Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012XG0324(03)

    Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/172/PESK, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 266/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

    ĠU C 88, 24.3.2012, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.3.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 88/9


    Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/172/PESK, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 266/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

    2012/C 88/06

    L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/172/PESK (1), u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 266/2012 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2011/782/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja. Ir-raġunijiet għall-indikazzjonijiet ta' dawk il-persuni u l-enititajiet jidhru fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.

    L-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati qed tinġibed għall-possibbiltà li jagħmlu applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru/i rilevanti kif indikat fil-websites fl-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 36/2012, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 16 tar-Regolament).

    Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata, lill-indirizz li ġej:

    Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Segretarjat Ġenerali

    Unità tal-Koordinazzjoni DG K

    Rue de la Loi/Wetstraat 175

    1048 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË

    L-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


    (1)  ĠU L 87, 24.3.2012.

    (2)  ĠU L 87, 24.3.2012.


    Top