EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012XC1004(03)

Aġġornament tal-lista ta' permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) ( ĠU C 247, 13.10.2006, p. 1 ; ĠU C 153, 6.7.2007, p. 5 ; ĠU C 192, 18.8.2007, p. 11 ; ĠU C 271, 14.11.2007, p. 14 ; ĠU C 57, 1.3.2008, p. 31 ; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 14 ; ĠU C 207, 14.8.2008, p. 12 ; ĠU C 331, 21.12.2008, p. 13 ; ĠU C 3, 8.1.2009, p. 5 ; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 15 ; ĠU C 198, 22.8.2009, p. 9 ; ĠU C 239, 6.10.2009, p. 2 ; ĠU C 298, 8.12.2009, p. 15 ; ĠU C 308, 18.12.2009, p. 20 ; ĠU C 35, 12.2.2010, p. 5 ; ĠU C 82, 30.3.2010, p. 26 ; ĠU C 103, 22.4.2010, p. 8 ; ĠU C 108, 7.4.2011, p. 6 ; ĠU C 157, 27.5.2011, p. 5 ; ĠU C 201, 8.7.2011, p. 1 ; ĠU C 216, 22.7.2011, p. 26 ; ĠU C 283, 27.9.2011, p. 7 ; ĠU C 199, 7.7.2012, p. 5 ; ĠU C 214, 20.7.2012, p. 7 )

ĠU C 298, 4.10.2012, p. 4–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/4


Aġġornament tal-lista ta' permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 1; ĠU C 153, 6.7.2007, p. 5; ĠU C 192, 18.8.2007, p. 11; ĠU C 271, 14.11.2007, p. 14; ĠU C 57, 1.3.2008, p. 31; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 14; ĠU C 207, 14.8.2008, p. 12; ĠU C 331, 21.12.2008, p. 13; ĠU C 3, 8.1.2009, p. 5; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 15; ĠU C 198, 22.8.2009, p. 9; ĠU C 239, 6.10.2009, p. 2; ĠU C 298, 8.12.2009, p. 15; ĠU C 308, 18.12.2009, p. 20; ĠU C 35, 12.2.2010, p. 5; ĠU C 82, 30.3.2010, p. 26; ĠU C 103, 22.4.2010, p. 8; ĠU C 108, 7.4.2011, p. 6; ĠU C 157, 27.5.2011, p. 5; ĠU C 201, 8.7.2011, p. 1; ĠU C 216, 22.7.2011, p. 26; ĠU C 283, 27.9.2011, p. 7; ĠU C 199, 7.7.2012, p. 5; ĠU C 214, 20.7.2012, p. 7)

2012/C 298/04

Il-pubblikazzjoni tal-lista ta’ permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (1) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.

Minbarra l-pubblikazzjoni fil-ĠU, aġġornament ta' kull xahar huwa disponibbli fuq is-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

BELĠJU

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 201, 8.7.2011

1.   Permessi ta’ residenza maħruġa skont il-format uniformi

Carte A: Certificat d’inscription au registre des étrangers — séjour temporaire

A kaart: Bewijs van inschrijving in het vreemdelingenregister — tijdelijk verblijf

A Karte: Bescheinigung der Eintragung im Ausländerregister — Vorübergehender Aufenthalt

(Kard A: ċertifikat ta’ iskrizzjoni fir-reġistru tal-aljeni – permanenza temporanja: din hija kard elettronika, maħruġa sa mill-2007 u tieħu post iċ-Ċertifikat abjad tal-iskrizzjoni fir-reġistru tal-aljeni. Tip ta’ permanenza: temporanja. Il-kard infisha għandha l-istess validità tal-permanenza permessa)

Carte B: Certificat d’inscription au registre des étrangers

B kaart: Bewijs van inschrijving in het vreemdelingenregister

B Karte: Bescheinigung der Eintragung im Ausländerregister

(Kard B: Ċertifikat ta’ iskrizzjoni fir-reġistru tal-aljeni – permanenza permanenti. Din hija kard elettronika, maħruġa sa mill-2007 u tieħu post iċ-Ċertifikat abjad ta’ iskrizzjoni fir-reġistru tal-aljeni. Tip ta’ permanenza: permanenti. Il-kard infisha għandha validità ta’ 5 snin)

