This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013DC0123
GREEN PAPER On a European Strategy on Plastic Waste in the Environment
GREEN PAPER Dwar Strateġija Ewropea għall-Iskart tal-Plastik fl-Ambjent
GREEN PAPER Dwar Strateġija Ewropea għall-Iskart tal-Plastik fl-Ambjent
/* COM/2013/0123 final */
GREEN PAPER Dwar Strateġija Ewropea għall-Iskart tal-Plastik fl-Ambjent /* COM/2013/0123 final */
WERREJ GREEN PAPER Dwar Strateġija Ewropea għall-Iskart
tal-Plastik fl-Ambjent................................ 2 1........... Skart tal-plastik, deskrizzjoni ta’
problema li qiegħda tikber............................................. 4 2........... Regolament li jindirizza l-iskart
tal-plastik fl-Ewropa........................................................ 7 3........... Ġestjoni tal-iskart tal-plastik u
effiċjenza fl-użu tar-riżorsi................................................. 8 4........... Id-dimensjoni internazzjonali........................................................................................... 9 5........... Għażliet politiċi għat-titjib
tal-ġestjoni tal-iskart tal-plastik fl-Ewropa.............................. 10 5.1........ Applikazzjoni tal-ġerarkija
tal-iskart għall-ġestjoni tal-iskart tal-plastik........................... 10 5.2........ Ilħuq tal-miri, riċiklaġġ
tal-plastik u inizjattivi volontarji................................................... 12 5.3........ L-imġiba tal-konsumaturi titqiegħed
fil-mira................................................................... 13 5.4........ Lejn plastik aktar sostenibbli......................................................................................... 14 5.5........ Durabilità tal-plastik u ta’
prodotti tal-plastik................................................................. 15 5.6........ Promozzjoni tal-plastik
bijodegradabbli u tal-bijoplastik................................................. 17 5.7........ Inizjattivi tal-UE li jindirizzaw
l-iskart tal-baħar li jinkludi iskart tal-plastik....................... 19 5.8........ Azzjoni internazzjonali................................................................................................... 20 GREEN PAPER Dwar Strateġija Ewropea għall-Iskart
tal-Plastik fl-Ambjent L-għan ta’ din il-Green Paper huwa li tniedi riflessjoni
wiesgħa dwar ir-reazzjonijiet possibbli għall-isfidi għall-politika pubblika,
maħluqa mill-iskart tal-plastik, li fil-preżent mhumiex indirizzati fil-leġiżlazzjoni
Ewropea dwar l-iskart. Is-segwitu għall-Green Paper se jkun parti integrali
mir-reviżjoni usa’ tal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart li ser titlesta fl-2014. Din
ir-reviżjoni ser tħares lejn il-miri eżistenti għall-irkuprar tal-iskart u għall-miżbliet,
kif ukoll bħala evalwazzjoni ‘ex post’ ta’ ħames direttivi li jkopru flussi differenti
ta’ skart. Il-karatteristiċi inerenti tal-plastik joħolqu
sfidi speċifiċi għall-ġestjoni tal-iskart. Il-plastik hu relattivament irħis u
versatili, b’ħafna applikazzjonijiet industrijali u dan wassal għal tkabbir
esponenzjali matul l-aħħar seklu; xejra li mistennija li tkompli. It-tieni,
il-plastik huwa materjal li jdum iservi ħafna maż-żmien, u li jibqa’ jeżisti
aktar mill-prodotti magħmulin minnu. Bħala riżultat ta’ dan, il-ġenerazzjoni
tal-iskart tal-plastik qiegħda tikber madwar id-dinja. Id-durabilità
tal-plastik tfisser ukoll li r-rimi bla kontroll huwa problematiku għax il-plastik
jista’ jibqa’ preżenti fl-ambjent għal żmien twil. Il-ħtieġa li jissoktaw
l-isforzi għat-tnaqqis tal-inċidenza u tal-impatti tal-plastik fl-ambjent tal-baħar
ġiet enfasizzata b’mod partikolari fis-Samit Rio+20. M’hemmx biss sfidi, iżda hemm ukoll
opportunitajiet li jinħolqu minn ġestjoni aħjar tal-iskart tal-plastik. Minkejja
li l-plastik huwa materjal kompletament riċiklabbli, bħalissa perċentwal żgħir
biss mill-iskart tal-pastik qed jiġi riċiklat. It-tisħiħ tar-riċiklaġġ għandu
jikkontribwixxi għall-għanijiet tal-Pjan Direzzjonali għal Ewropa b’Użu Effiċjenti
tar-Riżorsi li ġie adottat fl-2011[1] u jgħin sabiex jonqsu
l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u l-importazzjonijiet ta’ materja prima u
fjuwils fossili. Miżuri mfassla b'mod xieraq għar-riċiklaġġ tal-plastik jistgħu
jtejbu wkoll il-kompetittività u joħolqu impjiegi u attivitajiet ekonomiċi
ġodda. Din il-Green Paper sejra tgħin fil-valutazzjoni
mill-ġdid tar-riskji ambjentali u tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem ikkawżati mill-plastik
fil-prodotti meta jsiru skart, fl-indirizzar tad-disinn ambjentalment sod tagħhom,
kemm funzjonalment kif ukoll kimikament, u fil-ftuħ ta’ proċess ta’ riflessjoni
fuq kif għandha tiġi indirizzata l-problema tar-rimi bla kontroll ta’ skart
tal-plastik u skart tal-baħar. Għandha tgħin ukoll fl-avvanz tar-riflessjoni
fuq l-internalizzazzjoni tal-impatti fuq iċ-ċiklu tal-ħajja, mill-estrazzjoni
tal-materja prima sat-tmien tal-fażi tal-ħajja, fl-ispiża tal-prodotti
tal-plastik. Il-Kummissjoni
qiegħda tniedi din il-konsultazzjoni sabiex tiġbor il-fatti, sabiex tivvaluta
l-interessi u sabiex tiġbor il-fehmiet tal-partijiet interessati kollha fuq
fenomenu li għandu ħafna dimensjonijiet. Huma mistiedna kummenti fuq kull aspett jew fuq uħud mill-aspetti
tad-dokument. Mistoqsijiet speċifiċi huma elenkati wara kull taqsima dwar
għażliet ta’ politika. L-Istati Membri, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali
Ewropew u l-partijiet interessati l-oħrajn kollha huma mistiedna jressqu
l-fehmiet tagħhom dwar is-suġġerimenti mniżżla f'din il-Green Paper.
Il-kontribuzzjonijiet għandhom jintbagħtu lil dan l-indirizz li ġej sabiex
jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard mis-7 ta’ Ġunju 2013:
http://ec.europa.eu/environment/consultations/plastic_waste_en.htm. Jekk jogħġbok
innota li l-maġġoranza tar-referenzi f'dan it-test ibbażaw id-dejta tagħhom fuq
l-istatistiċi uffiċjali maħruġa mill-EUROSTAT u ż-ŻEE. 1. Skart tal-plastik,
deskrizzjoni ta’ problema li qiegħda tikber Produzzjoni tal-plastik Il-plastik huwa materjal relattivament ġdid li
kien biss fl-1907 li daħal fil-produzzjoni industrijali[2].
Illum jinsab mifrux fil-prodotti industrijali u tal-konsumatur, u mingħajru
l-ħajja moderna hija inkonċepibbli. Fl-istess ħin, il-karatteristiċi li jagħmlu
l-plastik tant utli, bħad-durabilità, il-piż ħafif u l-prezz baxx tiegħu, jagħmlu
wkoll ir-rimi tiegħu problematiku[3]. Il-produzzjoni globali tal-plastik kibret minn
1.5 miljun tunnellata (Mt) fis-sena fl-1950 għal 245 Mt fl-2008, b’60 Mt[4]
minnhom fl-Ewropa biss. Il-produzzjoni matul dawn l-aħħar 10 snin laħqet
il-produzzjoni totali ta’ matul is-seklu 20 kollu[5].
Huwa stmat (abbażi ta' xenarju ta' żamma tal-istatus quo) li sal-2020 66,5 Mt[6]
ta’ plastik sejrin jitpoġġew fis-suq tal-UE u l-produzzjoni tal-plastik globali
tista’ titriplika sal-2050[7]. Skart tal-plastik Fl-Unjoni Ewropea (UE 27), huwa stmat li fl-2008
ġie ġġenerat madwar 25 Mt ta' skart tal-plastik. Minn dan, 12.1 Mt (48.7%)
ġie mirdum f’miżbliet, filwaqt li 12.8 Mt (51.3%) intbagħtu għall-irkupru[8],
u 5.3 Mt (21.3%) biss ġew irriċiklati[9]. Filwaqt li t-tbassir
għall-2015 jassumi żieda globali ta 30 % fil-livell ta' riċiklaġġ
mekkaniku (minn 5.3 Mt għal 6.9 Mt), l-irdim u l-inċinerazzjoni
bl-irkupru ta' enerġija[10] huma mistennija li
jibqgħu l-mezzi predominanti ta’ ġestjoni tal-iskart[11]. Il-produzzjoni tal-plastik mistennija tiżdied
mal-PDG[12] flimkien ma’ żieda
globali assoċjata fil-ġenerazzjoni ta’ skart tal-plastik bejn l-2008 u l-2015
ta' 5.7 Mt (23%)[13]. Din hija prinċipalment xprunata
minn żieda ta’ 24% fis-settur tal-imballaġ. u hija parti minn xejra persistenti
ta’ żieda fl-iskart tal-plastik fl-Ewropa. Fin-nuqqas ta’ titjib fid-disinn
tal-prodotti u ta’ miżuri mtejba għall-ġestjoni tal-iskart, l-iskart
tal-plastik sejjer jiżdied fl-UE maż-żieda fil-produzzjoni. L-istess xejriet osservati fl-UE x'aktarx
ikunu aktar qawwija f’ekonomiji li qegħdin jikbru malajr bħall-Indja, iċ-Ċina,
il-Brażil u l-Indoneżja, iżda wkoll f’pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw.
