Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012XC1220(03)

    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 640/2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ ekodisinn għal muturi tal-elettriku Test b’relevanza għaż-ŻEE (Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati taħt id-direttiva)

    ĠU C 394, 20.12.2012, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.12.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 394/20


    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 640/2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ ekodisinn għal muturi tal-elettriku

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati taħt id-direttiva)

    2012/C 394/06

    ESO (1)

    Referenza u titlu ta’ l-istandard armonizzat (u d-dokument ta’ referenza)

    L-ewwel pubblikazzjoni fil-ĠU

    Referenza ta’ l-istandard li ġie sostitwit

    Data tal-waqfa tal- presunzjoni tal-konformità ta’ l-istandard li ġie sostitwit

    Nota 1

    (1)

    (2)

    (3)

    (4)

    (5)

    Cenelec

    EN 60034-2-1:2007

    Magni elettriċi rotatriċi - Parti 2-1: Metodi standard għad-determinazzjoni ta’ telf u effiċjenza minn testijiet (minbarra magni għal vetturi li jaħdmu bit-trazzjoni)

    IEC 60034-2-1:2007

    Din hi l-ewwel pubblikazzjoni

     

     

    Dan l-istandard jeħtieġlu jkun komplut biex jiġu indikati b'mod ċar dawk ir-rekwiżiti legali mmirati li jiġu koperti.

    Cenelec

    EN 60034-30:2009

    Magni elettriċi rotatriċi - Parti 30: Klassijiet ta’ effiċjenza għal muturi ta’ veloċità waħda, tliet-fażijiet, cage-induction motors (kodiċi-IE)

    IEC 60034-30:2008

    Din hi l-ewwel pubblikazzjoni

     

     

    Dan l-istandard jeħtieġlu jkun komplut biex jiġu indikati b'mod ċar dawk ir-rekwiżiti legali mmirati li jiġu koperti.

    Nota 1:

    Ġeneralment id-data ta’ waqfa tal-preżunzjoni ta’ konformità tkun id-data tar-revoka (“dow”), stabbilita mill-Organizzazzjonijiet Ewropej ta’ l-Istandardizzar, iżda l-utenti għandhom jinnotaw li f’ ċerti każijiet eċċezzjonali dan jista’ jkun mod ieħor.

    Nota 2.1:

    L-istandard il-ġdid (jew emendat) għandu l-istess għan bħall-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit, jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva.

    Nota 2.2:

    L-istandard il-ġdid għandu għan usa’ mill-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit, jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva.

    Nota 2.3:

    L-istandard il-ġdid għandu għan aktar speċifiku mill-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit (parzjalment) jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva għal dawk il-prodotti li jaqgħu fil-għan ta’ l-istandard ġdid. Ma tiġix effetwata preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva għall-prodotti li xorta jaqgħu fil-għan ta’ l-istandard li ġie sostitwit (parzjalment), iżda li ma jaqgħux fil-għan ta’ l-istandard il-ġdid.

    Nota 3:

    F’ każ ta’ emendi, l-istandard ta’ referenza huwa EN CCCCC:YYYY, l-emendi preċedenti tiegħu, jekk kien hemm, u l-emenda l-ġdida kkwotata. Għalhekk l-istandard li ġie sostitwit jikkonsisti f’ EN CCCCC:YYYY u l-emendi preċedenti tiegħu, jekk kien hemm, iżda mingħajr l-emenda l-ġdida kkwotata. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit jieqaf milli jagħti l-preżużjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva.

    NOTA:

    Kwalunkwe informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta’ l-istandards tista’ tinkiseb jew mill-Organizzazzjonijiet Ewropej ta’ l-Istandardizzar jew mill-korpi nazzjonali ta’ l-istandardizzar li l-lista tagħhom hija annessa mad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill emendata mid-Direttiva 98/48/KE.

    L-istandards armonizzati jiġu adottati mill-Organizzazzjonijiet Ewropej għall-Istandardizzazzjoni bl-Ingliż (is-CEN u s-Cenelec jippubblikaw ukoll bil-Franċiż u l-Ġermaniż). Sussegwentement, it-titli tal-istandards armonizzati huma tradotti fil-lingwi uffiċjali meħtieġa l-oħrajn kollha tal-Unjoni Ewropea mill-Korpi Nazzjonali tal-Istandards. Il-Kummissjoni Ewropea mhix responsabbli mill-korrettezza tat-titli li tressqu għall-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali.

    Il-pubblikazzjoni tar-referenzi fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea ma timplikax li l-istandards huma disponibbli fil-lingwi kollha tal-Komunità.

    Din il-lista tieħu post il-listi kollha preċedenti pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni tiżgura l-aġġornament ta’ din il-lista.

    Aktar informazzjoni dwar standards armonizzati tinstab fl-Internet f’

    http://ec.europa.eu/enterprise/policies/european-standards/harmonised-standards/index_en.htm


    (1)  ESO: Organizzazzjonijiet Ewropej ta’ l-Istandardizzar:

    CEN: Avenue Marnix 17, 1000 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË, Tel. +32 25500811; Fax +32 25500819 (http://www.cen.eu)

    Cenelec: Avenue Marnix 17, 1000 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË, Tel. +32 25196871; Fax +32 25196919 (http://www.cenelec.eu)

    ETSI: 650 route des Lucioles, 06921 Sophia Antipolis, FRANCE, Tel. +33 492944200; Fax +33 493654716 (http://www.etsi.eu)


    Top