Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012XC0707(02)

    Aġġornament tal-lista ta' permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) ( ĠU C 247, 13.10.2006, p. 1 ; ĠU C 153, 6.7.2007, p. 5 ; ĠU C 192, 18.8.2007, p. 11 ; ĠU C 271, 14.11.2007, p. 14 ; ĠU C 57, 1.3.2008, p. 31 ; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 14 ; ĠU C 207, 14.8.2008, p. 12 ; ĠU C 331, 21.12.2008, p. 13 ; ĠU C 3, 8.1.2009, p. 5 ; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 15 ; ĠU C 198, 22.8.2009, p. 9 ; ĠU C 239, 6.10.2009, p. 2 ; ĠU C 298, 8.12.2009, p. 15 ; ĠU C 308, 18.12.2009, p. 20 ; ĠU C 35, 12.2.2010, p. 5 ; ĠU C 82, 30.3.2010, p. 26 ; ĠU C 103, 22.4.2010, p. 8 ; ĠU C 108, 7.4.2011, p. 6 ; ĠU C 157, 27.5.2011, p. 5 ; ĠU C 201, 8.7.2011, p. 1 ; ĠU C 216, 22.7.2011, p. 26 ; ĠU C 283, 27.9.2011, p. 7 )

    ĠU C 199, 7.7.2012, p. 5–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 199/5


    Aġġornament tal-lista ta' permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 1; ĠU C 153, 6.7.2007, p. 5; ĠU C 192, 18.8.2007, p. 11; ĠU C 271, 14.11.2007, p. 14; ĠU C 57, 1.3.2008, p. 31; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 14; ĠU C 207, 14.8.2008, p. 12; ĠU C 331, 21.12.2008, p. 13; ĠU C 3, 8.1.2009, p. 5; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 15; ĠU C 198, 22.8.2009, p. 9; ĠU C 239, 6.10.2009, p. 2; ĠU C 298, 8.12.2009, p. 15; ĠU C 308, 18.12.2009, p. 20; ĠU C 35, 12.2.2010, p. 5; ĠU C 82, 30.3.2010, p. 26; ĠU C 103, 22.4.2010, p. 8; ĠU C 108, 7.4.2011, p. 6; ĠU C 157, 27.5.2011, p. 5; ĠU C 201, 8.7.2011, p. 1; ĠU C 216, 22.7.2011, p. 26; ĠU C 283, 27.9.2011, p. 7)

    2012/C 199/07

    Il-pubblikazzjoni tal-lista ta’ permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.

    Minbarra l-pubblikazzjoni fil-ĠU, aġġornament ta' kull xahar huwa disponibbli fuq is-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

    IL-LIECHTENSTEIN

    Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 201, 8.7.2011

    Permessi ta’ residenza tal-Liechtenstein għal ċittadini tal-UE/taż-ŻEE u Svizzeri

    Bewilligung in Briefform (BiB) (permess fil-forma ta’ ittra)

    (permess ta’ impjieg b’validità ta’ ġurnata jew ta’ ġimgħa: massimu ta’ 180 jum fi żmien 12-il xahar)

    Aufenthaltstitel L (Kurzaufenthaltsbewilligung)

    (Permess għal soġġorn għal żmien qasir, validu għal massimu ta’ 12-il xahar)

    Aufenthaltstitel B (Aufenthaltsbewilligung)

    (Permess għal soġġorn għal żmien twil, validu għal massimu ta’ 5 snin)

    Aufenthaltstitel C (Niederlassungsbewilligung)

    (Permess għal residenza permanenti, reviżjoni tal-validità wara: massimu ta’ 5 snin)

    Aufenthaltstitel D (Daueraufenthaltsbewilligung)

    (Permess għal residenza permanenti, reviżjoni tal-validità wara: massimu ta’ 10 snin)

    Permessi ta’ residenza tal-Liechtenstein għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi

    1.