Il-popolazzjoni tad-dinja hija prevista li tikber b’790 miljun ruħ kull
għaxar snin u tista’ tilħaq aktar minn 9 biljuni sal-2050 bi klassi medja
ġdida ta’ madwar 2 biljuni[14]. Din x'aktarx li żżid
id-domanda għall-plastik u l-ammont ta’ skart tal-plastik madwar id-dinja. L-industrija tal-plastik L-industrija tal-plastik għandha rwol
ekonomiku importanti fl-Ewropa, timpjega total ta’ madwar 1.45 miljun ruħ
f'aktar minn 59 000 kumpanija u tiġġenera fatturat ta' madwar EUR 300 biljun
fis-sena. Fis-settur tal-produzzjoni hemm 167 000 impjieg u f’dak tat-trasformazzjoni
tal-plastik hemm 1.23 miljun impjieg (UE 27, 2005-2011, ESTAT)
l-aktar fl-SMEs[15]. Mil-lat tal-ġestjoni tal-iskart, il-ġbir u s-separazzjoni
tal-iskart minn tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) u plastiks jipprovdu l-akbar
numru ta’ opportunitajiet ta' xogħol, b'total ta’ 40 u 15.6 impjiegi
rispettivament li qed jinħolqu għal kull 1 000 tunnellata ta’ materjal
ipproċessat. Ir-riċiklaġġ tal-plastik waħdu għandu l-potenzjal li joħloq 162 018
impjieg fl-UE 27 jekk ir-rata ta’ riċiklaġġ togħla sa livell ta’ 70%
sal-2020[16]. Il-plastik jintuża l-aktar fl-imballaġġ bħala
prodott irħis li spiss ma jkunx jista’ jerġa’ jintuża jew ma jkunx maħsub sabiex
jerġa’ jintuża. Is-suq tat-trasformazzjoni tal-plastik huwa ddominat mill-imballaġġ
tal-plastik (40.1%) segwit mis-settur tal-bini u l-kostruzzjoni (20.4%). L-industrija
tal-plastik qiegħda tistenna tkabbir fit-tul ta’ madwar 4% fuq livell globali, ħafna
iktar mit-tkabbir tal-PDG globali mistenni[17]. L-Ewropa xorta għadha
esportatur nett ta’ prodotti tal-plastik b’valur ta' EUR 13-il biljun
fl-2009, iżda l-produzzjoni Ċiniża laħqet livell simili fl-2008[18]. Id-destin fl-ambjent Ladarba jkun fl-ambjent - b'mod partikolari
fl-ambjent tal-baħar - l-iskart tal-plastik jista’ jdum jeżisti għal mijiet ta'
snin[19]. Ħsara lill-ambjent
kostali u tal-baħar u lill-ħajja akkwatika tirriżulta mill-10 miljun
tunnellata ta’ skart fis-sena, l-aktar tal-plastik, li jispiċċaw fl-oċeani u fl-ibħra
tad-dinja, li jibdluhom fl-akbar miżbla għall-plastik tad-dinja. L-irqajja’ tal-iskart
fl-oċean Atlantiku u f’dak Paċifiku huma stmati li jiżnu mal-100 Mt, li madwar
80% tagħhom huwa plastik. Il-fdalijiet tal-plastik jikkawżaw tbatija għall-ispeċijiet
tal-baħar li jsofru minn taħbil jew inġestjoni[20]. "Is-Sajd
Fantasma"[21] li jsir permezz ta’ rkaptu
tas-sajd tal-plastik mitluq jikkawża spejjeż ekonomiċi għoljin u ħsara
ambjentali sostanzjali. L-ispeċijiet invażivi jużaw fdalijiet tal-plastik biex
jivvjaġġaw distanzi twal fl-oċeani. Ħafna mill-fdalijiet tal-plastik
eventwalment jispiċċaw f’qiegħ il-baħar[22]. Il-plastik mhuwiex inerti. Il-plastik
konvenzjonali fih għadd kbir, u xi kultant proporzjon kbir ta’ addittivi kimiċi
li jistgħu jkunu interferenti endokrinali, karċinoġeniċi jew jipprovokaw
reazzjonijiet tossiċi oħrajn u jistgħu, fil-prinċipju, jemigraw għal ġewwa
l-ambjent, għalkemm fi kwantitajiet żgħar[23]. Il-pollutanti organiċi
persistenti (POPs), pereżempju l-pestiċidi bħal DDT u bifenili poliklorinati
(PCBs) [24],
mill-ilma tal-madwar kapaċi jeħlu ma’ frak tal-plastik li jistgħu jkunu ta’ ħsara[25],
u jidħlu fil-katina alimentari permezz ta’ fawna tal-baħar li tibla’ l-plastik
(effett żiemel ta’ Troja) [26]. Dawn il-POPs ma jitkissrux
faċilment b’mod naturali, iżda jakkumulaw fit-tessuti tal-ġisem, fejn jista’
jkollhom effetti karċinoġeniċi, mutaġeniċi u oħrajn fuq is-saħħa[27]. Partikoli żgħar u fini (l-hekk imsejħa
mikroplastiks), jirriżultaw minn deċenni ta’ degradazzjoni u brix mekkaniku u jikkawżaw
tħassib partikolari. Dawn jinsabu kullimkien u jilħqu anki l-oqsma l-aktar
remoti[28] b'konċentrazzjoni
fl-ilma li kultant hija ogħla minn dik tal-plankton. Dawn il-mikroplastiks, u
l-additivi kimiċi li jkun fihom, jekk jinbelgħu fi kwantitajiet kbar minn fawna
tal-baħar jista’ jkollhom potenzjal għoli li jikkontaminaw il-katina alimentari
permezz tal-interazzjoni bejn il-predaturi u l-priża. Il-ġestjoni dgħajfa tal-iskart fuq l-art,
b’mod partikolari rati marġinali biss ta’ rkupru ta’ skart tal-plastik, taggrava
l-problema tat-tniġġis tal-baħar bil-plastik, li hija waħda mill-kwistjonijiet ambjentali
emerġenti tal-akbar importanza globali[29]. Esperti jistmaw
li madwar 80% tal-iskart tal-plastik fil-baħar ikun ġej mill-art[30]. Jidher li s-sorsi ewlenin tal-iskart ta’
plastik fil-baħar minn fuq l-art huma: l-iskarigu tal-ilma ġej minn maltempati,
it-tifwir tad-dranaġġ, l-iskart relatat mat-turiżmu, ir-rimi illegali[31],
l-attività industrijali, it-trasport mhux xieraq, prodotti kosmetiċi għall-konsumatur,
il-materjali tas-sandblasting sintetiċi jew il-polyester u l-fibri tal-akriliċi
mill-ħasil tal-ħwejjeġ[32]. Il-gerbub tal-plastik
jistgħu jinstabu fil-maġġoranza tal-oċeani tad-dinja, anki f’żoni mhux
industrijalizzati bħall-Paċifiku tal-Lbiċ[33]. 2. Regolament li
jindirizza l-iskart tal-plastik fl-Ewropa Leġiżlazzjoni dwar l-Iskart L-iskart tal-plastik mhuwiex indirizzat speċifikament
mil-leġiżlazzjoni tal-UE, minkejja li l-impatt ambjentali tiegħu qed jikber. Id-Direttiva 94/62/KE
dwar l-imballaġġ biss għandha mira ta’ riċiklaġġ speċifiku għall-imballaġġ
tal-plastik. Id-Direttiva Qafas 2008/98/KE dwar l-iskart tistabbilixxi
mira ġenerali ta' riċiklaġġ tal-iskart domestiku li tkopri, fost materjali
oħra, l-iskart tal-plastik. Id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart hija rilevanti
f'ċerti aspetti oħra. Pereżempju, id-Direttiva tistabbilixxi r-responsabilità
estiża tal-produttur bħala prinċipju ewlieni fil-ġestjoni tal-iskart. Tistabbilixxi
wkoll il-ġerarkija tal-iskart li tagħti preċedenza għall-prevenzjoni tal-iskart,
l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ qabel l-irkupru, inklużi l-irkupru tal-enerġija,
u r-rimi. Madankollu, jippersisti l-kuntrast qawwi bejn ir-rekwiżiti
leġiżlattivi u l-prattika reali ta’ ġestjoni tal-iskart. Id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart tistieden
lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-miri tagħha u tikkunsidra miri addizzjonali
għall-flussi ta' skart ieħor fejn ikun xieraq. Barra minn hekk, il-Kummissjoni
kienet intalbet ukoll teżamina l-miri fid-Direttiva dwar il-Miżbliet
għat-tnaqqis ta’ radam ta’ skart bijodegradabbli, kif ukoll ir-riċiklaġġ u
l-miri ta’ rkupru fid-Direttiva 94/62/KE dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ
għall-kategoriji diversi tal-imballaġġ tal-iskart. Il-Kummissjoni ddeċidiet li se twettaq reviżjoni
wiesgħa tal-leġiżlazzjonidwar l-iskart eżistenti u l-miri differenti, li se tkun
lesta fl-2014. Din ir-reviżjoni tinvolvi wkoll evalwazzjoni ex-post
("kontroll tal-idoneità") ta’ ħames Direttivi [34] eżistenti dwar il-flussi
tal-iskart li sejra tevalwa l-effikaċja, l-effiċjenza, il-koerenza u
r-rilevanza. Is-segwitu għal din il-Green Paper se jifforma parti integrali
minn din ir-reviżjoni wiesgħa tal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart. Leġiżlazzjoni dwar il-kimiċi Ir-Regolament REACH 1907/2006/KE għandu xi ftit tar-rilevanza
għar-riċiklaġġ tal-plastik. Filwaqt li r-Regolament fih dispożizzjonijiet
speċifiċi[35] li jiffaċilitaw it-tqegħid
fis-suq ta’ materjali rriċiklati, f'xi każi, l-użu ta' addittivi fil-plastiks
jista’ jfixkel il-konformità fl-ambitu tar-REACH jekk l-addittivi ma jkunux
permessi fi prodotti ġodda. Xi wħud mill-proċessi ta’ REACH huma wkoll
rilevanti biex tittejjeb l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi tal-plastik, inklużi r-riċiklabilità
tagħhom, u r-riskji assoċjati mal-plastik fl-ambjent. B'mod partikolari,
ir-restrizzjonijiet jibqgħu jservu ta’ għodod ewlenin biex jitnaqqsu l-perikli
assoċjati ma’ ċerti plastiks. L-awtorizzazzjoni tista’ tintuża biex tinkiseb
sostituzzjoni progressiva ta' dawk l-addittivi tal-plastik li jippreżentaw
l-akbar tħassib fi plastik prodott fl-UE. Ir-Regolament 1272/2008/KE dwar
il-Klassifikazzjoni, l-Ittikkettar u l-Imballaġġ (CLP) jippermetti
l-identifikazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi u jinforma lill-utenti dwar
dawn il-perikli permezz ta’ simboli u frażijiet standard fuq it-tikketti
tal-ippakkjar u permezz ta' skedi ta’ dejta dwar is-sikurezza. Din
l-informazzjoni hija kruċjali biex tistimula l-produzzjoni ta’ plastiks inqas
perikolużi fl-Ewropa, u għalhekk, hija essenzjali sabiex ir-riċiklaġġ
tal-plastik fl-Ewropa jissaħħaħ. Il-perikli tal-iskart tal-plastik fl-ambjent
ikunu ferm inqas jekk il-leġiżlazzjoni eżistenti Ewropea dwar l-iskart tkun
implimentata kif suppost. Ir-rimi fil-miżbliet jibqa’ l-mezz predominanti għar-rimi
tal-iskart tal-plastik[36] f'ħafna Stati Membri.
Barra minn hekk, ir-rimi illegali għadu ma ġiex eradikat kompletament u ħafna miżbliet
huma illegali jew huma ġestiti ħażin[37]. Aktar inkwetanti minn
hekk, huwa n-numru ta’ familji li m’huma koperti minn ebda sistema ta' ġbir
muniċipali tal-iskart[38]; u f'sitwazzjoni fejn
l-iskart tal-plastik ma huwa taħt l-ebda kontroll, tiżdied il-probabilità li l-plastik
ħafif jilħaq traġitti tal-ilma u jsib triqtu lejn il-baħar. Implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar
l-iskart Il-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart tista’
tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-trawwim tat-tkabbir ekonomiku u
l-ħolqien tal-impjiegi. Studju reċenti ssuġġerixxa li l-implimentazzjoni sħiħa
tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart tista’ tiffranka EUR 72 biljun
fis-sena, iżżid il-fatturat annwali tal-ġestjoni tal-iskart tal-UE u s-settur
tar-riċiklaġġ bi EUR 42 biljun u toħloq aktar minn 400,000 impjieg sal-2020[39]. Peress li l-iskart tal-plastik huwa kkategorizzat
bħala mhux perikoluż, dan jista’ jiġi esportat lejn pajjiżi mhux tal-OECD skont
il-proċedura tar-Regolament dwar it-Trasbord tal-Iskart (RTS) u sakemm
l-importazzjoni ma tkunx ipprojbita mill-pajjiż destinatarju. L-esportazzjoni
totali ta’ skart tal-plastik mill-Istati Membri tal-UE żdiedet b’ħames darbiet
bejn l-1999 u l-2011. L-esportazzjoni marret l-iktar lejn l-Asja[40]. L-insuffiċjenza tal-infurzar tar-RTS tirriżulta
f’ġarr illegali ta’ kwantitajiet kbar ta' skart għal barra l-UE[41].
