Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013AP0343

    P7_TA(2013)0343 Emenda tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Settembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 għall-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound. (COM(2012)0591 – C7-0332/2012 – 2012/0285(COD)) P7_TC1-COD(2012)0285 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta' Settembru 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 għall-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound

    ĠU C 93, 9.3.2016, p. 361–364 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.3.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 93/361


    P7_TA(2013)0343

    Emenda tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound ***I

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Settembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 għall-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound. (COM(2012)0591 – C7-0332/2012 – 2012/0285(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    (2016/C 093/37)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0591),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0332/2012),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2012 (1),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0259/2013),

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

    2.

    Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


    (1)  ĠU C 44, 15.2.2013, p. 157.


    P7_TC1-COD(2012)0285

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta' Settembru 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 għall-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 (3) jagħti setgħat lill-Kummissjoni sabiex timplimenta wħud mid-dispożizzjonijiet ta' dak ir-Regolament.

    (2)

    B'konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, jeħtieġ li s-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 2187/2005 jiġu allinjati mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

    (3)

    Is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2187/2005 fir-rigward ta’ miżuri meħuda mill-Istati Membri li japplikaw biss għall-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom.

    (4)

    Is-setgħat għall-adozzjoni ta’ regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2187/2005 ma għadhomx meħtieġa. Għalhekk id-dispożizzjonijiet li jagħtu dawk is-setgħat għandhom jitħassru.

    (5)

    Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu ddelegati lill-Kummissjoni biex temenda regoli dwar il-kostruzzjoni ta' ċerti rkapti. Emendi bħal dawn għandhom jirriflettu t-tibdil li qed iseħħ fil-mudelli ta’ selettività tas-sajd, għarfien teknoloġiku ġdid dwar materjali għall-kostruzzjoni jew tibdil fl-immuntar tal-irkaptu li jista’ jtejjeb is-selettività tal-irkaptu.

    (6)

    Huwa importanti ħafna li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha għall-adozzjoni tal-atti ddelegati, inkluż fil-livell ta' esperti. Meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    (7)

    Ir-Regolment (KE) Nru 2187/2005 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 2187/2005 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 26, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “5.   Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, hija għandha tadotta deċiżjoni att ta’ implimentazzjoni li jirrikjedi li l-Istat Membru jirtira jew jimmodifika l-miżuri.”[Em. 1]

    (2)

    L-Artikolu 28 huwa mħassar.

    (3)

    L-Artikolu 29 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 29

    Emendi għall-Appendiċi 1 u 2 tal-Anness II

    Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 29a biex temenda jew tissupplimenta l-Appendiċi 1 u 2 tal-Anness II billi tadatta l-ispeċifikazzjonijiet tal-irkaptu għal:

    (a)

    tibdil fis-selettività;

    (b)

    titjieb fl-għarfien tekniku dwar materjali ġodda għall-kostruzzjoni tal-irkaptu;

    (c)

    tibdil fl-immuntar li jtejjeb is-selettività tal-irkaptu.”

    (4)

    Għandu jiddaħħal l-Artikolu 29a li ġej:

    “Artikolu 29a

    Eżerċitar tad-delega

    1.   Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni, suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

    2.   Id-delega tas-setgħat Is-setgħa li tadotta atti delegati imsemmija fl-Artikolu 29 għandha tingħata għal perjodu ta' indeterminat ta’ żmien. tliet snin minn  (4). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega ta' setgħa sa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel ma jintemm il-perjodu ta' tliet snin. Id-delega tas-setgħa għandha tkun estiża taċitament għal perjodi ta’ tul ta’ żmien identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu. [Em. 2]

    3.   Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 29 tista’ tiġi rrevokata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill f’kull ħin. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. Din tidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fid-Deċiżjoni msemmija. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ.

    4.   Hekk kif il-Kummissjoni tadotta att iddelegat, għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    5.   Att iddelegat addottat skont l-Artikolu 29 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn minn mindu tkun saret in-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”

    (4)   Data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. "

    (4a)

    Jiżdied l-Artikolu li ġej:

    “Artikolu 31a

    Valutazzjoni u rieżami ġenerali

    Sa …  (5) , il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami tal-effettività tal-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament, u fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex dan ir-Regolament jiġi emendat biex tkun żgurata kompatibilità mar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.  (6)

    [Em. 3]

    (5)   Sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ Regolament (UE) Nru …/2013 [dwar il-Politika Komuni dwar is-Sajd] (ara d-dokument 2011/0195(COD)). "

    (6)   Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- … dwar il-Politika Komuni dwar is-Sajd (ĠU L …).  () "

    ()   Referenza għad-dokument fi 2011/0195(COD).

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    Għall-Kunsill

    Il-President


    (1)  ĠU C 44, 15.2.2013, p. 157.

    (2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Settembru 2013.

    (3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta' Diċembru 2005 għall-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis- Sound, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1434/98 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 88/98 (ĠU L 349, 31.12.2005, p. 1).


    Top