EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012XX0413(01)

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-għaqdiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal- 1 ta' Lulju 2011 rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar il-Każ COMP/M.6101 – UPM/Myllykoski u Rhein Papier – Rapporteur: Ċipru

ĠU C 107, 13.4.2012, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/2


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-għaqdiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-1 ta' Lulju 2011 rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar il-Każ COMP/M.6101 – UPM/Myllykoski u Rhein Papier

Rapporteur: Ċipru

2012/C 107/02

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni notifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni nnotifikata għandha dimensjoni tal-UE skont it-tifsira tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-operazzjoni preżenti, id-definizzjonijiet tas-swieq tal-prodotti rilevanti huma:

(a)

is-suq għall-karti tal-magażin, li jikkonsistu fil-gradi kollha ta' rollijiet miksija mekkanikament (“CMR”) karta miksija mlestija bil-magna (“MFC”) u karta supercalendered “SC”), inkluż il-karta ekwivalenti SC-B, filwaqt li mhux neċessarji li jiġi konkluż jekk is-suq għandux jiġi definit b'mod aktar wiesa' bħala s-suq għall-karta tar-rivisti jew b'mod aktar dejjem bħala s-suq għall-karta SC (inkluż il-karta ekwivalenti SC-B) f'dan il-każ;

(b)

is-suq għall-istampar tal-gazzetti, filwaqt li mhux meħtieġ li tiġi konkluża d-definizzjoni preċiża tal-prodott tas-suq f'dan il-każ;

(c)

is-suq għall-akkwist tal-karta rkuprata, filwaqt li mhux meħtieġ li tiġi konkluża d-definizzjoni preċiża tal-prodott tas-suq f'dan il-każ;

(d)

is-suq għall-akkwist tal-injam, filwaqt li mhux meħtieġ li tiġi konkluża d-definizzjoni preċiża tal-prodott tas-suq f'dan il-każ;

(e)

is-suq għall-produzzjoni tal-polpa tal-injam, filwaqt li mhux meħtieġ li tiġi konkluża d-definizzjoni preċiża tal-prodott tas-suq f'dan il-każ;

(f)

is-suq għall-ġenerazzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku, filwaqt li mhux meħtieġ li tiġi konkluża d-definizzjoni preċiża tal-prodott tas-suq f'dan il-każ;

(g)

is-suq għall-produzzjoni tal-pannelli tal-injam, filwaqt li mhux meħtieġ li tiġi konkluża d-definizzjoni preċiża tal-prodott tas-suq f'dan il-każ;

(h)

is-suq għall-produzzjoni tal-injam isserrat, filwaqt li mhux meħtieġ li tiġi konkluża d-definizzjoni preċiża tal-prodott tas-suq f'dan il-każ.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li, għall-iskop ta’ valutazzjoni ta’ din l-operazzjoni, id-definizzjonijiet tas-swieq ġeografiċi rilevanti huma:

(a)

għas-swieq kollha tal-karta tal-magażin u s-segmenti potenzjali tiegħu: iż-ŻEE kif ukoll l-Isvizzera;

(b)

għas-swieq kollha tal-istampar tal-gazzetti: iż-ŻEE kif ukoll l-Isvizzera;

(c)

għas-swieq kollha tal-akkwist tal-karta rkuprata: mhux meħtieġ li tiġi konkluża d-definizzjoni preċiża tas-suq ġeografiku f'dan il-każ;

(d)

għas-swieq kollha tal-akkwist tal-injam: mhux meħtieġ li tiġi konkluża d-definizzjoni preċiża tas-suq ġeografiku f'dan il-każ;

(e)

għas-swieq kollha għall-produzzjoni tal-polpa tal-injam: mhux meħtieġ li tiġi konkluża d-definizzjoni preċiża tas-suq ġeografiku f'dan il-każ;

(f)

għas-swieq kollha tal-ġenerazzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku: mhux meħtieġ li tiġi konkluża d-definizzjoni preċiża tas-suq ġeografiku f'dan il-każ;

(g)

għas-swieq kollha għall-produzzjoni tal-pannelli tal-injam: mhux meħtieġ li tiġi konkluża d-definizzjoni preċiża tas-suq ġeografiku f'dan il-każ;

(h)

għas-swieq kollha għall-produzzjoni tal-injam isserrat: mhux meħtieġ li tiġi konkluża d-definizzjoni preċiża tas-suq ġeografiku f'dan il-każ.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni proposta ma toħloqx impediment sinifikattiv għall-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f'parti sostanzjali minnu tas-swieq li ġejjin:

(a)

is-swieq kollha għall-karta tal-magażin, indipendentement mid-definizzjoni preċiża tas-suq;

(b)

is-swieq kollha tal-istampar tal-gazzetti;

(c)

is-swieq kollha għall-akkwist tal-karta rkuprata;

(d)

is-swieq kollha tal-akkwist tal-injam;

(e)

is-swieq kollha għall-produzzjoni tal-polpa tal-injam;

(f)

is-swieq kollha tal-ġenerazzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku;

(g)

is-swieq kollha għall-produzzjoni tal-pannelli tal-injam;

(h)

is-swieq kollha għall-produzzjoni tal-injam isserrat.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-opinjoni tal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni notifikata għandha tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE skont l-Artikoli 2(2) u 8(1) tar-Regolament tal-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


Top