Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013AR0027

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Ir-raba' pakkett ferrovjarju”

ĠU C 356, 5.12.2013, p. 92–115 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/92


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Ir-raba' pakkett ferrovjarju”

2013/C 356/16

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jilqa' b'sodisfazzjon ir-rieda tal-Kummissjoni Ewropea li tikkompleta l-qafas regolatorju neċessarju sabiex jinkiseb spazju ferrovjarju uniku;

iqis li l-liberalizzazzjoni mhix riżultat fiha nnifisha – l-għan għandu jkun it-titjib tal-firxa u l-kwalità tas-servizzi. Il-ftuħ għall-kompetizzjoni ma jistax jiġi evalwat mingħajr ma jitqiesu wkoll l-investimenti fl-infrastrutturi, il-kundizzjonijiet effettivi tat-tħaddim tas-suq jew l-aspetti tekniċi tal-interoperabbiltà;

ifakkar li l-prinċipju ta' amministrazzjoni ħielsa jippermetti lill-awtoritajiet lokali li jagħżlu kif jixtiequ jorganizzaw is-servizzi tagħhom tat-trasport pubbliku. Iqis li l-introduzzjoni ta' limiti massimi baxxi wisq għall-għoti dirett tillimita b'mod serju l-prinċipju tal-amministrazzjoni ħielsa tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

jilqa' t-tisħiħ tar-rwol tal-maniġers tal-infrastruttura u l-ħolqien ta' kumitati ta' koordinazzjoni li jissorveljaw l-attivitajiet ta' dan il-maniġer tal-infrastruttura msaħħa u jiżguraw l-effiċjenza tas-sistema kollha. L-awtoritajiet lokali għandhom jiġu involuti b'mod sistematiku u mhux biss “jekk ikun il-każ”;

iħeġġeġ li jiġi implimentat malajr netwerk Ewropew ta' maniġers tal-infrastruttura indispensabbli għat-tħaddim ta' spazju ferrovjarju uniku Ewropew u għall-koordinazzjoni transkonfinali;

huwa favur li jissaħħaħ ir-rwol tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea li għandha l-għan li tappoġġja l-interoperabbiltà teknika u l-armonizzazzjoni tal-proċeduri tas-“sigurtà”, sabiex jiġu evitati l-problemi prinċipali li nħolqu mid-diverġenzi fost is-26 awtorità nazzjonali.

Relatur

is-Sur Pascal MANGIN (FR/PPE), Membru tal-Kunsill Reġjonali ta' Alsace

Dokumenti ta’ referenza

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Ir-Raba’ Pakkett Ferrovjarju – it-Tlestija taż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea għat-Trawwim tal-Kompetittività u t-Tkabbir Ewropej”

COM(2013) 25 final;

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1192/69 tal-Kunsill dwar regoli komuni għan-normalizzazzjoni tal-kontijiet ta’ intrapriżi tal-ferrovija

COM(2013) 26 final;

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004

COM(2013) 27 final;

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 fir-rigward tal-ftuħ tas-suq għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri

COM(2013) 28 final;

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea, fir-rigward tal-ftuħ tas-suq tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri u l-governanza tal-infrastruttura ferrovjarja

COM(2013) 29 final;

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (Riformulazzjoni)

COM(2013) 30 final;

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza ferrovjarja (Riformulazzjoni)

COM(2013) 31 final;

Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-progress li sar sabiex tinkiseb l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja

COM(2013) 32 final;

Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-profil u l-kompiti ta’ membri oħra tal-ekwipaġġ tat-trejns

COM(2013) 33 final;

Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2007/58/KE dwar il-ftuħ tas-suq tat-trasport ferrovjarju internazzjonali tal-passiġġieri li jakkumpanja l-Komunikazzjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar ir-Raba’ Pakkett Ferrovjarju

COM(2013) 34 final.

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

A.    Obbligi tas-servizz pubbliku

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI,

Kummenti ġenerali

1.

jilqa' b'sodisfazzjon ir-rieda tal-Kummissjoni Ewropea li tikkompleta l-qafas regolatorju neċessarju sabiex jinkiseb spazju ferrovjarju uniku;

2.

ifakkar fil-pożizzjoni li ppreżenta kemm-il darba, pereżempju fl-Opinjoni tiegħu dwar “It-trasport aktar ekoloġiku”, jiġifieri li wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-politika Ewropea tat-trasport hu li it-traffiku tal-persuni u l-merkanzija, b'mod partikolari t-trasport transkofinali tal-merkanzija u l-merkanzija goffa, jiġi trasferit mit-toroq lejn il-ferroviji bħala l-aktar mezz tat-trasport li jirrispetta l-ambjent, u l-UE għandha tiggarantixxi li dan l-għan jintlaħaq permezz ta' miżuri adatti meta jkun hemm biżżejjed kapaċitajiet disponibbli għalih;

3.

iqis li l-liberalizzazzjoni mhix riżultat fiha nnifisha – l-għan għandu jkun it-titjib tal-firxa u l-kwalità tas-servizzi. Il-ftuħ għall-kompetizzjoni ma jistax jiġi evalwat mingħajr ma jitqiesu wkoll l-investimenti fl-infrastrutturi, il-kundizzjonijiet effettivi tat-tħaddim tas-suq jew l-aspetti tekniċi tal-interoperabbiltà;

4.

jixtieq li jieħu approċċ olistiku li jgħaqqad il-proporzjonalità, is-sussidjarjetà u l-kontroll tas-suq minn regolatur b'saħħtu. Il-Kumitat tar-Reġjuni għalhekk huwa favur il-kundizzjonijiet tal-proporzjonalità tas-servizzi pubbliċi introdotti mill-Kummissjoni u l-kontroll mir-regolatur dwar kif is-servizzi kummerċjali u s-servizzi pubbliċi jintrabtu bejniethom;

5.

jixtieq li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu jistgħu jieħdu sehem bis-sħiħ fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' politika ferrovjarja li għandhom impatt dirett fuq l-utenti u l-awtoritajiet kompetenti stess;

6.

jikkunsidra li sistemi ferrovjarji, u partikolarment kuntratti ta' servizzi pubbliċi, li jkunu aktar effettivi huma ta' benefiċċju għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji u finanzjarji b'saħħithom li hemm fuqhom;

7.

ifakkar li l-prinċipju ta' amministrazzjoni ħielsa jippermetti lill-awtoritajiet lokali li jagħżlu kif jixtiequ jorganizzaw is-servizzi tagħhom tat-trasport pubbliku. F'dan ir-rigward, l-Artikolu 5(2) m'għandux jiġi ddubitat peress li dan jippermetti li jintuża operatur intern; iqis li l-introduzzjoni ta' limiti massimi baxxi wisq għall-għoti dirett tillimita b'mod serju l-prinċipju tal-amministrazzjoni ħielsa tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

8.

jinsisti li t-trasport pubbliku għandu jkun jista' jintlaħaq mill-but ta' kulħadd;

Il-qafas regolatorju

Pjani tat-trasport pubbliku

9.

jappella li l-pjani tat-trasport pubbliku jagħtu biżżejjed viżibbiltà u sigurtà lill-operaturi u lill-utenti tal-modi kollha tat-trasport sabiex tiġi ffaċilitata l-intermodalità. Huma għandhom iqisu l-kwistjonijiet ta' koeżjoni soċjali u territorjali kif ukoll l-iżvilupp sostenibbli;

10.

jappoġġja t-talba tal-Kummissjoni Ewropea li l-pjani tat-trasport ikopru l-modi kollha tat-trasport. Għandu jkun possibbli li l-awtoritajiet lokali kompetenti jadattawhom faċilment, peress li jistgħu jintlaqtu mid-diversi tipi ta' tibdil fiċ-ċirkostanzi. Barra minn hekk, jeħtieġ li titħeġġeġ u tiġi garantita l-kooperazzjoni transkonfinali effiċjenti b'mod partikolari permezz tar-REKT, bejn l-awtoritajiet kompetenti b'tali mod li jikkoordinaw il-pjani tagħhom tat-trasport għad-diversi modi;

11.

jappella biex l-obbligi imposti fuq l-awtoritajiet lokali b'rabta mal-implimentazzjoni tal-pjani tat-trasport ma jissarfux f'piżijiet organizzattivi jew finanzjarji eċċessivi;

Qafas soċjali

12.

jilqa' r-referenzi li saru għall-qafas soċjali. Madankollu dawn jeħtieġu li jiġu ppreċiżati sabiex jiġi llimitat kull riskju ta' dumping soċjali. Min-naħa l-oħra dawn m'għandhomx ikunu ostaklu għal kompetittività aħjar tas-settur ferrovjarju u għandhom iħeġġu lill-persunal sabiex jakkwista diversi ħiliet;

Metodi għall-għażla tal-fornituri

13.

jinnota li l-għoti ta' kuntratti ta' servizzi pubbliċi permezz tas-sejħa għall-offerti f'ċerti kundizzjonijiet jista' jiġġenera titjib fl-effiċjenza u l-iffrankar għall-awtoritajiet kompetenti għal provvisti ekwivalenti jew aħjar;

14.

jitlob madankollu li l-awtoritajiet lokali kompetenti jżommu l-possibbiltà li jagħżlu bejn is-sejħa għall-offerti (ftuħ parzjali jew globali tal-kuntratt ta' servizz pubbliku), akkwist intern u għoti dirett. Sabiex jiġu evitati tendenzi ta' monopolju, l-għoti dirett għandu jkun regolat b'mod aktar strett, partikolarment fir-rigward tal-kriterji tal-kwalità tal-prestazzjoni u mhux fir-rigward tal-prezz biss. L-isfida għall-awtoritajiet li jorganizzaw it-trasport hi li jkun hemm trasparenza fil-prezzijiet meta mqabbla mas-servizzi pprovduti bis-saħħa tal-kontestabbiltà tas-swieq;

15.

jenfasizza li approċċ flessibbli għall-għażla tal-operatur tat-trasport mill-awtoritajiet lokali kompetenti, inklużi r-reġjuni, għandu jqis kemm hu żviluppat is-suq tat-trasport reġjonali fl-Istati Membri individwali;

16.

għandu dubju dwar kemm huwa reali li jinfetaħ is-suq għall-kompetizzjoni peress li hemm ftit li xejn kompetizzjoni għal ċerti sejħiet għall-offerti. Huwa jistieden lill-Kummissjoni tiċċara l-kriterji għall-introduzzjoni ġenwina għall-kompetizzjoni partikolarment abbażi tal-ispejjeż amministrattivi sabiex wieħed jirrispondi għas-sejħiet għall-offerti jew tat-tul tal-kuntratti proposti mill-awtoritajiet kompetenti;

17.

jinsisti sabiex l-operaturi ferrovjarji li jkunu taw servizz pubbliku jkunu wkoll responsabbli għal kemm hija eżatta l-informazzjoni pprovduta fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti li għandha l-għan li ġġedded jew tittrasferixxi l-kuntratt, fil-limiti tal-kunfidenzjalità tan-negozju;

Aċċess għas-suq tal-vetturi ferrovjarji

18.

jirrikonoxxi li l-akkwist tal-vetturi ferrovjarji jista' jaġixxi ta' ostaklu għad-dħul fis-suq;

19.

ma jixtieq jeskludi l-ebda metodu li jiggarantixxi li l-valur residwu ta' dawn il-vetturi jiġi kopert;

