Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013AP0067

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija”) (COM(2012)0362 – C7-0285/2012 – 2012/0195(CNS))

    ĠU C 36, 29.1.2016, p. 158–195 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.1.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 36/158


    P7_TA(2013)0067

    L-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija”) *

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija”) (COM(2012)0362 – C7-0285/2012 – 2012/0195(CNS))

    (Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

    (2016/C 036/31)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2012)0362),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 230 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0285/2012),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0052/2013),

    1.

    Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

    2.

    Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

    3.

    Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

    4.

    Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

    5.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

    Emenda 1

    Proposta għal deċiżjoni

    Premessa 5a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (5a)

    Fid-dawl tal-importanza li jassumu l-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej tal-Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea bħala entità ta' kollegament effikaċi għall-PTEE bħala grupp fid-djalogu tagħhom mal-Kummissjoni u mal-Istati Membri tal-Unjoni, tali assoċjazzjoni għandha tkun rikonoxxuta bħala attur tal-kooperazzjoni li l-fini tiegħu huwa dak li jsostni l-interessi komuni tal-PTEE li jagħmlu parti minnha.

    Emenda 2

    Proposta għal deċiżjoni

    Premessa 6

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (6)

    Il-kontribut tas-soċjetà ċivili għall-iżvilupp tal-PTEE jista' jittejjeb permezz tat-tisħiħ tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-isferi kollha tal-kooperazzjoni.

    (6)

    Il-kontribut tas-soċjetà ċivili għall-iżvilupp tal-PTEE jista' jittejjeb permezz tat-tisħiħ tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u billi jingħataw aktar responsabilità fl-isferi kollha tal-kooperazzjoni.

    Emenda 3

    Proposta għal deċiżjoni

    Premessa 10

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (10)

    Il-PTEE jospitaw bijodiversità terrestri u marina wiesgħa. It-tibdil fil-klima jista' jaffettwa l-ambjent naturali tal-PTEE u jikkostitwixxi theddida li tipperikola l-iżvilupp sostenibbli. L-azzjonijiet fil-qasam tal-konservazzjoni tal-bijodiversità u s-servizzi tal-ekosistemi, it-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri, il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-promozzjoni ta' enerġija sostenibbli ser jikkontribwixxu għall-adattament u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima tal-PTEE.

    (10)

    Il-PTEE jospitaw bijodiversità terrestri u marina wiesgħa. It-tibdil fil-klima jista' jaffettwa l-ambjent naturali tal-PTEE u jikkostitwixxi theddida li tipperikola l-iżvilupp sostenibbli. L-azzjonijiet fil-qasam tal-konservazzjoni tal-bijodiversità u s-servizzi tal-ekosistemi, it-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri, il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-promozzjoni ta' enerġija sostenibbli ser jikkontribwixxu għall-adattament u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima tal-PTEE. Il-PTEE għandhom ukoll ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-programmi orizzontali tal-Unjoni, bħal pereżempju l-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE).

    Emenda 4

    Proposta għal deċiżjoni

    Premessa 12

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (12)

    Huwa importanti li l-PTEE jiġu appoġġjati fl-isforzi tagħhom li jsiru anqas dipendenti fuq il-fjuwils fossili, bil-għan li jnaqqsu l-vulnerabbiltà tagħhom għall-aċċess għal fjuwils u l-volatilità tal-prezzijiet, biex b'hekk l-ekonomija tagħhom issir aktar b'saħħitha u anqas vulnerabbli għal xokkijiet esterni.

    (12)

    Huwa importanti li l-PTEE jiġu appoġġjati fl-isforzi tagħhom li jsiru anqas dipendenti fuq il-fjuwils fossili, bil-għan li jnaqqsu l-vulnerabbiltà tagħhom għall-aċċess għal fjuwils u l-volatilità tal-prezzijiet, biex b'hekk l-ekonomija tagħhom issir aktar b'saħħitha u anqas vulnerabbli għal xokkijiet esterni , partikolarment f'termini ta' impjiegi .

    Emenda 5

    Proposta għal deċiżjoni

    Premessa 14

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (14)

    L-effett tal-fatt li l-PTEE jinsabu daqshekk imbiegħda jikkostitwixxi tfixkil għall-kompetittività tagħhom u għaldaqstant huwa importanti li tittejjeb l-aċċessibbiltà tal-PTEE.

    (14)

    L-effett tal-fatt li l-PTEE jinsabu daqshekk imbiegħda jikkostitwixxi sfida għall-iżvilupp ekonomiku tagħhom u għaldaqstant huwa importanti li tittejjeb l-aċċessibbiltà tal-PTEE.

    Emenda 6

    Proposta għal deċiżjoni

    Premessa 15

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (15)

    L-Unjoni u l-PTEE jirrikonoxxu l-importanza tal-edukazzjoni li twassal għall-iżvilupp sostenibbli tal-PTEE.

    (15)

    L-Unjoni u l-PTEE jirrikonoxxu l-importanza tal-edukazzjoni u tat-taħriġ professjonali li jwasslu għall-iżvilupp sostenibbli tal-PTEE.

    Emenda 7

    Proposta għal deċiżjoni

    Premessa 16a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (16a)

    Għan kruċjali tal-kooperazzjoni għandu jkun it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, u d-drittijiet tax-xogħol u dawk tat-trade unions. It-trade unions u r-rappreżentanti oħrajn tal-ħaddiema għandhom jiżvolġu rwol importanti fil-proċess.

    Emenda 8

    Proposta għal deċiżjoni

    Premessa 17

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (17)

    L-inċidenza ta' mard li jittieħed fil-PTEE, bħad-deni dengue fil-Karibew u l-Paċifiku u Chikungunya fir-reġjun tal-Oċean Indjan, jista' jkollhom impatti negattivi sinifikanti fuq is-saħħa u fuq l-ekonomija. Lili hinn mit-tnaqqis tal-produttività tal-popolazzjonijiet milquta, l-epidemiji fil-PTEE x'aktarx li jolqtu t-turiżmu b'mod negattiv ferm, meta dan huwa wieħed mill-pilastri tal-ekonomija tal-PTEE. Il-PTEE huma miftuħa għar-riskju tal-importazzjoni ta' mard li jittieħed minħabba fl-għadd kbir ta' turisti u ħaddiema migranti li jżuruhom. Min-naħa l-oħra, il-fluss kbir ta' persuni li jitilqu minn PTEE jista' tkun vettur ta' introduzzjoni ta' mard li jittieħed fl-Ewropa. Għaldaqstant, l-iżgurar ta' “turiżmu sikur” huwa fattur kruċjali għas-sostenibbiltà tal-ekonomiji tal-PTEE li jiddependu ħafna fuq it-turiżmu.

    (17)

    L-inċidenza ta' mard li jittieħed fil-PTEE, bħad-deni dengue fil-Karibew u l-Paċifiku u Chikungunya fir-reġjun tal-Oċean Indjan, jista' jkollhom impatti negattivi sinifikanti fuq is-saħħa u fuq l-ekonomija. Lil hinn mit-tnaqqis tal-produttività tal-popolazzjonijiet milquta, l-epidemiji fil-PTEE x'aktarx li jolqtu t-turiżmu b'mod negattiv ferm, meta dan huwa wieħed mill-pilastri tal-ekonomija tal-PTEE. Il-PTEE huma miftuħa għar-riskju tal-importazzjoni ta' mard li jittieħed minħabba l-għadd kbir ta' turisti u ħaddiema migranti li jżuruhom. Aċċess faċli u regolari għall-mediċina okkupazzjonali jista' jnaqqas il-kobor tal-epidemiji. Min-naħa l-oħra, il-fluss kbir ta' persuni li jitilqu minn PTEE jista' jkun vettur ta' introduzzjoni ta' mard li jittieħed fl-Ewropa. Għaldaqstant, l-iżgurar ta' “turiżmu sikur” huwa fattur kruċjali għas-sostenibbiltà tal-ekonomiji tal-PTEE li jiddependu ħafna fuq it-turiżmu.

    Emenda 9

    Proposta għal deċiżjoni

    Premessa 18

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (18)

    L-assoċjazzjoni bejn l-Unjoni u l-PTEE għandha tqis u tikkontribwixxi għall-preżervazzjoni tad-diversità kulturali u tal-identità tal-PTEE.

    (18)

    L-assoċjazzjoni bejn l-Unjoni u l-PTEE għandha tqis u tikkontribwixxi għall-preżervazzjoni tad-diversità kulturali u tal-identità tal-PTEE. Għandha wkoll tagħti l-attenzjoni meħtieġa u tikkontribwixxi għall-protezzjoni u r-rispett tad-drittijiet tal-popolazzjonijiet indiġeni tal-PTEE.

    Emenda 10

    Proposta għal deċiżjoni

    Premessa 19

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (19)

    L-Unjoni tagħraf l-importanza li tiżviluppa sħubija aktar attiva mal-PTEE fir-rigward tal-governanza tajba u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-traffikar tal-bnedmin, it-terroriżmu u l-korruzzjoni.

    (19)

    L-Unjoni tagħraf l-importanza li tiżviluppa sħubija aktar attiva mal-PTEE fir-rigward tal-governanza ekonomika, soċjali u fiskali tajba u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-traffikar tal-bnedmin, it-terroriżmu u l-korruzzjoni.

    Emenda 11

    Proposta għal deċiżjoni

    Premessa 20

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (20)

    Il-kummerċ u l-kooperazzjoni relatata mal-kummerċ bejn l-Unjoni u l-PTEE għandha tikkontribwixxi għall-għan ta' żvilupp sostenibbli fid-dimensjonijiet tal-iżvilupp ekonomiku, l-iżvilupp soċjali u l-ħarsien ambjentali.

    (20)

    Il-kummerċ u l-kooperazzjoni relatata mal-kummerċ bejn l-Unjoni u l-PTEE għandhom jikkontribwixxu sistematikament għall-għan ta' żvilupp sostenibbli fid-dimensjonijiet tal-iżvilupp ekonomiku, l-iżvilupp soċjali u l-ħarsien ambjentali.

    Emenda 12

    Proposta għal deċiżjoni

    Premessa 21

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (21)

    Tibdil globali, rifless fil-proċess kontinwu ta' liberalizzazzjoni ta' kummerċ, jimplika lill-Unjoni, bħala s-sieħba prinċipali tal-kummerċ , b'mod wiesgħa, kif ukoll lill-ġirien tal-AKP u lis-sieħba ekonomiċi l-oħra .

    (21)

    Tibdil globali, rifless fil-proċess kontinwu ta' liberalizzazzjoni ta' kummerċ, li huwa ftit wisq favorevoli għat-territorji gżejjer żgħar jobbliga lill-Unjoni, bħala s-sieħba kummerċjali prinċipali tal-PTEE, tikkunsidra aħjar l-interessi tal-PTEE fil-ftehimiet kummerċjali li tikkonkludi mal-istati ġirien tal-PTEE . Dan jimplika responsabilità kondiviża biex jiġu inklużi, sistematikament, klawsoli tar-rispett tal-istandards soċjali minimi f'kull sħubija jew ftehim kummerċjali negozjat.