Carte C: Carte d’identité d’étranger

C kaart: Identiteitskaart voor vreemdelingen

C Karte: Personalausweis für Ausländer

(Kard C: karta tal-identità tal-aljeni: din hija kard elettronika, maħruġa sa mill-2007 u tieħu post il-kard safra tal-Identità tal-Aljeni. Tip ta’ permanenza: permanenti. Il-kard infisha għandha validità ta’ 5 snin)

Carte D: Permis de séjour de résident longue durée — CE

D kaart: EG-verblijfsvergunning voor langdurig ingezetenen

D Karte: Langfristige Aufenthaltsberechtigung — EG

(Kard D: permess ta’ residenza tal-KE tar-residenti fit-tul, maħruġ skont id-Direttiva 2003/109/KE dwar l-istat taċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi li jkunu residenti fit-tul. Hija kard elettronika. Tip ta’ permanenza: permanenti. Il-kard għandha validità ta’ 5 snin)

Carte H: Carte bleue européenne

H kaart: Europese blauwe kaart

H Karte: Blaue Karte EU

(Karta H, karta blu tal-UE, mogħtija bl-applikazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2009/50/KE dwar il-kondizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ impjieg bi kwalifiki għoljin. Din hija karta elettronika. It-tip ta' residenza: ta' perjodu ta' żmien limitat. Il-karta nnifisha hija valida għal 13-il xahar matul l-ewwel sentejn; wara dan hija tibqa' valida għal perjodu ta' 3 snin.)

2.   Id-dokumenti l-oħra kollha maħruġa liċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi li jkollhom valur ekwivalenti għal permess ta’ residenza

Carte F: Carte de séjour de membre de la famille d’un citoyen de l’Union

F kaart: Verblijfskaart van een familielid van een burger van de Unie

F Karte: Aufenthaltskarte für Familieangehörige eines Unionsbürgers

(Kard F: kard ta’ residenza għal membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni, maħruġa skont id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’April 2004 dwar id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqalqu u joqogħdu b’mod ħieles fit-territorju tal-Istati Membri – art. 10. Hija kard elettronika. Tip ta’ permanenza: permanenti. Il-kard infisha għandha validità ta’ 5 snin)

Carte F+: Carte de séjour permanent de membre de la famille d’un citoyen de l’Union

F+ kaart: Duurzame verblijfskaart van een familielid van een burger van de Unie

F+ Karte: Daueraufenthaltskarte für Familieangehörige eines Unionsbürgers

(Kard F+: kard ta’ residenza permanenti għal membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni, maħruġa skont id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqalqu u joqogħdu b’mod ħieles fit-territorju tal-Istati Membri – art. 10. Tip ta’ permanenza: permanenti. Il-kard infisha għandha validità ta’ 5 snin)

Certificat d'inscription au registre des étrangers

Bewijs van inschrijving in het vreemdelingenregister

Bescheinigung der Eintragung im Ausländer-register

(Ċertifikat ta’ iskrizzjoni fir-reġistru tal-aljeni (verżjoni tal-karta): kard bajda li ma għadhiex tinħareġ, iżda tibqa’ valida sal-2013. Tinbidel bil-Kard A jew il-Kard B elettronika, skont it-tip ta’ permanenza li tista’ tkun temporanja jew permanenti)

Carte d'identité d'étranger

Identiteitskaart voor vreemdelingen

Personalausweis für Ausländer

(Karta tal-Identità tal-Aljeni (verżjoni tal-karta): karta safra li ma għadhiex tinħareġ, iżda tibqa’ valida sal-2013. Minflokha ddaħħlet il-karta C elettronika. Tip ta’ permanenza: permanenti)

Permess ta' residenza speċjali maħruġ mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin:

Carte d'identité diplomatique

Diplomatieke identiteitskaart

Diplomatischer Personalausweis

(Karta tal-Identità Diplomatika)

Carte d'identité consulaire

Consulaat identiteitskaart

Konsularer Personalausweis

(Karta tal-Identità Konsulari)

Carte d'identité spéciale — couleur bleue

Bijzondere identiteitskaart — blauw

Besonderer Personalausweis — blau

(Karta tal-Identità Speċjali – ta’ lewn ikħal)

Carte d'identité spéciale — couleur rouge

Bijzondere identiteitskaart — rood

Besonderer Personalausweis — rot

(Karta tal-Identità Speċjali – ta’ lewn aħmar)

