Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013AP0103

    P7_TA(2013)0103 L–Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) (COM(2010)0521 – C7-0302/2010 – 2010/0275(COD)) P7_TC1-COD(2010)0275 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 460/2004

    ĠU C 45, 5.2.2016, p. 102–102 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 45/102


    P7_TA(2013)0103

    L–Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) ***I

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) (COM(2010)0521 – C7-0302/2010 – 2010/0275(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    (2016/C 045/20)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0521),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0302/2010),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta’ Frar 2011 (1),

    wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-8 ta' Frar 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0056/2013),

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

    2.

    Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sostanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


    (1)  ĠU C 107, 6.4.2011, p. 58.


    P7_TC1-COD(2010)0275

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 460/2004

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 526/2013.)


    Top