    Emenda 13

    Proposta għal deċiżjoni

    Premessa 21a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (21a)

    Billi l-politiki ta' awsterità kellhom effetti ta' ħsara fuq l-impjieg, hemm bżonn ta' kooperazzjoni bejn il-PTEE u l-Unjoni biex jinqatgħu minn dawn il-politiki u jmexxu 'l quddiem programmi ambizzjużi ta' investiment pubbliku, bħala l-uniku mod biex jiġu garantiti kundizzjonijiet ta' għajxien u ta' xogħol deċenti għall-maġġoranza tal-popolazzjoni kemm fil-PTEE kif ukoll fl-Unjoni.

    Emenda 14

    Proposta għal deċiżjoni

    Premessa 22

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (22)

    Il-PTEE huma ambjenti ta' gżejjer fraġli li jeħtieġu protezzjoni adegwata, inkluż rigward maniġġjar tal-iskart. Rigward skart radjoattiv, dan huwa previst fl-Artikolu 198 tat-Trattat Euratom u l-leġislazzjoni sekondarja relatata, minbarra fil-każ tal-Groenlandja, li għaliha t-Trattat Euratom ma japplikax. Għal skart ieħor, għandu jiġi speċifikat liema regoli tal-Unjoni għandhom japplikaw fejn jidħlu l-PTEE.

    (22)

    Il-PTEE huma ambjenti ta' gżejjer fraġli li jeħtieġu protezzjoni adegwata, inkluż rigward maniġġjar tal-iskart u tat-tniġġis radjoattiv . Rigward skart radjoattiv, dan huwa previst fl-Artikolu 198 tat-Trattat Euratom u l-leġislazzjoni sekondarja relatata, minbarra fil-każ tal-Groenlandja, li għaliha t-Trattat Euratom ma japplikax. Għal skart ieħor, għandu jiġi speċifikat liema regoli tal-Unjoni għandhom japplikaw fejn jidħlu l-PTEE. Rigward it-tniġġis radjoattiv, partikolarment dak marbut mal-esperimenti nukleari, għandu jiġi ppreċiżat liema regoli tal-Unjoni jistgħu jiġu applikati għall-PTEE, bil-għan li jitħarsu b'mod sostenibbli l-bijodiversità u l-popolazzjonijiet minn dawn il-forom ta' tniġġis.

    Emenda 15

    Proposta għal deċiżjoni

    Premessa 26

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (26)

    B'kunsiderazzjoni tal-għanijiet tal-integrazzjoni u l-iżvilupp tal-kummerċ globali fil-qasam tas-servizzi u l-istabbiliment, huwa neċessarju li jingħata appoġġ għall-iżvilupp ta' swieq tas-servizzi u possibbiltajiet ta' investiment billi jittejjeb l-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-PTEE u jsir investiment fis-suq tal-Unjoni. F'dan ir-rigward, lill-PTEE l-Unjoni għandha toffrilhom l-aħjar trattament possibbli li jiġi offrut lil kwalunkwe sieħeb kummerċjali permezz ta' klawsoli komprensivi tal-aktar nazzjon favorit, filwaqt li tiżgura aktar possibbiltajiet flessibbli għar-relazzjonijiet kummerċjali lill-PTEE billi t-trattament offrut mill-PTEE lill-Unjoni jiġi limitat għal dak li ġie offrut lill-ekonomiji kummerċjali maġġuri.

    (26)

    B'kunsiderazzjoni tal-għanijiet tal-integrazzjoni u l-iżvilupp tal-kummerċ globali fil-qasam tas-servizzi u l-istabbiliment, huwa neċessarju li jingħata appoġġ għall-iżvilupp ta' swieq tas-servizzi u possibbiltajiet ta' investiment billi jittejjeb l-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-PTEE u jsir investiment fis-suq tal-Unjoni , u billi jiġi ffaċilitat l-aċċess tagħhom għall-kuntratti ta' appalti pubbliċi . F'dan ir-rigward, lill-PTEE l-Unjoni għandha toffrilhom l-aħjar trattament possibbli li jiġi offrut lil kwalunkwe sieħeb kummerċjali permezz ta' klawsoli komprensivi tal-aktar nazzjon favorit, filwaqt li tiżgura aktar possibbiltajiet flessibbli għar-relazzjonijiet kummerċjali lill-PTEE billi t-trattament offrut mill-PTEE lill-Unjoni jiġi limitat għal dak li ġie offrut lill-ekonomiji kummerċjali maġġuri.

    Emenda 16

    Proposta għal deċiżjoni

    Premessa 28

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (28)

    Il-miżuri sanitarji u fitosanitarji u l-ostakli tekniċi fuq il-kummerċ jistgħu jħallu impatt fuq il-kummerċ u hemm bżonn li jkun hemm kooperazzjoni dwarhom. Il-kummerċ u l-kooperazzjoni relatata mal-kummerċ għandhom jindirizzaw ukoll il-politiki tal-kompetizzjoni u d-drittijiet tal-proporjetà intellettwali, li jolqtu d-distribuzzjoni ekwa tal-gwadanji tal-kummerċ.

    (28)

    Il-miżuri sanitarji u fitosanitarji u l-ostakli tekniċi fuq il-kummerċ jistgħu jħallu impatt fuq il-kummerċ u  fuq is-sitwazzjoni tal-impjiegi u hemm bżonn li jkun hemm kooperazzjoni dwarhom. Il-kummerċ u l-kooperazzjoni relatata mal-kummerċ għandhom jindirizzaw ukoll il-politiki tal-impjieg, speċjalment dawk li jikkonċernaw iż-żgħażagħ, il-politiki tal-kompetizzjoni u d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, li jolqtu d-distribuzzjoni ekwa tal-gwadanji tal-kummerċ.

    Emenda 17

    Proposta għal deċiżjoni

    Premessa 29

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (29)

    Sabiex jiġi żgurat li l-PTEE jkunu jistgħu jipparteċipaw fis-suq intern tal-Unjoni fl-aħjar kundizzjonijiet bħala swieq reġjonali, subreġjonali u swieq internazzjonali, huwa importanti li l-kapaċità tal-PTEE f'diversi oqsma tiġi żviluppata. Dawn jinkludu l-iżvilupp tar-riżorsi umani u tal-ħiliet tagħhom, l-iżvilupp tal-impriżi żgħar u medji, id-diversifikazzjoni ta' setturi ekonomiċi u l-implimentazzjoni ta' qafas legali xieraq sabiex jinkiseb ambjent kummerċjali li jwassal għal aktar investiment.

    (29)

    Sabiex jiġi żgurat li l-PTEE jkunu jistgħu jipparteċipaw fis-suq intern tal-Unjoni fl-aħjar kundizzjonijiet bħala swieq reġjonali, subreġjonali u swieq internazzjonali, huwa importanti li l-kapaċità tal-PTEE f'diversi oqsma tiġi żviluppata. Dawn jinkludu l-iżvilupp tar-riżorsi umani u tal-ħiliet tagħhom billi: jiġi offrut taħriġ professjonali xieraq u kontinwu; jiġi ffaċilitat l-iżvilupp tal-impriżi żgħar u medji ; jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-istrumenti ta' mikrofinanzjament u self; id-diversifikazzjoni ta' setturi ekonomiċi; u l-implimentazzjoni ta' qafas legali xieraq sabiex jinkiseb ambjent kummerċjali li jwassal għal aktar investiment. Għal dan l-għan, it-tagħqid tal-fondi FEŻ u tal-programmi u l-istrumenti mdaħħla fil-baġit ġenerali tal-Unjoni li għalihom huma eliġibbli l-PTEE tippermetti t-tisħiħ u r-razzjonalizzazzjoni tal-investimenti proposti.

    Emenda 18

    Proposta għal deċiżjoni

    Premessa 30a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (30a)

    Il-PTEE jistgħu jiżvolġu rwol kruċjali fil-ġlieda kontra r-rifuġji fiskali. F'dan ir-rigward, il-ħtieġa li jsir progress lejn trasparenza reali tas-settur finanzjarju għandha tiġi enfasizzata.

    Emenda 19

    Proposta għal deċiżjoni

    Premessa 33

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (33)

    Il-proċeduri rigward l-assistenza finanzjarja previsti fl-Artikoli 9 u 82 jiddelegaw ir-responsabbiltà ewlenija, b'mod partikolari, mill-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni tal-11-il FEŻ Il-kooperazzjoni ser titwettaq l-aktar f'konformità ma' regolamenti territorjali tal-PTEE u ser tirfed l-appoġġ għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-awditjar tal-operazzjonijiet programmati. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li l-PTEE jkunu eliġibbli għal għejun differenti ta' finanzjament previsti fl-Artikolu 76.

    (33)

    Il-proċeduri rigward l-assistenza finanzjarja previsti fl-Artikoli 9 u 82 jiddelegaw ir-responsabbiltà ewlenija, b'mod partikolari, mill-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni tal-11-il FEŻ. Il-kooperazzjoni ser titwettaq l-aktar f'konformità ma' regolamenti territorjali tal-PTEE u ser tirfed l-appoġġ għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-awditjar tal-operazzjonijiet programmati. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li l-PTEE jkunu eliġibbli għal għejun differenti ta' finanzjament previsti fl-Artikolu 76 , u li l-Kummissjoni għandha d-dmir li taġevola l-aċċess tal-PTEE għall-programmi orizzontali permezz tal-ħolqien tal-“istrateġija PTEE” tagħha, hekk kif previst fl-Artikolu 88(2a).

    Emenda 20

    Proposta għal deċiżjoni

    Premessa 34

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (34)

    Sabiex jiġu adottati regoli dettaljati għat-tħejjija tad-dokumenti ta' pprogrammar, is-segwitu, l-awditjar, l-evalwazzjoni, l-analiżi u l-implimentazzjoni tagħhom, kif ukoll għal rappurtar u korrezzjonijiet finanzjarji, is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-Parti IV ta' din id-Deċiżjoni. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi u t-tibdil fid-drawwiet leġiżlattivi, il-Kummissjoni wkoll għandha tiġi ddelegata bis-setgħa li tadotta atti li jemendaw l-Appendiċi tal-Anness VI, f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Huwa importanti ħafna li l-Kummissjoni tagħmel il-konsultazzjonijiet xierqa waqt il-fażi tax-xogħol ta' tħejjija, inkluż fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti relevanti lill-Kunsill.

    (34)

    Sabiex jiġu adottati regoli dettaljati għat-tħejjija tad-dokumenti ta' pprogrammar, is-segwitu, l-awditjar, l-evalwazzjoni, l-analiżi u l-implimentazzjoni tagħhom, kif ukoll għal rappurtar u korrezzjonijiet finanzjarji, is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-Parti IV ta' din id-Deċiżjoni. Għall-finijiet tal-adozzjoni ta' deċiżjonijiet dwar l-għoti ta' kumulu ta' oriġini bejn PTEE u pajjiż li miegħu l-Unjoni kkonkludiet u qiegħda tapplika ftehim ta' kummerċ ħieles, derogi mis-sistema tal-esportaturi reġistrati kif ukoll derogi temporanji mid-dispożizzjonijiet tal-Anness VI, il-Kummissjoni għandha tiġi ddelegata bis-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea rigward l-Anness VI ta' din id-Deċiżjoni. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi u t-tibdil fil-leġiżlazzjoni doganali, il-Kummissjoni wkoll għandha tiġi ddelegata bis-setgħa li tadotta atti li jemendaw l-Appendiċi tal-Anness VI, f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Għall-finijiet tal-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar l-irtirar temporanju tat-trattament preferenzjali u rigward miżuri ta' sorveljanza preventiva previsti fl-Anness VII, kif ukoll rigward miżuri ta' salvagwardji provviżorji u definittivi previsti fl-Anness VIII, il-Kummissjoni għandha tiġi ddelegata bis-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea rigward l-Annessi VII u VIII ta' din id-Deċiżjoni, rispettivament. Huwa importanti ħafna li l-Kummissjoni tagħmel il-konsultazzjonijiet xierqa waqt il-fażi tax-xogħol ta' tħejjija, inkluż fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    Emenda 21

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 2 – paragrafu 2a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    2a.     Sabiex ikunu jistgħu jitwettqu dawn l-objettivi, għandhom jitqiesu l-identità, is-sitwazzjoni ġeografika, politika, ekonomika u soċjali ta' kull PTEE.