Certificat d'identité pour les enfants âgés de moins de cinq ans des étrangers privilégiés titulaires d'une carte d'identité diplomatique, d'une carte d'identité consulaire, d'une carte d'identité spéciale — couleur bleue ou d'une carte d'identité — couleur rouge

Identiteitsbewijs voor kinderen, die de leeftijd van vijf jaar nog niet hebben bereikt, van een bevoorrecht vreemdeling welke houder is van een diplomatieke identiteitskaart, consulaire identiteitskaart, bijzondere identiteitskaart — blauw of bijzondere identiteitskaart — rood

Identitätsnachweis für Kinder unter fünf Jahren, für privilegierte Ausländer, die Inhaber eines diplomatischen Personalausweises sind, konsularer Personalausweis, besonderer Personalausweis — rot oder besonderer Personalausweis — blau

(Karta tal-Identità għat-tfal, taħt l-eta ta' ħames snin, ta' stranġieri li huma detenturi tal-karti tal-identità diplomatika, karti tal-identità konsulari, karti tal-identità speċjali blu jew karta tal-identità speċjali ħamra)

Certificat d'identité avec photographie délivré par une administration communale belge à un enfant de moins de douze ans

Door een Belgisch gemeentebestuur aan een kind beneden de 12 jaar afgegeven identiteitsbewijs met foto

Von einer belgischen Gemeindeverwaltung einem Kind unter dem 12. Lebensjahr ausgestellter Personalausweis mit Lichtbild

(Ċertifikat tal-identità b’ritratt maħruġ mill-communes Belġjani lit-tfal ta’ taħt it-tnax-il sena)

Lista ta’ persuni li jieħdu sehem f’ħarġa skolastika fl-Unjoni Ewropea.

LATVJA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 201, 8.7.2011

1.   Permessi ta’ residenza maħruġa skont il-format uniformi

Uzturēšanās atļauja

(Permess ta' residenza fil-forma ta' stiker maħruġ sat-30 ta' Marzu 2012)

Uzturēšanās atļauja

(Permess ta' residenza fil-forma ta' karta tal-identità elettronika, maħruġ mit-2 ta' April 2012 'il quddiem).

2.   Id-dokumenti l-oħra kollha maħruġa liċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi li jkollhom valur ekwivalenti għal permess ta’ residenza

Savienības pilsoņa ģimenes locekļa uzturēšanās atļauja

(Permess ta’ residenza temporanju għal membru tal-familja ta’ ċittadin tal-UE/ŻEE/CH li jkun ċittadin ta’ pajjiż terz; format A5 b'karatteristiċi ta’ sigurtà inkorporati)

Savienības pilsoņa ģimenes locekļa pastāvīgās uzturēšanās atļauja

(Permess ta’ residenza permanenti għal membru tal-familja ta’ ċittadin tal-UE/ŻEE/CH li jkun ċittadin ta’ pajjiż terz; format A5 b'karatteristiċi ta’ sigurtà inkorporati)

Nepilsoņa pase

(Passaport ta’ aljen; ta’ lewn vjola. Il-passaporti tal-aljeni jinħarġu lil dawk li mhumiex ċittadini tal-Latvja u skont il-liġi nazzjonali jawtorizzaw permanenza u dħul mill-ġdid fit-territorju tal-Latvja. L-istat tan-nuqqas ta’ ċittadinanza jiġi ekwiparat mal-istat ta’ detentur tal-permess ta’ residenza permanenti tal-Latvja. Detentur ta’ passaport ta’ Aljen ma jeħtiġx permess ta’ residenza sabiex joqgħod u jidħol mill-ġdid fit-territorju tal-Latvja)

Il-karti tal-identità maħruġa mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin:

Karta tal-identità tal-Kategorija A – għall-persunal Diplomatiku (ta’ lewn aħmar)

Il-karti tal-identità tal-Kategorija A jinħarġu lill-persunal diplomatiku tal-missjoni (pereżempju Ambaxxatur, l-Ewwel Segretarju, Attaxè) u l-membri tal-familja tagħhom; fuq in-naħa ta’ wara hemm test li jgħid li d-detentur tal-kard igwadi l-privileġġi u l-immunitajiet kollha taħt il-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi: “Šīs apliecības uzrādītājs bauda visas privilēģijas un imunitātes, kas paredzētas 1961. gada 18. aprīļa Vīnes konvencijā “Par diplomātiskajām attiecībām””