    Permessi ta’ residenza b’format uniformi skont l-Ordinanza (KE) Nru 1030/2002:

    Aufenthaltstitel L für Drittstaatsangehörige

    (Permess għal soġġorn għal żmien qasir, validu għal minimu ta’ 3 xhur u għal massimu ta’ 12-il xahar)

    Aufenthaltstitel B für Drittstaatsangehörige

    (Permess għal soġġorn għal żmien twil, validu għal massimu ta’ 12-il xahar)

    Aufenthaltstitel C für Drittstaatsangehörige

    (Permess għal residenza permanenti, reviżjoni tal-validità wara: massimu ta’ 3 snin)

    2.

    Permessi ta’ residenza maħruġa lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu membri tal-familja ta’ ċittadini tal-UE/taż-ŻEE jew tal-Isvizzera (id-dritt għall-moviment liberu):

    Aufenthaltstitel L für Drittstaatsangehörige

    (Permess ta’ residenza għal perjodu qasir maħruġ lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu membri tal-familja ta’ ċittadini tal-UE/taż-ŻEE jew tal-Isvizzera (id-dritt għall-moviment liberu), validu għal massimu ta’ 12-il xahar)

    Aufenthaltstitel B für Drittstaatsangehörige

    (Permess ta’ residenza għal perjodu twil maħruġ lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu membri tal-familja ta’ ċittadini tal-UE/taż-ŻEE jew tal-Isvizzera (id-dritt għall-moviment liberu), validu għal massimu ta’ 5 snin)

    Aufenthaltstitel C für Drittstaatsangehörige

    (Permess ta’ residenza permanenti għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu membri tal-familja ta’ ċittadini Svizzeri (id-dritt għall-moviment liberu), reviżjoni tal-validità sa massimu ta’ 5 snin)

    Aufenthaltstitel D für Drittstaatsangehörige

    (Permess ta’ residenza permanenti għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu membri tal-familja ta’ ċittadini tal-UE/taż-ŻEE (id-dritt għall-moviment liberu), reviżjoni tal-validità sa massimu ta’ 10 snin)

    IR-RUMANIJA

    Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 201, 8.7.2011

    I.   Il-permessi tar-residenza maħruġa f'format uniformi

    1.

    PERMIS DE ȘEDERE (Permess tar-residenza) – tipul de permis (tip ta' permess): PERMIS DE ȘEDERE PERMANENTĂ (Permess ta' residenza permanenti)

    Dan id-dokument kien jinħareġ bejn l-2003 u l-2007, iżda għadu fl-użu u validu, filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu li l-perjodu ta' validità għal tali dokument huwa ta' 5 snin.

    2.

    PERMIS DE ȘEDERE (Permess tar-residenza) – tipul de permis (tip ta' permess): PERMIS DE ȘEDERE PERMANENTĂ (Permess ta' residenza permanenti)

    Dan id-dokument kien jinħareġ bejn l-2007 u l-2009 mill-produttur Bundesdruckerei u bejn l-2009 u l-2011 mill-Istamperija Nazzjonali, iżda għadu fl-użu u validu, filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu li l-perjodu ta' validità għal tali dokument huwa ta' 5 snin.

    3.

    PERMIS DE ȘEDERE (Permess tar-residenza) – tipul de permis (tip ta' permess): PERMIS DE ȘEDERE PERMANENTĂ (Permess ta' residenza temporanju)

    Dan id-dokument kien jinħareġ bejn Ġunju 2009 u Settembru 2011 mill-Istamperija Nazzjonali. Bħala regola ġenerali, kien jinħareġ għal sena, iżda hemm sitwazzjonijiet li jippermettu li ssir eċċezzjoni (għal attivitajiet kummerċjali importanti) u għalhekk il-permess inħareġ għal 3 snin. Bħala konsegwenza, għad hemm fl-użu u validi tali dokumenti għal detenturi li d-dritt tagħhom ta' residenza għadu ma skadiex.

    4.

    PERMIS DE ȘEDERE (Permess tar-residenza) – tipul de permis (tip ta' permess): PERMIS DE ȘEDERE PERMANENTĂ (Permess ta' residenza temporanju)

    Dan id-dokument beda jinħareġ minn Settembru 2011 mill-Istamperija Nazzjonali b’perjodu ta’ validità minn sena sa 5 snin, skont l-għan għall-ħruġ tad-dokument.