Wieħed mill-aktar tipi komuni ta’ skart involuti huwa l-iskart elettroniku, li
għandu kontenut għoli ta’ plastik. Dawn l-esportazzjonijiet jikkontribwixxu
għall-pressjonijiet ambjentali, partikolarment f'pajjiżi b'sistemi ta’ ġestjoni
tal-iskart li ma tantx huma żviluppati. Il-ġarr illegali ta' skart tal-plastik
jirrappreżenta wkoll telf importanti ta' riżorsi potenzjali u opportunitajiet
mitlufa għal riċiklaġġ fl-Ewropa. Il-Kummissjoni reċentement ippubblikat
komunikazzjoni[42] li tenfasizza l-ħtieġa
li jittejjeb ir-respons fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali għall-implimentazzjoni
tal-leġiżlazzjoni ambjentali. Din il-komunikazzjoni tirrikonoxxi li jista’
jintlaħaq xi titjib billi jittejjeb il-qafas eżistenti għall-ispezzjonijiet u
s-sorveljanza. 3. Ġestjoni tal-iskart
tal-plastik u effiċjenza fl-użu tar-riżorsi L-adozzjoni
ta’ metodi ta’ produzzjoni tal-plastik aktar sostenibbli u ġestjoni aħjar
tal-iskart tal-plastik – b’mod partikolari rati ogħla ta’ riċiklaġġ - joffru
potenzjal konsiderevoli għat-titjib tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi.
Fl-istess ħin, huma jgħinu biex titnaqqas l-importazzjoni ta’ materja prima kif
ukoll l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett serra. L-iffrankar tar-riżorsi
jista’ jkun sinifikanti. Il-plastik huwa prodott kważi esklussivament miż-żejt,
u fil-preżent, il-produzzjoni tal-plastik tikkonsma madwar 8% tal-produzzjoni
taż-żejt dinji, li minnhom 4% bħala materja prima u 3-4% bħala enerġija
għall-proċessi tal-manifattura[43]. Mill-perspettiva tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi,
il-prevenzjoni tar-rimi tal-iskart tal-plastik hija partikolarment importanti.
Kwalunkwe rimi tal-plastik f'miżbla huwa ħela ċara ta’ riżorsi li għandha tiġi
evitata favur ir-riċiklaġġ, jew ta' rkupru tal-enerġija bħala t-tieni l-aħjar alternattiva.
Madankollu, ir-rati tal-plastik mormi fil-miżbliet jibqgħu għoljin f'diversi
Stati Membri minħabba n-nuqqas ta’ alternattivi adatti u l-użu insuffiċjenti
ta' strumenti ekonomiċi li ntwerew li huma effettivi. Il-ħtieġa li jkunu salvagwardjati r-riżorsi
naturali u li tittejjeb l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi tista’ tkun ta’ xprun
biex tiżdied is-sostenibbiltà fil-produzzjoni tal-plastik. Idealment
il-prodotti kollha tal-plastik għandhom ikunu kompletament riċiklabbli u bi
spejjeż raġjonevoli. Ir-riċiklaġġ jibda diġà fil-fażi tad-disinn
tal-prodott. Għalhekk, id-disinn tal-prodott għandu l-potenzjal li jsir waħda
mill-għodod essenzjali għall-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali għal Ewropa
b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi[44] li ġie adottat dan
l-aħħar. Ir-rati baxxi ta’ riċiklaġġ u l-esportazzjoni
ta' skart tal-plastik għall-ipproċessar mill-ġdid f'pajjiżi terzi huma telf
importanti ta’ riżorsi li ma jiġġeddux, u tal-impjiegi, għall-Ewropa.
Il-potenzjal għar-riċiklaġġ tal-plastik għadu ferm sotto-utilizzat. Pereżempju,
l-Irish Marked Developement Program għar-riżorsi tal-iskart identifika (fost
oħrajn) il-plastik bħala dak li joffri l-ikbar potenzjal għall-attività ta’
riċiklaġġ fl-Irlanda[45]. Fil-Ġermanja, fejn 60%
tal-iskart tal-plastik qiegħed fil-preżent jiġi inċinerat, hemm ukoll skop
wiesa’ sabiex tiżdied ir-rata ta’ riċiklaġġ tal-plastik[46]. Fi studju riċenti, ir-riċiklaġġ tal-plastik u l-iffrankar
tal-materjal instabu li jagħtu l-ogħla kontribut għall-iffrankar tal-impatt fuq
it-tibdil fil-klima, it-tnaqqis tar-riżorsi abijotiċi u l-ekotossiċità
akkwatika tal-ilma ħelu. Produttività materjali akbar fil-plastik tipprovdi l-ogħla
kontribut għal impatti ambjentali imnaqqsa. Fir-rigward tal-gassijiet b'effett
serra, il-plastik, flimkien mal-bijomassa u l-metalli, wera l-akbar potenzjal għat-tnaqqis[47]. 4. Id-dimensjoni
internazzjonali Il-plastik
huwa sors ewlieni ta’ tniġġis tal-baħar fuq livell globali. L-iskart
tal-plastik jaqsam il-fruntieri u hemm bżonn ta’ azzjoni internazzjonali fir-rigward
tal-iskart tal-plastik fil-baħar sabiex dan jiġi indirizzat b'mod effettiv. Dan
kien rikonoxxut b'mod ċar fil-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp
Sostenibbli, Rio+20, f'Ġunju 2012. Riżoluzzjonijiet riċenti tan-NU, ftehimiet
ambjentali globali u deċiżjonijiet ta’ aġenziji internazzjonali ġibdu l-attenzjoni
internazzjonali fir-rigward tal-problema. Il-ħames Konferenza internazzjonali
dwar il-Ħmieġ tal-Baħar li saret f’Ħonolulu, koorganizzata mill-UNEP u n-NOAA[48]
f'Marzu 2011, tista’ tkun l-ewwel pass lejn strateġija globali u pjanijiet ta'
azzjoni dwar it-tniġġis tal-baħar bil-plastik. Hija identifikat is-sistemi ta’ ġestjoni
tal-iskart, li ftit huma żviluppati f'ħafna partijiet tad-dinja, bħala l-kwistjoni
prevalenti għaliex dawn huma l-fattur ewlieni li jaffettwa t-trasferiment tal-iskart
tal-plastik ibbażat fuq l-art fl-ambjent tal-baħar. Il-bini tal-kapaċità
fil-ġestjoni tal-iskart huwa qasam li fih hemm bżonn ta’ sforzi akbar[49]. Il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Pollutanti
Organiċi Persistenti (POPs) hija rilevanti għall-plastik fis-sens li
tirrestrinġi l-użu ta' ritardanti tal-fjammi kummerċjali bħal penta u otta bromodifenileter
(BDE). Il-Konvenzjoni tipprojbixxi wkoll ir-riċiklaġġ ta’ materjali li jkun
fihom il-POP bħal xi ritardanti tal-fjammi brominati . Konvenzjonijiet Reġjonali tal-baħar bħal
l-OSPAR, Barcelona, ta’ Helcom, u tal-Baħar l-Iswed jistgħu huma wkoll ikollhom
rwol biex tiġi indirizzata l-problema tat-tniġġis fil-baħar. Pereżempju,
il-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni ta’ Barċellona, fl-2012 adottat Dokument
ta’ Politika u Qafas Strateġiku assoċjat għall-Ġestjoni tal-Ħmieġ fil-Baħar.
Azzjoni taħt il-ftehimiet reġjonali tal-baħar tgħin ukoll lill-Istati Membri
biex jimplimentaw aħjar l-obbligi tagħhom skont id-Direttiva ta’ Qafas dwar
l-Istrateġija Marittima (MSFD) sabiex jilħqu jew iżommu stat ambjentali tajjeb
fl-ambjent tal-baħar sal-2020. 5. Għażliet politiċi għat-titjib
tal-ġestjoni tal-iskart tal-plastik fl-Ewropa Id-Direttiva dwar l-Iskart 2008/98/KE diġà
wittiet it-triq għal ħsieb ġdid fil-ġestjoni tal-iskart. Hija tistabbilixxi r-responsabilità
estiża tal-produttur (Artikolu 8) u tiddeskrivi xprunaturi qawwija u
innovattivi għall-produzzjoni sostenibbli b'kont meħud tal-ċiklu tal-ħajja
sħiħa tal-prodotti. L-Istati Membri huma mħeġġa jieħdu miżuri leġiżlattivi jew
mhux leġiżlattivi biex jissaħħu l-użu mill-ġdid u l-prevenzjoni, ir-riċiklaġġ u
operazzjonijiet oħra ta’ rkupru ta’ skart. Il-produtturi għandhom ikunu mħeġġa
biex jinvolvu ruħhom fit-twaqqif ta’ punti ta' aċċettazzjoni għall-prodotti fi tmiem
il-ħajja utli tagħhom. Huma jistgħu jinvolvu ruħhom fil-ġestjoni tal-iskart u
jieħdu r-responsabilità finanzjarja għal dik l-attività. Huma għandhom jagħmlu
l-informazzjoni disponibbli pubblikament fuq il-punt kemm prodott jista’ jerġa’
jintuża u fuq kemm huwa riċiklabbli. Għandhom jittieħdu miżuri xierqa li
jinkoraġġixxu d-disinn ta’ prodotti b'mod li jitnaqqsu l-impatti ambjentali
tagħhom u l-ġenerazzjoni ta’ skart matul il-produzzjoni u l-użu sussegwenti.
Tali miżuri jistgħu jinkoraġġixxu żvilupp, produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni
ta’ prodotti li huma tajbin għall-użu multiplu, teknikament durabbli u tajbin
għall-ġestjoni ta’ tmiem il-ħajja ambjentalment sigura. L-għażliet politiċi ppreżentati f'din it-taqsima
jsegwu approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja li jibda bid-disinn tal-plastik. Huwa tassew
ċar li d-disinn tal-plastik u tal-prodotti tal-plastik jista’ jaqdi rwol ewlieni
għas-sostenibbiltà u jiddetermina stadji ulterjuri fiċ-ċiklu tal-ħajja
tal-plastik. Pereżempju, ir-riċiklaġġ tal-plastik jiddependi b’mod estensiv fuq
il-kompożizzjoni tal-materjali tal-plastik u fuq id-disinn tal-prodotti
tal-plastik. 5.1. Applikazzjoni
tal-ġerarkija tal-iskart għall-ġestjoni tal-iskart tal-plastik Bħala kwistjoni ta' prinċipju,
ir-riċiklaġġ tal-iskart tal-plastik huwa għażla aħjar mill-irkupru tal-enerġija
jew l-irdim fil-miżbliet. Għalkemm minn perspettiva taċ-ċiklu tal-ħajja, mhux
l-iskart kollu tal-plastik jista’ jkun xieraq għar-riċiklaġġ, ma hemmx
raġunijiet tekniċi għalfejn il-plastik għandu jmur fil-miżbliet minflok jiġi
riċiklat jew użat għall-irkupru tal-enerġija. Dan jista’ jsir permezz ta'
tneħħija gradwali jew projbizzjoni tar-rimi tal-iskart tal-plastik fil-miżbliet
permezz ta’ emenda għad-Direttiva 1999/31/KE dwar il-Miżbliet. Iż-żewġ
għażliet huma diġà użati għall-bijoskart (tneħħija gradwali) u t-tajers, il-likwidi
u l-isplussivi (projbizzjoni). L-Istati Membri b'rati ta’ rimi fil-miżbliet taħt
il-5%, bħall-Ġermanja, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Iżvezja, id-Danimarka, il-Belġju,
u l-Awstrija jiksbu rati ta’ bejn 80% u 100% tal-irkupru tal-iskart
tal-plastik, inkluż ir-riċiklaġġ. Dawn il-pajjiżi kollha daħħlu fis-seħħ miżuri
li jwasslu b'mod effettiv għad-devjazzjoni tal-iskart kombustibbli mill-miżbliet,
ekwivalenti għal projbizzjoni tar-rimi fil-miżbliet. Il-maġġoranza tal-Istati
Membri bi prestazzjoni iktar baxxa ma japplikaw l-ebda miżura bħal din u jibbażaw
l-aċċettazzjoni ta’ skart fil-miżbliet fuq taxxi/tariffi fuq ir-rimi fil-miżbliet
li xi kultant huma baxxi sa EUR 7 biss għal kull tunnellata. Madankollu, xi Stati Membri b'rati ta’ rkupru
għoljin u projbizzjonijiet għal rimi f’miżbliet, bħala medja għad għandhom rati
modesti ta’ riċiklaġġ tal-plastik ta' madwar 28%[50].