Karta tal-identità tal-Kategorija B – għall-persunal Amministrattiv u tekniku (ta’ lewn isfar)

Il-karti tal-identità tal-kategorija B jinħarġu lill-persunal amministrattiv u tekniku tal-missjoni; fuq in-naħa ta’ wara hemm test li jiddikjara li d-detentur igawdi privileġġi u immunitajiet parzjali għall-persunal amministrattiv u tekniku kif speċifikat fl-Artikolu 37(2) tal-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi: “Šīs apliecības uzrādītājs bauda daļējas privilēģijas un imunitātes, kas paredzētas administratīvajiem un tehniskajiem darbiniekiem saskaņā ar 1961. gada 18. aprīļa Vīnes konvencijas “Par diplomātiskajām attiecībām” 37. panta 2. punktu”.

Karta tal-identità tal-kategorija C – għall-persunal tal-organizzazzjonijiet internazzjonali (ta’ lewn abjad)

Il-karti tal-identità tal-kategorija C jinħarġu lill-persunal tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-membri tal-familji tagħhom; fuq in-naħa ta’ wara hemm test li jindika li d-detentur ta’ din il-karta jgawdi privileġġi u immunitajiet skont il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Latvja u l-organizzazzjoni internazzjonali rispettiva: “Šīs apliecības uzrādītājs bauda privilēģijas un imunitātes, kas paredzētas līgumā starp Latvijas Republiku un attiecīgo starptautisko organizāciju”.

Karta tal-identità tal-kategorija D – għall-persunal tal-uffiċċju tal-Karriera Konsolari (ta’ lewn ikħal)

Il-karti tal-identità tal-kategorija D jinħarġu lill-uffiċjali konsolari ta’ karriera tal-missjoni konsolari; fuq in-naħa ta’ wara hemm test li jindika li d-detentur ta’ din il-karta jgawdi l-privileġġi u l-immunitajiet kollha taħt il-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Konsolari: “Šīs apliecības uzrādītājs bauda visas privilēģijas un imunitātes, kas paredzētas 1963. gada 24. aprīļa Vīnes konvencijā “Par konsulārajām attiecībām””

Karti tal-identità tal-kategorija F (ta’ lewn aħdar) – hemm żewġ tipi ta’ karti

Il-karti tal-identità tal-kategorija F jinħarġu lill-persunal tas-servizz tal-missjoni; fuq in-naħa ta’ wara hemm test li jindika li d-detentur igawdi l-privileġġi u l-immunitajiet parzjali għall-persunal tas-servizz kif speċifikat fl-Artikolu 37(3) tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi: “Šīs apliecības uzrādītājs bauda daļējas privilēģijas un imunitātes, kas paredzētas vēstniecību apkalpojošam personālam saskaņā ar 1961. gada 18. aprīļa Vīnes konvencijas “Par diplomātiskajām attiecībām” 37. panta 3. punktu”.

Il-karti tal-identità tal-kategorija F jinħarġu lill-qaddejja privati tal-persunal tal-missjoni; fuq in-naħa ta’ wara hemm test li jindika li d-detentur igawdi l-privileġġi u l-immunitajiet parzjali għall-persunal tas-servizz kif speċifikat fl-Artikolu 37(4) tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi: “Šīs apliecības uzrādītājs bauda daļējas privilēģijas un imunitātes, kas paredzētas vēstniecību apkalpojošam personālam saskaņā ar 1961. gada 18. aprīļa Vīnes konvencijas “Par diplomātiskajām attiecībām” 37. panta 4. punktu”.

Latvijas Republikas Ārlietu ministrijas akreditācijas karte

(Kards tal-akkreditazzjoni maħruġa mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin):

Kard tal-Akkreditazzjoni – għall-Ġurnalisti (ta’ lewn aħdar)

(Kard tal-Akkreditazzjoni tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Latvja; tinħareġ lill-ġurnalisti; hemm test fuq il-kard tal-akkreditazzjoni li jistipula l-pożizzjoni tad-detentur – “Žurnālists/Ġurnalista”; il-validità ta’ din il-kard mhix iżjed minn sena, li ma taqbiżx il-31 ta’ Diċembru tas-sena kurrenti.)

Ceļotāju saraksts izglītības iestādes ekskursijām Eiropas Savienībā

(Lista ta’ vjaġġaturi fuq il-ħarġiet skolastiċi tal-Unjoni Ewropea)


(1)  ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1.


Top