Għajnuna mill-istat

20.

ifakkar li l-Parlament u l-Kunsill diġà għamluha ċara li huma joġġezzjonaw li jitneħħa l-Artikolu 9 mir-Regolament attwali;

21.

jingħaqad mal-Parlament u l-Kunsill u jopponi huwa wkoll l-obbligu li jiġi mgħarraf b'mod sistematiku il-kontributi kollha għas-servizzi pubbliċi tat-trasport, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur tat-trasport;

B.    Ftuħ tas-swieq u governanza

22.

jemmen li, sakemm jiġu garantiti b'mod strett il-kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni u ta' ftuħ għall-intrapriżi ferrovjarji Ewropej kollha, kif ukoll in-nuqqas ta' tgħawwiġ tal-kompetizzjoni fis-suq, l-Istati Membri għandu jkollhom ċerta libertà sabiex jorganizzaw u jiżviluppaw is-sistema ferrovjarja tagħhom bejn il-mudell tas-separazzjoni u dak tal-intrapriżi integrati;

23.

jilqa' t-tisħiħ tar-rwol tal-maniġers tal-infrastruttura bil-għan li tiġi razzjonalizzata s-sistema ferrovjarja. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu joffri punt uniku ta' servizz għall-aċċess għan-netwerk u partikolarment fir-rigward tal-awtoritajiet li organizzattivi. Il-bords tagħhom ta' ġestjoni jew ta' sorveljanza għalhekk għandhom jinkludu grupp ta' rappreżentanti tal-awtoritajiet organizzattivi reġjonali;

24.

jilqa' b'sodisfazzjon il-ħolqien ta' kumitati ta' koordinazzjoni li jissorveljaw l-attivitajiet ta' dan il-maniġer tal-infrastruttura msaħħa u jiżguraw l-effiċjenza tas-sistema kollha. L-awtoritajiet lokali għandhom jiġu involuti b'mod sistematiku u mhux biss “jekk ikun il-każ”;

25.

jitlob li jinħatru persuni ta' kuntatt tal-maniġer tal-infrastruttura għar-relazzjonijiet mal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

26.

ifakkar fl-obbligu li jiġu applikati l-prinċipji tal-proporzjonalità u s-sussidjarjetà, partikolarment meta l-Kummissjoni tixtieq tassumi poteri ġodda tat-teħid ta' deċiżjonijiet;

27.

iħeġġeġ li jiġi implimentat malajr netwerk Ewropew ta' maniġers tal-infrastruttura indispensabbli għat-tħaddim ta' spazju ferrovjarju uniku Ewropew u għall-koordinazzjoni transkonfinali;

28.

jinsisti li l-maniġers tal-istazzjon jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. L-istazzjonijiet fil-fatt huma mezz b'saħħtu ħafna ta' attrazzjoni territorjali;

29.

ifakkar li l-liberalizzazzjoni mhix riżultat fiha nnifisha – l-għan għandu jkun it-titjib tal-firxa u l-kwalità tas-servizzi.Madankollu, l-esperjenzi ta' ftuħ għall-kompetizzjoni tas-swieq ferrovjarji interurbani tal-passiġieri għadhom wisq limitati fl-Ewropa. Dan hemm bżonn li jitħeġġeġ waqt li jiġu salvagwardjati s-servizzi pubbliċi billi jiġi applikat il-kunċett ta' ħsara għall-bilanċ ekonomiku ta' dawn is-servizzi

30.

jinnota li huwa essenzjali li jinżammu d-dispożizzjonijiet attwali li jippermettu lin-negozji li jaqdu rwol ta' ġestjonarji tal-infrastruttura u dak ta' operaturi li joffru servizzi lokali għal infrastruttura ferrovjarja partikolari u ta' daqs żgħir li jkomplu bl-attivitajiet tagħhom taħt il-prinċipji attwali. Din l-infrastruttura lokali m'għandhiex tkun aktar minn 150 km;

31.

jilqa' r-referenzi li saru għall-qafas soċjali. Madankollu dawn jeħtieġu li jiġu ppreċiżati sabiex jiġi llimitat kull riskju ta' dumping soċjali. Min-naħa l-oħra dawn m'għandhomx ikunu ostaklu għal kompetittività aħjar tas-settur ferrovjarju u għandhom iħeġġu lill-persunal sabiex jakkwista diversi ħiliet;

32.

jappoġġja poteri akbar għall-korpi ta' kontroll u jħeġġeġ il-kooperazzjoni ta' bejniethom fil-livell Ewropew, b'mod partikolari sabiex tiġi evalwata l-ħsara lill-bilanċ ekonomiku ta' servizz. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jibbenefikaw ukoll minn skadenzi raġonevoli sabiex jikkonsultaw lill-korpi ta' kontroll f'każ ta' dubju dwar iż-żamm ta' bilanċ bħal dan;

33.

ifakkar li l-bejgħ tal-biljetti jrid ikun assoċjat mal-ftuħ tas-swieq; F'dan il-qasam hemm bżonn ta' koordinazzjoni aħjar bejn l-intrapriżi ferrovjarji u mal-awtoritajiet lokali u reġjonali kompetenti;

34.

iqis li r-rekwiżit għall-kumpaniji li joperaw servizzi nazzjonali li jipparteċipaw f'sistema nazzjonali ta' informazzjoni dwar il-provvista u l-bejgħ tal-biljetti (intermodali) għandu jsir obbligatorju peress li l-iżvilupp tas-servizzi assoċjati huwa fattur prinċipali fit-titjib tal-faxxinu tat-trasport kollettiv, partikolarment dak ferrovjarju;

Ċ.    Pilastru tekniku

35.

jaqbel mad-deskrizzjoni tal-Kummissjoni tal-problemi prinċipali u l-limiti tal-qafas leġislattiv Ewropew fis-seħħ fil-qasam tekniku;

36.

huwa favur li jissaħħaħ ir-rwol tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea bbażata f'Valencienne li għandha l-għan partikolari li tappoġġja l-interoperabbiltà teknika u l-armonizzazzjoni tal-proċeduri tas-“sigurtà”, li taċċellera l-introduzzjoni ta' awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz uniku għall-vetturi u li ssaħħaħ il-poteri tal-Aġenzija stess sabiex jiġu evitati l-problemi prinċipali li nħolqu mid-diverġenzi fost is-26 awtorità nazzjonali. Il-vetturi maħsuba biex jintużaw internament biss għandhom ikomplu jiġu awtorizzati mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sigurtà;

37.

jitlob madankollu li jitqies perjodu tranżitorju qabel ma l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea tkun tista' taħdem kompletament fir-rigward tal-kompiti l-ġodda tagħha;

38.

jappoġġja l-għan stabbilit mill-Kummissjoni li jitnaqqas in-numru ta' regoli nazzjonali billi jitneħħew dawk li m'għadhomx jintużaw jew dawk li jmorru kontra d-dritt tal-UE u l-karatteristiċi tekniċi tal-interoperabbiltà;

39.

jilqa' ċerti proposti tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-rwol tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea u dwar il-ħolqien fi ħdanha ta' korp ta' appell. Fil-fatt, il-Kummissjoni Ewropea tipproponi li jissaħħaħ ir-rwol tal-Aġenzija u li din issir punt ta' kuntatt wieħed fir-rigward tad-deċiżjonijiet dwar il-vetturi u ċ-ċertifikati ta' sigurtà għall-intrapriżi ferrovjarji. Għalhekk hemm bżonn li jissaħħu u jiġu ċċarati l-poteri tal-Aġenzija, il-mezzi (finanzjarji u umani) tagħha u r-responsabbiltà tagħha. L-istess jgħodd għall-korp ta' appell tagħha;

40.

jitlob li l-Kumitat tar-Reġjuni jkun involut fit-tħejjija tal-programmi tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea;

41.

jappella li ma jiġux injorati l-analiżi spejjeż-benefiċċji tal-miżuri tal-interoperabbiltà u b'mod partikolari l-impatt tagħhom fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Emenda 1

COM(2013) 28 final

Premessa ġdida wara l-premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Il-prinċipju tar-reċiproċità huwa għodda importanti għall-prevenzjoni ta' kwalunkwe tgħawwiġ tal-kompetizzjoni; huwa għandu japplika għan-negozji ta' pajjiżi terzi li jixtiequ jieħdu sehem fi proċeduri ta' sejħiet għall-offerti fi ħdan l-Unjoni.

Raġuni

L-operaturi ta' pajjiżi terzi m'għandhomx jingħataw il-possibbiltà li jieħdu sehem fi proċeduri ta' sejħiet għall-offerti fl-Istati Membri tal-UE sakemm il-pajjiżi terzi kkonċernati ma jkunux fetħu s-swieq tagħhom għall-operaturi tal-Istati Membri tal-UE.

Emenda 2

COM(2013) 28 final

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

It-tħejjija tal-impriżi ferrovjarji għas-sejħiet tal-offerti kompetittivi obbligatorji għall-kuntratti ta’ servizz pubbliku teħtieġ aktar żmien biex tippermetti r-ristrutturar intern effettiv u sostenibbli tal-impriżi li ngħatawlhom direttament tali kuntratti fil-passat. Għaldaqstant, jeħtieġu miżuri ta’ tranżizzjoni għall-kuntratti mogħtija direttament, bejn id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u t-3 ta’ Diċembru 2019.

It-tħejjija tal-impriżi ferrovjarji għas-sejħiet tal-offerti kompetittivi obbligatorji għall-kuntratti ta’ servizz pubbliku teħtieġ aktar żmien biex tippermetti r-ristrutturar intern effettiv u sostenibbli tal-impriżi li ngħatawlhom direttament tali kuntratti fil-passat. Għaldaqstant, jeħtieġu miżuri ta’ tranżizzjoni għall-kuntratti mogħtija direttament, bejn id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u t-3 ta’ Diċembru 2019.

Emenda 3

COM(2013) 28 final

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

18.

Fil-kuntest tal-emendi għar-Regolament (KE) Nru 994/98 (ir-Regolament ta’ Abbilitazzjoni), il-Kummissjoni pproponiet ukoll emenda għar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 (COM(2012) 730/3). Sabiex jiġi armonizzat l-approċċ għar-regolamenti ta’ eżenzjoni ta’ kategorija fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, u skont il-proċeduri previsti fl-Artikoli 108(4) u 109 tat-Trattat, l-għajnuna għall-koordinazzjoni tat-trasport jew ir-rimborż għall-qadi ta’ ċerti obbligi inerenti fil-kunċett ta’ servizz pubbliku, kif imsemmi fl-Artikolu 93 tat-Trattat, għandhom jinġiebu fil-kamp ta’ amplikazzjoni tar-Regolament ta’ Abbilitazzjoni.

18.

Fil-kuntest tal-emendi għar-Regolament (KE) Nru 994/98 (ir-Regolament ta’ Abbilitazzjoni), il-Kummissjoni pproponiet ukoll emenda għar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 (COM(2012) 730/3). Sabiex jiġi armonizzat l-approċċ għar-regolamenti ta’ eżenzjoni ta’ kategorija fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, u skont il-proċeduri previsti fl-Artikoli 108(4) u 109 tat-Trattat, l-għajnuna għall-koordinazzjoni tat-trasport jew ir-rimborż għall-qadi ta’ ċerti obbligi inerenti fil-kunċett ta’ servizz pubbliku, kif imsemmi fl-Artikolu 93 tat-Trattat, għandhom jinġiebu fil-kamp ta’ amplikazzjoni tar-Regolament ta’ Abbilitazzjoni.

