This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013AP0037
European Parliament legislative resolution of 6 February 2013 on the draft Council decision on the conclusion of the Agreement in the form of an Exchange of Letters between the European Union and the United States of America pursuant to Article XXIV:6 and Article XXVIII of the General Agreement on Tariffs and Trade (GATT) 1994 relating to the modification of concessions in the schedules of the Republic of Bulgaria and Romania in the course of their accession to the European Union (12213/2012 — C7-0409/2012 — 2012/0167(NLE))
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Frar 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-GATT tal-1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-UE (12213/2012 – C7-0409/2012 – 2012/0167(NLE))

ĠU C 24, 22.1.2016, p. 118–118
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.1.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/118 |
P7_TA(2013)0037
Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-GATT tal-1994: modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-UE ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Frar 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-GATT tal-1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-UE (12213/2012 – C7-0409/2012 – 2012/0167(NLE))
(Approvazzjoni)
(2016/C 024/19)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12213/2012), |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (12214/2012), |
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0409/2012), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0430/2012), |
1. |
Japprova l-konklużjoni tal-Ftehim; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Istati Uniti tal-Amerika. |