Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012XC1204(01)

    Noti ta' Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

    ĠU C 374, 4.12.2012, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.12.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 374/12


    Noti ta' Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

    2012/C 374/05

    Skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), in-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) huma emendati kif ġej:

    Paġna 155

    Wara l-aħħar frażi ta’ subintestatura 3301 90 90 jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    3304

    Preparati għas-sbuħija jew għall-irtokk u preparati għall-kura tal-ġilda (minbarra medikamenti), inklużi prodotti għall-ħarsien mix-xemx jew preparati għas-suntan; preparati għall-kura tal-idejn u s-saqajn:

    3304 99 00

    Oħrajn

    Din is-subintestatura tkopri prodotti maħduma għall-kura tal-ġilda (ħlief medikamenti) ippreżentati f'tajjar, pannu u prodotti mhux minsuġa, bħal moisturisers, toners u cleansers. Din is-subintestatura tkopri prodotti maħduma għall-kura tal-ġilda (ħlief medikamenti) ippreżentati f'tajjar, pannu u prodotti mhux minsuġa, bħal moisturisers, toners u cleansers. Madankollu, jekk it-tajjar, pannu u prodotti mhux minsuġa jkunu mxappa, miksija jew koperti bi prodotti li jipprovdu l-karattru essenzjali ta' fwieħa, kożmetiċi, sapun jew deterġent, ikunu esklużi minn din l-intestatura (intestaturi 3307 u 3401 rispettivament).”


    (1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

    (2)  ĠU C 137, 6.5.2011, p. 1.


    Top