Raġuni

Ir-riferiment tal-prinċipju tal-eżenzjoni mill-obbligu li l-kumpens jiġi nnotifikat għal test ieħor ser ibiddel l-ekonomija kollha tar-Regolament dwar l-obbligi tas-servizzi pubbliċi u jippreżenta lis-servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġieri b'riskju kbir ta' insigurtà legali.

Emenda 4

COM(2013) 28 final

Artikolu 2(c)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(c)

“awtorità kompetenti lokali” tfisser kwalunkwe awtorità kompetenti li l-ambitu ġeografiku tal-kompetenza tagħha mhijiex nazzjonali, u li tkopri l-bżonnijiet ta’ trasport ta’ agglomerazzjoni urbana jew ta’ distrett rurali;

(c)

“awtorità kompetenti lokali” tfisser kwalunkwe awtorità kompetenti li l-ambitu ġeografiku tal-kompetenza tagħha mhijiex nazzjonali,ma jkoprix it-territorju kollu ta' Stat Membru jew u li tkopri l-bżonnijiet ta’ trasport tar-reġjun jew ta’ agglomerazzjoni urbana jew ta’ distrett rurali, inkluż fil-livell transkonfinali;

Raġuni

Il-frażi “mhijiex nazzjonali” jista' jkollha żewġ tifsiriet: jew li ma tkoprix it-territorju kollu ta' Stat Membru jew li tkun awtorità kompetenti lokali li jista' jkollha t-territorju tagħha f'żewġ Stati Membri jew aktar. It-tifsira trid tiġi ċċarata fid-dawl tal-ħolqien ta' awtoritajiet organizzattivi li għandhom kompetenzi transkonfinali.

Barra minn hekk, ir-reġjuni għandhom jiġu koperti mingħajr ambigwità minn dan ir-Regolament.

Emenda 5

COM(2013) 28 final

Artikolu 2(e)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(e)

L-ambitu tal-obbligi tas-servizz pubbliku għandu jeskludi kull servizz tat-trasport pubbliku li jmur lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex ikollu impatt ta’ netwerk lokali, reġjunali jew subnazzjonali.

(e)

L-ambitu tal-obbligi tas-servizz pubbliku għandu jeskludi kull servizz tat-trasport pubbliku li jmur lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex ikollu impatt ta’ netwerk lokali, reġjunali jew subnazzjonali. (e) L-ambitu tal-obbligi tas-servizz pubbliku għandu jinkludi kull servizz tat-trasport pubbliku li joħloq effett ta' netwerk fil-livell lokali, reġjonali jew sottonazzjonali. Dan l-effett ta' netwerk jista' joħroġ mit-taħlita ta' linji li jrendu l-qligħ u linji li ma jrendux.

Raġuni

Jekk rotta ta' trasport reġjonali tkun tinfeda jew inkella tħalli profitt, għandu jkun possibbli li tiġi integrata f'kuntratt ta' servizz pubbliku ma' rotot oħra li jagħmlu telf, sabiex il-profitt tal-ewwel rotta jikkontribwixxu għall-finanzjament tar-rotot l-oħra u jekk ikun il-każ tkun tista' tinsab soluzzjoni sabiex jiġu ottimizzati l-mezzi tekniċi meħtieġa għall-attività.

Emenda 6

COM(2013) 28 final

Artikolu 2(a)(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu u jaġġornaw b'mod regolari l-pjani ta’ trasport pubbliku tal-passiġġieri, b'mod li jkopru l-modi kollha rilevanti ta’ trasport għat-territorju li għalih huma responsabbli.

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu u jaġġornaw b'mod regolari l-pjani ta’ trasport pubbliku tal-passiġġieri, b'mod li jkopru l-modi kollha rilevanti ta’ trasport għat-territorju li għalih huma responsabbli. Dawn l-obbligi għandhom japplikaw biss għall-agglomerazzjonijiet li għandhom iktar minn 100 000 abitant.

Dawn il-pjani ta’ trasport pubbliku għandhom jiddefinixxu l-għanijiet ta' politika tat-trasport pubbliku, kif ukoll il-mezzi għall-ilħiq tagħhom, b'mod li jkopru l-modi kollha rilevanti ta’ trasport għat-territorju li għalih huma responsabbli. Dawn il-pjani ta' trasport pubbliku għandhom jinkludu mill-inqas:

Dawn il-pjani ta’ trasport pubbliku għandhom jiddefinixxu l-għanijiet ta' politika tat-trasport pubbliku, kif ukoll il-mezzi għall-ilħiq tagħhom, b'mod li jkopru l-modi kollha rilevanti ta’ trasport għat-territorju li għalih huma responsabbli. Dawn il-pjani ta' trasport pubbliku għandhom jinkludu mill-inqas:

(a)

l-istruttura tan-netwerk jew tar-rotot;

(a)

l-istruttura tan-netwerk jew tar-rotot;

(b)

ir-rekwiżiti bażiċi li għandhom jiġu sodisfatti mill-offerta ta’ trasport pubbliku, bħall-aċċessibbiltà, il-konnettività territorjali, is-sigurtà, l-interkonnessjonijiet modali u intermodali fiċ-ċentri ewlenin ta' konnessjoni, u karatteristiċi tal-offerti, bħall-ħinijiet tal-operazzjoni, il-frekwenza tas-servizzi, u l-livell minimu ta' użu tal-kapaċità;

(b)

ir-rekwiżiti bażiċi li għandhom jiġu sodisfatti mill-offerta ta’ trasport pubbliku, bħall-aċċessibbiltà, il-konnettività territorjali, is-sigurtà, l-interkonnessjonijiet modali u intermodali fiċ-ċentri ewlenin ta' konnessjoni, u karatteristiċi tal-offerti, bħall-prinċipji li jirregolaw il-ħinijiet u tal-operazzjoni, i l-frekwenza tas-servizzi, u l-livell minimu ta' użu tal-kapaċità;

(c)

standards ta’ kwalità marbutin ma' elementi bħall-karatteristiċi tat-tagħmir tal-waqfiet jew stazzjonijiet kif ukoll tal-vetturi ferrovjarji, il-puntwalità u l-affidabbiltà, l-indafa, is-servizz u t-tagħrif għall-konsumaturi, il-ġestjoni tal-ilmenti u s-soluzzjoni tagħhom, u l-monitoraġġ tal-kwalità tas-servizz;

(c)

standards ta’ kwalità marbutin ma' elementi bħall-karatteristiċi tat-tagħmir tal-waqfiet jew stazzjonijiet kif ukoll tal-vetturi ferrovjarji, il-puntwalità u l-affidabbiltà, l-indafa, is-servizz u t-tagħrif għall-konsumaturi, il-ġestjoni tal-ilmenti u s-soluzzjoni tagħhom, u l-monitoraġġ tal-kwalità tas-servizz;

(d)

il-prinċipji tal-politika tariffarja;

(d)

il-prinċipji tal-politika tariffarja;

(e)

rekwiżiti operattivi, bħat-trasport tar-roti, il-ġestjoni tat-traffiku, u pjan ta’ kontinġenza fil-każ ta’ disturbi.

(e)

rekwiżiti operattivi, bħat-trasport tar-roti, il-ġestjoni tat-traffiku, u pjan ta’ kontinġenza fil-każ ta’ disturbi;

 

(f)

ir-rekwiżiti tal-koeżjoni soċjali u territorjali.

Fit-tfassil tal-pjani ta' trasport pubbliku, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu partikularment ir-regoli applikabbli fir-rigward tad-drittijiet tal-passiġġieri, u l-ħarsien soċjali, tal-impjiegi, u tal-ambjent.

Fit-tfassil tal-pjani ta' trasport pubbliku, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu partikularment ir-regoli applikabbli fir-rigward tad-drittijiet tal-passiġġieri, u l-ħarsien soċjali, tal-impjiegi, u tal-ambjent sabiex jiġi evitat kwalunkwe dumping f'dawn l-oqsma differenti.

 

Il-pjani għat-trasport pubbliku għandhom jitressqu lill-korpi ta' kontroll għall-konsultazzjoni biss xahar qabel jiġu ppubblikati.

 

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw bejniethom sabiex jikkoordinaw l-informazzjoni li tinsab fil-pjan tagħhom tat-trasport u għandhom jistabbilixxu pjani komuni tat-trasport għas-servizzi reġjonali transkonfinali tat-trasport.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jadottaw il-pjani ta’ trasport pubbliku wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti, u mbagħad għandhom jippubblikawhom. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-partijiet interessati rilevanti li għandhom jitqiesu, iridu jkunu, tal-anqas, operaturi tat-trasport, amministratturi tal-infrastruttura fejn xieraq, u organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-passiġġieri u l-impjegati.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jadottaw il-pjani ta’ trasport pubbliku wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti, u mbagħad għandhom jippubblikawhom. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-partijiet interessati rilevanti li għandhom jitqiesu, iridu jkunu, tal-anqas, operaturi tat-trasport, amministratturi tal-infrastruttura fejn xieraq, u organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-passiġġieri u l-impjegati.

 

Il-fornituri tas-servizzi pubbliċi preċedenti jew eżistenti huma obbligati li jipprovdu d-data neċessarja lill-awtoritajiet kompetenti fi żmien xahar mit-talba ta' dawn l-awtoritajiet anke jekk huma awtoritajiet ta' Stat Membri ġar.

Raġuni

Il-pjani tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri jistgħu jkunu obbligi tqal u żejda u mingħajr effett fuq il-ferroviji tar-rotot prinċipali regolati mill-ftehim tal-ippjanar tat-territorju. L-emenda tissuġġerixxi li l-obbligu jiġi limitat għall-agglomerazzjonijiet ta' ċertu daqs biss.

Meta jitqiesu l-kumplessità u l-volatilità (għal raġunijiet li mhumiex f'idejn l-awtoritajiet kompetenti) tal-ħinijiet tat-tħaddim, ikun aktar reali li jissema l-ħin prinċipali fi pjan tat-trasport.

Għal rotot li ma tantx jintużaw, l-impenn għal livell minimu ta' użu tal-kapaċità jista' jħalli impatt negattiv fuq is-servizz pubbliku kkonċernat u għalhekk imur kontra l-interess tal-awtorità kompetenti.

L-intermodalità u l-koordinazzjoni transkonfinali għandhom jitħeġġu.

Il-pjani għat-trasport pubbliku jeħtieġu data preċiża dwar l-iżvilupp tas-swieq tal-modi differenti tat-trasport. L-operaturi tas-suq huma s-sorsi prinċipali tal-informazzjoni u għalhekk jeħtieġu jaqsmu din l-informazzjoni mal-awtorità pubblika.

Emenda 7

COM(2013) 28 final

Artikolu 2 (a) (4)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-ispeċifikazzjonijiet tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, u l-kumpens relatat tal-impatt finanzjarju nett tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, għandhom:

L-ispeċifikazzjonijiet tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, u l-kumpens relatat tal-impatt finanzjarju nett tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, għandhom:

(a)

jiksbu l-għanijiet tal-pjan ta’ trasport pubbliku fl-iktar mod kosteffettiv possibbli;

(a)

jiksbu l-għanijiet tal-pjan ta’ trasport pubbliku fl-iktar mod kosteffettiv possibbli;

Emenda 8

COM(2013) 28 final

Artikolu 4(8)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

8.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-partijiet kollha interessati tagħrif għat-tħejjija ta' offerta fil-qafas ta' proċedura ta' sejħa kompetittiva għall-offerti.

