This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013AP0194
European Parliament legislative resolution of 21 May 2013 on the draft Council decision fixing the period for the eighth election of representatives to the European Parliament by direct universal suffrage (07279/2013 — C7-0068/2013 — 2013/0802(CNS))
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Mejju 2013 dwar Abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill li tiffissa l-perijodu għat-tmien elezzjoni tar-rappreżentanti għall-Parlament Ewropew b'vot dirett universali (07279/2013 – C7-0068/2013 – 2013/0802(CNS))

ĠU C 55, 12.2.2016, p. 138–138
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 55/138 |
P7_TA(2013)0194
Perijodu għat-tmien elezzjoni tar-rappreżentanti għall-Parlament Ewropew b'vot dirett universali *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Mejju 2013 dwar Abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill li tiffissa l-perijodu għat-tmien elezzjoni tar-rappreżentanti għall-Parlament Ewropew b'vot dirett universali (07279/2013 – C7-0068/2013 – 2013/0802(CNS))
(Konsultazzjoni)
(2016/C 055/30)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (07279/2013), |
— |
wara li kkunsidra s-subparagrafu 2 tal-Artikolu 11(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'vot dirett universali (1), skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0068/2013), |
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Novembru 2012 dwar l-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2014 (2), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 u l-Artikolu 46(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0138/2013), |
1. |
Japprova l-abbozz tal-Kunsill; |
2. |
Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
3. |
Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sostanzjali; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni lill-Kunsill, kif ukoll, għall-informazzjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Kroazja. |
(1) Att anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 76/787/KEFA, KEE, Euratom tal-20 ta’ Settembru 1976 (ĠU L 278, 8.10.1976, p. 1.), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/81/Euratom, KEFA, KEE (ĠU L 33, 9.2.1993, p. 15) u bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/772/KE, Euratom (ĠU L 283, 21.10.2002, p. 1).
(2) Testi adottati, P7_TA(2012)0462.