Il-proporzjon attwali bejn riċiklaġġ tal-plastik u l-irkuprar tal-enerġija tal-iskart
tal-plastik jista’ jiġi mtejjeb permezz ta' miżuri dwar il-ġbir separat,
issortjar u rkupru ta’ materjal. Projbizzjoni fuq rimi fil-miżbliet li tiġġenera
prevalenza awtomatika ta’ rkupru ta' enerġija fuq ir-riċiklaġġ ma tkunx
konformi mal-ġerarkija tal-iskart. Jista’ jkun utli li nirriflettu dwar kif
l-istrumenti ekonomiċi jistgħu jintużaw biex imexxu l-fluss ta’ skart mill-ġerarkija
tal-iskart, u b'hekk jiġi evitat "l-effett ta’ vacuum cleaner" favur l-iskart
għall-enerġija. Medja ta’ kważi 50% tal-plastik fl-UE jmur fil-miżbliet,
ħafna minnu imballaġġ. In-nuqqas komuni ta’ ġbir ta’ skart b’mod separat u
n-nuqqas ta’ alternattivi oħrajn f'bosta Stati Membri jgħinu biex jispjegaw
ir-rata għolja ta' rimi tal-plastik fil-miżbliet[51].
Il-plastik fil-miżbliet ma jikkontribwixxi xejn għall-irkupru ta’ materjal u
l-irkupru ta’ enerġija u għalhekk huwa ineffiċjenti ħafna bħala riżors. Studju dwar
projezzjonijiet tal-iskart li jista’ jiġi ġġenerat fl-Ewropa sal-2035 evalwa
l-introduzzjoni ta’ linji politiċi b'saħħithom biex jestendu r-riċiklaġġ, u sab
li l-plastik għandu l-akbar potenzjal għat-tnaqqis tal-impatti ambjentali tal-iskart[52]. Mistoqsijiet: (1)
Jista’ l-plastik jiġi trattat b’mod xieraq
fil-qafas leġiżlattiv eżistenti għall-ġestjoni tal-iskart jew jeħtieġ li
l-leġiżlazzjoni eżistenti tiġi adattata? (2)
Kif jistgħu l-miżuri għal promozzjoni ta’
riċiklaġġ akbar tal-plastik jitfasslu aħjar sabiex jiżguraw impatti pożittivi
għal kompetittività u tkabbir aħjar? (3)
L-implimentazzjoni sħiħa u effettiva
tar-rekwiżiti tat-trattament tal-iskart fil-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-miżbliet
tnaqqas biżżejjed ir-rimi attwali tal-iskart tal-plastik fil-miżbliet? (4)
Liema miżuri jkunu adatti u effettivi biex jiġi
promoss l-użu mill-ġdid u l-irkupru tal-plastik minflok ir-rimi fil-miżbliet? Il-projbizzjoni
tal-miżbliet għall-plastik tkun soluzzjoni proporzjonata jew żieda fit-taxxi fuq
il-miżbliet u l-introduzzjoni ta' objettivi għal diversjoni jkunu biżżejjed? (5)
X’miżuri ulterjuri jistgħu jkunu xierqa biex
jtellgħu l-irkupru tal-iskart tal-plastik aktar ’il fuq fil-ġerarkija
tal-iskart u b'hekk jonqos l-irkupru tal-enerġija favur ir-riċiklaġġ mekkaniku?
Tista’ taxxa għall-irkupru ta’ enerġija tkun miżura utli? (6)
Għandu l-ġbir tal-iskart kollu tal-plastik
minn fuq l-għatba tal-bieb flimkien ma’ skemi ‘ħallas meta tarmi’ għall-iskart
residwu jiġi promoss fl-Ewropa, jew saħansitra jsir obbligatorju? 5.2. Ilħuq
tal-miri, riċiklaġġ tal-plastik u inizjattivi volontarji Miri u esportazzjoni ta’ skart
tal-plastik Madwar 16 Mt/sena ta’ skart tal-plastik
jistgħu jiġu riċiklati jekk il-miri kollha ta’ riċiklaġġ attwali jiġu
ssodisfati għall-iskart muniċipali solidu, l-iskart tal-kostruzzjoni u
demolizzjoni (C&D), vetturi li ma għadhomx jintużaw (ELV), Imballaġġ,
Batteriji u WEEE. Din iċ-ċifra tissuġġerixxi li hemm madwar 9 Mt oħra ta’
skart tal-plastik (minn total ta’ 24,9 Mt) li mhumiex speċifikament koperti
minn objettivi ta’ użu mill-ġdid/irkupru obbligatorji; prinċipalment plastik
fl-għamara u t-tagħmir li mhux l-EEE[53]. Id-Direttiva dwar l-Imballaġġ
hija l-uniku strument legali tal-UE li jistabbilixxi objettiv ta’ riċiklaġġ
speċifiku għall-imballaġġ tal-plastik. Jista’ jiġi kkunsidrat li jiġu stabbiliti
aktar miri speċifiċi ta’ riċiklaġġ tal-iskart tal-plastik lil hinn minn dak tal-iskart
tal-imballaġġ tal-plastik. Il-miri tar-riċiklaġġ fil-leġiżlazzjoni
Ewropea dwar l-iskart setgħu wkoll taw spinta lill-provvista ta’ skart li
jista’ jiġi riċiklat, bħalma tikkonkludi l-EEA[54]. Dan, flimkien
mal-prezzijiet għoljin li tħallsu mill-ekonomija tal-Asja li qiegħda tikber u
tissaħħaħ dejjem iktar, wasslu biex l-esportazzjonijiet tal-iskart tal-plastik lejn
l-Asja żdiedu b'mod esponenzjali matul l-aħħar 10 snin. Filwaqt li dan
mhux oġġezzjonabbli fih innifsu, jista’ jiġi sostnut li r-riċiklaġġ tal-iskart
tal-plastik fl-Ewropa huwa, f'termini ambjentali, għażla aħjar u li l-iskart
tal-plastik esportat lejn pajjiżi barra mill-UE għandu jiġi riċiklat ġewwa faċilitajiet
li jikkonformaw ma’ standards ekwivalenti għal dawk applikati fl-UE. L-esportazzjoni
ta’ skart tal-plastik li jispiċċa ġewwa faċilitajiet li mhumiex skont
l-istandards jew jintrema tista’ tmur kontra l-għan ambjentali ta’ konservazzjoni
tar-riżorsi kif stabbilit fil-WFD. (7)
Huma meħtieġa miri speċifiċi għar-riċiklaġġ
tal-iskart tal-plastik biex jiżdied ir-riċiklaġġ tal-iskart tal-plastik? Liema
tipi ta’ miżuri oħrajn jistgħu jiġu introdotti? (8)
Hemm il-ħtieġa li jiddaħħlu miżuri biex l-iskart
ta’ plastik li jista’ jiġi riċiklat, u li jiġi esportat lejn pajjiżi terżi, ma
jiġix riċiklat b’mod mhux skont l-istandards jew mormi? Azzjoni Volontarja L-azzjoni volontarja tista’ wkoll tgħin b'mod
sinifikanti biex tittaffa l-problema tal-iskart tal-plastik fl-ambjent u
tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-użu tar-riżorsi. L-aktar mod faċli li
tikkonviċni lil xi ħadd dwar dan huwa l-argument li l-iskart tal-imballaġġ
tal-plastik jikkontribwixxi għal 63% tal-iskart tal-plastik totali ġġenerat. L-iffissar
ta’ "linji gwida sostenibbli dwar l-imballaġġ" li
għalihom il-produtturi u l-bejjiegħa għandhom jimpenjaw ruħhom jista’ jkun pass
fid-direzzjoni t-tajba. Inizjattiva bħal din tista’ tinkludi iffissar ta’ parametri
għall-kejl tas-sostenibilità tal-imballaġġ, l-aħjar tekniki disponibbli
għall-produtturi tal-imballaġġ tal-plastik, sistema ta’ tikkettjar indipendenti
biex tkejjel l-impronti individwali tal-konsumaturi, kampanji ta' informazzjoni
li jżidu l-għarfien tal-konsumaturi dwar il-perikli tal-plastik u tar-rimi
tal-plastik u l-organizzazzjoni ta’ ġbir separat. Inizjattivi eżistenti
bħall-Forum tal-Bejjiegħa bl-Imnut Ewropew, EUROPEN, il-pjattaforma fliexken
PET u Vinyl 2010+ jistgħu jgħaqqdu l-inizjattivi tagħhom favur il-produzzjoni u
r-rimi tal-plastik b’mod iktar sostenibbli. Skemi simili jistgħu jitwaqqfu
għall-ġbir u l-irkupru ta’ plastik agrikolu mhux tal-imballaġġ li huwa faċli
biex jiġi riċiklat minħabba l-kompożizzjoni kimika uniformi tiegħu. L-"Agricultural
Waste Plastics Collection and Recovery Programme" tar-Renju
Unit jista’ jservi bħala eżempju[55]. Inizjattivi simili
jistgħu jikkonċentraw fuq plastik tal-WEEE u tal-ELV, li jammonta għal 10% tal-iskart
tal-plastik Ewropew. Fl-aħħarnett, l-investiment tal-produtturi f’disinn
tal-prodott imtejjeb għandu jsir xprunatur aktar importanti sabiex jitnaqqas
l-iskart tal-plastik. L-Artikolu 8 tad-DQI (id-Direttiva Qafas dwar
l-Ilma) jipponta f'dik id-direzzjoni u l-adattament volontarju minn kmieni jista’
jwassal għal riżultati aħjar minn dak miksub permezz ta’ bidla imposta b’leġiżlazzjoni. (9)
Taħseb li aktar azzjoni volontarja, b'mod
partikolari mill-produtturi u l-bejjiegħa bl-imnut, tkun strument xieraq u
effikaċi biex isir użu aħjar tar-riżorsi fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti
tal-plastik? 5.3. L-imġiba
tal-konsumaturi titqiegħed fil-mira Valorizzazzjoni tal-plastik Il-plastik huwa pperċeput bħala materjal li fih
innifsu ma għandu l-ebda valur. Din il-perċezzjoni tiffavorixxi r-rimi ta' skart.
Madankollu, il-plastiks kollha huma materjali kumplessi u ta’ teknoloġija
għolja li l-konsumaturi għandhom jivvalorizzaw sabiex ninċentivaw l-użu
mill-ġdid u r-riċiklaġġ. Xi prodotti tal-plastik (eż. fliexken tax-xorb
tal-PET) jistgħu jsiru soġġetti għal sistema ta’ depożitu u ritorn, li
timmotiva lid-detentur tal-prodott fit-tmiem il-ħajja tiegħu biex jirkupra
d-depożitu tiegħu billi jieħu l-oġġett lura fil-post imfassal apposta għall-ġbir,
filwaqt li jiġu evitati r-restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni jew strutturi
monopolistiċi. Għal ċerti oġġetti tal-plastik, mudelli intraprenditorjali ġodda
bħal sistemi ta’ kiri, meta l-produttur jibqa’ l-proprjetarju tal-prodott,
jistgħu jkunu għodda utli biex jiġi żgurat li l-oġġett jinġabar u jiġi ttrattat
b'mod ambjentalment san. Mistoqsijiet: (10)
Hemm lok fejn tiġi żviluppata sistema ta’
depożitu u ritorn jew sistemi ta’ kiri għal kategoriji speċifiċi ta’ prodotti
tal-plastik? Jekk iva, kif jistgħu jiġu evitati l-impatti negattivi fuq
il-kompetizzjoni? Għoti
tal-għarfien lill-konsumaturi sabiex ikunu jafu x’qegħdin jixtru Konsumaturi infurmati jista’ jkollhom rwol
deċiżiv fil-promozzjoni ta’ metodi ta' produzzjoni aktar sostenibbli għall-plastik
u għall-prodotti tal-plastik u dan itejjeb ukoll l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi.