8.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-partijiet kollha interessati tagħrif għat-tħejjija ta' offerta fil-qafas ta' proċedura ta' sejħa kompetittiva għall-offerti. L-amministraturi tal-infrastrutturi ferrovjarji u l-intrapriżi ferrovjarji li jagħtu jew taw il-kuntratt ta' servizz pubbliku għandhom jgħinu lill-awtoritajiet kompetenti jipprovdu d-data kollha rilevanti. Huma responsabbli għall-eżattezza tad-data pprovduta lill-awtorità kompetenti.

Dan it-tagħrif għandu jinkludi informazzjoni dwar id-domanda ta’ passiġġieri, it-tariffi, il-kostijiet u d-dħul marbutin mat-trasport pubbliku tal-passiġġieri kopert mill-offerta, u dettalji dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-infrastruttura rilevanti għall-operazzjoni tal-vetturi meħtieġa jew tal-vetturi ferrovjarji, sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jfasslu pjani ta’ negozju infurmati sew. L-amministratturi tal-infrastruttura ferrovjarja għandhom jappoġġjaw lill-awtoritajiet kompetenti billi jipprovdu l-ispeċifikazzjonijiet infrastrutturali kollha rilevanti.

Dan it-tagħrif għandu jinkludi informazzjoni dwar id-domanda ta’ passiġġieri, it-tariffi, il-kostijiet u d-dħul marbutin mat-trasport pubbliku tal-passiġġieri kopert mill-offerta, u dettalji dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-infrastruttura rilevanti għall-operazzjoni tal-vetturi meħtieġa jew tal-vetturi ferrovjarji, sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jfasslu pjani ta’ negozju infurmati sew. L-amministratturi tal-infrastruttura ferrovjarja għandhom jappoġġjaw lill-awtoritajiet kompetenti billi jipprovdu l-ispeċifikazzjonijiet infrastrutturali kollha rilevanti.

In-nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati hawn fuq ikun suġġett għar-reviżjoni legali pprovduta fl-Artikolu 5(7).

In-nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati hawn fuq ikun suġġett għar-reviżjoni legali pprovduta fl-Artikolu 5(7).

 

L-operatur attwali ta' rotta jew netwerk li jkun soġġett għal sejħa għall-offerta kompetittiva għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti d-data neċessarja fit-tħejjija tal-offerta, b'xejn. Din id-data għandha tkun sħiħa u preċiża, partikolarment fir-rigward tad-domanda għall-ivvjaġġar u d-dħul iġġenerat mit-trasport tal-passiġġieri, fil-limitu tal-kunfidenzjalità tan-negozju.

 

L-operatur preċedenti u l-amministratur tal-infrastruttura għandhom jirrimburżaw lill-amministraturi l-oħra kull telfa kkważata minn offerti li saru abbażi ta' data skorretta jew nieqsa.

Raġuni

Id-data tal-amministrattur tal-infrastruttura mhix biżżejjed peress li ma tinkludix id-data kummerċjali tal-operatur ferrovjarju. Il-fornituri preċedenti u/jew attwali għandhom jipprovdu d-data, b'mod partikolari l-operaturi stabbiliti sabiex jiġi garantit aċċess mhux diskriminatorju għall-informazzjoni. Huwa essenzjali li tiġi garantita din il-koerenza, inkella l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jkunu soġġetti għal obbligi li jkun impossibbli għalihom li jirrispettaw.

Emenda 9

COM(2013) 28 final

Artikolu 5, punt ġdid wara l-punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

L-awtorità kompetenti tista' teskludi l-operaturi ta' pajjiżi terzi mill-proċeduri tal-offerti kompetittivi, jekk dawn il-pajjiżi terzi ma jipprevedux proċeduri tal-offerti kompetittivi għall-intrapriżi tal-Istati Membri tal-UE.

Raġuni

L-operaturi ta' pajjiżi terzi m'għandhomx jingħataw il-possibbiltà li jieħdu sehem fi proċeduri ta' sejħiet għall-offerti fl-Istati Membri tal-UE sakemm il-pajjiżi terzi kkonċernati ma jkunux fetħu s-swieq tagħhom għall-operaturi tal-Istati Membri tal-UE.

Emenda 10

COM(2013) 28 final

Artikolu 5(4)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

4.   Għajr fejn hu pprojbit bil-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li jagħtu kuntratti ta’ servizz pubbliku b'mod dirett:

4.   Għajr fejn hu pprojbit bil-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li jagħtu kuntratti ta’ servizz pubbliku b'mod dirett:

(a)

fejn il-valur annwali medju tagħhom huwa stmat għal inqas minn EUR 1 000 000, jew inqas minn EUR 5 000 000 fil-każ ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku li jinkludi t-trasport pubbliku bil-ferrovija, jew

(a)

fejn il-valur annwali medju tagħhom huwa stmat għal inqas minn EUR 1 000 000, jew inqas minn EUR 5 000 000 fil-każ ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku li jinkludi t-trasport pubbliku bil-ferrovija, jew

(b)

fejn jikkonċernaw il-forniment annwali ta’ inqas minn 300 000 kilometru ta’ servizzi ta’ trasport ferrovjarju pubbliku tal-passiġġieri, jew inqas minn 150 000 kilometru fil-każ ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku li jinkludi t-trasport ferrovjarju pubbliku.

(b)

fejn jikkonċernaw il-forniment annwali ta’ inqas minn 300 000 kilometru ta’ servizzi ta’ trasport ferrovjarju pubbliku tal-passiġġieri, jew inqas minn 150 000 500 000 kilometru fil-każ ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku li jinkludi t-trasport ferrovjarju pubbliku.

Raġuni

Il-limitu propost mill-Kummissjoni ta' 150 000 kilometru annwali għat-trasport pubbliku permezz tal-ferrovija jeskludi fil-fatt kull rotta ferrovjarja fejn dan il-mod huwa rilevanti. Il-limitu ta' 500 000 kilometru jippermetti li l-każijiet ta' eċċezzjoni għar-regola ta' proċedura tas-sejħa għall-offerti jiġu ristretti għal rotot uniċi b'tul rilevanti għall-mod ferrovjarju u b'livell ta' servizz vijabbli għall-mod ferrovjarju.

Emenda 11

COM(2013) 28 final

Artikolu 5, punt ġdid wara l-punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Id-deċiżjoni li s-servizzi jiġu attribwiti direttament għandha titressaq għall-konsultazzjoni fi żmien xahrejn tal-korp regolatorju definit fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2012/34/KE.

Raġuni

Dan il-punt il-ġdid jippermetti li l-korp regolatorju kompetenti jiġi involut fil-proċess tal-organizzazzjoni tat-trasport bil-ferrovija, mingħajr ma jiġu limitati s-setgħat tal-korpi lokali kompetenti li b'mod dirett jagħtu s-servizzi lill-provvedituri interni. Fl-istess waqt, dan il-punt jifformula l-kundizzjonijiet għall-għoti ta' servizzi b'tali mod li jiġu limitati s-sitwazzjonijiet ta' oligopolji.

Emenda 12

COM(2013) 28 final

Artikolu 5, punt ġdid wara l-punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Sakemm mhux ipprojbit bil-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li jagħtu direttament kuntratti għal servizz pubbliku fejn jikkonċernaw trasport bil-ferrovija bl-eċċezzjoni ta' mezzi ferrovjarji oħrajn bħal metro jew tramm. B'deroga mill-Artikolu 4(3), tali kuntratti m'għandhomx jeċċedu l-10 snin, ħlief fejn japplika l-Artikolu 4(4).

 

Madankollu, jekk kuntratt diġà huwa soġġett ta' allokazzjoni diretta u l-indikaturi ta' kwalità tas-servizz jonqsu b'aktar minn medja ta' 10 % fuq it-tul kollu tal-kuntratt għal raġunijiet fil-kontroll tal-korp li jkun qed jipprovdi s-servizzi pubbliċi, dan il-kuntratt għandu jkun soġġett għal sejħa għall-offerti hekk kif jiskadi. Sitt xhur wara li jiġi adottat dan ir-Regolament, il-Kummissjoni Ewropea għandha tiddefinixxi l-kwalità permezz ta' atti delegati, skont għadd ta' indikaturi ta' prestazzjoni li jinkludu l-puntwalità.

Raġuni

Hemm bżonn li terġa' tiġi inkluża l-possibbiltà li jsir użu mill-allokazzjoni diretta, iżda tkun marbuta biż-żmien. Jekk din ma tkunx taħdem tajjeb, l-awtorità kompetenti għandha ddur awtomatikament għas-sejħa għall-offerti.

Emenda 13

COM(2013) 28 final

Artikolu 5(a)(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

[…]

[…]

L-awtorità kompetenti tista' tikkonforma mar-rekwiżit stipulat fl-ewwel subparagrafu f'wieħed mill-modi li ġejjin:

L-awtorità kompetenti tista' tikkonforma mar-rekwiżit stipulat fl-ewwel subparagrafu skont modi differenti li jiffaċilitaw l-ekonomiji ta' skala bħalf'wieħed mill-modi li ġejjin :

(a)

billi tikseb hi stess il-vetturi ferrovjarji użati għall-implimentazzjoni tal-kuntratt ta’ servizz pubbliku, bil-għan li tagħmlu disponibbli għall-operatur magħżul tas-servizz pubbliku bi prezz tas-suq, jew bħala parti mill-kuntratt ta' servizz pubbliku skont l-Artikolu 4(1)(b), l-Artikolu 6, u fejn applikabbli, skont l-Anness;

(a)

billi tikseb hi stess il-vetturi ferrovjarji użati għall-implimentazzjoni tal-kuntratt ta’ servizz pubbliku, bil-għan li tagħmlu disponibbli għall-operatur magħżul tas-servizz pubbliku bi prezz tas-suq, jew bħala parti mill-kuntratt ta' servizz pubbliku skont l-Artikolu 4(1)(b), l-Artikolu 6, u fejn applikabbli, skont l-Anness;

(b)

billi tipprovdi garanzija għall-iffinanzjar tal-vetturi ferrovjarji użati għall-implimentazzjoni tal-kuntratt ta' servizz pubbliku bi prezz tas-suq, jew bħala parti minn kuntratt ta' servizz pubbliku skont l-Artikolu 4(1)(b), l-Artikolu 6, u fejn applikabbli, skont l-Anness. Tali garanzija tista' tkopri r-riskju ta’ valur residwali filwaqt li tirrispetta r-regoli rilevanti dwar l-għajnuna mill-istat fejn applikabbli,

(b)

billi tipprovdi garanzija għall-iffinanzjar tal-vetturi ferrovjarji użati għall-implimentazzjoni tal-kuntratt ta' servizz pubbliku bi prezz tas-suq, jew bħala parti minn kuntratt ta' servizz pubbliku skont l-Artikolu 4(1)(b), l-Artikolu 6, u fejn applikabbli, skont l-Anness. Tali garanzija tista' tkopri r-riskju ta’ valur residwali filwaqt li tirrispetta r-regoli rilevanti dwar l-għajnuna mill-istat fejn applikabbli,

(c)

billi tintrabat, fil-kuntratt ta’ servizz pubbliku, li tieħu lura l-vetturi ferrovjarji fi tmiem il-kuntratt bi prezz tas-suq.

