EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012XC0707(03)

Aġġornament tal-ammonti ta’ referenza għal-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) ( ĠU C 247, 13.10.2006, p. 19 ; ĠU C 153, 6.7.2007, p. 22 ; ĠU C 182, 4.8.2007, p. 18 ; ĠU C 57, 1.3.2008, p. 38 ; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 19 ; ĠU C 37, 14.2.2009, p. 8 ; ĠU C 35, 12.2.2010, p. 7 ; ĠU C 304, 10.11.2010, p. 5 ; ĠU C 24, 26.1.2011, p. 6 ; ĠU C 157, 27.5.2011, p. 8 ; ĠU C 203, 9.7.2011, p. 16 ; ĠU C 11, 13.1.2012, p. 13 ; ĠU C 72, 10.3.2012, p. 44 )

ĠU C 199, 7.7.2012, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 199/8


Aġġornament tal-ammonti ta’ referenza għal-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 19; ĠU C 153, 6.7.2007, p. 22; ĠU C 182, 4.8.2007, p. 18; ĠU C 57, 1.3.2008, p. 38; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 19; ĠU C 37, 14.2.2009, p. 8; ĠU C 35, 12.2.2010, p. 7; ĠU C 304, 10.11.2010, p. 5; ĠU C 24, 26.1.2011, p. 6; ĠU C 157, 27.5.2011, p. 8; ĠU C 203, 9.7.2011, p. 16; ĠU C 11, 13.1.2012, p. 13; ĠU C 72, 10.3.2012, p. 44)

2012/C 199/08

Il-pubblikazzjoni ta’ ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.

Barra mill-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, huwa disponibbli aġġornament ta’ kull xahar fuq il-websajt tad-Direttorat-Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

IL-LIECHTENSTEIN

Informazzjoni li tieħu post l-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 247, 13.10.2006

Il-prattiki nazzjonali fejn jidħlu l-ammonti ta’ referenza mitlubin biex wieħed ikun jista' jaqsam il-fruntiera esterna stabbilita mill-awtoritajiet nazzjonali huma kif ġej:

 

Ċittadin ta’ pajjiż terz li jħallas personalment għall-ispejjeż li jagħmel waqt is-soġġorn tiegħu fil-Liechtenstein irid jagħti prova li jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu madwar CHF 100.- għal kull jum. Student (li jkollu ID valida ta’ student) irid ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu madwar CHF 30.- għal kull jum.

 

Ċittadin ta’ pajjiż terz li jgħix f’residenza privata jista’ jagħti prova tal-mezzi neċessarji billi jagħmel dikjarazzjoni formali (“Verpflichtungserklärung”) li tiġi ffirmata minn min ikun se jilqgħu fil-Liechtenstein. L-awtorità responsabbli (l-Uffiċċju tal-Migrazzjoni u tal-Passaporti) toħroġ dikjarazzjoni dwar is-solvenza finanzjarja ta’ min ikun qed jilqa’ ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz. Id-dikjarazzjoni formali tkun fiha l-kostijiet mhux koperti li jaqgħu fuq il-komunità jew fuq fornituri privati tas-servizzi tas-saħħa matul is-soġġorn taċ-ċittadin ta' pajjiż terz; jiġifieri l-kostijiet tal-għajxien, u l-kostijiet tal-aċċidenti, tal-mard jew għar-ritorn, fis-sens tal-aċċettazzjoni ta’ responsabbiltà irrevokabbli ta’ CHF 30 000.-. Il-garanti jista' jkun:

kull ċittadin maġġorenni tal-Isvizzera jew tal-Liechtenstein li jkun residenti f’wieħed minn dawn iż-żewġ pajjiżi,

kif ukoll persuna maġġorenni li jkollha permess ta’ residenza (“Aufenthaltsbewilligung”)

jew inkella residenza permanenti valida (“Niederlassungsbewilligung”)

jew entità legali li tkun reġistrata fir-reġistru kummerċjali.

IR-RUMANIJA

Informazzjoni li tieħu post l-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 247, 13.10.2006

L-Att dwar il-Persuni Barranin Nru 194/2002 jistipula bħala kundizzjoni għal permess għad-dħul fir-Rumanija li tingħata prova tal-eżistenza tal-mezzi neċessarji ta’ eżistenza matul il-waqfa u għar-ritorn lejn il-pajjiż tal-oriġini jew għat-tranżitu lejn Stat ieħor li fih id-dħul ikun ċert.

Safejn jirrigwarda l-ammonti ta' referenza meħtieġa għall-qsim tal-fruntieri esterni, huwa possibbli li tinkiseb viża nazzjonali għal soġġorn qasir għal skopijiet ta' turiżmu, żjara, attivitajiet kummerċjali, kulturali jew xjentifiċi, għal skopijiet mediċi jew umanitarji billi tingħata prova li wieħed għandu fil-pussess tiegħu EUR 50 għal kull ġurnata, iżda mhux inqas minn EUR 500 għall-perjodu kollu, jew ekwivalenti.

Huwa possibbli li tinkiseb viża nazzjonali ta' soġġorn qasir għal missjoni, trasport professjonali jew attivitajiet relatati mal-isport mingħajr ma tintwera prova tal-mezzi ta' sussistenza.

Għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma meħtieġa li jkollhom fil-pussess tagħhom viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-UE, elenkati fl-Anness 1 għar-Regolament (KE) Nru 539/2001, li għalihom tapplika l-proċedura ta' stedina (1), l-ammont ta’ mezzi ta’ sussistenza huwa EUR 30 kull jum għall-perjodu kollu tas-soġġorn, li jingħamlu disponibbli mill-persuna naturali jew legali li qed toħroġ l-istedina.


(1)  Il-pajjiżi u entitajiet/awtoritajiet territorjali li mhumiex rikonoxxuti bħala Stati minn mill-inqas Stat Membru wieħed, li għalihom tapplika l-proċedura ta' stedina huma elenkati f’Ordni tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Nru 1743/2010: L-Afganistan, l-Alġerija, il-Bangladexx, iċ-Ċina, iċ-Ċad, il-Kongo, il-Korea ta' Fuq, l-Eġittu, l-Indja, l-Indoneżja, il-Ġordan, l-Iran, l-Iraq, il-Libanu, il-Libja, il-Mali, il-Marokk, il-Mawritanja, in-Niġerja, il-Pakistan, is-Sirja, is-Somalja, is-Sri Lanka, is-Sudan, it-Tuniżija, l-Użbekistan, il-Jemen, l-Awtorità Palestinjana.


Top