    Emenda 22

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt b

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b)

    il-promozzjoni ta' tkabbir ekoloġiku;

    (b)

    il-promozzjoni ta' tkabbir ekoloġiku u impjiegi ekoloġiċi fl-industriji kollha relatati mat-tkabbir kompatibbli mal-ambjent ;

    Emenda 23

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 6 – paragrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1.   Bil-għan tat-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejniethom, l-Unjoni u l-PTEE jagħmlu mill-aħjar biex jippromwovu l-assoċjazzjoni maċ-ċittadini tagħhom, partikolarment permezz tal-promozzjoni tal-iżvilupp tar-rabtiet u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet, il-komunità akkademika, is-soċjetà ċivili u n-negozji tal-PTEE fuq naħa waħda, u mal-interlokuturi tagħhom fi ħdan l-Unjoni fuq in-naħa l-oħra.

    1.   Bil-għan tat-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejniethom, l-Unjoni u l-PTEE jagħmlu mill-aħjar biex jippromwovu l-assoċjazzjoni , u l-benefiċċji kondiviżi li jirriżultaw minnha, maċ-ċittadini tagħhom, partikolarment permezz tal-promozzjoni tal-iżvilupp tar-rabtiet u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet, il-komunità akkademika, is-soċjetà ċivili , is-sħab soċjali, u n-negozji tal-PTEE fuq naħa waħda, u mal-interlokuturi tagħhom fi ħdan l-Unjoni fuq in-naħa l-oħra. F'dan ir-rigward, l-Unjoni għandha tiżgura l-parteċipazzjoni effikaċi tal-PTEE fil-programmi ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni u speċjalment iċ-ċentri ta' informazzjoni “Europe Direct” sabiex javviċinaw l-Unjoni maċ-ċittadini tagħha li jgħixu fil-PTEE.

    Emenda 24

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 6 – paragrafu 2a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    2a.     Il-Kummissjoni għandha tiggarantixxi li s-sħubijiet mal-PTEE jiġu promossi fl-ambitu tal-programmi u tal-istrumenti kollha tal-Unjoni mdaħħla fil-baġit ġenerali tal-Unjoni msemmijin fl-Artikolu 88.

    Emenda 25

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 7 – paragrafu 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    3.   L-assoċjazzjoni għandha l-għan li tappoġġja l-kooperazzjoni bejn il-PTEE u sħab oħrajn fl-oqsma tal-kooperazzjoni stabbilita fil-Partijiet Tnejn u Tlieta ta' din id-Deċiżjoni. F'dan ir-rigward, l-għan tal-assoċjazzjoni hija l-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejn il-PTEE u r-reġjuni ultraperiferiċi, imsemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat, l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) ġirien tagħhom u Stati li mhumiex parti mill-AKP. Sabiex tikseb dan il-għan, l-Unjoni għandha ttejjeb il-koordinazzjoni u s-sinerġiji bejn il-programmi ta' kooperazzjoni appoġġjati minn strumenti finanzjarji differenti tal-UE.

    3.   L-assoċjazzjoni għandha l-għan li tappoġġja l-kooperazzjoni bejn il-PTEE u sħab oħrajn fl-oqsma tal-kooperazzjoni stabbilita fil-Partijiet Tnejn u Tlieta ta' din id-Deċiżjoni. F'dan ir-rigward, l-għan tal-assoċjazzjoni hija l-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejn il-PTEE u r-reġjuni ultraperiferiċi, imsemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat, l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) ġirien tagħhom u Stati li mhumiex parti mill-AKP. Sabiex tikseb dan il-għan, l-Unjoni għandha ttejjeb il-koordinazzjoni u s-sinerġiji bejn il-programmi ta' kooperazzjoni appoġġjati minn strumenti finanzjarji differenti tal-UE , inklużi l-programmi ta' kooperazzjoni territorjali fi ħdan il-politika ta' koeżjoni . Barra minn hekk, l-Unjoni għandha tinvolvi lill-PTEE fid-djalogu politiku mal-Istati ġirien tal-PTEE u tinfurmahom bl-aġenda kif ukoll bir-riżoluzzjonijiet jew ir-rakkomandazzjonijiet tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jappoġġjaw, barra minn hekk, kull talba mill-awtoritajiet tal-PTEE biex jipparteċipaw bħala osservaturi fis-sessjonijiet plenarji tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE, skont ir-regoli stess ta' proċedura tal-Assemblea.

    Emenda 26

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 7 – paragrafu 4 – punt d

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (d)

    il-parteċipazzjoni tal-PTEE fl-iżvilupp ta' swieq reġjonali fi ħdan il-kuntest ta' organizzazzjoni ta' integrazzjoni reġjonali;

    (d)

    il-parteċipazzjoni tal-PTEE fl-iżvilupp tal-organizzazzjonijiet reġjonali jew tas-swieq reġjonali fi ħdan il-kuntest ta' organizzazzjoni ta' integrazzjoni reġjonali;

    Emenda 27

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 9 – paragrafu 2 – parti introduttorja

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2.   Fejn xieraq, il-PTEE għandhom jorganizzaw djalgou u konsultazzjonijiet ma' awtoritajiet u korpi bħal:

    2.   Fejn xieraq, il-PTEE għandhom jorganizzaw djalogu u konsultazzjonijiet ma' awtoritajiet , membri parlamentari u korpi bħal:

    Emenda 28

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (aa)

    il-membri parlamentari eletti tal-PTEE fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni;

    Emenda 29

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ca)

    l-organizzazzjonijiet tal-PTEE, pereżempju l-Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej (OCTA);

    Emenda 30

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ba)

    il-membri parlamentari eletti tal-PTEE fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni;

    Emenda 31

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 12 – paragrafu 4a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (4a)     Id-djalogu għandu jippermetti lill-PTEE jsiru jafu dwar il-programmi orizzontali reġjonali differenti kif ukoll dwar il-proġetti tal-FEŻ reġjonali attwali sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw fihom.

    Emenda 32

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt a

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a)

    Il-forum bejn il-PTEE u l-UE (il-forum PTEE-UE), għandu jiltaqa' kull sena biex ilaqqa' l-awtoritajiet tal-PTEE, ir-rappreżentanti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni. Il-membri tal-Parlament Ewropew, ir-rappreżentanti tal-BEI, u r-rappreżentanti tal-reġjuni ultraperiferiċi għandhom ikunu assoċjati mal-Forum PTEE-UE, fejn xieraq;

    (a)

    Il-forum bejn il-PTEE u l-UE (il-forum PTEE-UE), għandu jiltaqa' kull sena biex ilaqqa' l-awtoritajiet tal-PTEE, il-parlamentari eletti tal-PTEE, ir-rappreżentanti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni. Il-membri tal-Parlament Ewropew huma assoċjati miegħu. Ir-rappreżentanti tal-BEI, ir-rappreżentanti tal-reġjuni ultraperiferiċi , u l-Istati ġirien AKP u mhux AKP għandhom ikunu assoċjati mal-Forum PTEE-UE, fejn xieraq;

    Emenda 33

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt b

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b)

    fuq bażi regolari, il-Kummissjoni, il-PTEE u l-Istati Membri li l-PTEE għandhom rabtiet magħhom għandu jkollhom konsultazzjonijiet trilaterali. Bħala regola dawn il-konsultazzjonijiet għandhom jiġu organizzati erba' darbiet fis-sena fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew fuq talba tal-PTEE u tal-Istat Membru li jkollu rabtiet miegħu.

    (b)

    fuq bażi regolari, il-Kummissjoni, il-PTEE u l-Istati Membri li l-PTEE għandhom rabtiet magħhom għandu jkollhom konsultazzjonijiet trilaterali. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom jiġu organizzati tal-anqas erba' darbiet fis-sena u meta jkun hemm bżonn fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew fuq talba ta' PTEE wieħed jew aktar u tal-Istat Membru li jkollu rabtiet miegħu.

    Emenda 34

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ca)

    l-għajnuna għall-SMEs impenjati f'attività ekonomika sostenibbli u li jivvalorizzaw ir-rikkezza ekosistemika tat-territorji, partikolarment fl-ambitu tar-riċerka, tal-agrikoltura, tal-artiġġjanat u tat-turiżmu;

    Emenda 35

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 17 – punt b

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b)

    it-tlaqqigħ ta' attivitajiet ekonomiċi u soċjali bħas-sajd u l-akwakultura, it-turiżmu, it-trasporti marittimi mal-potenzjal ta' żoni kostali u tal-baħar f'termini ta' enerġija rinnovabbli, materja prima, filwaqt li jitqiesu l-impatti tat-tibdil fil-klima u  l-attivitajiet tal-bniedem.

    (b)

    it-tlaqqigħ ta' attivitajiet ekonomiċi u soċjali bħas-sajd u l-akwakultura, l-agrikoltura, it-turiżmu, it-trasporti marittimi u bl-ajru, l-industrija, l-attivitajiet minerarji u l-ippjanar tat-territorju, mal-potenzjal ta' żoni kostali u tal-baħar f'termini ta' enerġija rinnovabbli, materja prima, filwaqt li jitqiesu l-impatti tat-tibdil fil-klima u  tat-tniġġis telluriku marbuta mal-attivitajiet tal-bniedem u tal-annimali .

    Emenda 36

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt c

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (c)

    bla ħsara għall-ftehimiet ta' sħubija bilaterali futuri dwar is-sajd bejn l-Unjoni u l-PTEE , l-Unjoni u l-PTEE għandhom ikollhom l-għan li jikkonsultaw b'mod regolari ma' xulxin dwar il-konservazzjoni u l-immaniġġjar tar-riżorsi ħajjin tal-baħar u li jiskambjaw informazzjoni dwar l-istat kurrenti tar-riżorsi fil-kuntest tal-okkażjonijiet relevanti tal-assoċjazzjoni previsti fl-Artikolu 13.

    (c)

    bla ħsara għall-ftehimiet ta' sħubija futuri dwar is-sajd konklużi mill-Unjoni , l-Unjoni u l-PTEE għandhom ikollhom l-għan li jikkonsultaw b'mod regolari ma' xulxin dwar il-konservazzjoni u l-immaniġġjar tar-riżorsi ħajjin tal-baħar u li jiskambjaw informazzjoni dwar l-istat kurrenti tar-riżorsi fil-kuntest tal-okkażjonijiet relevanti tal-assoċjazzjoni previsti fl-Artikolu 13.