Fl-immirar fuq l-imġiba tal-konsumaturi, informazzjoni ċara, sempliċi u konċiża
tista’ tkun strumentali sabiex tinforma lill-konsumaturi dwar il-kontenut
tal-plastik ta' prodott u l-addittivi/kuluri potenzjalment ta’ ħsara tiegħu,
l-influwenza tagħhom fuq ir-riċiklaġġ u l-prekawzjonijiet meħtieġa għall-użu
tal-prodotti. Tali informazzjoni tista’ wkoll tinkludi
indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali, bħalma huma, ir-riċiklabilità.
il-kompostabilità u l-prestazzjoni tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi ta’
prodotti tal-plastik. Għal ċerti prodotti tal-plastik, informazzjoni fuq il-kontenut
riċiklat, ir-riċiklabilità u kemm jista’ jissewwa tista’ wkoll tkun rilevanti. Informazzjoni sħiħa fuq prodott għall-konsumatur fir-rigward tat-tip ta' plastik
u r-riċiklabilità tiegħu tista tiġi pprovduta lil hinn mill-iskemi eżistenti,
sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażla infurmata meta jixtru
prodott tal-plastik. Riċiklabilità sempliċi u effettiva tista’ tiġi riflessa
fil-prezz tal-prodott u tista’ tintuża bħala strateġija ta’
kummerċjalizzazzjoni. Informazzjoni bbażata fuq l-impronta ambjentali jew
ekotikketti tista’ tintuża wkoll biex tiffaċilita għażla infurmata fir-rigward
tal-prestazzjoni ġenerali taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott. Mistoqsija: (11)
Liema tip ta’ informazzjoni tqis meħtieġa
biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu kontribut dirett għall-użu effiċjenti
tar-riżorsi meta jagħżlu prodott tal-plastik? 5.4. Lejn
plastik aktar sostenibbli Disinn tal-plastik għal riċiklaġġ minn nieqa sa nieqa faċli u ekonomiku[56] Element importanti għall-kisba ta’ aktar
sostenibbiltà fil-produzzjoni tal-plastik hu d-disinn tal-plastik innifsu.
Filwaqt li, relattivament, ftit hemm plastiks bażiċi (polimeri), l-għadd kbir
ta’ addittivi użati fil-produzzjoni tal-plastik jista’ jkun ostaklu kbir
għar-riċiklaġġ tal-plastik jew jista’ jwassal għal aktar tnaqqis fir-riċiklaġġ
milli riċiklaġġ minn nieqa sa nieqa. It-tnaqqis ta’ sustanzi perikolużi fil-plastiks
iżid ir-riċiklabilità tagħhom. It-tneħħija gradwali ta' dawn is-sustanzi kemm
fil-prodotti ġodda kif ukoll f’dawk riċiklati tnaqqas ukoll ir-riskji assoċjati
mal-użu tagħhom. Il-Pjan Direzzjonali għal Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi jissuġġerixxi
li sal-2020, is-Sustanzi ta’ Tħassib Serju Ħafna rilevanti għandhom jitpoġġew fuq
il-Lista ta' Kandidati tar-Regolament REACH li tkun taqbad l-addittivi
tal-plastik rilevanti. Fluss adegwat ta’ informazzjoni mill-produtturi għar-riċiklaturi
huwa importanti wkoll. Skedi tad-dejta tas-sikurezza ċari għall-pelits
tal-plastik użati mit-trasformaturi tal-plastik jistgħu jtejbu r-riċiklaġġ ta’ kwalità
għolja. Tikkettar u informazzjoni dwar il-kontenut kimiku ta’ plastik imwassal għand
it-trasformaturi, inkluż dwar l-addittivi kollha, jista’ jkollhom rwol utli
wkoll. Mistoqsija: (12)
Liema bidliet fid-disinn kimiku tal-plastik
jistgħu jtejbu ir-riċiklabilità tagħhom? (13)
Kif tista’ l-informazzjoni dwar il-kontenut
kimiku tal-plastik tkun disponibbli għall-atturi kollha fil-katina
tar-riċiklaġġ tal-iskart? Sfidi ġodda permezz ta’ materjali
innovattivi Riskji ġodda jistgħu jinħolqu mill-użu ta’ materjali
innovattivi bħan-nanomaterjali, pereżempju fi fliexken magħmulin minn polietilentereftalat
(PET) [57]
jew l-imballaġġ inġenerali, jew li jipprovdu penetrazzjoni selettiva tal-gass fl-imballaġġ
tal-ikel, jew minn nanosensers għall-kxif tat-taħsir tal-ikel[58].
L-approċċ tal-UE huwa li jiġu evalwati r-riskji ta’ nanomaterjali individwali, każ
b'każ. Madankollu, il-valutazzjoni tar-riskji ambjentali u tas-saħħa potenzjali
hija diffiċli minħabba l-iskarsezza ta’ dejta ambjentali u tossikoloġika. Definizzjoni
Ewropea komuni li teżisti bħalissa ta’ nanomaterjali tista’ tiffaċilita kemm
il-ġenerazzjoni kif ukoll il-ġbir b’mod aktar effettiv ta’ tali dejta rilevanti[59]. L-użu dejjem jiżdied ta’ mikroplastiks verġni
huwa wkoll kwistjoni ta' tħassib. F'xi prodotti tal-konsumatur, bħall-kremi
tal-għarik u ġellijiet tad-doċċa, il-produtturi jżidu il-mikroplastik minflok partikoli
tal-għorik naturali. Dawk il-partikoli jistgħu jispiċċaw fl-ibħra peress li
s-sistemi ta’ ġestjoni tal-ilma mhumiex mgħammra biex iżommu dan il-materjal
lura. Mistoqsija: (14)
Kif jistgħu jiġu indirizzati bl-aħjar mod l-isfidi
li joħorġu mill-użu tal-mikroplastik fi prodotti jew proċessi industrijali u
ta’ nanopartikoli? 5.5. Durabilità
tal-plastik u ta’ prodotti tal-plastik Bosta sfidi fil-qasam
tal-ġestjoni tal-iskart tal-plastik, bħal volumi dejjem jiżdiedu u l-plastik fil-baħar,
huma dovuti għad-durabilità estrema tal-materjali tal-plastik, li normalment
jgħixu iktar mill-prodotti li qegħdin fihom. Il-problemi jaggravaw meta
l-prodotti tal-plastik ikunu iddisinjati speċifikament għal użu waħdieni jew
għal medda ta’ ħajja qasira, jew meta l-ħajja tagħhom tkun deliberatament
imqassra. Disinn tal-prodott għal ħajja
itwal, użu mill-ġdid u tiswija Sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà fil-produzzjoni
u l-konsum ta’ oġġetti tal-plastik, u sabiex jiġi evitat it-telf ta' riżorsi
mhux rinnovabbli naturali, oġġetti tal-plastik għandhom ikunu mfassla biex tiġi
mmassimizza d-durabilità tagħhom. Hemm bosta funzjonijiet avversi li jagħmlu
dan l-għan diffiċli biex jintlaħaq, bħall-ħruġ mill-użu[60]
ippjanat jew tekniku, kif ukoll disinji li jagħmlu t-tiswija ta’ prodotti
tal-plastik mhux ekonomika jew saħansitra teknikament impossibbli. Spiss, id-disinn tal-prodotti tal-plastik bħal tagħmir elettriku u elettroniku ma jkunx
maħsub biex jerġgħu jintużaw. Minħabba li d-disinn jista’ jkun biss għodda
għall-kummerċjalizzazzjoni, anke passi żgħar fl-innovazzjoni teknika huma spiss
użati għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott kompletament ġdid minflok ma tintgħażel
sistema modulari mfassla b’tali mod li s-sostituzzjoni tal-komponenti
innovattivi tkun irħisa u faċli. Pereżempju huwa komuni li jinbiegħ laptop
tal-plastik kompletament ġdid meta sostituzzjoni sempliċi taċ-ċippa tas-CPU
tista' tkun teknikament biżżejjed biex taġġorna l-apparat. Kull
disinn li deliberatament jagħmel il-prodotti tal-plastik impossibbli li
jissewwew għandu jiġi evitat[61]. L-iżvilupp
tar-rekwiżiti jew linji gwida għall-abilità ta’ prodott tal-plastik li jintuża
mill-ġdid u li jissewwa hija għażla li għandha tiġi esplorata. Xi xogħol fuq
l-iżvilupp ta’ metodoloġiji biex jitkejjel l-użu mill-ġdid ta' prodotti diġà
beda[62]. Soluzzjoni minnhom
tista’ tkun l-iżvilupp tar-regoli tal-ekodisinn, li jistabbilixxu kriterji
partikolari fuq, l-abilità tal-użu mill-ġdid, id-durabilità, it-tiswija u
l-kostruzzjoni modulari, kif diġà previst fl-Art. 9 (1) tad-WFD. (15)
Għandha l-politika għad-disinn tal-prodott
tindirizza l-ħruġ mill-użu ppjanat ta’ prodotti tal-plastik u timmira lejn
it-tisħiħ tal-użu mill-ġdid u d-disinn modulari sabiex timminimizza l-iskart
tal-plastik? (16)
Jistgħu regoli ġodda dwar l-ekodisinn ikunu
ta' għajnuna biex ikun possibbli li l-prodotti tal-plastik jintużaw mill-ġdid
aktar u jkollhom durabilità akbar? Prodotti tal-plastik li jintużaw darba u
għal żmien qasir. Mill-perspettiva tal-prevenzjoni tal-iskart u
tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, huwa mixtieq li jittieħdu miżuri biex tiġi
evitata l-proliferazzjoni ta’ prodotti ta’ ħajja qasira u ta' użu ta’ darba li
jintremew (bħal basktijiet tal-plastik), jekk ibbażat fuq valutazzjoni taċ-ċiklu
tal-ħajja (LCA) u analiżi tal-Impronta Ambjentali tal-Prodott (PEF) [63]. Aġġeġġi tal-plastik irħas, ippakkjati b’mod
sekondarju ma’ prodotti tal-konsumatur, oġġetti ta’ divertiment, ġugarelli
b'ħajja qasira u kategoriji simili ta’ prodotti huma ġeneralment disponibbli bi
prezzijiet li ma jirriflettux l-ispejjeż ambjentali kollha tagħhom, inkluż
il-ġestjoni tal-iskart. L-istess japplika għall-prodotti ta’ użu ta’ darba bħal
basktijiet tal-ġarr magħmulin mill-plastik ta’ użu ta’ darba. Il-basktijiet tal-ġarr magħmulin mill-plastik huma
emblematiċi tas-soċjetà moderna tal-konsumatur, ħfief, prattiċi, mingħajr valur,
ħafna drabi jintremew wara użu ta’ darba. Madankollu l-pressjoni ambjentali maħluqa
mill-basktijiet tal-ġarr magħmulin mill-plastik hija konsiderevoli. Fl-2010,
kien hemm 95.5 biljun basktijiet tal-ġarr magħmulin mill-plastik (1.42 Mt) li tqiegħdu
fis-suq tal-UE, ħafna minnhom (92%) huma għal użu ta’ darba. Aktar inkwetanti, il-basktijiet
tal-plastik iżidu bla bżonn mat-tagħbija ta’ skart tal-plastik fl-ambjent tal-baħar,
u jkollhom l-istess effett detrimentali bħal skart ieħor tal-plastik. Bħala
eżempju impressjonanti, il-boroż tal-plastik ammontaw għal 73% tal-iskart
miġbur mit-trawlers tul il-kosta tat-Toskana[64]. Wara
l-konsultazzjoni pubblika dwar basktijiet tal-ġarr magħmulin mill-plastik li
saret fis-sajf 2011, il-Kummissjoni Ewropea qiegħda (bħala inizjattiva
separata) tivvaluta għażliet li bihom jitnaqqsu l-basktijiet tal-ġarr magħmulin
mill-plastik ta’ użu ta’ darba. L-iżvilupp ta’ strumenti ibbażati fuq is-suq
abbażi ta' indikaturi tal-impatt ambjentali jista’ jkun għażla li tiggwida l-produzzjoni
u l-konsum lil hinn minn prodotti tal-plastik ta' ħajja qasira u ta’ użu ta’
darba li jintremew. Dan finalment isib il-ġustifikazzjoni tiegħu fil-prinċipju ta’
min iniġġes iħallas. B'mod aktar ġenerali, il-prezzijiet jistgħu jkunu
mgħawwġin u jiddiskriminaw kontra prattika ambjentali soda[65].
