EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012XC1002(02)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-prolongazzjoni tal-applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-Komunità dwar Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar ta’ Impriżi f’Diffikultà tal- 1 ta’ Ottubru 2004

ĠU C 296, 2.10.2012, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/3


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-prolongazzjoni tal-applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-Komunità dwar Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar ta’ Impriżi f’Diffikultà tal-1 ta’ Ottubru 2004

2012/C 296/02

Il-Punt 102 tal-Linji Gwida tal-Komunità dwar l-Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar ta’ Impriżi f’Diffikultà (1) jistipula li “Il-Kummissjoni se tapplika dawn il-Linji Gwida mill-10 ta’ Ottubru 2004 sad-9 ta' Ottubru 2009”. Fl-2009 il-Kummissjoni estendiet il-validità tal-Linji Gwida sad-9 ta’ Ottubru 2012 (2).

Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-8 ta' Mejju 2012 dwar il-modernizzazzjoni tal-għajnuna mill-Istat tal-UE (3), il-Kummissjoni stabbilixxiet programm ambizzjuż ta' riforma fl-għajnuna mill-Istat. Il-proposti ta’ riforma jinkludu l-identifikazzjoni ta’ prinċipji komuni għall-valutazzjoni tal-kompatibilità tal-għajnuna mas-suq intern. Id-diversi linji gwida u l-oqfsa se jiġu riveduti u ssimplifikati sabiex isiru konsistenti mal-prinċipji komuni.

Ir-reviżjoni tal-Linji Gwida tal-Komunità dwar l-Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar ta' Impriżi f’Diffikultà trid titqiegħed fil-kuntest tal-proċess ġenerali tal-modernizzazzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat. Sabiex ma jiġux ippreġudikati r-riżultati tad-diskussjonijiet orizzontali dwar il-modernizzazzjoni tal-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni ddeċidiet li tkompli tapplika l-Linji Gwida ta' bħalissa sa dak il-mument li dawn jiġu sostitwiti minn regoli ġodda dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi f’diffikultà.


(1)  ĠU C 244 1.10.2004, p. 2.

(2)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-prolongazzjoni tal-Linji Gwida tal-Komunità dwar Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar ta' Impriżi f'Diffikultà, ĠU C 156 9.7.2009, p. 3.

(3)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat tal-UE (SAM), COM(2012) 209 finali.


Top