    Emenda 37

    Abbozz ta' deċiżjoni

    Artikolu 19 – paragrafu 2 – punt b

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b)

    djalogu u kooperazzjoni dwar il-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut fosthom miżuri fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux irregolat u kooperazzjoni effettiva mal-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar tal-ħut u wkoll fi ħdanhom. Id-djalogu u l-kooperazzjoni għandhom jinkludu skemi ta' kontroll u spezzjoni, inċentivi u obbligi għal immaniġġjar aktar effettiv tas-sajd u l-ambjenti kostali fit-tul.

    (b)

    djalogu u kooperazzjoni dwar il-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut fosthom miżuri fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux irregolat u kooperazzjoni effettiva mal-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar tal-ħut u wkoll fi ħdanhom. Id-djalogu u l-kooperazzjoni għandhom jinkludu skemi ta' kontroll u spezzjoni, inċentivi u obbligi għal immaniġġjar aktar effettiv tas-sajd u l-ambjenti kostali fit-tul. Id-djalogu u l-kooperazzjoni għandhom jiġu akkumpanjati minn żieda, min-naħa tal-Kummissjoni, fl-isforzi intiżi għall-promozzjoni ta' mmaniġġjar sostenibbli tas-sajd, bl-appoġġ tas-sistemi ta' monitoraġġ u ta' sorveljanza lokali permezz ta' ftehimiet ta' sħubija mal-PTEE, li huma assoċjati mal-Unjoni.

    Emenda 38

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 20 – paragrafu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2.   Fil-qasam tal-provvista tal-ilma u s-settur tas-sanità, għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-aċċess f'żoni li mhumiex moqdija tajjeb fir-rigward tal-ilma għax-xorb u s-servizzi tas-sanità, li jikkontribwixxu direttament għall-iżvilupp ta' riżorsi umani permezz tat-titjib tal-istat tas-saħħa u taż-żieda fil-produttività.

    2.   Fil-qasam tal-provvista tal-ilma u s-settur tas-sanità, għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-aċċess f'żoni li mhumiex moqdija tajjeb fir-rigward tal-ilma għax-xorb u s-servizzi tas-sanità jew li huma partikolarment esposti għal diżastri naturali , li jikkontribwixxu direttament għall-iżvilupp ta' riżorsi umani permezz tat-titjib tal-istat tas-saħħa u taż-żieda fil-produttività.

    Emenda 39

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 21

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-immaniġġjar tal-iskart tista' tikkonċerna l-promozzjoni tal-użu tal-aħjar prattika ambjentali fl-operazzjonijiet kollha relatati mal-immaniġġjar tal-iskart, fosthom it-tnaqqis tat-tniġġis, ir-riċiklaġġ għall-estrazzjoni ta' materja prima sekondarja u r-rimi tal-iskart.

    Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-immaniġġjar tal-iskart tista' tikkonċerna l-promozzjoni tal-użu tal-aħjar prattika ambjentali fl-operazzjonijiet kollha relatati mal-immaniġġjar tal-iskart ta' oriġini umana jew tal-annimali , fosthom it-tnaqqis tat-tniġġis, ir-riċiklaġġ għall-estrazzjoni ta' materja prima sekondarja u r-rimi tal-iskart.

    Emenda 40

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 25 – paragrafu 2 – punt b

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b)

    it-trasport bit-triq, bil-ferrovija, bil-baħar jew b'passaġġi fuq l-ilma interni;

    (b)

    il-modi tat-trasport kollettiv u l-modi l-oħra tat-trasport sostenibbli bit-triq, it-trasport bil-ferrovija, bil-baħar jew b'passaġġi fuq l-ilma interni;

    Emenda 41

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 29

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) għandha l-għan li tixpruna l-innovazzjoni, it-tkabbir ekonomiku u titjib fil-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini u n-negozji tal-PTEE, fosthom il-promozzjoni tal-aċċessibbiltà għal persuni b'diżabbiltà. B'mod partikolari, il-kooperazzjoni għandu jkollha l-għan li ttejjeb il-kapaċità regolatorja tal-PTEE u tista' tappoġġja l-espansjoni ta' netwerks u servizzi tal-ICT permezz tal-miżuri li ġejjin:

    Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) għandha l-għan li tixpruna l-innovazzjoni, it-tkabbir ekonomiku , il-kooperazzjoni, il-libertà tal-espressjoni, il-ħolqien ta' impjiegi ġodda u titjib fil-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini u n-negozji tal-PTEE, fosthom il-promozzjoni tal-aċċessibbiltà għal persuni b'diżabbiltà. B'mod partikolari, il-kooperazzjoni għandu jkollha l-għan li ttejjeb il-kapaċità regolatorja tal-PTEE u tista' tappoġġja l-espansjoni ta' netwerks u servizzi tal-ICT permezz tal-miżuri li ġejjin:

    (a)

    il-ħolqien ta' ambjent regolatorju prevedibbli li jżomm il-pass mal-iżviluppi teknoloġiċi, jistimula t-tkabbir u l-innovazzjoni u jrawwem il-kompetizzjoni u l-ħarsien tal-konsumatur;

    (a)

    il-ħolqien ta' ambjent regolatorju prevedibbli li jżomm il-pass mal-iżviluppi teknoloġiċi, jistimula t-tkabbir u l-innovazzjoni u jrawwem il-kompetizzjoni u l-ħarsien tal-konsumatur;

    (b)

    id-djalogu dwar id-diversi aspetti ta' politika rigward il-promozzjoni u l-monitoraġġ tas-soċjetà tal-informazzjoni;

    (b)

    id-djalogu dwar id-diversi aspetti ta' politika rigward il-promozzjoni u l-monitoraġġ tas-soċjetà tal-informazzjoni;

    (c)

    l-iskambju ta' informazzjoni dwar standards u kwistjonijiet ta' interoperabbiltà;

    (c)

    l-iskambju ta' informazzjoni dwar standards u kwistjonijiet ta' interoperabbiltà;

    (d)

    il-promozzjoni tal-kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka tal-ICT u fil-qasam tal-infrastrutturi tar-riċerka bbażati fuq l-ICT;

    (d)

    il-promozzjoni tal-kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka tal-ICT u fil-qasam tal-infrastrutturi tar-riċerka bbażati fuq l-ICT;

    (e)

    l-iżvilupp ta' servizzi u applikazzjonijiet fl-oqsma b'impatt kbir fuq is-soċjetà.

    (e)

    l-iżvilupp ta' servizzi u applikazzjonijiet fl-oqsma b'impatt kbir fuq is-soċjetà , bħal pereżempju l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali .

    Emenda 42

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 30 – parti introduttorja

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerja u l-innovazzjoni tista' tkopri x-xjenza, it-teknoloġija, fosthom it-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, bil-għan li jingħata kontribut għall-iżvilupp sostenibbli tal-PTEE u għall-promozzjoni tal-eċċellenza u l-kompetittività industrijali fil-PTEE. B'mod partikolari, il-koperazzjoni tista' tikkonċerna:

    Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni tista' tkopri x-xjenza, l-edukazzjoni, it-teknoloġija, fosthom it-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, bil-għan li jingħata kontribut għall-iżvilupp sostenibbli tal-PTEE u għall-promozzjoni tal-eċċellenza u l-kompetittività tal-impriżi u b'mod speċjali tal-SMEs fil-PTEE. B'mod partikolari, il-koperazzjoni tista' tikkonċerna:

    Emenda 43

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 30 – punt b

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b)

    il-bini ta' politika u istituzzjonijiet fil-PTEE u azzjonijiet komuni fil-livell lokali, nazzjonali jew reġjonali, bil-għan li jiġu żviluppati x-xjenza, it-teknoloġija u l-attivitajiet innovazzjoni u l-applikazzjoni tagħhom;

    (b)

    il-bini ta' politika u istituzzjonijiet fil-PTEE u azzjonijiet komuni fil-livell lokali, nazzjonali jew reġjonali, bil-għan li jiġu żviluppati x-xjenza, l-edukazzjoni, it-teknoloġija u l-attivitajiet innovazzjoni u l-applikazzjoni tagħhom;

    Emenda 44

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 30 – punt d

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (d)

    il-parteċipazzjoni ta' riċerkaturi individwali, korpi tar-riċerka u entitajiet legali mill-PTEE fil-qafas għall-koopearzzjoni relatat ma' programmi ta' riċerka u innovazzjoni fi ħdan l-Unjoni ;

    (d)

    il-parteċipazzjoni ta' riċerkaturi individwali, korpi tar-riċerka , SMEs u entitajiet ġuridiċi mill-PTEE fil-qafas għall-koopearzzjoni relatat ma' programmi tal-Unjoni ta' riċerka u innovazzjoni tal-kompetittività tal-impriżi u, partikolarment, tal-SMEs ;

    Emenda 45

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 30 – punt e

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (e)

    it-taħriġ u l-mobbiltà internazzjonali ta' riċerkaturi tal-PTEE u skambji.

    (e)

    it-taħriġ u l-mobbiltà internazzjonali ta' riċerkaturi u ta' studenti tal-PTEE u skambji ta' riċerkaturi u ta' studenti .

    Emenda 46

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 31 – paragrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1.   L-Unjoni għandha tiżgura li l-persuni fiżiċi mill-PTEE, kif definiti fl-Artikolu 49, ikunu jistgħu jipparteċipaw f'inizjattivi tal-Unjoni li jikkonċernaw iż-żgħażagħ fuq l-istess bażi taċ-ċittadini tal-Istati Membri.

    1.   L-Unjoni għandha tiżgura li l-persuni fiżiċi mill-PTEE, kif definiti fl-Artikolu 49, jipparteċipaw fl-inizjattivi u fil-programmi tal-Unjoni li jikkonċernaw iż-żgħażagħ fuq l-istess bażi taċ-ċittadini tal-Istati Membri.

    Emenda 47

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 31 – paragrafu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2.   L-assoċjazzjoni għandha l-għan li ssaħħaħ ir-rabtiet bejn iż-żgħażagħ li jgħixu fil-PTEE u fl-Unjoni, fost l-oħrajn permezz tal-promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim għaż-żgħażagħ tal-PTEE u bit-trawwim tal-komprensjoni reċiproka bejn iż-żgħażagħ.

    2.   L-assoċjazzjoni għandha l-għan li ssaħħaħ ir-rabtiet bejn iż-żgħażagħ li jgħixu fil-PTEE u fl-Unjoni, fost l-oħrajn permezz tal-promozzjoni tat-taħriġ edukattiv u inizjali, professjonali jew kontinwu, skambji ta' tagħlim u l-mobbiltà għaż-żgħażagħ tal-PTEE u bit-trawwim tat-tagħlim interkulturali u tal-komprensjoni reċiproka bejn iż-żgħażagħ.

    Emenda 48

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 31 – paragrafu 2a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    2a.     L-Unjoni u l-PTEE għandhom jikkooperaw sabiex iż-żgħażagħ ikunu involuti b'mod attiv fis-suq tax-xogħol sabiex jiġi evitat il-qgħad fost iż-żgħażagħ.

