This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012XP0015
Combating algal blooms Declaration of the European Parliament of 19 January 2012 on combating algal blooms
Il-ġlieda kontra l-proliferazzjoni tal-alga Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tad- 19 ta' Jannar 2012 dwar il-ġlieda kontra l-proliferazzjoni tal-alga
Il-ġlieda kontra l-proliferazzjoni tal-alga Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tad- 19 ta' Jannar 2012 dwar il-ġlieda kontra l-proliferazzjoni tal-alga
ĠU C 227E, 6.8.2013, p. 32–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 227/32 |
Il-Ħamis 19 ta’ Jannar 2012
Il-ġlieda kontra l-proliferazzjoni tal-alga
P7_TA(2012)0015
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Jannar 2012 dwar il-ġlieda kontra l-proliferazzjoni tal-alga
(2013/C 227 E/06)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jistipula li l-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent għandha tikkontribwixxi għas-s-salvagwardja, il-ħarsien u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent, kif ukoll il-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem, |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi fil-kosti Ewropej kollha (il-Kanal Ingliż, l-Atlantiku, il-Baħar tat-Tramuntana, il-Baltiku, il-Mediterran) hemm fenomeni ta' proliferazzjoni tal-alga marbuta mal-ewtrofikazzjoni tal-ilmijiet kostali jew estwarji, |
B. |
billi dawn il-fenomeni jagħmlu ħsara kbira lill-istat ekoloġiku tajjeb tal-ilmijiet, lis-saħħa pubblika u lid-dinamiżmu ekonomiku tat-territorji kkonċernati, |
C. |
billi jaqbel li tinstab soluzzjoni Ewropea għal dawn il-fenomeni li jmorru lil hinn mill-fruntieri tal-Istati individwali, |
1. |
Jitlob lill-Kummissjoni tfassal pjan ta' azzjoni Ewropew kontra l-proliferazzjoni tal-alga fil-qafas tad-Direttiva 2000/60/KE, ibbażat fuq l-iskambju ta' prattiki tajba u l-kooperazzjoni tal-atturi kkonċernati minn dawn il-fenomeni; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji (1), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Gvernijiet u l-Parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) Il-lista ta' firmatarji hija ppubblikata fl-Anness 1 għall-Minuti tad-19 ta' Jannar 2012 (P7_PV(2012)01-19(ANN1)).