carbon 2012, 21 March 2012, http://www.pointcarbon.com/news/1.1804940  

    [41] Mhuwiex mistenni li dawn il-livelli tal-prezz tal-karbonju se jintlaħqu f’xi ħin dalwaqt, u għalhekk mhux probabbli li l-industrija se tintrabat f’investimenti għal proġetti tas-CCS fuq il-ba¿i tal-prezz tal-karbonju biss. Dan huwa msaħħaħ aktar f’kuntest ta’ nuqqas ta’ inċentivi u qafas ta’ politika ċar fil-livell nazzjonali, biex ma nsemmux ir-re¿istenza pubblika, sakemm ma jittieħdux azzjonijiet fil-livell Ewropew u f’dak tal-Istati Membri li jibdlu l-prospetti negattivi.

    [42] IEA (2012), ‘A Policy Strategy for Carbon Capture and Storage’.

    [43] Ara pere¿empju http://ec.europa.eu/clima/policies/lowcarbon/ccs/docs/impacts_en.pdf

    [44] Skont l-istimi ta' IEA - World Energy Outlook 2012  il-karburanti fossili jirrappre¿entaw 80% tal-u¿u tal-enerġija globali llum, filwaqt li se jirrappre¿entaw 75% fl-2035 fil- xenarju tal-“politiki l-ġodda”.

    [45] B’kunsiderazzjoni tal-komplementarjetà ma’ Strutturali Ewropej u Fondi ta’ Investiment (ESI), kif stabbilit fil-Qafas Strateġiku Komuni anness mal-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament ta’ dispo¿izzjonijiet komuni tal-Fondi tal-ESI

    [46] Sors: ZEROs CCS project database; keeping track on the development and deployment of CCS globally. http://www.zeroco2.no/projects u;

    GSSCI, The Global Status of CCS: 20122.1 An overview of large-scale integrated CCS projects: http://www.globalccsinstitute.com/publications/global-status-ccs-2012/online/47981 

    Top