    Emenda 49

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 32 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (aa)

    l-offerta ta' opportunitajiet ta' esperjenzi ta' xogħol biex l-istudenti jkunu jistgħu jiżviluppaw ħiliet utli għas-suq tax-xogħol;

    Emenda 50

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 32 – paragrafu 1 – punt b

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b)

    l-appoġġ lill-PTEE fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta' politiki tal-edukazzjoni.

    (b)

    l-appoġġ lill-PTEE fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta' politiki tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali formali u informali .

    Emenda 51

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 32 – paragrafu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2.   L-Unjoni għandha tiżgura li l-persuni fiżiċi mill-PTEE, kif definiti fl-Artikolu 49, ikunu jistgħu jipparteċipaw f'inizjattivi tal-Unjoni li jikkonċernaw l-edukazzjoni fuq l-istess bażi taċ-ċittadini tal-Istati Membri .

    2.   L-Unjoni għandha tiżgura li l-persuni fiżiċi mill-PTEE, kif definiti fl-Artikolu 49, jipparteċipaw f'inizjattivi tal-Unjoni li jikkonċernaw l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali u speċjalment fil-programm Erasmus għal Kulħadd .

    Emenda 52

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 32 – paragrafu 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    3.   L-Unjoni għandha tiżgura li l-korpi u l-istituti tal-edukazzjoni mill-PTEE jkunu jistgħu jieħdu sehem f'inizjattivi ta' kooperazzjoni tal-Unjoni relatati mal-edukazzjoni abbażi tal-istess korpi u istituzzjonijiet tal-edukazzjoni tal-Istati Membri.

    3.   L-Unjoni għandha tiżgura li l-korpi u l-istituti tal-edukazzjoni u tat-taħriġ professjonali mill-PTEE jkunu jistgħu jieħdu sehem f'inizjattivi ta' kooperazzjoni tal-Unjoni relatati mal-edukazzjoni u mat-taħriġ professjonali abbażi tal-istess korpi u istituti tal-edukazzjoni u tat-taħriġ professjonali tal-Istati Membri.

    Emenda 53

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 33 – paragrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1.   L-Unjoni u l-PTEE għandu jkollhom djalogu fil-qasam tal-impiegi u l-politika soċjali li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-PTEE u l-promozzjoni ta' xogħol deċenti fil-PTEE u fir-reġjuni fejn jinsabu. Dan id-djalogu għandu jkollu l-għan ukoll li jappoġġja l-isforzi tal-awtoritajiet tal-PTEE għall-iżvilupp ta' politiki u leġiżlazzjoni f'dan il-qasam.

    1.   L-Unjoni u l-PTEE għandu jkollhom djalogu fil-qasam tal-impjiegi u l-politika soċjali li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-PTEE u l-promozzjoni ta' xogħol deċenti u l-inklużjoni soċjali f'ekonomija ekoloġika fil-PTEE u fir-reġjuni fejn jinsabu. Dan id-djalogu għandu jkollu l-għan ukoll li jappoġġja l-isforzi tal-awtoritajiet tal-PTEE għall-iżvilupp ta' politiki u leġiżlazzjoni f'dan il-qasam.

    Emenda 54

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 33 – paragrafu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2.   Fil-parti l-kbira tiegħu dan id-djalogu għandu jikkonsisti minn informazzjoni u l-aħjar prattiki relatati mal-politiki u l-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-impjiegi u l-politika soċjali li jkunu fl-interess reċiproku tal-Unjoni u tal-PTEE. F'dan ir-rigward, għandhom jiġu kkunsidrati oqsma bħall-iżvilupp tal-ħiliet, il-ħarsien soċjali, id-djalogu soċjali, l-opportunitajiet indaqs, in-nondiskriminazzjoni u l-aċċessibbiltà għal persuni b'diżabbiltà, is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol u standards tax-xogħol.

    2.   Fil-parti l-kbira tiegħu dan id-djalogu għandu jikkonsisti minn informazzjoni u l-aħjar prattiki relatati mal-politiki u l-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-impjiegi u l-politika soċjali li jkunu fl-interess reċiproku tal-Unjoni u tal-PTEE. Għandu jitħeġġeġ il-ħolqien tal-impjiegi speċjalment fi ħdan l-SMEs permezz tal-promozzjoni ta' standards soċjali ambizzjużi. Id-djalogu għandu jħeġġeġ il-miżuri innovattivi kollha li jipproteġu l-ambjent u s-saħħa tal-ħaddiema u taċ-ċittadini, maħsuba biex jippermettu l-ħolqien tal-impjiegi fl-oqsma kollha fejn il-PTEE jkollhom vantaġġ bħal pereżempju l-bijodiversità, ir-riżorsi minerali, it-teknoloġiji ġodda u l-oqsma marbuta mat-titjib tal-aċċessibilità. F'dan ir-rigward, għandhom jiġu kkunsidrati oqsma bħall-ippjanar bil-quddiem tal-impjiegi u bħall-iżvilupp tal-ħiliet, it-taħriġ ta' ħaddiema kkwalifikati sabiex jissodisfaw l-esiġenzi tas-suq tax-xogħol, il-ħarsien soċjali, id-djalogu soċjali, l-opportunitajiet indaqs, in-nondiskriminazzjoni u l-aċċessibbiltà għal persuni b'diżabbiltà, is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol u standards tax-xogħol.

    Emenda 55

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 33 – paragrafu 2a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    2a.     L-Unjoni u l-PTEE għandhom jikkooperaw bil-għan li jiskambjaw l-aħjar prattiki rigward politiki attivi fil-qasam tas-suq tax-xogħol, l-istandards tax-xogħol u l-protezzjoni soċjali biex id-drittijiet tal-ħaddiema jitħarsu.

    Emenda 56

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 33 – paragrafu 2b (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    2b.     L-Unjoni u l-PTEE għandhom jikkooperaw sabiex jagħtu bilanċ korrett bejn is-sigurtà u l-flessibilità fis-suq tax-xogħol permezz ta' implimentazzjoni komprensiva tal-prinċipji tal-flessigurtà, u biex tiġi ttrattata s-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol, billi jingħataw kemm kopertura adegwata tal-protezzjoni soċjali għal persuni f'perjodi ta' tranżizzjoni, jew b'kuntratti ta' impjieg temporanju jew part-time, kif ukoll aċċess għat-taħriġ, għall-opportunitajiet tal-iżvilupp tal-karriera u ta' xogħol full-time;

    Emenda 57

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 33 – paragrafu 2d (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    2c.     Id-depopolazzjoni, inkluż l-“eżodu ta' mħuħ” u l-emigrazzjoni taż-żgħażagħ minħabba x-xogħol, huma sfida għal ħafna PTEE u għal din ir-raġuni l-Unjoni u l-PTEE għandhom jikkooperaw biex jipproteġu d-drittijiet tal-ħaddiema migranti fis-suq tax-xogħol.

    Emenda 58

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 33a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Artikolu 33a

     

    Moviment liberu tal-ħaddiema

     

    1.     Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet li jirregolaw is-saħħa pubblika, is-sikurezza pubblika u l-ordni pubbliku, l-Istati Membri tal-Unjoni ma għandhomx jiddiskriminaw bi kwalunkwe mod kontra ħaddiema mill-PTEE fir-rigward tal-impjiegi, ir-rimunerazzjoni u l-kundizzjonijiet l-oħra ta' xogħol.

     

    2.     L-awtoritajiet tal-PTEE għandhom jittrattaw lill-ħaddiema tal-Istati Membri b'mod li ma jkunx anqas favorevoli mit-trattament li jagħtu lill-ċittadini ta' pajjiż terz u ma għandhomx jiddiskriminaw bejn ċittadini tal-Istati Membri. Madankollu, sabiex jippromwovu l-impjiegi lokali, l-awtoritajiet tal-PTEE jistgħu jistabbilixxu regolamenti favur il-ħaddiema lokali tagħhom. F'dan il-każ, l-awtoritajiet tal-PTEE għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regolamenti li jadottaw sabiex hi tkun tista' tgħarraf lill-Istati Membri.

     

    3.     Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-impjiegi fl-amministrazzjoni pubblika.

    Emenda 59

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 33 ba (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Artikolu 33 ba

     

    Djalogu soċjali u żvilupp tad-demokrazija soċjali

     

    Fil-qafas tal-assoċjazzjoni, il-promozzjoni tad-djalogu soċjali u tal-iżvilupp tad-demokrazija soċjali, tista' tiġi appoġġjata minn miżuri relatati b'mod speċjali ma':

     

    azzjonijiet li jfornu taħriġ għas-sħab soċjali,

     

    azzjonijiet li jippermettu l-komunikazzjoni u l-ħolqien tal-ispazji maħsuba għall-promozzjoni u l-iżvilupp tad-djalogu soċjali u d-demokrazija soċjali,

     

    azzjonijiet li jippermettu l-iskambju tal-aħjar prattiki soċjali fil-livell reġjonali u lokali.

    Emenda 60

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 34 – punt a

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a)

    azzjonijiet li jsaħħu t-tħejjija u l-kapaċità ta' rispons kontra theddid transkonfinali fuq is-saħħa bħal mard li jittieħed li għandhom jiġu żviluppati fuq strutturi eżistenti u li għandhom jittrattaw ċirkostanzi mhux normali;

    (a)

    azzjonijiet li jsaħħu t-tħejjija u l-kapaċità ta' rispons kontra theddid transkonfinali fuq is-saħħa bħal mard li jittieħed li għandhom jiġu żviluppati fuq strutturi eżistenti u fuq il-mediċina okkupazzjonali u li għandhom jittrattaw ċirkostanzi mhux normali;

    Emenda 61

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 34 – punt aa (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (aa)

    l-Unjoni u l-PTEE għandhom jorganizzaw skambji tal-aħjar prattika bl-għan li titjieb l-effikaċja fuq il-post tax-xogħol. Huwa importanti li jkun żgurat li l-ħaddiema kollha jkunu koperti mill-politiki ta' prevenzjoni u jibbenefikaw effettivament mir-rispett tad-dritt fundamentali tagħhom għas-saħħa;

    Emenda 62

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 34 – punt b

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b)

    bini ta' kapaċità permezz tat-tisħiħ ta' netwerks ta' saħħa pubblika fil-livell reġjonali, il-faċilitazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni fost esperti u l-promozzjoni ta' taħriġ xieraq;

    (b)

    bini ta' kapaċità permezz tat-tisħiħ ta' netwerks ta' saħħa pubblika fil-livell reġjonali, il-faċilitazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni fost esperti u l-promozzjoni ta' taħriġ xieraq u l-introduzzjoni tat-telemediċina ;

    Emenda 63

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 34a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Artikolu 34a

     

    Saħħa u sikurezza fuq ix-xogħol

     

    Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tas-saħħa u tas-sikurezza fuq ix-xogħol għandha timmira li ssaħħaħ il-kapaċitajiet tal-PTEE fil-prevenzjoni tal-mard u tal-inċidenti okkupazzjonali permezz ta' miżuri, fosthom:

     

    azzjonijiet li jippermettu t-twettiq ta' studji u l-iżvilupp ta' kompetenzi fil-qasam tas-saħħa u s-sikurezza fuq ix-xogħol rigward riskji speċifiċi għat-territorju kkonċernat,

     

    assistenza għall-modernizzazzjoni tar-regolamentazzjoni fil-qasam tas-saħħa u s-sikurezza fuq ix-xogħol,

     

    appoġġ tal-azzjonijiet għall-promozzjoni tal-prevenzjoni tar-riskji okkupazzjonali.