    Id-dokument jinħareġ lil persuni barranin li d-dritt ta' residenza tagħhom kien mogħti jew ġie estiż jew lil persuni barranin li tingħatalhom forma ta' protezzjoni fir-Rumanija, skont il-Liġi dwar l-asil.

    Taħt l-intestatura “Observații” (rimarki) l-għan taż-żjara jista' jkun: “Angajare”(impjiegi),“Reîntregire Familie” (riunifikazzjoni tal-familja), “Student” (student), “Membru de familie cetățean Român” (membru tal-familja ta' ċittadin Rumen), “Specializare” (speċjalizzazzjoni), “Activități religioase” (attivitajiet reliġjużi),“Activități profesionale” (attivitajiet professjonali), “Acte comerciale” (atti kummerċjali), “Detașat” (persuna ssekondata), “Alte calități Studii” (kwalitajiet oħra relatati mal-istudji), "Activitate cercetare stiințifică”(attività ta' riċerka), “Elev" (student), “Student an pregătitor” (student f'sena preparatorja), “Doctorand” (kandidat għal dottorat), “Alte scopuri” (finijiet oħra) jew “Fost posesor de Carte albastră a UE" (detentur preċedenti ta’ Karta Blu tal-UE), segwita minn numru ta' identifikazzjoni personali.

    Fil-każ ta' dokumenti maħruġa lil barranin li jingħataw forma ta' protezzjoni fir-Rumanija, taħt l-intestatura “Observații” (rimarki), l-iskop taż-żjara jista' jkun “Refugiat” (ta’ refuġjat) – valida għal 3 snin, jew “Protecție subsidiară” (protezzjoni sussidjarja – valida għal sena), segwita minn numru ta' identifikazzjoni personali.

    5.

    CARTEA ALBASTRĂ A UE (Karta Blu tal-UE) – skont id-Direttiva 2009/50/KE

    Dan id-dokument beda jinħareġ minn Settembru 2011 minn Imprimeria Națională b’perjodu ta’ validità sa massimu ta’ sentejn, lil ċittadini ta' pajjiżi terzi mogħtija d-dritt ta’ residenza bħala impjegati bi kwalifiki għolja.

    Taħt l-intestatura “Observatii” (rimarki) l-għan taż-żjara huwa “Înalt calificat” (kwalifiki għolja), segwita minn numru ta' identifikazzjoni personali.

    6.

    PERMIS DE ȘEDERE (Permess tar-residenza) – tipul de permis (tip ta' permess): REZIDENT PE TERMEN LUNG CE (Residenti għat-tul – KE)

    Dan id-dokument inħareġ b'seħħ mill-2007 għal barranin li ingħataw dritt ta' residenza fit-tul jew ġie estiż id-dritt ta' residenza u għandu validità ta' ħames snin (regolari) sa 10 snin (għal membri tal-familji taċ-ċittadini Rumeni).

    Taħt l-intestatura “Observații” (rimarki) hemm imdaħħal in-numru personali ta’ identifikazzjoni allokat għall-barrani.

    II.   Dokumenti maħruġa lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi f’format mhux uniformi (skont id-Direttiva 2004/38/KE)

    1.

    CARTE DE REZIDENȚĂ PERMANENTĂ (Karta ta’ residenza permanenti).

    Dan id-dokument fil-forma ta' tessera (naħa waħda stampata) kien jinħareġ bejn l-2007 u l-2011 mingħajr data ta' skadenza għal ċittadini tal-UE/ŻEE/CH.

    2.

    CARTE DE REZIDENȚĂ PERMANENTĂ (Karta ta’ residenza permanenti).

    Dan id-dokument fil-forma ta' tessera (naħa waħda stampata) beda jinħareġ minn Settembru 2011 lil ċittadini UE/ŻEE/CH, għal perjodu ta' 10 snin, ħlief għal persuni taħt l-14-il sena (f'dan il-każ, il-perjodu ta' validità huwa ta' 5 snin).