(c)

billi tintrabat, fil-kuntratt ta’ servizz pubbliku, li tieħu lura l-vetturi ferrovjarji fi tmiem il-kuntratt bi prezz tas-suq;

 

(d)

billi tikkoopera mal-awtoritajiet lokali ġirien sabiex jinħoloq grupp akbar ta' vetturi ferrovjarji;

 

(e)

billi titlob kontribut mill-Istat Membru tagħhom għal wieħed mill-metodi sabiex jiġi kopert il-valur residwu tal-vetturi ferrovjarji.

[…]

[…]

Raġuni

M'għandu jiġi eskluż l-ebda metodu ta' finanzjament lokali (garanzija, kontroll bix-xiri, xiri dirett jew oħrajn). Fl-istess waqt l-Istati Membri m’għandhomx jinjoraw ir-responsabbiltajiet tagħhom u jitfgħu il-piżijiet tagħhom fuq l-awtoritajiet lokali bla ġustifikazzjoni. Il-qafas leġislattiv u regolatorju għandu jkun b’mod li jistimula s-settur tal-vetturi u jiffavorixxi b’mod partikolari l-ekonomiji ta’ skala u l-istrutturi finanzjarji adatti.

Emenda 14

COM(2013) 28 final

Artikolu 8(2)(a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

2(a).   Il-kuntratti ta’ servizz pubbliku għat-trasport ferrovjarju pubbliku tal-passiġġieri li jingħataw bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u t-2 ta’ Diċembru 2019 jistgħu jkomplu sad-data tal-iskadenza tagħhom. Madankollu, jiġri x'jigri, ma għandhomx ikomplu lil hinn mill-31 ta’ Diċembru 2022.

2(a).   Il-kuntratti ta’ servizz pubbliku għat-trasport ferrovjarju pubbliku tal-passiġġieri li jingħataw bejn l-1 ta’ Jannar 2013 id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u t-2 ta’ Diċembru 2019 jistgħu jkomplu sad-data tal-iskadenza tagħhom. Madankollu, jiġri x'jigri, ma għandhomx ikomplu lil hinn mill-31 ta’ Diċembru 2022. Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għal dawk li jkunu saru qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Raġuni

Id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament rivedut għandha tkun id-data meta jidħol fis-seħħ it-tibdil propost. Din id-dispożizzjoni m'għandhiex tapplika għall-kuntratti li ġew konklużi qabel.

Emenda 15

COM(2013) 29 final

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Ir-rekwiżiti eżistenti tad-Direttiva 2012/34/UE jinkludu biss indipendenza legali, organizzattiva u ta’ teħid tad-deċiżjonijiet. Dan ma jeskludix għalkollox il-possibbiltà li tinżamm impriża integrata, diment li dawn it-tliet kategoriji ta’ indipendenza jiġu żgurati. Fir-rigward tal-indipendenza fit-teħid tad-deċiżjonijiet, għandu jiġi żgurat li s-salvagwardji xierqa jeskludu l-kontroll ta’ impriża integrata fuq it-teħid tad-deċiżjonijiet ta’ amministratur tal-infrastruttura. Madankollu, anki l-applikazzjoni sħiħa ta’ tali salvagwardji ma tneħħix għalkollox il-possibbiltajiet kollha għal imġiba diskriminatorja fir-rigward ta’ kompetituri li jeżistu fil-preżenza ta’ impriża integrata vertikalment. B’mod partikolari, il-potenzjal għal sussidju reċiproku għadu jeżisti fi strutturi integrati, jew għall-inqas huwa diffiċli ferm li l-korpi regolatorji jikkontrollaw u jinfurzaw salvagwardji stabbiliti sabiex jimpedixxu tali sussidjar reċiproku. Separazzjoni istituzzjonali tal-amministrazzjoni tal-infrastruttura hija l-aktar mod effettiv biex isolvi dawn il-problemi.

Ir-rekwiżiti eżistenti tad-Direttiva 2012/34/UE jinkludu biss indipendenza legali, organizzattiva u ta’ teħid tad-deċiżjonijiet. Dan ma jeskludix għalkollox il-possibbiltà li tinżamm impriża integrata, diment li dawn it-tliet kategoriji ta’ indipendenza jiġu żgurati tinżamm l-indipendenza tal-amministratur u l-operaturi fir-rigward tal-funzjonijiet essenzjali, jiġifieri t-teħid ta' deċiżjonijiet dwar it-tqassim tar-rotot u t-tariffi tal-infrastruttura, l-istazzjonijiet, l-investimenti u l-manutenzjoni. Fir-rigward tal-indipendenza fit-teħid tad-deċiżjonijiet, għandu jiġi żgurat li s-salvagwardji xierqa jeskludu l-kontroll ta’ impriża integrata fuq it-teħid tad-deċiżjonijiet ta’ amministratur tal-infrastruttura. Madankollu, anki l-applikazzjoni sħiħa ta’ tali salvagwardji ma tneħħix għalkollox il-possibbiltajiet kollha għal imġiba diskriminatorja fir-rigward ta’ kompetituri li jeżistu fil-preżenza ta’ impriża integrata vertikalment. B’mod partikolari, il-potenzjal għal sussidju reċiproku għadu jeżisti fi strutturi integrati, jew għall-inqas huwa diffiċli ferm li l-korpi regolatorji jikkontrollaw u jinfurzaw salvagwardji stabbiliti sabiex jimpedixxu tali sussidjar reċiproku. Separazzjoni istituzzjonali tal-amministrazzjoni tal-infrastruttura hija l-aktar mod effettiv biex isolvi dawn il-problemi.

Raġuni

Il-Kummissjoni bdiet mill-assunzjoni ideoloġika li s-separazzjoni totali tal-attivitajiet hija l-aħjar soluzzjoni possibbli. Din hija purament assuzjoni ideoloġika u m'għandhiex post fl-abbozz għad-Direttiva li għandha tibqa' newtrali fuq din il-kwistjoni.

Emenda 16

COM(2013) 29 final

Artikolu 6(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi li jitneħħa l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2012/34/UE

Għandu jinżamm l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2012/34/UE, li jgħid:

 

6.2. Sabiex jiġu evitati spejjeż sproporzjonati ta' tranżazzjoni, l L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu wkoll li din is-separazzjoni għandha teħtieġ l-organizazzjoni ta' diviżjonijiet distinti f'impriża waħda b'kundizzjoni li din l-impriża għandha mill-inqas 3 000 impjegat u attivitajiet limitati għat-trasport lokali, fuq infrastruttura ta' inqas minn 150 km jew li l-infrastruttura u s-servizzi ta’ trasport għandhom ikunu immaniġġjati minn entitajiet separati.

Raġuni

Fir-rigward tas-separazzjoni istituzzjonali tal-ġestjoni tal-infrastruttura mill-attività tat-trasport fil-każ tal-intrapriżi li l-attività hija limitata esklussivament għall-provvista ta' servizzi reġjonali, huwa rrakkomandat li jinżammu r-regoli fis-seħħ attwalment. Għandu jiġi nnotat li fil-każ tal-intrapriżi żgħar li jipprovdu servizzi dwar infrastruttura speċifika, din is-separazzjoni istituzzjonali tista' twassal għal frammentazzjoni sinifikanti tal-kumpaniji u żieda fl-ispejjeż tagħhom tat-tħaddim, u għalhekk fil-kumpens imħallas mir-riżorsi pubbliċi.

Emenda 17

COM(2013) 29 final

Artikolu 7(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-amministratur tal-infrastruttura jwettaq il-funzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 3(2), u li huwa indipendenti minn kwalunkwe impriża ferrovjarja.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-amministratur tal-infrastruttura jwettaq il-funzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 3(2), u li huwa indipendenti minn kwalunkwe impriża ferrovjarja f'dak li jikkonċerna l-funzjonijiet essenzjali, jiġifieri t-teħid tad-deċiżjonijiet dwar it-tqassim tar-rotot u t-tariffi tal-infrastruttura, l-istazzjonijiet, l-investimenti u l-manutenzjoni.

Biex jiggarantixxu l-indipendenza tal-amministratur tal-infrastruttura, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-amministraturi tal-infrastruttura huma organizzati f'entità li hija legalment differenti minn kwalunkwe impriża ferrovjarja.3. L-amministratur tal-infrastruttura għandu jkollu Bord Superviżorju magħmul minn rappreżentanti tas-sidien finali tal-impriża integrata vertikalment.

Biex jiggarantixxu l-indipendenza tal-amministratur tal-infrastruttura, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-amministraturi tal-infrastruttura huma organizzati f'entità li hija legalment differenti minn kwalunkwe impriża ferrovjarja. jistgħu jorganizzaw lilhom innifishom kif jixtiequ b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

Emenda 18

COM(2013) 29 final

Artikolu 7(5)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Fejn, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, l-amministratur tal-infrastruttura tappartieni għal impriża integrata vertikalment, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafi 2 sa 4 ta’ dan l-Artikolu. F'dan il-każ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li l-amministratur tal-infrastruttura jwettaq il-funzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 3(2), u li jkollu indipendenza effettiva organizattiva u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet minn kwalunkwe impriża ferrovjarja skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 7a sa 7c.

Fejn, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, l-amministratur tal-infrastruttura tappartieni għal impriża integrata vertikalment, l L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafi 2 sa 4 ta’ dan l-Artikolu. F'dan il-każ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li l-amministratur tal-infrastruttura jwettaq il-funzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 3(2), u li jkollu indipendenza effettiva organizattiva u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet minn kwalunkwe impriża ferrovjarja skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 7a sa 7c.

Raġuni

Din l-emenda tippermetti li jerġa' jintuża mudell integrat irrispettivament mis-sitwazzjoni meta tidħol fis-seħħ id-Direttiva.

Emenda 19

COM(2013) 29 final

Artikolu 7(3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

3.   L-amministratur tal-infrastruttura għandu jkollu Bord Superviżorju magħmul minn rappreżentanti tas-sidien finali tal-impriża integrata vertikalment.

3.   L-amministratur tal-infrastruttura għandu jkollu Bord Superviżorju magħmul minn rappreżentanti tas-sidien finali tal-impriża integrata vertikalment u minn rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali kompetenti jekk dawn mhumiex diġà membri fil-Bord Maniġerjali tal-Amministraturi tal-Infrastruttura.

[…]

[…]

Raġuni

L-awtoritajiet lokali u reġjonali huma atturi sħaħ tas-sistema ferrovjarja. Għalhekk huma jridu jiġu assoċjati mal-korpi ta' deċiżjonijiet jew ta' kontroll tal-amministratur tal-infrastruttura li jibbenefika minn monopolju naturali. Huma r-rabta bejn l-operaturi u l-utenti finali li huma jafu l-bżonnijiet tagħhom.

Emenda 20

COM(2013) 29 final

Artikolu 7(b)(5)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

5.   […] It-trasferimenti ta' persunal li mhuwiex dak imsemmi fil-punt (c) bejn l-amministratur tal-infrastruttura u l-entitajiet legali l-oħrajn fi ħdan l-impriża integrata vertikalment għandhom ikunu possibbli biss jekk ikun jista’ jiġi ggarantit li l-informazzjoni sensittiva ma tintbagħatx bejn entità u oħra.