    Emenda 64

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 38 – titolu

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Protezzjoni ta' siti ta' wirt kulturali u monumenti storiċi

    Wirt kulturali u monumenti storiċi

    Emenda 65

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 38 – parti introduttorja

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-koopeazzjoni fil-qasam tas-siti ta' wirt kulturali u monumenti storiċi għandha l-għan li tippromwovi skambji ta' għarfien espert u tal-aħjar prattiki permezz ta:

    Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tas-siti ta' wirt kulturali u monumenti storiċi għandha l-għan li tippromwovi skambji ta' għarfien espert u tal-aħjar prattiki kif ukoll il-valorizzazzjoni sostenibbli tas-siti permezz ta':

    Emenda 66

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 38 – paragrafu 1a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Il-kooperazzjoni tista' wkoll timmira li ttejjeb l-għarfien, il-konservazzjoni u l-valorizzazzjoni tal-wirt kulturali materjali u immaterjali tal-PTEE.

    Emenda 67

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 44a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Artikolu 44a

     

    Negozjar ta' ftehimiet kummerċjali ma' pajjiżi terzi

     

    Meta tinnegozja ftehim kummerċjali ma' pajjiż terz, l-Unjoni għandha timpenja ruħha li tipprovdi l-estensjoni tal-preferenzi tariffarji mogħtija lill-prodotti tal-Unjoni għall-prodotti li joriġinaw mill-PTEE.

    Emenda 68

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 54 – paragrafu 3a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    3a.     Meta l-ftehimiet kummerċjali li attwalment qegħdin jiġu nnegozjati ma' pajjiżi terzi jkollhom ir-riskju li jipperikolaw setturi kummerċjali tradizzjonali li huma karatteristiċi tal-PTEE, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjonijiet preliminari tal-impatt tal-konsegwenzi potenzjali skont il-kriterji definiti mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol u min-Nazzjonijiet Uniti. Ladarba jitlestew, il-Kummissjoni għandha tgħaddi dawn il-valutazzjonijiet preliminari tal-impatt lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-awtoritajiet governattivi u lokali tal-PTEE qabel il-konklużjoni tal-ftehimiet internazzjonali kkonċernati.

    Emenda 69

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 57 – paragrafu 1 – punt b

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b)

    il-faċilitazzjoni tat-tneħħija ta' ostakli fuq il-kummerċ jew l-investiment fir-rigward ta' prodotti u servizzi ta' relevanza partikolari għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, bħall-enerġija rinnovabbli sostenibbli u prodotti u servizzi b'użu enerġetiku effiċjenti, fosthom permezz tal-aħjar teknoloġiji li huma disponibbli u permezz tal-promozzjoni ta' standards li jirrispondu għall-ħtiġijiet ambjentali u ekonomiċi u jimminimizzaw l-ostakli tekniċi fuq il-kummerċ;

    (b)

    il-faċilitazzjoni tat-tneħħija ta' ostakli fuq il-kummerċ jew l-investiment fir-rigward ta' prodotti u servizzi ta' relevanza partikolari għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, bħall-enerġija rinnovabbli sostenibbli u prodotti u servizzi b'użu enerġetiku effiċjenti, fosthom permezz tal-aħjar teknoloġiji li huma disponibbli u permezz tal-promozzjoni ta' standards li jirrispondu għall-ħtiġijiet ambjentali , soċjali u ekonomiċi u jimminimizzaw l-ostakli tekniċi fuq il-kummerċ;

    Emenda 70

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 57 – paragrafu 1 – punt c

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (c)

    il-promozzjoni tal-kummerċ ta' prodotti li jikkontribwixxu għall-kundizzjonijiet soċjali u għal prattiki tajbin mil-lat ambjentali, fosthom prodotti li jkunu suġġetti għal skemi volontarji ta' assigurazzjoni tas-sostenibbiltà bħall-kummerċ ġust u etiku, ekotikketti, u skemi ta' ċertifikazzjoni għal prodotti naturali bbażati fuq riżorsi;

    (c)

    il-promozzjoni tal-kummerċ ta' prodotti li jikkontribwixxu għall-kundizzjonijiet soċjali u għal prattiki tajbin mil-lat ambjentali, fosthom prodotti li jkunu suġġetti għal skemi volontarji ta' assigurazzjoni tas-sostenibbiltà bħall-kummerċ ġust u etiku, ekotikketti, tikketti soċjali u skemi ta' ċertifikazzjoni għal prodotti naturali bbażati fuq riżorsi;

    Emenda 71

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 62

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-politika tal-konsumatur, il-protezzjoni tas-saħħa tal-konsumatur u l-kummerċ tista' tinkludi t-tħejjija ta' liġijiet u regolament fil-qasam tal-politika tal-konsumatur u tal-protezzjoni tas-saħħa tal-konsumatur, bil-għan li jiġu evitati ostakli żejda fuq il-kummerċ.

    Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-politika tal-konsumatur, il-protezzjoni tas-saħħa tal-konsumatur u l-kummerċ tista' tinkludi l-possibilitajiet ta' rikonoxximent temporanju tar-regoli u l-proċeduri stabbiliti fil-PTEE u t-tħejjija ta' liġijiet u regolament fil-qasam tal-politika tal-konsumatur u tal-protezzjoni tas-saħħa tal-konsumatur, bil-għan li jiġu evitati ostakli żejda fuq il-kummerċ.

    Emenda 72

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 68 – punt a

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a)

    it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-PTEE biex jiddefinixxu u jimplimentaw il-politiki meħtieġa għall-iżvilupp tal-kummerċ tagħhom tal-prodotti u tas-servizzi;

    (a)

    it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-PTEE biex jiddefinixxu u jimplimentaw il-politiki meħtieġa għall-iżvilupp tal-kummerċ tagħhom tal-prodotti u tas-servizzi speċjalment permezz tat-teknoloġiji l-ġodda tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni ;

    Emenda 73

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 68 – punt b

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b)

    l-inkoraġġiment tal-isforzi tal-PTEE biex idaħħlu fis-seħħ l-oqfsa legali, regolatorji u istituzzjonali xierqa kif ukoll il-proċeduri amministrattivi meħtieġa;

    (b)

    l-inkoraġġiment tal-isforzi tal-PTEE biex idaħħlu fis-seħħ l-oqfsa legali, regolatorji u istituzzjonali xierqa kif ukoll il-proċeduri amministrattivi meħtieġa , partikolarment biex jiffavorixxu t-titjib tal-istandards soċjali u joħolqu ambjent soċjali favorevoli għat-tkabbir ;

    Emenda 74

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 68 – punt d

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (d)

    il-faċilitazzjoni tal-iżvilupp tas-swieq u tal-prodotti, fosthom it-titjib tal-kwalità tal-prodotti;

    (d)

    il-faċilitazzjoni tal-iżvilupp u tad-diversifikazzjoni tas-swieq u tal-prodotti, fosthom it-titjib tal-kwalità tal-prodotti;

    Emenda 75

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 68 – punt e

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (e)

    jingħata kontribut għall-iżvilupp tar-riżorsi umani u tal-ħiliet professjonali rilevanti għall-kummerċ ta' prodotti u servizzi;

    (e)

    jingħata kontribut għall-iżvilupp tar-riżorsi umani u tal-ħiliet professjonali billi jiġi offrut taħriġ xieraq rilevanti għall-kummerċ ta' prodotti u servizzi;

    Emenda 76

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 68 – punt f

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (f)

    it-titjib tal-kapaċità ta' intermedjarji finanzjarji li jipprovdu lill-impriżi tal-PTEE bis-servizzi relevanti għall-attivitajiet ta' esportazzjoni tagħhom, bħal intelligence tas-swieq;

    (f)

    it-titjib tal-kapaċità ta' intermedjarji finanzjarji li jipprovdu lill-impriżi tal-PTEE bis-servizzi relevanti għall-attivitajiet ta' esportazzjoni tagħhom, bħal intelligence dwar is-swieq , permezz ta' użu aktar effikaċi tat-teknoloġiji l-ġodda ;

    Emenda 77

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 79 – paragrafu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2.   L-Unjoni għandha tappoġġja l-isforzi tal-PTEE fl-iżvilupp ta' dejta statistika affidabbli dwar dawn l-oqsma.

    2.   L-Unjoni għandha tappoġġja l-isforzi tal-PTEE fl-iżvilupp ta' data statistika affidabbli dwar dawn l-oqsma. Għandha tappoġġja lill-PTEE fl-isforzi tagħhom biex itejbu l-komparabilità tal-indikaturi makroekonomiċi tagħhom, speċjalment permezz tal-kalkolu tal-paritajiet tal-kapaċità tal-akkwist.

    Emenda 78

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 80 – paragrafu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2.   Fuq l-inizjattiva tal-PTEE, jistgħu jsiru studji jew miżuri ta' għajnuna teknika ffinanzjati fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet skedati fid-dokumenti ta' pprogrammar . Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tiffinanzja dawn l-azzjonijiet jew permezz ta' għajnuna programmabbli jew minn pakkett allokat għal miżuri ta' kooperazzjoni teknika.

    2.   Fuq l-inizjattiva tal-PTEE, jistgħu jsiru studji jew miżuri ta' għajnuna teknika ffinanzjati fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet skedati fl-ambitu ta' din id-Deċiżjoni . Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tiffinanzja dawn l-azzjonijiet jew permezz ta' għajnuna programmabbli jew minn pakkett allokat għal miżuri ta' kooperazzjoni teknika.

    Emenda 79

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 80 – paragrafu 2a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    2a.     Il-Kummissjoni għandha torganizza tal-anqas darba fis-sena, preferibbilment b'rabta mal-Forum UE-PTEE, laqgħa teknika tal-uffiċjali awtorizzanti reġjonali u l-uffiċjali awtorizzanti b'delega bil-għan li jissaħħaħ id-djalogu tekniku istituzzjonali u jiġu semplifikati l-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tal-fondi;

    Emenda 80

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 82 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Il-Kummissjoni għandha tiżgura li r-regoli ta' programmazzjoni jqisu r-riżorsi umani u amministrattivi limitati tal-PTEE u r-rabtiet istituzzjonali tagħhom mal-Istat Membru li miegħu huma marbuta.

    Emenda 81

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 82 – paragrafu 5

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    5.   L-awtoritajiet tal-PTEE u l-Kummissjoni għandhom ikunu responsabbli b'mod konġunt mill-approvazzjoni tad-dokument ta' pprogrammar.

    5.   L-awtoritajiet tal-PTEE u l-Kummissjoni għandhom ikunu responsabbli b'mod konġunt mill-approvazzjoni tad-dokument ta' pprogrammar. F'dan ir-rigward, id-dokument ta' pprogrammar għandu jkun s-suġġett ta' skambji ta' opinjonijiet bejn il-PTEE, l-Istat Membru kkonċernat u l-Kummissjoni. Waqt l-iskambji, għandhom ikunu organizzati laqgħat tekniċi bejn l-uffiċjali awtorizzanti reġjonali u r-rappreżentanti kollha tas-servizzi tal-Kummissjoni, u tal-uffiċċji u d-delegazzjonijiet ikkonċernati mill-programmazzjoni, jekk ikun possibbli bħala estensjoni tal-forum ta' djalogu PTEE-UE.