Sistema li tirrifletti l-ispejjeż ambjentali reali mill-estrazzjoni ta’ materja
prima għall-produzzjoni, distribuzzjoni u rimi tinkoraġġixxi produzzjoni aktar
sostenibbli u tikkumpensa għall-fallimenti tas-suq. Akkwist pubbliku ekoloġiku
u strumenti finanzjarji bħal taxxi ambjentali jistgħu jgħinu wkoll biex
tittejjeb din is-sitwazzjoni. Mistoqsijiet: (17)
Għandhom jiġu introdotti strumenti bbażati
fuq is-suq biex jipprovdu riflessjoni aktar preċiża tal-ispejjeż ambjentali
mill-produzzjoni tal-plastik sar-rimi finali? (18)
Kif jista’ jiġi indirizzat bl-aħjar mod il-piż
tal-iskart ippreżentat mill-prodotti tal-plastik ta' ħajja qasira u ta’ użu ta’
darba li jintremew? 5.6. Promozzjoni
tal-plastik bijodegradabbli u tal-bijoplastik Plastik bijodegradabbli Prodotti tal-plastik bijodegradabbli[66]
spiss jitqiesu bħala soluzzjoni potenzjali għar-rimi tal- plastik u ġibdu aktar
l-attenzjoni pubblika. Minkejja li għadha segment żgħir tas-suq, il-produzzjoni
tal-plastik bijodegradabbli llum topera b'kapaċità ta' skala industrijali,
b'żieda mbassra fl-Ewropa minn 0.23 Mt/pa fl-2007 għal 0.93 Mt/pa fl-2011[67]. It-terminu "bijodegradabbli" nnifsu jista’
jinftiehem ħażin mill-konsumaturi. Filwaqt li dawn jistgħu jinterpretaw li
t-tikketta "bijodegradabbli" tfisser tajbin għall-kompostaġġ f’livell
domestiku, fir-realtà, il-maġġoranza l-kbira tal-plastik bijodegradabbli jista’
biss ikun bijodegradabbli taħt kundizzjonijiet speċifiċi ferm b’temperatura u
umdità għolja b'mod kostanti f'installazzjonijiet industrijali tal-kompostaġġ u
la jkunu tajbin għall-kompostaġġ f’livell domestiku u lanqas ma jiddekomponu fi
żmien raġonevoli meta jintremew[68]. Jista’ jkun hemm bżonn
li ssir distinzjoni ċara bejn plastiks kompostabbli f’livell domestiku u dawk kompostabbli
industrijalment, flimkien ma’ edukazzjoni tal-konsumatur dwar il-mezzi tar-rimi
x-xierqa. Il-konfużjoni tista’ twassal sabiex il-konsumaturi ma jagħtux kas
biżżejjed meta jiġu biex jarmu, minħabba interpretazzjoni żbaljata tagħhom li
l-oġġetti ttikkettjati bħala bijodegradabbli, taħt kundizzjonijiet naturali, jitmermru
f’perjodu ta' żmien qasir. Hemm
ukoll dikjarazzjonijiet dwar il-bijodegradabilità li għandhom jiġu
skrutinizzati. Pereżempju, il-frammentazzjoni tal-plastik imsaħħaħ b'aġent
ossidanti (normalment melħ tal-metall) fil-preżenza tal-ossiġenu, tas-sħana u
tad-dawl UV tirriżulta fi frak mikroskopiku tal-plastik b’karatteristiċi simili
bħal dawk tal-plastik bl-ingrossa. Ir-residwi tal-ossodegradazzjoni jista’ jkollhom
impatti mhux ċari[69]. Il-plastiks ossodegradabbli
jistgħu jirriskjaw li jikkontribwixxu sabiex it-tagħbija tal-mikroplastiks tilħaq
l-ambjent tal-baħar u għalhekk tista' żżid b'mod sinifikanti r-riskju ta’ inġestjoni
mill-annimali[70]. Il-preżenza ta’ aġenti
ossidanti fil-flussi tal-iskart tal-plastik tista’ wkoll tagħmel ir-riċiklaġġ
tal-plastik[71] aktar diffiċli. Għandu
jiġi evalwat jekk l-użu tat-terminu ‘bijodegradabbli’ huwiex permissibbli f'dan
il-każ. Mistoqsija miftuħa oħra hija sa liema punt
jista’ l-plastik bijodegradabbli jkun soluzzjoni għat-tniġġis tal-baħar mill-plastik.
Id-dekompożizzjoni fl-ambjent tal-baħar tiddependi fuq ħafna fatturi, bħat-tip
ta’ prodott, il-preżenza suffiċjenti ta’ mikro-organiżmi rilevanti,
it-temperatura tal-ilma u d-densità tal-prodott. F'xi provi li saru minn Plastral
Fidene, taħlita ta’ lamtu-PCL[72] instab li tiddegrada f’20
sa 30 ġimgħa fl-ilmijiet Awstraljani filwaqt li tkun kapaċi tiddegrada f’20-30
jum fil-kompost[73]. Barra minn hekk, ħafna plastiks
bijodegradabbli ma jistgħux jiddegradaw fl-imsaren tal-ispeċi tal-baħar u d-dannu
fiżiku fuqhom x'aktarx li jibqa’ problema. Hemm bosta ostakli sabiex il-plastik
bijodegradabbli jikseb penetrazzjoni tas-suq fi żmien qasir. Mingħajr progress
tekniku ulterjuri f'termini tal-kwalitajiet funzjonali tagħhom, il-plastiks jistgħu
ma jkunux adatti għal xi tipi ta' applikazzjonijiet tal-imballaġġ, pereżempju
għall-ikel frisk[74]. Ktajjen eżistenti
tal-manifattura, li huma mdorrijin jużaw il-petroplastiks, jistgħu jeħtieġu
adattament li jiswa ħafna flus biex jaħdem bi plastiks bijodegradabbli[75].
L-influwenza eżatta tal-plastik bijodegradabbli fuq ambjenti akkwatiċi, kif
ukoll it-tossiċità tal-kompost, għad iridu jiġu investigati aktar[76].
Sistemi ta’ trattament tal-iskart diġà fis-seħħ għadhom mhumiex kapaċi
jisseparaw b’mod suffiċjenti l-plastik bijodegradabbli mill-plastik
konvenzjonali li jista’ jipperikola l-proċessi ta' riċiklaġġ. Adattament
tekniku jista’ jżid l-ispejjeż tas-separazzjoni minħabba li probabbilment ikun
meħtieġ tagħmir iktar sofistikat. F'dak li jirrigwarda l-kompostaġġ tal-plastik
bijodegradabbli, ikun hemm bżonn ta’ investiment f’faċilitajiet ta’ kompostaġġ
li jipprovdu biżżejjed ipproċessar minn qabel kif ukoll ta’ proċess ta' kompostaġġ
adegwat. (19)
Liema huma l-applikazzjonijiet li għalihom il-plastik
bijodegradabbli jistħoqqlu li jiġi promoss, u liema kundizzjonijiet ta’ qafas
għandhom japplikaw? (20)
Ikun xieraq li jissaħħu r-rekwiżiti legali
eżistenti billi ssir distinzjoni ċara bejn plastiks kompostabbli b’mod naturali
u dawk teknikament bijodegradabbli, u għandha din id-distinzjoni tkun soġġetta
għal informazzjoni obbligatorja? (21)
Taħseb li l-użu ta’ plastik ossodegradabbli
jeħtieġ xi tip ta’ intervent bl-iskop li jissalvagwardja l-proċessi ta'
riċiklaġġ, u jekk iva, fuq liema livell? Prodotti Bijoplastiċi Waqt
li s-suq għadu ddominat b'aktar minn 99% minn plastik ibbażat fuq iż-żejt[77],
hemm suq emerġenti u li qed jikber għall-plastik b’bażi bijoloġika (prodotti bijoplastiċi) prodott minn riżorsi rinnovabbli[78]. Il-prodotti
bijoplastiċi attwali huma ġeneralment magħmulin minn lamtu f'forma estratta
mill-qamħirrum, ross, zokkor tal-kannamieli jew mill-patata. Il-prefiss "bijo" (bio-based)
għall-prodotti bijo-, huwa definit b'mod ċar mill-Kumitat Ewropew
għall-Istandardizzazzjoni (CEN)[79]. Madankollu, jeħtieġ li
l-konsumaturi jkunu infurmati b'mod sħiħ li dan jirrigwarda l-oriġini
tar-riżorsa u mhux il-ġestjoni fit-tmiem tal-ħajja. Għalkemm il-maġġoranza
tal-plastik bijodegradabbli bħalissa huwa bijoplastik, il-plastiks
bijodegradabbli jistgħu jsiru wkoll minn riżorsi bbażati fuq iż-żejt jew taħlita
ta' dawk ibbażati fuq iż-żejt u dawk bijoplastiċi Barra minn hekk, xi bijopolimeri,
bħalma huma l-polietilen (PE) minn bijoetanol, mhumiex bijodegradabbli. Il-kompetizzjoni mal-produzzjoni
tal-ikel, diġà diskussa b’mod ġenerali fil-kuntest tal-bijokarburanti, hija
kwistjoni problematika u kkontestata ħafna dwar il-bijoplastiċi. Żieda
sinifikanti fil-produzzjoni tal-bijoplastik għal livell komparabbli ma’ plastiks
konvenzjonali tista’ tagħmel impatt negattiv fuq il-produzzjoni tal-għelejjel tal-ikel
li jintużaw biex jagħmlu l-bijoplastik. Dan jista’ jkollu impatt negattiv fuq
l-ekonomiji li qed jiżviluppaw u l-ekonomiji fi tranżizzjoni. Ġiet iddokumentata
rabta bejn iż-żidiet fil-prezzijiet tal-qamħ wara ż-żieda fil-produzzjoni tal-etanol
fl-2008 fl-Istati Uniti[80]. Dan jista’ jwassal għal
żieda fl-użu tal-art u fil-prezzijiet tal-materja prima, kif ukoll f’telf
tal-bijodiversità permezz ta’ trasformazzjoni ta’ art mitluqa u foresti f’għelieqi,
li jżid il-konsum agrikolu tal-ilma u fertilizzanti. Dan it-tħassib ma jkunx
japplika għall-bijoplastiċi magħmulin mill-iskart agrikolu u prodotti sekondarji
tal-għelejjel tal-ikel jew alga tal-ilma mielaħ. Mistoqsija: (22)
Kif għandhom jiġu
ikkunsidrati l-bijoplastiċi fir-rigward tal-ġestjoni tal-iskart tal-plastik u
l-konservazzjoni tar-riżorsi? Għandu jiġi promoss
l-użu tal-bijoplastik? 5.7. Inizjattivi
tal-UE li jindirizzaw l-iskart tal-baħar li jinkludi iskart tal-plastik Id-Direttiva Qafas
għal Strateġija Marittima (MFSD) 2008/56/KE timmira li tikseb status
ambjentali tajjeb (GES) għall-ilmijiet tal-baħar kollha sal-2020. Id-Direttiva
tidentifika l-iskart tal-baħar bħala wieħed mill-fatturi li jiddeterminaw il-GES
li għalih "il-proprjetajiet u l-kwantitajiet ta’ rifjuti fil-baħar ma
jikkawżawx dannu għall-ambjent kostali u tal-baħar." L-iskart tal-baħar
jinkludi t-tipi kollha ta’ skart. Madankollu, studji wrew li l-maġġoranza
tal-iskart li jinstab fl-ibħra tagħna u fl-oċeani huwa plastik. Fl-2010, il-Kummissjoni spjegat il-kriterji
għall-Istati Membri biex jivvalutaw l-istatus ambjentali tal-ibħra tagħhom
fil-kuntest tal-MSFD[81]. Bosta minn dawn il-kriterji
jirrigwardaw l-iskart tal-baħar. Grupp ta’ Ħidma dwar l-iskart tal-baħar
żviluppa ħarsa ġenerali tad-dejta eżistenti u l-metodoloġiji għall-monitoraġġ
tal-iskart tal-baħar, kif meħtieġ mill-MSFD. Dan il-grupp ta’ Ħidma enfasizza
kemm il-gravità tal-kwistjoni kif ukoll il-ħtieġa urġenti li ssir aktar riċerka
kkoordinata ħalli jkun żgurat approċċ komuni għall-monitoraġġ u l-mitigazzjoni.