5.   […] It-trasferimenti ta' persunal li mhuwiex dak imsemmi fil-punt (c) bejn l-amministratur tal-infrastruttura u l-entitajiet legali l-oħrajn fi ħdan l-impriża integrata vertikalment m'għandhomx ikunu possibbli. Madankollu, il-persunal ikkonċernat huwa miżmum bis-sigriet professjonali dwar l-attivitajiet preċedenti tiegħu, b'konformità mal-użu tal-liġi kummerċjali. biss jekk ikun jista’ jiġi ggarantit li l-informazzjoni sensittiva ma tintbagħatx bejn entità u oħra.

Raġuni

L-applikazzjoni tal-prinċipju tal-proporzjonalità: il-kunċett ta' informazzjoni sensittiva huwa wisq vag sabiex tiġi impedita mobbiltà interna fi ħdan il-gruppi ferrovjarji. Il-perjodi ta' assenzi u limiti oħra ser ikunu biżżejjed sabiex tiġi mħarsa l-protezzjoni tal-informazzjoni sensittiva bejn il-fergħat tal-istess grupp ferrovjarju. Bħalma huwa użanza fil-qasam tal-liġi kummerċjali, dan il-persunal madankollu għandu jkun miżmum bis-sigriet professjonali.

Emenda 21

COM(2013) 29 final

Artikolu 7(b), punt ġdid wara l-punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Il-Kummissjoni Ewropea għandha timplimenta qabel l-1 ta' Jannar 2019 dispożizzjonijiet preċiżi relatati mal-ħaddiema li jiċċaqalqu sabiex tiġi ostakolata l-prattika tad-dumping u ta' kompetizzjoni fil-pagi, waqt li tiġi kkontemplata proċedura ta' ċertifikazzjoni speċifika għall-persunal involut.

Raġuni

Fis-settur ferrovjarju jeħtieġ li jiġu evitati l-prattiki tad-dumping u tal-kompetizzjoni tal-pagi li huma osservati fis-setturi tat-triq u tal-baħar.

Emenda 22

COM(2013) 29 final

Artikolu 7(c)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Proċedura ta’ verifika tal-konformità

Proċedura ta’ verifika tal-konformità

1.   Fuq talba mingħand Stat Membru, jew fuq inizjattiva proprja, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk l-amministraturi tal-infrastruttura li huma parti minn impriża integrata vertikalment jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 7a u l-Artikolu 7b, u jekk l-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti humiex xierqa biex jiżguraw kundizzjonijiet ekwi għall-impriżi ferrovjarji kollha, kif ukoll in-nuqqas ta’ tagħwiġ ta’ kompetizzjoni fis-suq rilevanti.

1.   Fuq talba mingħand Stat Membru, jew fuq inizjattiva proprja, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk l-amministraturi tal-infrastruttura li huma parti minn impriża integrata vertikalment jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Artikol i 7 ,u 7a u l-Artikolu 7b, u jekk l-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti humiex xierqa biex jiżguraw kundizzjonijiet ekwi għall-impriżi ferrovjarji kollha, kif ukoll in-nuqqas ta’ tagħwiġ ta’ kompetizzjoni fis-suq rilevanti.

2.   Il-Kummissjoni għandha tkun intitolata li tirrikjedi t-tagħrif kollu meħtieġ, bi skadenza raġonevoli, mingħand l-Istat Membru fejn hi stabbilita l-impriża integrata vertikalment. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-korp jew korpi kkonċernata u, jekk xieraq, in-netwerk ta' korpi regolatorji msemmija fl-Artikolu 57.

2.   Il-Kummissjoni għandha tkun intitolata li tirrikjedi t-tagħrif kollu meħtieġ, bi skadenza raġonevoli, mingħand l-Istat Membru fejn hi stabbilita l-impriża integrata vertikalment kkonċernat. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-korp jew korpi kkonċernata, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati u, jekk xieraq, in-netwerk ta' korpi regolatorji msemmija fl-Artikolu 57.

3.   L-Istati Membri jistgħu jillimitaw id-drittijiet ta’ aċċess ipprovduti fl-Artikolu 10 għall-impriżi ferrovjarji li huma parti mill-impriża integrata vertikalment li għaliha tappartieni l-amministratur tal-infrastruttura, jekk il-Kummissjoni tinforma lill-Istati Membri li l-ebda talba ma tkun saret skont il-paragrafu 1, jew skont l-eżami tat-talba mill-Kummissjoni, jew jekk tiddeċiedi, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2), li:

3.   L-Istati Membri jistgħu jillimitaw id-drittijiet ta’ aċċess ipprovduti fl-Artikolu 10 għall-impriżi ferrovjarji jekk il-Kummissjoni tinforma lill-Istati Membri li l-ebda talba ma tkun saret skont il-paragrafu 1, jew skont l-eżami tat-talba mill-Kummissjoni, jew jekk tiddeċiedi, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2), li:

(a)

ma tkun saret l-ebda tweġiba xierqa għat-talba ta’ informazzjoni mingħand il-Kummissjoni skont il-paragrafu 2, jew

(a)

ma tkun saret l-ebda tweġiba xierqa għat-talba ta’ informazzjoni mingħand il-Kummissjoni skont il-paragrafu 2, jew

(b)

l-amministratur tal-infrastruttura kkonċernat ma jissodisfax ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 7a u 7b, jew

(b)

l-amministratur tal-infrastruttura kkonċernat ma jissodisfax ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 7, 7a u 7b, jew

(c)

l-implimentazzjoni ta’ rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 7a u 7b mhijiex biżżejjed biex tiżgura kundizzjonijiet ekwi għall-impriżi finanzjarji kollha, u n-nuqqas ta’ tagħwiġ tal-kompetizzjoni fl-Istati Membri fejn hu stabbilt l-amministratur tal-infrastruttura kkonċernat.

(c)

l-implimentazzjoni ta’ rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 7, 7a u 7b mhijiex biżżejjed biex tiżgura kundizzjonijiet ekwi għall-impriżi finanzjarji kollha, u n-nuqqas ta’ tagħwiġ tal-kompetizzjoni fl-Istati Membri fejn hu stabbilt l-amministratur tal-infrastruttura kkonċernat.

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fi żmien raġonevoli.

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fi żmien raġonevoli 30 ġurnata ta' xogħol.

4.   L-Istat Membru kkonċernat jista' jitlob lill-Kummissjoni li tirrevoka d-deċiżjoni tagħha msemmija fil-paragrafu 3, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2), meta dak l-Istat Membru juri, għas-sodisfazzjon tal-Kummissjoni, li r-raġunijiet għal dik id-Deċiżjoni ma għadhomx jeżistu. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fi żmien raġonevoli.

4.   L-Istat Membru kkonċernat jista' jitlob lill-Kummissjoni li tirrevoka d-deċiżjoni tagħha msemmija fil-paragrafu 3, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2), meta dak l-Istat Membru juri, għas-sodisfazzjon tal-Kummissjoni, li r-raġunijiet għal dik id-Deċiżjoni ma għadhomx jeżistu. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fi żmien raġonevoli 30 ġurnata ta' xogħol.

5.   Mingħajr ħsara għall-paragrafi 1 sa 4, il-konformità kontinwa mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 7a u 7b għandha tiġi mmonitorjata mill-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55. Kwalunkwe applikant għandu jkollu d-dritt li jappella mal-korp regolatorju jekk jemmen li m'hemmx konformità ma' dawn ir-rekwiżiti. Bi tweġiba għal tali appell, il-korp regolatorju għandu jiddeċiedi, bl-iskadenza indikati fl-Artikolu 56(9), dwar il-miżuri kollha meħtieġa biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni.

5.   Mingħajr ħsara għall-paragrafi 1 sa 4, il-konformità kontinwa mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 7 , 7a u 7b għandha tiġi mmonitorjata mill-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55. Kwalunkwe applikant għandu jkollu d-dritt li jappella mal-korp regolatorju jekk jemmen li m'hemmx konformità ma' dawn ir-rekwiżiti. Bi tweġiba għal tali appell, il-korp regolatorju għandu jiddeċiedi, bl-iskadenza indikati fl-Artikolu 56(9), dwar il-miżuri kollha meħtieġa biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni.

Raġuni

Il-Kummissjoni tiddiskrimina kontra impriżi integrati vertikalment. L-ambitu tal-verifiki mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea għandu jkun l-istess kemm għall-impriżi integrati kif ukoll għal dawk separati. Bħal kull korp ta' kontroll, il-Kummissjoni għandha tirrispetta skadenzi preċiżi sabiex tissaħħaħ is-sigurtà legali għall-atturi kollha.

Emenda 23

COM(2013) 29 final

Artikolu 7(d)(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Kumitat ta' koordinazzjoni

Kumitat ta' koordinazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-amministraturi tal-infrastruttura jwaqqfu u jorganizzaw Kumitati ta' Koordinazzjoni għal kull netwerk. Is-sħubija ta' dan il-kumitat għandha tkun miftuħa tal-inqas għall-amministratur tal-infrastruttura, l-applikanti magħrufa skont l-Artikolu 8(3) u, fuq talba tagħhom, l-applikanti potenzjali, l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom, ir-rappreżentanti ta' dawk li jużaw is-servizzi ta' merkanzija u ta' trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u, fejn relevanti, l-awtoritajiet reġjonali u lokali. Ir-rappreżentanti mill-Istati Membri u l-korp regolatorju kkonċernat għandhom jiġu mistiedna għal-laqgħat tal-Kumitat ta' Koordinazzjoni bħala osservaturi.

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-amministraturi tal-infrastruttura jwaqqfu u jorganizzaw Kumitati ta' Koordinazzjoni għal kull netwerk, ikunx nazzjonali, reġjonali jew lokali. Is-sħubija ta' dan il-kumitat għandha tkun miftuħa tal-inqas għall-amministratur tal-infrastruttura, l-applikanti magħrufa skont l-Artikolu 8(3) u, fuq talba tagħhom, l-applikanti potenzjali, l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom, ir-rappreżentanti ta' dawk li jużaw is-servizzi ta' merkanzija u ta' trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u, fejn relevanti, l-awtoritajiet reġjonali u lokali kkonċernati. Ir-rappreżentanti mill-Istati Membri u l-korp regolatorju kkonċernat għandhom jiġu mistiedna għal-laqgħat tal-Kumitat ta' Koordinazzjoni bħala osservaturi.

Raġuni

L-awtoritajiet reġjonali u lokali huma atturi prinċipali tal-politika tat-trasport u għalhekk huwa importanti li jagħmlu parti mill-kumitat ta' kooridinazzjoni.

Emenda 24

COM(2013) 29 final

Artikolu 7(f)(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

In-Netwerk Ewropew ta' Amministraturi tal-Infrastruttura

In-Netwerk Ewropew ta' Amministraturi tal-Infrastruttura

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-amministraturi tal-infrastruttura jieħdu sehem u jikkooperaw f'netwerk biex jiżviluppaw l-infrastruttura ferrovjarja tal-Unjoni, b'mod partikolari biex jiżguraw implimentazzjoni fil-ħin u effiċjenti tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew, inklużi l-kurituri ewlenin tan-netwerk, il-kurituri tal-merkanzija bil-ferrovija skont ir-Regolament (UE) Nru 913/2010, u l-pjan ta' skjerament tas-Sistema Ewropea ta’ Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjajru (ERTMS) stabbilit bid-Deċiżjoni 2012/88/UE.