    Emenda 82

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 83 – paragrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta r-riżorsi tal-11-il FEŻ tal-PTEE fi kwalunkwe wieħed mill-modi stabbiliti fir-regolament finanzjarju tal-11-il FEŻ u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni u fil-miżuri li jimplimentaw dik id-Deċiżjoni. Għal dan il-għan, hija għandha tikkonkludi ftehimiet ta' finanzjament mal-awtoritajiet relevanti tal-PTEE.

    1.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta r-riżorsi tal-11-il FEŻ tal-PTEE fi kwalunkwe wieħed mill-modi stabbiliti fir-regolament finanzjarju tal-11-il FEŻ u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni u fil-miżuri li jimplimentaw dik id-Deċiżjoni. Għal dan il-għan, hija għandha tikkonkludi ftehimiet ta' finanzjament mal-awtoritajiet relevanti tal-PTEE u għandha torganizza laqgħat tekniċi mal-uffiċjali awtorizzanti reġjonali u r-rappreżentanti kollha tas-servizzi tal-Kummissjoni, u tal-uffiċċji u d-delegazzjonijiet involuti fl-implimentazzjoni tal-programmazzjoni, jekk ikun possibbli bħala estensjoni tal-forum ta' djalogu PTEE-UE .

    Emenda 83

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 84 – paragrafu 8

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    8.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat bis-segwitu, l-evalwazzjoni u l-awdithar tad-Dokument ta' pprogrammar.

    8.   Il-Kummissjoni għandha tinforma simultanjament lill-Kumitat u lill-Parlament Ewropew bis-segwitu, l-evalwazzjoni u l-awditjar tad-Dokument ta' pprogrammar.

    Emenda 84

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 88 – paragrafu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2.   Il-PTEE għandu jkun eliġibbli wkoll għal appoġġ minn programmi tal-Unjoni għal kooperazzjoni ma' pajjiżi oħrajn, speċjalment il-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, suġġett għar-regoli, għanijiet u arranġamenti ta' dawn il-programmi.

    2.   Il-PTEE għandhom jibbenefikaw ukoll minn appoġġ minn programmi tal-Unjoni għal kooperazzjoni ma' pajjiżi oħrajn, suġġetti għar-regoli, għanijiet u arranġamenti ta' dawn il-programmi.

    Emenda 85

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 88 – paragrafu 2a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    2a.     Bil-għan li tiġi żgurata parteċipazzjoni effettiva u effikaċi tal-PTEE fid-diversi programmi orizzontali tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi “strateġija PTEE” reali, billi toħloq f'kull Direttorat Ġenerali tagħha “uffiċjali tal-PTEE”. Dawn l-“uffiċjali tal-PTEE” għandhom jipparteċipaw fit-tfassil tal-programmi ta' ħidma annwali għal kull programm, b'mod partikolari permezz ta' konsultazzjonijiet interservizzi, biex jiżguraw li l-bżonnijiet u l-ispeċifiċitajiet tal-PTEE jkunu meqjusa kif xieraq. Barra minn dan, il-Kummissjoni għandha tinnotifika mill-iktar fis possibbli lill-PTEE bil-pubblikazzjoni tas-sejħiet għal proposti fl-ambitu tad-diversi programmi orizzontali.

    Emenda 86

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 89 – paragrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati li jikkumplimentaw ir-regoli f'din id-Deċiżjoni fi żmien 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ tagħha, u li temenda l-Appendiċi tal-Anness VI għall-fini li tikkunsidra l-iżvilupp teknoloġiku u t-tibdil fil-leġiżlazzjoni doganali, f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 90.

    1.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati li jikkumplimentaw ir-regoli f'din id-Deċiżjoni fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ tagħha, u li temenda l-Appendiċi tal-Anness VI għall-fini li tikkunsidra l-iżvilupp teknoloġiku u t-tibdil fil-leġiżlazzjoni doganali, f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 90.

    Emenda 87

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 90 – paragrafu 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 89 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ.

    3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 89 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ.

     

    Ladarba l-Kunsill jkun beda proċedura interna sabiex jiddeċiedi jekk id-delega tas-setgħa għandhiex tiġi rrevokata jew le, hu għandu jinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma jieħu d-deċiżjoni finali, billi jindika s-setgħat delegati li jistgħu jiġu rrevokati, kif ukoll ir-raġunijiet għal din ir-revoka.

    Emenda 88

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 90 – paragrafu 4

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Kunsill b'dan.

    4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dan.

    Emenda 89

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 90 – paragrafu 5 – subparagrafu 1a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Jekk ikun biħsiebu jqajjem xi oġġezzjonijiet, il-Kunsill għandu jinforma lill-Parlament Ewropew fi żmien raġonevoli qabel ma jieħu d-deċiżjoni finali, billi jindika l-att delegat li biħsiebu joġġezzjona għalih kif ukoll ir-raġunijiet possibbli tal-oġġezzjoni tiegħu.

    Emenda 90

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 90a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Artikolu 90a

     

    Proċedura ta' urġenza

     

    1.     L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni b'konformità mal-paragrafu 2. In-notifika ta' att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta' urġenza.

     

    2.     Il-Kunsill jista' joġġezzjona għal att delegat b'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 90(5). F'tali każ, il-Kummissjoni għandha tirrevoka l-att bla dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Kunsill.

    Emenda 91

    Proposta għal deċiżjoni

    Artikolu 91 – paragrafu 1 – parti introduttorja

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi skont it-Trattat, għandu jiddeċiedi dwar kwalunkwe aġġustament meħtieġ għal din id-Deċiżjoni meta:

    Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi skont it-Trattat, għandu jiddeċiedi , wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, dwar kwalunkwe aġġustament meħtieġ għal din id-Deċiżjoni meta:

    Emenda 92

    Proposta għal deċiżjoni

    Anness I

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    LISTA TA' PTEE IŻOLATI

    LISTA TA' PTEE IŻOLATI

    Il-Gżejjer Falkland

    Il-Gżejjer Falkland

    Sant'Elena, Ascension, Tristan da Cunha

    Sant'Elena, Ascension, Tristan da Cunha

    St Pierre u Miquelon

    St Pierre u Miquelon

     

    Wallis u Futuna

    Emenda 93

    Proposta għal deċiżjoni

    ANNESS II – Artikolu 1 – paragrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1.   Għall-finijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni, għall-perjodu ta' seba' snin mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020, l-ammont globali ta' assistenza finanzjarja tal-UE [EUR 343.4 miljun] taħt il-11-il FEŻ stabbilit bil-Ftehim Intern li jistabbilixxi l-11-il FEŻ għandu jiġi allokat kif ġej:

    1.   Għall-finijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni, għall-perjodu ta' seba' snin mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020, l-ammont globali ta' assistenza finanzjarja tal-UE [EUR 360.57 miljun] taħt il-11-il FEŻ stabbilit bil-Ftehim Intern li jistabbilixxi l-11-il FEŻ għandu jiġi allokat kif ġej:

    (a)

    EUR [330.4 miljun] fil-forma ta' għotjiet għal appoġġ programmabbli għal żvilupp fit-tul, għajnuna umanitarja, għajnuna ta' emerġenza, għajnuna lir-refuġjati u appoġġ addizzjonali fil-każ ta' fluttwazzjonijiet fil-qligħ mill-esportazzjoni kif ukoll għal appoġġ għal kooperazzjoni u integrazzjoni reġjonali;

    (a)

    EUR [345.57 miljun] fil-forma ta' għotjiet għal appoġġ programmabbli għal żvilupp fit-tul, għajnuna umanitarja, għajnuna ta' emerġenza, għajnuna lir-refuġjati u appoġġ addizzjonali fil-każ ta' fluttwazzjonijiet fil-qligħ mill-esportazzjoni kif ukoll għal appoġġ għal kooperazzjoni u integrazzjoni reġjonali;

    (b)

    EUR [5 miljuni] għall-finanzjament tas-sussidji tal-imgħax u l-assistenza teknika fil-kuntest tal-Faċilità ta' Investiment tal-PTEE imsemmija fl-Anness IV;

    (b)

    EUR [5 miljun] għall-finanzjament tas-sussidji tal-imgħax u l-assistenza teknika fil-kuntest tal-Faċilità ta' Investiment tal-PTEE imsemmija fl-Anness IV;

    (c)

    EUR [8 miljuni] għal studji jew assistenza teknika skont l-Artikolu 79 ta' din id-Deċiżjoni, u evalwazzjoni globali tad-Deċiżjoni li trid issir sa mhux aktar tard minn erba' snin qabel ma tiskadi.

    (c)

    EUR [10 miljun] għal studji jew assistenza teknika skont l-Artikolu 79 ta' din id-Deċiżjoni, u evalwazzjoni globali tad-Deċiżjoni li trid issir sa mhux aktar tard minn erba' snin qabel ma tiskadi.

    Emenda 94

    Proposta għal deċiżjoni

    ANNESS II – Artikolu 3 – parti introduttorja

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    L-ammont ta' EUR [330.4] miljun msemmi fl-Artikolu 1(1)(a) għandu jkun allokat fuq il-bażi tal-ħtiġijiet u l-prestazzjoni tal-PTEE skont il-kriterji li ġejjin:

    L-ammont ta' EUR [345.57] miljun msemmi fl-Artikolu 1(1)(a) għandu jkun allokat fuq il-bażi tal-ħtiġijiet u l-prestazzjoni tal-PTEE skont il-kriterji li ġejjin:

    Emenda 95

    Proposta għal deċiżjoni

    ANNESS II – Artikolu 3 – paragrafu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2.    EUR [105 miljuni] għandhom jiġu allokati għall-appoġġ tal-kooperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali skont l-Artikolu 7 ta' din id-Deċiżjoni, partikolarment dwar il-prijoritajiet u oqsma ta' interessi reċiproċi msemmija fl-Artikolu 5 u permezz ta' konsultazzjoni permezz ta' okkorrenzi ta' sħubija bejn l-UE u l-PTEE imsemmija fl-Artikolu 13. Din għandha tipprova tikseb koordinazzjoni ma' strumenti finanzjarji oħrajn tal-Unjoni, kooperazzjoni bejn il-PTEE u r-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat.

    2.    EUR [120.17 miljun] għandhom jiġu allokati għall-appoġġ tal-kooperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali skont l-Artikolu 7 ta' din id-Deċiżjoni, partikolarment dwar il-prijoritajiet u oqsma ta' interessi reċiproċi msemmija fl-Artikolu 5 u permezz ta' konsultazzjoni permezz ta' okkorrenzi ta' sħubija bejn l-UE u l-PTEE imsemmija fl-Artikolu 13. Din għandha tipprova tikseb koordinazzjoni ma' strumenti finanzjarji oħrajn tal-Unjoni, kooperazzjoni bejn il-PTEE u r-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat.