Il-grupp jibqa’ jaħdem fuq (inter alia) l-armonizzazzjoni
tal-monitoraġġ, jistma l-ispejjeż involuti u jevalwa l-ħsara kkawżata
mill-iskart tal-baħar[82]. B'mod parallel, il-Kummissjoni bdiet djalogu
mal-partijiet interessati (produtturi tal-plastik, ir-riċiklaturi, bejjiegħa
bl-imnut, l-industrija tal-imballaġġ, l-awtoritajiet tal-port u tat-tbaħħir,
l-NGOs) biex jiżviluppaw sħubiji u azzjonijiet volontarji biex jindirizzaw
l-iskart tal-baħar. Barra minn hekk, hemm numru ta’ proġetti u inizjattivi
għaddejjin li għandhom fil-mira tagħhom il-fehim aħjar tas-sorsi u tal-impatti
tar-rifjuti fil-baħar kif ukoll is-soluzzjonijiet possibbli. Ħarsa ġenerali
lejn l-inizjattivi u l-miżuri potenzjali li jindirizzaw din il-problema hija
mogħtija separatament fid-Dokument
ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SWD (2012) 365. L-implimentazzjoni b'suċċess tal-politika
tal-iskart hija prerekwiżit ewlieni biex jiġi evitat li l-iskart tal-plastik
jidħol fl-ambjent tal-baħar. Qegħdin isiru diskussjonijiet dwar iffissar ta’
miri biex jiggwidaw l-isforzi tal-politika u biex jissorveljaw is-suċċess
tagħhom (eż. fil-verżjoni finali tad-dikjarazzjoni Ministerjali tal-OSPAR 2010).
Ir-rappurtar li jmiss taħt l-MSFD u l-proġetti li għaddejjin għandhom
jippermettu l-iżvilupp ta’ linja ta’ referenza bażi għall-UE fl-2013 li tista’ tintuża
biex jiġu stabbiliti benchmarks, tragwardi u miri għall-politika. F’xi Konvenzjonijiet dwar Ibħra Reġjonali, qegħdin
jiġu żviluppati pjanijiet ta' azzjoni dwar rifjuti fil-baħar. Għall-Mediterran,
l-istrateġija dwar ir-rifjuti fil-baħar ġiet approvata fi Frar 2012[83].
Għall-Grigal tal-Atlantiku, mal-pjan ta’ azzjoni marittima, "Is-sajd għall-iskart"
sejjer jiġi implimentat f’aktar żoni tal-Konvenzjoni. Barra minn hekk, hemm
ħafna inizjattivi fuq livell tal-UE, inklużi l-iżviluppi politiċi li jqisu
dejjem aktar l-impatti tal-iskart fil-baħar, bħar-reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Faċilità
ta’ Akkoljenza fil-Port (ara CSWD għal ħarsa ġenerali aktar sħiħa). Il-politika
tal-UE diġà tipprovdi bosta dispożizzjonijiet li, jekk implimentati b'mod sħiħ,
sejrin inaqqsu l-problema tar-rifjuti fil-baħar b'mod sinifikanti. Din il-Green
Paper tistipula għadd ta’ għażliet politiċi ulterjuri li jgħinu biex jitnaqqas l-iskart
tal-baħar. Madankollu, hemm ħafna azzjonijiet oħra barra mill-ambitu ta’ din
il-Green Paper li jeħtieġ li jittieħdu, bħat-twettiq ta' studji fl-imġiba
għat-titjib tal-fehim ta’ kif għandu jiżdied l-għarfien tal-konsumatur. Waħda mit-tali azzjonijiet hija li titqajjem
kuxjenza fost il-konsumaturi, li diġà nkisbet f'bosta Stati Membri, reġjuni u
komunitajiet permezz ta', pereżempju, organizzazzjoni ta’ ġranet ta' tindif tal-bajjiet.
Inizjattivi bħal dawn huma numerużi u jsiru fuq livelli differenti fi ġranet
differenti, madankollu, m'hemm ebda koordinazzjoni fuq livell tal-UE tal-attivitajiet
li għaddejjin bħalissa, inkluż dawn l-avvenimenti li jżidu l-għarfien. Mistoqsijiet: (23)
Liema azzjonijiet oħrajn għajr dawk
deskritti f'din il-Green Paper jistgħu jkunu previsti biex inaqqsu r-rifjuti fil-baħar?
Għandhom uħud mill-azzjonijiet tal-iskart tal-baħar relatati jiġu kkoordinati fuq
livell tal-UE (eż. billi jitwaqqaf Jum Ewropew ikkoordinat għat-Tindif Kostali biex
jiżdied l-għarfien)? (24)
Fil-proposta tagħha għal Programm ġdid ta’
Azzjoni Ambjentali, il-Kummissjoni tissuġġerixxi li tiġi stabbilita mira għat-tnaqqis
kwantitattiv għall-iskart tal-baħar madwar l-UE kollha. Kif jista’ l-iffissar
ta' tali mira jipprovdi valur miżjud għall-miżuri li jnaqqsu l-iskart
tal-plastik b’mod ġenerali? Kif tista’ tiġi żviluppata tali mira? 5.8. Azzjoni
internazzjonali L-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni ta’ Basel (BC)
jobbliga lill-partijiet biex jiżguraw id-disponibilità ta' faċilitajiet tar-rimi
adegwati għall-ġestjoni ambjentalment soda ta’ skart perikoluż u ta’ skart
ieħor, li għandhom jitqegħdu safejn possibbli fit-territorju tal-parti, ikun xi
jkun il-post tar-rimi tagħhom. Dan ir-rekwiżit ġenerali japplika wkoll għall-iskart
tal-plastik. Il-"qafas strateġiku ġdid"
għall 2012 - 2021, adottat fl-għaxar Konferenza tal-Partijiet (CoP)
tal-Konvenzjoni ta' Basel fl-2011 jinkludi l-ġestjoni ambjentalment soda (ESM)
fil-prevenzjoni u l-minimizzazzjoni tal-iskart fil-miri strateġiċi tiegħu.
Il-CoP iddeċiediet ukoll li tinkariga grupp ta’ esperti tekniċi biex
jiżviluppaw qafas għall-ġestjoni ambjentalment soda tal-iskart fuq livell
internazzjonali[84].. Aktar reċentement, is-Sħubija Globali dwar
il-Ġestjoni tal-Iskart (GPWM) UNEP IETC[85] stabbilita
fl-2010, qiegħda tipprova tippromwovi approċċ olistiku fuq il-ġestjoni
tal-iskart fuq livell internazzjonali, li jservi bħala pjattaforma biex
tissaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali fost il-partijiet interessati. Qegħdin
jiġu żviluppati pjanijiet ta’ ħidma għal oqsma fokali sponsorjati bħall-ġestjoni
ta’ skart solidu, skart tal-baħar u l-minimizzazzjoni tal-iskart, kollha ta'
importanza kruċjali għall-ġestjoni tal-iskart tal-plastik fuq livell
internazzjonali. Żona fokali għall-iskart tal-plastik tista’ tiġi kkunsidrata. Il-"politika l-ġdida tal-viċinat"
tal-UE (ENP) u l-politika ta’ qabel l-adeżjoni jista’ jkollhom rwol utli
fil-promozzjoni ta' azzjoni għat-titjib tal-ġestjoni tal-iskart tal-plastik u fl-indirizzar
tal-isfidi attwali. Pereżempju, l-involviment tal-Istati ġirien fin-Nofsinhar
tal-Mediterran u r-reġjun tal-Baħar l-Iswed huwa ferm essenzjali biex jintlaħaq
l-istat ambjentali tajjeb - mingħajr plastik - tal-Mediterran u tal-Baħar
l-Iswed[86]. L-iskart tal-plastik fil-baħar għandu jkun
ukoll kwistjoni mqajma permezz ta’ diskussjonijiet / fora / pjanijiet
ta' azzjoni eċċ (ENP) bilaterali u reġjonali. Barra minn hekk, hemm il-ħtieġa
ċara għall-irbit ta’ dawn l-oqfsa u azzjonijiet ta’ politika mal-azzjonijiet
fil-kuntest tal-UNEP, bħall-Programm ta' Azzjoni tal-Mediterran biex isaħħu
l-implimentazzjoni tal-konvenzjoni ta’ Barċellona u jimminimizzaw l-impatt tar-rifjuti
fil-baħar tal-plastik Is-Samit Rio+20 offra l-opportunità li tiġi
indirizzata l-kwistjoni tar-rifjuti fil-baħar fuq livell globali. Id-dokument
finali rrikonoxxa l-ħtieġa għal sforzi kontinwi biex jitnaqqsu l-inċidenza u
l-impatti tat-tniġġis tal-baħar, inkluż id-debris tal-baħar, speċjalment
tal-plastik, minn numru ta’ sorsi marittimi u terrestri, li jinkludu t-tbaħħir
u l-iskol mill-art. Sar impenn konkret li tittieħed azzjoni sal-2025, ibbażata
fuq dejta xjentifika miġbura, biex jinkiseb tnaqqis sinifikanti fid-debris
tal-baħar sabiex tiġi evitata ħsara lill-ambjent kostali u tal-baħar. Mistoqsijiet: (25)
Għandha l-UE tagħti prijorità ogħla
lill-iskart tal-plastik fil-qafas tal-"Politika l-Ġdida tal-Viċinat"
tagħha, b'mod partikolari sabiex jitnaqqas ir-rimi tal-plastik fil-Mediterran u
fil-Baħar l-Iswed? (26)
Kif tista’ l-UE tippromwovi b'mod iktar
effettiv l-azzjoni internazzjonali biex ittejjeb il-ġestjoni tal-iskart
tal-plastik mad-dinja kollha? [1] COM(2011) 571. [2] Gerhard Pretting/Werner Boote, Plastic Planet, Ornage
Press, Freiburg 2010, p.8. [3] In depth report Plastic Waste: Ecological and Human
Health Impacts, Science for Environment Policy, Novembru 2011, p.1. [4] (BIOIS) Plastic waste in the Environment, final report,
Il-Kummissjoni Ewropea, Novembru 2010, http://ec.europa.eu/environment/waste/studies/pdf/plastics.pdf.
[5] KPMG International (2010). The future of the chemical
industry. [6] Plastic waste in the Environment, loc.cit, p. 163. [7] Wurpel G.,Van den Akker J.,Pors J., Ten Wolde, Plastics
do not belong in the ocean. Towards a roadmap for a clean North Sea. IMSA
Amsterdam (2011), p. 39. [8] L-istatistiċi tal-Istati Membri ġeneralment jirrapportaw
biss fuq l-imballaġġ tal-plastik. L-ammont attwali ta’ skart tal-plastik jista'
jitqies li huwa ogħla. Ara: FORWAST,2010, Policy recommendations, p. 43. (http://forwast.brgm.fr/Documents/Deliverables/Forwast_D63.pdf). [9] (BIOIS) Plastic waste in the Environment, loc.cit., p.
73. [10] Operazzjoni ta’ rkupru skont l-Anness II, R 1,
tad-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart. [11] (BIOIS) Plastic waste in the Environment, loc.cit, p. 123. [12] (BIOIS) Plastic waste in the Environment, op.cit., p. 122
ff. [13] (BIOIS) Plastic waste in the Environment, loc.cit., p.