    3.

    CARTE DE REZIDENȚĂ PERMANENTĂ PENTRU MEMBRII DE FAMILIE (Karta ta’ residenza permanenti għall-membri tal-familja)

    Dan id-dokument fil-forma ta' tessera (naħa waħda stampata)kien jinħareġ bejnl-2007 u l-2011 lil membri tal-familja ta' ċittadini tal-UE/ŻEE/CH, għal perjodu ta' 10 snin, ħlief għal persuni taħt l-14-il sena (f'dan il-każ, il-perjodu ta' validità huwa ta' 5 snin).

    4.

    CARTE DE REZIDENȚĂ PERMANENTĂ PENTRU MEMBRUL DE FAMILIE AL UNUI CETĂȚEAN AL UNIUNII (Karta ta’ residenza permanenti għal membru tal-familja ta' ċittadin tal-Unjoni)

    Dan id-dokument fil-forma ta' tessera (naħa waħda stampata) beda jinħareġ minn Settembru 2011 lil membru tal-familja ta' ċittadini tal-UE għal perjodu ta' 10 snin, ħlief għal persuni taħt l-14-il sena (f'dan il-każ, il-perjodu ta' validità huwa ta' 5 snin).

    5.

    CARTE DE REZIDENȚĂ PERMANENTĂ PENTRU MEMBRUL DE FAMILIE AL UNUI CETĂȚEAN AL CONFEDERAȚIEI ELVEȚIENE (Karta ta’ residenza permanenti għal membru tal-familja ta' ċittadin tal-Konfederazzjoni Svizzera)

    Dan id-dokument fil-forma ta' tessera (naħa waħda stampata) beda jinħareġ minn Settembru 2011 lil membri tal-familja ta' ċittadini tal-Konfederazzjoni Svizzera, għal perjodu ta' 10 snin, ħlief għal persuni taħt l-14-il sena (f' dan il-każ, il-perjodu ta' validità huwa ta' 5 snin).

    6.

    CARTE DE REZIDENȚĂ ELIBERATĂ MEMBRILOR DE FAMILIE AI CETĂȚENILOR ROMÂNI (Karta ta’ residenza maħruġ lill-membri tal-familja taċ-ċittadini Rumeni)

    Dan id-dokument fil-forma ta' tessera (naħa waħda stampata) kien jinħareġ bejn l-2007 u l-2011 lil membri tal-familja ta' ċittadini Rumeni. Għalkemm ma jinħarġux aktar, għad hemm dokumenti li huma validi fil-pussess ta' detenturi li għandhom dritt ta’ residenza għal 10 snin.

    7.

    CARTE DE REZIDENȚĂ PENTRU MEMBRUL DE FAMILIE AL UNUI CETĂȚEAN AL UNIUNII (Karta ta’ residenza għal membru tal-familja ta' ċittadin tal-Unjoni)

    Dan id-dokument temporanju fil-forma ta' tessera (naħa waħda stampata) beda jinħareġ minn Settembru 2011 lil membri tal-familja ta' ċittadini tal-UE għal massimu ta' ħames snin, iżda li ma jeċċedix id-dritt tar-residenza taċ-ċittadin tal-UE li tiegħu huwa membru tal-familja.

    8.

    CARTE DE REZIDENȚĂ PENTRU MEMBRUL DE FAMILIE AL UNUI CETĂȚEAN AL CONFEDERAȚIEI ELVEȚIENE (Karta ta’ residenza għal membru tal-familja ta' ċittadin tal-Konfederazzjoni Svizzera)

    Dan id-dokument temporanju fil-forma ta' tessera (naħa waħda stampata) beda jinħareġ minn Settembru 2011 lil membri tal-familja ta' ċittadini tal-Konfederazzjoni Svizzera għal massimu ta' ħames snin, iżda li ma jeċċedix id-dritt tar-residenza taċ-ċittadin tal-Konfederazzjoni Svizzera li tiegħu huwa membru tal-familja.


    Top