1.   Fis-sentejn ta' wara l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, l L-Istati Membri jesiġu għandhom jiżguraw li l-amministraturi tal-infrastruttura jieħdu sehem u jikkooperaw f'netwerk biex jiżviluppaw l-infrastruttura ferrovjarja tal-Unjoni, b'mod partikolari biex jiżguraw implimentazzjoni fil-ħin u effiċjenti tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew, inklużi l-kurituri ewlenin tan-netwerk, il-kurituri tal-merkanzija bil-ferrovija skont ir-Regolament (UE) Nru 913/2010, u l-pjan ta' skjerament tas-Sistema Ewropea ta’ Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjajru (ERTMS) stabbilit bid-Deċiżjoni 2012/88/UE u l-effikaċja tal-kooperazzjoni reġjonali ferrovjarja fil-livell transkonfinali.

Il-Kummissjoni għandha tkun membru, tikkoordina u tappoġġja l-ħidma tan-Netwerk u tagħmel rakkomandazzjonijiet lin-Netwerk, kif ikun xieraq. Għandha tiżgura kooperazzjoni attiva tal-amministraturi tal-infrastruttura xierqa.

Il-Kummissjoni għandha tkun membru, tikkoordina u tappoġġja l-ħidma tan-Netwerk u tagħmel rakkomandazzjonijiet lin-Netwerk, kif ikun xieraq. Għandha tiżgura kooperazzjoni attiva tal-amministraturi tal-infrastruttura xierqa. Minn tal-inqas kull sentejn, għandha tinforma bil-progress ta' dan in-netwerk lill-Kumitat tar-Reġjuni u lin-netwerk tal-korpi tal-kontroll indikat fl-Artikolu 57.

Raġuni

In-netwerk Ewropew tal-amministraturi tal-infrastruttura jirrappreżenta opportunità sabiex jiġu indirizzati l-problemi operattivi transkonfinali fil-livell ġust. Għandhom jiġu involuti l-awtoritajiet lokali. Bl-istess mod, in-netwerk tar-regolaturi għandu jkun infurmat bil-progress tan-netwerk tal-amministraturi tal-infrastruttura.

Emenda 25

COM(2013) 29 final

Artikolu ġdid wara l-Artikolu 7(f)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

L-amministratur tal-infrastruttura jaħtar minn ħdanu rappreżentat responsabbli mir-relazzjonijiet mal-awtoritajiet lokali u reġjonali. Dan ir-rappreżentant għandu jkun kapaċi jirrispondi, f'isem l-amministratur tal-infrastruttura, għat-talbiet ta' awtorità lokali jew reġjonali fi żmien ħamest ijiem.

Raġuni

It-tisħiħ tal-kompetenzi tal-amministraturi tal-infrastruttura għandu jkun akkumpanjat minn responsabbiltà akbar fil-livell internazzjonali, permezz tan-netwerk tal-amministraturi tal-infrastruttura, iżda wkoll fil-livell lokali. Punt ta' kuntatt uniku ġenwin, l-interlokutur tal-awtoritajiet lokali jew reġjonali għandu jkun kapaċi jirrispondi malajr għall-mistoqsijiet li jsirulu.

Emenda 26

COM(2013) 29 final

Artikolu 10, punt ġdid wara punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Sabiex jiġi garantit l-aċċess mhux diskriminatorju għall-istazzjonijiet, l-amministraturi tal-istazzjonijiet u tal-pjattaformi tagħhom għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-operaturi u ta' kwalunkwe kandidat formola ta' ilment disponibbli onlajn. Il-korpi ta' kontroll u l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jirċievu rapport annwali dwar dawn l-ilmenti.

Raġuni

L-aċċess mhux diskriminatorju għandu jkun jista' jiġi evalwat b'mod regolari, partikolarment mill-awtoritajiet lokali u reġjonali li għandhom interess li l-utenti jibbenefikaw minn offerta ta' trasport ta' kwalità.

Emenda 27

COM(2013) 29 final

Artikolu 11(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Sabiex jistabbilixxi jekk l-ekwilibriju ekonomiku ta’ kuntratt pubbliku ta' servizz huwiex se jkun kompromess, il-korp jew korpi regolatorji relevanti msemmija fl-Artikolu 55 għandhom jagħmlu analiżi ekonomika oġġettiva u għandhom jibbażaw id-deċiżjoni tagħhom fuq il-bażi ta' kriterji deċiżi minn qabel. Għandhom jistabbilixxu dan wara talba mingħand kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin, ippreżentata fi żmien xahar mill-informazzjoni fuq is-servizz ippjanat għall-passiġġieri msemmi fl-Artikolu 38(4):

Sabiex jistabbilixxi jekk l-ekwilibriju ekonomiku ta’ kuntratt pubbliku ta' servizz huwiex se jkun kompromess, il-korp jew korpi regolatorji relevanti msemmija fl-Artikolu 55 għandhom jagħmlu analiżi ekonomika oġġettiva u għandhom jibbażaw id-deċiżjoni tagħhom fuq il-bażi ta' kriterji deċiżi minn qabel. Għandhom jistabbilixxu dan wara talba mingħand kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin, ippreżentata fi żmien xahar xahrejn mill-informazzjoni fuq is-servizz ippjanat għall-passiġġieri msemmi fl-Artikolu 38(4):

(a)

l-awtorità kompetenti jew l-awtoritajiet kompetenti li taw il-kuntratt ta’ servizz pubbliku;

(a)

l-awtorità kompetenti jew l-awtoritajiet kompetenti li taw il-kuntratt ta’ servizz pubbliku;

(b)

kwalunkwe awtorità kompetenti oħra interessata li jkollha d-dritt tillimita l-aċċess taħt dan l-Artikolu;

(b)

kwalunkwe awtorità kompetenti oħra interessata li jkollha d-dritt tillimita l-aċċess taħt dan l-Artikolu;

(c)

l-amministratur tal-infrastruttura;

(c)

l-amministratur tal-infrastruttura;

(d)

l-impriża ferrovjarja li tkun qed twettaq il-kuntratt ta’ servizz pubbliku.

(d)

l-impriża ferrovjarja li tkun qed twettaq il-kuntratt ta’ servizz pubbliku.

Raġuni

L-iskadenza ta' xahar hija qasira wisq sabiex jitħejjew oġġezzjonijiet kontra servizz ġdid ta' trasport li jolqot il-bilanċ ekonomiku ta' kuntratt ta' servizz pubbliku.

Emenda 28

COM(2013) 29 final

Artikolu 13(a)(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Skemi ta’ informazzjoni komuni u skemi integrati ta' bejgħ ta' biljetti

Skemi ta’ informazzjoni komuni u skemi integrati ta' bejgħ ta' biljetti

1.   Bla ħsara għar-Regolament (KE) Nru 1371/2007 u għad-Direttiva 2010/40/UE, l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-impriżi ferrovjarji li joperaw servizzi domestiċi għall-passiġġieri sabiex jieħdu sehem fi skema komuni ta' informazzjoni u skema integrata ta' bejgħ ta' biljetti għall-forniment ta' biljetti normali, biljetti li jinkludu t-trażbord u riżervazzjonijiet, jew jiddeċiedu li jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti biex jistabbilixxu tali skema. Jekk tiġi stabbilita tali skema, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li din ma toħloqx tagħwiġ fis-suq jew tiddiskrimina bejn impriżi ferrovjarji, u li hija amministrata minn entità legali pubblika jew privata jew assoċjazzjoni tal-impriżi ferrovjarji kollha li joperaw servizzi għall-passiġġieri.

1.   Bla ħsara għar-Regolament (KE) Nru 1371/2007 u għad-Direttiva 2010/40/UE, l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-impriżi ferrovjarji li joperaw servizzi domestiċi għall-passiġġieri sabiex jieħdu sehem fi skema komuni ta' informazzjoni u skema integrata ta' bejgħ ta' biljetti għall-forniment ta' biljetti normali, biljetti li jinkludu t-trażbord u riżervazzjonijiet, jew jiddeċiedu li jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti biex jistabbilixxu tali skema. Jekk Meta tiġi stabbilita tali skema, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li din ma toħloqx tagħwiġ fis-suq jew tiddiskrimina bejn impriżi ferrovjarji, u li hija amministrata minn entità legali pubblika jew privata jew assoċjazzjoni tal-impriżi ferrovjarji kollha li joperaw servizzi għall-passiġġieri.

 

Korp ta' rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali għandu jkun ibbażat fi ħdan din l-entità legali jew din l-assoċjazzjoni u jkun involut totalment fid-deċiżjonijiet tagħha.

Raġuni

Dan l-Artikolu huwa l-bażi legali għall-għan tar-reġjuni li jarmonizzaw is-sistema tal-bejgħ tal-biljetti f'suq kompetittiv. Jagħtihom il-possibbiltà li jindirizzaw il-problemi differenti tagħhom li nibtu fis-sistemi tal-bejgħ tal-biljetti fl-istazzjonijiet ġestiti mill-amministraturi stabbiliti.

Ir-rekwiżit għall-kumpaniji li joperaw servizzi nazzjonali li jipparteċipaw f'sistema nazzjonali ta' informazzjoni għandu jsir obbligatorju peress li l-iżvilupp tas-servizzi assoċjati huwa fattur prinċipali fit-titjib tal-attrazzjoni tal-modi tat-trasport kollettiv, partikolarment dak ferrovjarju. F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet lokali għandhom jiġu assoċjati mal-korpi ta' gvernanza tas-sistema.

Emenda 29

COM(2013) 29 final

Artikolu 59, punt ġdid wara l-punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

L-intrapriżi integrati vertikalment li jiġġestixxu infrastrutturi ta' inqas minn 50 km jew li jipprovdu esklussivament servizzi ferrovjarji fil-viċin mhumiex sottoposti għall-Artikoli 7 u 7(a) sa 7(c) meta dawn is-servizzi jaqgħu taħt il-ġestjoni awżiljarja tal-infrastruttura tal-portijiet marittimi u interni, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13(3) ta' din id-Direttiva u tat-trasport tal-merkanzija msejjaħ short-liner.

Raġuni

Din l-emenda għandha l-għan li teskludi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikoli 7 u 7(a) sa 7(c) in-netwerks ferrovjarji żgħar kif ukoll l-attivitajiet ta' viċinat li jippermettu li jirrispondu għall-bżonnijiet lokali u ftit żviluppati. Qed jitfakkar ukoll l-aċċess mhux diskriminatorju għall-installazzjonijiet tas-servizzi.

Emenda 30

COM(2013) 29 final

Artikolu 59, punt ġdid wara l-punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

L-intrapriżi vertikalment integrati li jiġġestixxu l-proġetti speċifiċi ta' investiment kif indikati fl-Artikolu 32(3) ta' din id-Direttiva li huma soġġetti għall-kompetizzjoni diretta ta' modi oħra tat-trasport mhumiex soġġetti għall-Artikolu 7 u 7(a) sa 7(c).