123. [14] WBCSD, Vision 2050,
http://www.wbcsd.org/templates/TemplateWBCSD5/layout.asp?type=p&MenuId
=MTYxNg&doOpe. [15] Plastics Europe, plastics – the facts, 2012, p.5. [16] Friends of the Earth, Rapport ta’ Settembru 2010, more
jobs, less waste, p. 16, p. 31. [17] Plastics Europe, loc.cit., p 5. [18] Plastics Europe, loc.cit., p. 12. [19] Wurpel G. et al, loc cit., p. 13. [20] UNEP, 2009, Marine Litter: A global challenge,
http://www.unep.org/pdf/unep_marine_litter-a_global_challenge.pdf. [21] Fenomenu li permezz tiegħu ċapep kbar ta' xbieki tas-sajd
mitluqin iżommu f'wiċċ l-ilma u jaqbdu b’mod mhux intenzjonali ammonti kbar ta'
ħut. [22] Qrib bliet kbar u widien f'qiegħ il-baħar, id-densità
tista’ testendi għal 100.000 biċċa kull /km2. Ara wkoll:
Wurpel,G. loc.cit., p. 32, 35. [23] Il-maġġoranza tal-addittivi huma mili u rinforzamenti,
plastiċizzanti, koloranti, stabbilizzaturi, għajnuniet għall-ipproċessar,
retardanti tal-fjammi, perossidi u antistati, kull wieħed jirrappreżenta
familja sħiħa ta' kimiċi. [24] Mato Y., Isobe T., Takada H., Kanehiro H., Ohtake C. u
Kaminuma T. (2001) “Plastic resin pellets as a transport medium for toxic
chemicals in the marine environment” minn Environmental Science and
Technology 35(2): 318-324. [25] Rios, L.M., Moore, C. u P.R. Jones (2007) “Persistent
organic pollutants carried by synthetic polymers in the ocean environment” in Marine
Pollution Bulletin 54: 1230-1237. [26] Rios, L.M., Jones, P.R., Moore, C. u U. Narayan (2010)
“Quantification of persistent organic pollutants adsorbed on plastic debris
from the Northern Pacific Gyres’ “Eastern Garbage Patch””, aċċettat fil-Journal
of Environment Monitoring. [27] (BIOIS) Plastic waste in the Environment, loc.cit, p. 117. [28] (BIOIS) Plastic waste in the Environment, loc.cit, p. 114. [29] UNEP yearbook; Emerging issues in global environment,
Nairobi 2011; GESAMP (2010,IMO/FAO/UNESCO-IOC/UNIDO/WMO/IAEA/UN/UNEP Joint Group
of Experts on the Scientific Aspects of Marine Environmental Protection);
Bowmer, T. u Kershaw, P.J., 2010 (Eds.), Proceedings of the GESAMP
International Workshop on plastic particles as a vector in transporting
persistent, bio-accumulating and toxic substances in the oceans. GESAMP Rep.
Stud. No. 82, 68 pp., p.8. [30] UNEP (2005). Marine litter, an analytical overview:
http://www.unep.org/regionalseas/marinelitter/publications/docs/anl_oview.pdf. [31] Liffman M. u Boogaerts (1997) “Linkages between land-based
sources of pollution and marine debris” in Marine Debris. Sources, Impacts,
Solutions pp 359-366. [32] Browne, M.A., Crump, P., Niven, S.J., Teuten, E., Tonkin,
A., Galloway, T., Thompson, R. (2011). Accumulation of microplastics on
shorelines worldwide: sources and sinks. Environ Sci Technol, 45(21),
9175-9179. [33] Derraik J.G.B (2002) “The pollution of the marine environment by
plastic debris: a review” f’Marine Pollution Bulletin 44:842-852. [34] Direttiva
dwar il-Batteriji 2006/66/KE, ĠU L 266, 26.0.2006, p. 1-14, Direttiva
2000/53/KE dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw. ĠU
L 269, 21.10.2000, p.34; Direttiva dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ 1994/62/KE, ĠU
L 365, 31.12.1994, p. 10–23; Direttiva dwar PCB/PCT, 1996/59/KE, ĠU
L 243, 24.9.1996, p. 31–35; Direttiva dwar il-ħama tad-drenaġġ,
1986/278/KEE; ĠU L 181, 4.7.1986, p. 6–12. [35] B’mod speċjali, l-Artikolu 2.7 (d). [36] (BIOIS) Plastic
waste in the Environment, loc.cit., p. 74. [37] Studju ta’
segwiment dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/31/KE dwar ir-rimi
ta’ skart f’miżbliet UE-25, Konsulenti ta’ COWI, Ġunju 2007, p. 79. [38] COWI study,
loc. cit., p. 5. F'xi UE 10 SM 50% tad-djar huma kkonċernati. [39] (BIOIS), implimentazzjoni
tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart għal tkabbir ambjentali, rapport finali
2011, pp. 11-13, 88. [40] Rapport tal-EEA
Nru.7/2012, Kopenħagen 2012, “movimenti ta’ skart tul il-fruntieri interni u
esterni tal-UE”, p. 20. [41] BiPRO/Umweltbundesamt,
"Services to support the IMPEL network in connection with joint
enforcement actions on waste shipment inspections and to co-ordinate such
actions, Rapport finali, 15 ta’ Lulju 2009. [42] ('Improving the delivery of benefits from EU environmental
measures; building confidence through better knowledge and responsiveness') COM
(2012) 95 finali tas-7 ta’ Marzu 2012. [43] Hopewell, Dvorak, R. & Kosior, E. (2009). Plastics
recycling: challenges and opportunities. Philosophical transactions of the
Royal Society N 364: 2115-2126. [44] Pjan Direzzjonali għal Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi
Ewropa COM (2011) 571 finali; għad-dokumenti ta’ ħidma ta’ appoġġ tal-persunal,
ara: http://ec.europa.eu/environment/resource_efficiency/pdf/com2011_571.pdf. [45] (BIOIS) implementing EU waste legislation for green
growth, final report, p. 187. [46] Trendresearch: Der Markt für das Recycling von
Kunststoffen in Mitteleuropa, Marktentwicklung, technische Machbarkeit und
ökologischer Nutzen, Bremen, 2011. [47] (BIOIS) (2011) Analysis of the Key Contributions to
Resource Efficiency, final report, p. 101. [48] Amministrazzjoni Oċeanika u Atmosferika Nazzjonali. [49] GESAMP (2010), loc.cit., Rep. Stud. No. 82, 68 pp., p.31. [50] CONSULTIC Marketing &Industrieberatungs GmbH, Kunststoffabfälle
und Recycling in Deutschland und Europa, Alzenau 2012. [51] BiPRO, Organisation of awareness raising events concerning
the implementation of Directive 1999/31/EC on the landfill of waste, Rapport
Finali, 30 ta’ Mejju 2007, p. 17. [52] FORWAST,2010, Policy recommendations, loc.cit. [53] (BIOIS)(2011), Study on coherence of waste legislation ,
loc.cit., p. 30. [54] Rapport tal-EEA Nru 7/2012, Kopenħagen 2012, “movimenti
ta’ skart tul il-fruntieri intersni u esterni tal-UE”, p. 21. [55] Plastiks agrikoli mhux tal-imballaġġ jinkludu balel
ta’ , għati tal-pjanti, films tas-serer, għata ortikulturali, film mulch u kisi
ghall-furrajna. See www.defra.gov.uk/corporate/consult/agri-plastics/index.htm. [56] L-iskart tal-plastik u r-riċiklaġġ huma indirizzati fis
Sħubija Pubblika Privata SPIRE (Sustainable Process Industry), qiegħda tiġi
ppreparata. Għal aktar dettalji ara: http://www.suschem.org/documents/document/20120124124146-sustainable_process_industry_1209c(1).pdf [57] Centre for Technology Assessment. Dinner is served! Nanotechnology
in the kitchen and in the shopping basket – Abstract of the TA-SWISS study
“Nanotechnology in the food sector”. 2009:
www.ta-swiss.ch/a/nano_nafo/KF_Nano_im_Lebensmittelbereich.pdf. [58] Busch L.
Nanotechnologies, food, and agriculture: next big thing or flash in the pan?
Agric Hum Values. 2008;25:215–218; Sozer N., Kokini JL. Nanotechnology and its
applications in the food sector. Trends Biotechnol. 2009;27(2): 82-9. [59] Rakkomandazzjoni
tal-Kummissjoni tat-18 ta' Ottubru 2011 dwar id-definizzjoni ta'
nanomaterjal 2011/696/UE; http://eurlex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2011:275:0038:0040:MT:PDF. [60] Ħruġ mill-użu ppjanat hija strateġija kummerċjali li fiha
l-ħruġ mill-użu (il-proċess li bih xi ħaġa ssir obsoleta - jiġifieri, ma tibqax
moda jew ma għadhiex utilizzabbli) ta’ prodott huwa ppjanat u inkorporat
fil-prodott mill-konċepiment tiegħu, ara: Slade, G., “Made to Break: Technology
and Obsolescence in America”, Harvard University Press, 2006. [61] Għadd inestimabbli ta’ apparat elettiku bħal ċarġers,
telefowns ċellulari, huma ssiġillati b’mod li ma tgħaddix arja minnhom, u ma
jistgħux jinfetħu għat-tiswija. [62] Mill-Kummissjoni Internazzjonali Elettroteknika (IEC) u
s-servizzi tal-Kummissjoni. Ara: Studji u rapporti tal-JRC: "Integration
of resource efficiency and waste management criteria in European product
policies": http://lct.jrc.ec.europa.eu/assessment/projects#d. [63] Ara http://ec.europa.eu/environment/eussd/product_footprint.htm. [64] ARPA, ARPAT, DAPHNE II (2011), L’impatto della plastica e
dei sacchetti sull’ambiente marino. [65] OECD, Environmentally harmful subsidies: challenges for
reform, 2005. [66] Plastiks bijodegradabbli għandhom jinftehmu bħala plastiks
li jistgħu jiġu degradati mill-organiżmi ħajjin - b'mod partikolari
mikro-organiżmi f'ilma, CO2, il-metan (CH4) u possibbilment 'residwi
mhux tossiċi (jiġifieri bijomassa). [67] (BIOIS) (2012), Options to improve the biodegradability
requirements in the packaging Directive, p. 30. [68] (BIOIS) (2012), Options to improve…, loc.cit., p. 21, 34. [69] (BIOIS) (2012), Options to improve …, loc.cit., p. 15, 16,
23, 37. [70] Gregory,M.R., & Andrady, A.L.(2003) Plastics in the
marine environment, in: A.L.Andrady (Ed.), Plastics in the Environment,
Hoboken, N.J.:Wiley-Interscience, pp. 379-402. [71] STAP (2011). Marine Debris as a Global Environmental
Problem. Global Environmental Facility, Washington, DC. 2011, p.21. [72] Polycaprolactone (PCL). [73] Nolan-ITUPty, Ltd, 2002, Report on Biodegradable Plastics
– Developments and Environmental Impacts. [74] (BIOIS) Plastic waste in the Environment, loc.cit., p. 61. [75] (BIOIS) (2012), Options to improve…, loc.cit., p. 47/48. [76] Għar-referenza ulterjuri, ara: BIOIS (2012), Options to
improve…, loc.cit., p. 43. [77] EUROPEN, 2011, Packaging and Packaging Waste Statistics in
Europe: 1998-2008. [78] Plastic waste in the Environment, loc.cit, p. 13. [79] ftp://ftp.cen.eu/CEN/Sectors/List/bio_basedproducts/BTWG209finalreport.pdf [80] Fortenbery, Randall T. u Park, Hwanil (2008), The Effect
of Ethanol Production on the U.S. National Corn Price, Staff Paper Series,
University of Wisconsin-Madison. [81] 2010/477/UE tal-1 ta’ Settembru 2010. [82] JRC, Marine Litter – Technical Recommendations for the
Implementation of MSFD Requirements, EUR 25009 EN, Lussemburgu 2011. [83] http://www.mepielan-bulletin.gr/default.aspx?pid=18&CategoryId=10&ArticleId=95&Article=
MEDITERRANEAN-SEA---The-COP-17-of-the-Barcelona-Convention-Adopts-the-Paris-Declaration. [84] UNEP/CHW.10/CRP.25 tal-20 ta’ Ottubru 2011. [85] http://www.unep.or.jp/Ietc/SPC/activities/GPWM/GPWMFrameworkDocumentv.11282011.pdf. [86] 56% tal-iskart solidu muniċipali fit-Turkija jiġi mirdum
f'miżbliet mhux regolati.