    Emenda 96

    Proposta għal deċiżjoni

    ANNESS VI – Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt g

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (g)

    prodotti tal-akkwakultura, fejn il-ħut, il-krustaċji u l-molluski jitwieldu u jitrabbew hemmhekk;

    (g)

    prodotti tal-akkwakultura, fejn il-ħut, il-krustaċji u l-molluski jitrabbew hemmhekk;

    Emenda 97

    Proposta għal deċiżjoni

    Anness VI – Artikolu 10 – paragrafu 6

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    6.   Il-Kummissjoni għandha tadotta miżura li tagħti l-kumulu msemmi fil-paragrafu 1 permezz tal-atti implimentattivi . Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 64(2).

    6.   Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 90 dwar miżura li tagħti l-kumulu msemmi fil-paragrafu 1.

    Emenda 98

    Proposta għal deċiżjoni

    ANNESS VI – Artikolu 16 – paragrafu 6a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    6a.     Id-derogi għandhom jingħataw lill-PTEE fir-rigward tal-prodotti tas-sajd fi ħdan il-limitu ta' kwota annwali ta' 2 500 tunnellata għall-prodotti tas-sajd li jidħlu fil-kodiċijiet NM 030471, 030483, 030532, 030562, 030614, 0307299010 u 160510.

     

    L-applikazzjonijiet għal tali deroga għandhom jitressqu minn PTEE jew Stat Membru, skont il-kwota msemmija hawn fuq, lill-Kumitat li għandu jagħti d-derogi b'mod awtomatiku u japplikahom permezz ta' deċiżjoni.

    Emenda 99

    Proposta għal deċiżjoni

    Anness VI – Artikolu 16 – paragrafu 8

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    8.   Il-Kummissjoni tadotta miżura li tagħti d-deroga temporanja msemmija fil-paragrafu 1 permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 64(2).

    8.   Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 90 dwar miżura li tagħti d-deroga temporanja msemmija fil-paragrafu 1.

    Emenda 100

    Proposta għal deċiżjoni

    Anness VI – Artikolu 63 – paragrafu 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    3.   Il-Kummissjoni tadotta miżura li tagħti d-deroga temporanja msemmija fil-paragrafu 1 permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 64(2).

    3.   Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 90 dwar miżura li tagħti d-deroga temporanja msemmija fil-paragrafu 1.

    Emenda 101

    Proposta għal deċiżjoni

    Anness VI – Artikolu 64

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Proċeduri tal-Kumitat

    imħassar

    1.     Il-Kummissjoni tkun assistita mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, stabbilit bl-Artikolu 247a tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

     

    2.     Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

     

    Emenda 102

    Proposta għal deċiżjoni

    Anness VII – Artikolu 2 – paragrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1.   Il-Kummissjoni tista' tissospendi temporanjament l-arranġamenti preferenzjali previsti f'din id-Deċiżjoni, fir-rigward tal-prodotti kollha jew ta' ċerti prodotti li joriġinaw f'pajjiż benefiċjarju, fejn tikkunsidra li jkun hemm biżżejjed evidenza biex ikun iġġustifikat irtirar temporanju għar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 1 ta' dan l-Anness, sakemm l-ewwel tkun:

    1.   Il-Kummissjoni tista' tissospendi temporanjament l-arranġamenti preferenzjali previsti f'din id-Deċiżjoni, permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 90, fir-rigward tal-prodotti kollha jew ta' ċerti prodotti li joriġinaw f'pajjiż benefiċjarju, fejn tikkunsidra li jkun hemm biżżejjed evidenza biex ikun iġġustifikat irtirar temporanju għar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 1 ta' dan l-Anness, sakemm l-ewwel tkun:

    (a)

    ikkonsultat mal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 10 tal-Aness VIII b'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 3 paragrafu 2;

     

    (b)

    appellat lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri ta' prekawzjoni kif inhu meħtieġ, biex jiġu ssalvagwardati l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u/jew tiġi żgurata konformità mill-pajjiż benefiċjarju mal-obbligi tiegħu; u

    (b)

    appellat lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri ta' prekawzjoni kif inhu meħtieġ, biex jiġu ssalvagwardati l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u/jew tiġi żgurata konformità mill-pajjiż benefiċjarju mal-obbligi tiegħu; u

    (c)

    ippubblikat avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jiddikjara li jeżistu raġunijiet għal dubji raġjonevoli dwar l-applikazzjoni tal-arranġamenti preferenzjali u/jew dwar il-konformità mill-pajjiż benefiċjarju mal-obbligi tiegħu, li jistgħu jixħtu dubju fuq id-dritt tiegħu li jkompli jgawdi mill-benefiċċji mogħtija permezz ta' din id-Deċiżjoni.

    (c)

    ippubblikat avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jiddikjara li jeżistu raġunijiet għal dubji raġjonevoli dwar l-applikazzjoni tal-arranġamenti preferenzjali u/jew dwar il-konformità mill-pajjiż benefiċjarju mal-obbligi tiegħu, li jistgħu jixħtu dubju fuq id-dritt tiegħu li jkompli jgawdi mill-benefiċċji mogħtija permezz ta' din id-Deċiżjoni.

    Il-Kummissjoni tinforma lill-PTEE kkonċernat(i) bi kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont dan il-paragrafu, qabel ma din ikollha effett. Il-Kummissjoni tinnotifika wkoll lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 10 tal-Anness VIII.

    Il-Kummissjoni tinforma lill-PTEE kkonċernat(i) bi kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont dan il-paragrafu, qabel ma din ikollha effett.

    Emenda 103

    Proposta għal deċiżjoni

    Anness VII – Artikolu 2 – paragrafu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2.   Il-perjodu ta' rtirar temporanju ma jaqbiżx is-sitt xhur. Fil-konklużjoni tal-perjodu, il-Kummissjoni tiddeċiedi li tittermina l-irtirar temporanju wara li tinforma lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 10 tal-Anness VIII jew li testendi l-perjodu tal-irtirar temporanju skont il-proċedura msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

    2.   Il-perjodu ta' rtirar temporanju ma jaqbiżx is-sitt xhur. Fil-konklużjoni tal-perjodu, il-Kummissjoni tiddeċiedi li tittermina l-irtirar temporanju jew li testendi l-perjodu tal-irtirar temporanju skont il-proċedura msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

    Emenda 104

    Proposta għal deċiżjoni

    Anness VII – Artikolu 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Il-proċedura tal-kumitat

    imħassar

    1.     Għall-fini tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 2, il-Kummissjoni tkun assistita mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 10 tal-Anness VIII.

     

    2.     Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

     

    Emenda 105

    Proposta għal deċiżjoni

    Anness VIII – Artikolu 5 – paragrafu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2.   Il-miżuri ta' sorveljanza preventiva jiġu adottati mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 6 ta' dan l-Anness.

    2.   Il-miżuri ta' sorveljanza preventiva jiġu adottati mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 6 ta' dan l-Anness.

    Emenda 106

    Proposta għal deċiżjoni

    Anness VIII – Artikolu 6 – paragrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1.   Jistgħu jiġu imposti mużuri proviżorji minħabba raġunijiet debitament ġustifikati ta' urġenza marbuta mad-deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika u/jew finanzjarja tal-proċeduri tal-Unjoni li jkun diffiċli biex jitranġaw. It-tul ta' żmien tal-miżuri provviżorji ma jkunx jaqbeż il-200 jum. Il-miżuri proviżorji jiġu adottati mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 10 ta' dan l-Anness . F'każijiet fejn ikun hem raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tadotta ħesrem miżuri proviżorji xierqa ta' salvagwardja skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10 ta' dan l-Anness .

    1.   Jistgħu jiġu imposti mużuri provviżorji minħabba raġunijiet debitament ġustifikati ta' urġenza marbuta mad-deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika u/jew finanzjarja tal-proċeduri tal-Unjoni li jkun diffiċli biex jitranġaw. It-tul ta' żmien tal-miżuri provviżorji ma jkunx jaqbeż il-200 jum. Il-miżuri provviżorji jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 90 . F'każijiet fejn ikun hem raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tadotta ħesrem miżuri provviżorji xierqa ta' salvagwardja permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 90a .

    Emenda 107

    Proposta għal deċiżjoni

    Anness VIII – Artikolu 7 – paragrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1.   Fejn il-fatti kif finalment stabbiliti juru li l-kondizzjonijiet indikati fl-Artikolu 2 ta' dan l-Anness ma jkunux issodisfatti, il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni li ttemm l-investigazzjoni u l-proċediment skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 4 ta' dan l-Anness . Il-Kummissjoni tippubblika, waqt li tqis kif dovut il-protezzjoni tat-tagħrif kunfidenzjali fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 9 ta' dan l-Anness, rapport fejn tippreżenta s-sejbiet tagħha u l-konklużjonijiet motivati li tkun waslet għalihom dwar kull konsiderazzjoni rilevanti ta' fatt u ta' liġi.

    1.   Fejn il-fatti kif finalment stabbiliti juru li l-kondizzjonijiet indikati fl-Artikolu 2 ta' dan l-Anness ma jkunux issodisfatti, il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni li ttemm l-investigazzjoni. Il-Kummissjoni tippubblika, waqt li tqis kif dovut il-protezzjoni tat-tagħrif kunfidenzjali fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 9 ta' dan l-Anness, rapport fejn tippreżenta s-sejbiet tagħha u l-konklużjonijiet motivati li tkun waslet għalihom dwar kull konsiderazzjoni rilevanti ta' fatt u ta' liġi.

    Emenda 108

    Proposta għal deċiżjoni

    Anness VIII – Artikolu 7 – paragrafu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2.   Meta l-fatti kif finalment stabbiliti juru li ċ-ċirkostanzi stipulati fl-Artikolu 2 ta' dan l-Anness huma ssodisfati, il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni biex jiġu imposti miżuri ta' salvagwardja definittivi f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 4 . Il-Kummissjoni tagħmel pubbliku, bir-rigward dovut għall-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali skont it-tifsira tal-Artikolu 9 ta' dan l-Anness, rapport b'sommarju tal-fatti materjali u l-konsiderazzjoni relevanti għad-determinazzjoni, u tinnotifika lill-awtoritajiet tal-PTEE immedjatament bid-deċiżjoni biex jieħdu l-miżuri ta' salvagwardja.

    2.   Meta l-fatti kif finalment stabbiliti juru li ċ-ċirkostanzi stipulati fl-Artikolu 2 ta' dan l-Anness huma ssodisfati, il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni biex jiġu imposti miżuri ta' salvagwardja definittivi permezz ta' atti delegati f'konformità mal-Artikolu 90 . Il-Kummissjoni tagħmel pubbliku, bir-rigward dovut għall-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali skont it-tifsira tal-Artikolu 9 ta' dan l-Anness, rapport b'sommarju tal-fatti materjali u l-konsiderazzjoni relevanti għad-determinazzjoni, u tinnotifika lill-awtoritajiet tal-PTEE immedjatament bid-deċiżjoni biex jieħdu l-miżuri ta' salvagwardja.

    Emenda 109

    Proposta għal deċiżjoni

    Anness VIII – Artikolu 10

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Il-proċedura tal-kumitat

    imħassar

    1.     Il-Kummissjoni tiġi megħjuna minn Kumitat stabbilit bl-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar ir-regoli komuni tal-importazzjoni. Dak il-Kumitat ikun Kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

     

    2.     Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

     

    3.     Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

     

    4.     Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu.

     


    Top