Raġuni

Din l-emenda, b'konformità mad-dispożizzjonijiet l-oħra tad-Direttiva 2012/34/UE, għandha l-għan li teskludi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikoli 7 u 7(a) sa 7(c) l-każijiet speċifiċi ta' “proġetti speċifiċi ta' investiment” li jkunu jrendu biss fuq perjodu fit-tul ħafna.

Emenda 31

COM(2013) 27 final

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(29)

Sabiex jiġi żgurat b’mod effettiv it-twettiq tal-funzjonijiet tal-Aġenzija, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom ikunu rappreżentati f’Bord Maniġerjali mogħti s-setgħat meħtieġa, fosthom sabiex jistabbilixxi l-baġit u japprova l-programmi ta’ ħidma annwali u pluriennali.

(29)

Sabiex jiġi żgurat b’mod effettiv it-twettiq tal-funzjonijiet tal-Aġenzija, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom ikunu rappreżentati f’Bord Maniġerjali mogħti s-setgħat meħtieġa, fosthom sabiex jistabbilixxi l-baġit u japprova l-programmi ta’ ħidma annwali u pluriennali, kwistjonijiet li dwarhom għandhom jiġu kkonsultati l-Kumitat tar-Reġjuni u l-korpi rappreżentattivi.

Raġuni

In-netwerk tal-korpi rappreżentattivi tas-settur ferrovjarju u l-Kumitat tar-Reġjuni għandhom jiġu kkonsultati fil-kuntest tal-programm ta' ħidma annwali u pluriennali tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea peress li r-riżultati u l-prijoritajiet ta' ħidma ta' din l-Aġenzija tikkonċernahom.

Emenda 32

COM(2013) 27 final

Artikolu 33(5)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ħruġ tal-liċenzji u ċ-ċertifikati msemmija fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 2 għandhom jinnotifikaw lill-Aġenzija fi żmien xahar minn kull deċiżjoni individwali ta’ ħruġ, tiġdid, emenda jew revoka ta’ dawk il-liċenzji u ċertifikati.

L-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ħruġ tal-liċenzji u ċ-ċertifikati msemmija fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 2 għandhom jinnotifikaw lill-Aġenzija fi żmien xahar minn kull deċiżjoni individwali ta’ ħruġ, tiġdid, emenda, rifjut jew revoka ta’ dawk il-liċenzji u ċertifikati u jiġġustifikaw kif dovut dawn id-deċiżjonijiet. L-Aġenzija għandha tikkonferma jew tirrevoka kull deċiżjoni fi żmien xagħar, wara konsultazzjoni tal-partijiet interessati.

Raġuni

L-għan huwa li jiġi evitat li l-awtoritajiet nazzjonali jeżawrixxu l-kanali kollha ta' rikors kontra d-deċiżjonijiet adottati, qabel ma tinfetaħ kawża quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, u huwa għal din ir-raġuni li l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għandha tkun involuta fil-konferma jew fir-revoka tad-deċiżjonijiet nazzjonali li jmorru kontra l-ispirtu tal-ispazju ferrovjarju uniku Ewropew

Emenda 33

COM(2013) 27 final

Artikolu 48(5)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

5.   Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta wkoll u jaġġorna programm ta’ ħidma strateġiku pluriennali sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena. Għandha tiġi kkunsidrata l-opinjoni tal-Kummissjoni. Il-Parlament Ewropew u n-netwerks imsemmija fl-Artikolu 34 għandhom jiġu kkonsultati dwar l-abbozz. Il-programm ta’ ħidma pluriennali adottat għandu jintbagħat lill-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lin-netwerks imsemmija fl-Artikolu 34.

5.   Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta wkoll u jaġġorna programm ta’ ħidma strateġiku pluriennali sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena. Għandha tiġi kkunsidrata l-opinjoni tal-Kummissjoni. Il-Parlament Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni u n-netwerks imsemmija fl-Artikolu 34 għandhom jiġu kkonsultati dwar l-abbozz. Il-programm ta’ ħidma pluriennali adottat għandu jintbagħat lill-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lin-netwerks imsemmija fl-Artikolu 34.

Raġuni

Il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jiġi kkonsultat ukoll fil-kuntest tal-programm ta' ħidma pluriennali tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea peress li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jipparteċipaw fil-finanzjament tal-vetturi ferrovjarji u għandhom interess dirett mit-titjib tal-interoperabbiltà u tas-sigurtà.

Emenda 34

COM(2013) 27 final

Artikolu 54(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Jista’ jitressaq appell quddiem il-Bord tal-Appell kontra deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija skont l-Artikoli 12, 16, 17 u 18.

1.   Jista’ jitressaq appell quddiem il-Bord tal-Appell kontra deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija skont l-Artikoli 12, 16, 17 u 18 jew in-nuqqas tagħha li tirreaġixxi fiż-żmien definit.

Raġuni

Għandu jkun possibbli li jitressaq appell fil-każ li l-Aġenzija ma taġixxix jew tieħux deċiżjoni fiż-żmien stabbilit.

Emenda 35

COM(2013) 27 final

Artikolu 56(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Meta jkun qiegħed jeżamina l-appell, il-Bord tal-Appell għandu jaġixxi mingħajr dewmien. Kull meta jkun meħtieġ, huwa għandu jistieden lill-partijiet involuti fil-proċedimenti tal-appell sabiex iressqu, f’termini speċifikati, osservazzjonijiet dwar in-notifiki tagħha jew dwar il-komunikazzjonijiet minn partijiet oħra fil-proċedimenti. Il-partijiet fil-proċedimenti tal-appell għandhom ikunu intitolati li jagħmlu preżentazzjonijiet orali.

1.   Meta jkun qiegħed jeżamina l-appell, il-Bord tal-Appell għandu jaġixxi mingħajr dewmien. Kull meta jkun meħtieġ, huwa għandu jistieden lill-partijiet involuti fil-proċedimenti tal-appell sabiex iressqu, f’termini speċifikati, osservazzjonijiet dwar in-notifiki tagħha jew dwar il-komunikazzjonijiet minn partijiet oħra fil-proċedimenti. Il-partijiet fil-proċedimenti tal-appell għandhom ikunu intitolati li jagħmlu preżentazzjonijiet orali.

 

Il-Bord tal-Appell għandu jeżamina kull ilment u skont il-każ, jitlob informazzjoni rilevanti u jniedi konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati fi żmien xahar minn meta jiġi riċevut l-ilment. Il-Bord għandu jieħu deċiżjoni dwar kull ilment u jadotta l-miżuri neċessarji sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni u jinforma lill-partijiet ikkonċernati bid-deċiżjoni motivata tiegħu fi żmien raġonevoli definit minn qabel u fi kwalunkwe każ sa perjodu massimu ta' xahrejn li jibdew jgħoddu minn meta tiġi riċevuta kull informazzjoni rilevanti. F'nuqqas ta' risposta mill-Aġenzija fiż-żmien stabbilit, il-Bord tal-Appell jista' jagħti inġuzzjoni, jekk hemm bżonn soġġetta għal multa finanzjarja.

Raġuni

Huwa importanti li jkunu ddettaljati l-proċeduri u l-iskadenzi applikati mill-Bord tal-Appell fl-analiżi tal-ilmenti li jitressqu quddiemu (pereżempju, il-mument li fih il-petizzjoni titqies bħala riċevuta għandu jiġi definit sabiex tiġi kkalkulata l-iskadenza ġaladarba tibda l-proċedura).

Għandhom jiġu attribwiti poteri speċifiċi lill-Bord tal-Appell bil-għan li japplika d-deċiżjonijiet tiegħu, bħall-inġuzzjoni jew il-multi finanzjarji (obbligatorji), partikolarment fil-każ ta' nuqqas li tittieħed azzjoni fiż-żmien stabbilit.

Emenda 36

COM(2013) 27 final

Artikolu ġdid wara l-Artikolu 77

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

1.   L-Aġenzija għandha tieħu d-deċiżjonijiet b'konformità mal-Artikoli 12, 16, 17 u 18 minn … [2-il sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Sa dik id-data, l-Istati Membri għandhom ikomplu jimplimentaw il-leġislazzjonijiet u r-regolamenti applikabbli.

2.   Matul perjodu addizzjonali ta' transizzjoni ta' 42 xahar mid-data msemmija fil-punt 1, l-Istati Membri jibqgħu joħorġu ċertifikati u awtorizzazzjonijiet b'deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 12, 16, 17 u 18 taħt il-kondizzjonijiet speċifikati mill-Kummissjoni fir-regoli adottati għall-applikazzjoni tagħhom b'konformità mal-Artikolu 75. Qabel ma tieħu d-deċiżjonijiet, l-Aġenzija għandha tivvaluta jekk:

dan hux ser inaqqas il-livell tas-sigurtà ferrovjarja u/jew

dan jikkostitwixxi diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni eċċessiva ta' servizz tat-trasport ferrovjarju.

L-Aġenzija tista' titlob lill-awtoritajiet nazzjonali ta' sigurtà kkonċernati sabiex ibiddlu d-deċiżjoni, jwaqqfu milli tiġi applikata jew li jneħħuha. Jekk l-Aġenzija nazzjonali tas-sigurtà tirrifjuta milli taġixxi, l-Aġenzija tista' tissottometti l-kwistjoni lill-Kummissjoni jew lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 75.

Raġuni

Għandu jiġi previst mekkaniżmu għall-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea abbażi tal-mudell tal-fażi ta' tranżizzjoni tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni fir-rigward tar-responsabbiltà għall-akkreditazzjoni tal-ajruplani bil-għan li jkun jista' jsir ir-reklutaġġ progressiv tal-persunal addizzjonali u t-taħriġ tagħhom għall-kompiti l-ġodda.

Emenda 37

COM(2013) 30 final

Anness I, 4.2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

3.    Kontroll tal-ispiża

L-analiżi dwar il-benefiċċji meta mqabbla ma' dak li jintefaq tal-miżuri proposti għandha tikkunsidra, fost affarijiet oħra, dan li ġej:

kemm tkun tiswa l-miżura proposta

benefiċji għall-interoperabbiltà ta' estensjoni tal-ambitu għal sottokategoriji partikolari ta' netwerks u vetturi,

tnaqqis ta' spejjeż u nfiq kapitali minħabba l-ekonomiji ta' skali użu aħjar tal-vetturi,

tnaqqis min-nefqa fuq investiment u spejjeż ta' manutenzjoni/operatorji minħabba żieda fil-kompetizzjoni bejn il-fabbrikanti u l-kumpanniji ta' manutenzjoni,

benefiċċji ambjentali, minħabba titjib tekniku fis-sistema tal-ferroviji,

sigurtà akbar fl-operazzjoni.

Barra dan, din l-istima ser tindika l-impatt mistenni għall-operaturi u l-aġenti ekonomiċi kollha involuti, fosthom l-awtoritajiet lokali u reġjonali.

Raġuni

Din il-parti tad-Direttiva attwali (Anness I, 4.2) għandha terġa' tiddaħħal, sabiex issir valutazzjoni tal-ispejjeż u l-benefiċċji stmati tas-soluzzjonijiet tekniċi kollha mistennija għal kull speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà sabiex jiġu implimentati s-soluzzjonijiet l-aktar vijabbli, partikolarment għall-benefiċċju tal-awtoritajiet lokali u reġjonali.

Brussell, 8 ta’ Ottubru 2013.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


Top