EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012XC0623(06)

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

ĠU C 183, 23.6.2012, p. 21–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 183/21


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2012/C 183/10

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għall-oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9

«ΒΟΡΕΙΟΣ ΜΥΛΟΠΟΤΑΜΟΣ ΡΕΘΥΜΝΗΣ ΚΡΗΤΗΣ» (VORIOS MYLOPOTAMOS RETHYMNIS KRΙTΙS)

Nru tal-KE: EL-PDO-0117-0039-09.03.2011

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Titlu fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwat mill-emenda:

Isem tal-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu tal-produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Rekwiżiti nazzjonali

Oħrajn (għandhom ikunu speċifikati)

2.   Tip ta’ emenda (emendi):

Emenda għad-Dokument Uniku jew is-Sinteżi

Emenda għall-ispeċifikazzjoni tad-DPO u l-IĠP irreġistrati li għaliha la d-Dokument Uniku u lanqas is-Sinteżi ma ġew ippubblikati

Emenda għall-ispeċifikazzjoni li ma tinħtieġ l-ebda emenda għad-Dokument Uniku ppubblikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Emenda temporanja għal Speċifikazzjoni li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri obbligatorji sanitarji jew fitosanitarji (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

3.   Emenda (emendi):

3.1.   Żona ġeografika:

L-estensjoni taż-żona tad-DPO hija mitluba fid-distretti amministrattivi kollha tal-Muniċipalitajiet ta’ Arkadi, Yeropotamos u Kouloukona li jinsabu fil-konfini amministrattivi tal-Provinċja ta' Mylopotamos u speċifikament f’:

Angeliana, Ayia, Ayios Ioannis, Ayios Mamas, Aimonas, Aloides, Alfa, Anoyia, Aksos, Apladiana, Arh. Eleftherna, Ahlades, Veni, Garazo, Damavolo, Doksaro, Eleftherna, Episkopi, Erfi, Zoniana, Theodora, Kalandare, Kalivos, Krioneri, Livadia, Margarites, Melidoni, Melisourgaki, Orthes, Panormo, Pasalites, Perama, Prinos, Roumeli, Sises, Skepasti, Skouloufia, Houmeri u Honos.

Minħabba li:

matul l-aħħar deċennju, bis-sostituzzjoni kontinwa tas-siġar taż-żebbuġ “Hondrolia” mal-varjetà “Koroneiki” fiż-żona, il-proporzjon taż-żewġ varjetajiet taż-żebbuġ huwa fil-livell taż-żona tad-DPO (90 % “Koroneiki”, 10 % “Hondrolia”). Għalhekk ir-raġuni li għaliha d-distretti amministrattivi tal-provinċja ta’ Mylopotamos ma kinux inklużi fid-DPO inizjali m’għadhiex aktar rilevanti;

id-distretti amminisrattivi applikanti għandhom l-istess kundizzjonijiet ta’ temp u tal-ħamrija bħaż-żona tad-DPO;

ir-residenti ta’ dawn id-distretti amministrattivi wirtu l-istess użanzi u l-istess għarfien antik u awtentiku bħar-residenti tal-kumplament taż-żona;

iż-żejt taż-żebbuġa li jiġi prodott fiż-żona għandu l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi, u organolettiċi bħal dawk taż-żona tad-DPO, li hija ppruvata mill-opinjoni tal-esperti tad-Dipartiment tal-Kimika ta’ Rethymnon tad-Direttorat Ġenerali tal-Laboratorju tal-Kimika Ġenerali u mill-opinjoni esperta ta’ laboratorju ċċertifikat.

3.2.   Prova tal-Oriġini:

Id-domandi tas-suq għat-traċċabbilità tal-ikel u għall-ħtieġa li jiġu protetti l-prodotti mill-adulterazzjoni wasslet biex fl-aħħar sentejn, il-produtturi fiż-żona tad-DPO eżistenti japplikaw sistema aktar stretta tal-prova tal-oriġini. Din is-sistema aktar stretta ser tippermetti li fil-ġejjieni, il-prodott jissalvagwardja l-identità u l-kwalità konsistenti tiegħu.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“ΒΟΡΕΙΟΣ ΜΥΛΟΠΟΤΑΜΟΣ ΡΕΘΥΜΝΗΣ ΚΡΗΤΗΣ” (VORIOS MYLOPOTAMOS RETHYMNIS KRΙTΙS)

Nru tal-KE: EL-PDO-0117-0039-09.03.2011

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem:

“Βόρειος Μυλοπόταμος Ρεθύμνης Κρήτης” (Vorios Mylopotamos Rethymnis Kritis)

2.   L-Istat Membru jew il-Pajjiż Terz:

Il-Greċja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-ikel:

3.1.   It-tip tal-prodott:

Klassi 1.5 –

Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.)

3.2.   Id-deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1):

L-isem “Vorios Mylopotamos Rethymnis Kritis” jiddeskrivi ż-żejt estratt b’mod mekkaniku miż-żebbuġ tal-varjetà Koroneiki (mill-anqas 90 %) u mill-varjetà Hondrolia (il-kumplament), li huma kkultivati fiż-żona ġeografika applikanti.

Iż-żejt taż-żebbuġa għandu kulur partikolarment attraenti (isfar-dehbi) u meta jiġi kkunsmat għandu togħma ta’ frott.

L-aċidità massima totali espressa bħala aċidu olejku ma taqbiżx iż-0,8 g għal kull 100 g ta’ żejt.

Il-kostanti għall-indikaturi tad-diversi tipi ta' sustanzi aċidi fiż-żejt taż-żebbuġa ma għandux jaqbeż il-valuri li ġejjin meta ż-żejt taż-żebbuġa jkun qed jiġi standardizzat.

 

Κ 232 ≤ 2,00

 

Κ 270 ≤ 0,18

 

Perossidi: ≤ 15 mEq O2/kg;

 

Aċidu olejku: > 75 %

Il-livelli ta’ trilinolina u stigmatosterol huma partikolarment baxxi, kif inhuma l-livelli tal-alkoħol alifatiku.

3.3.   Il-materja prima (għal prodotti pproċessati biss):

Iż-żebbuġ użat fil-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa bl-isem “Βόρειος Μυλοπόταμος Ρεθύμνης Κρήτης” (Vorios Mylopotamos Rethymnis Kritis) jiġi esklussivament mis-siġar taż-żebbuġ tal-varjetà Koroneiki (mill-anqas 90 %) u mill-varjetà “Hondrolia” (għall-kumplament). It-tnejn huma kkultivati fiż-żona ġeografika identifikata.

3.4.   L-għalf (għal prodotti ġejjin mill-annimali biss):

3.5.   Il-passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jittieħdu fiż-żona ġeografika identifikata:

Il-kultivazzjoni tas-siġar taż-żebbuġ u l-ipproċessar taż-żebbuġ għandhom isiru fiż-żona ġeografika identifikata.

3.6.   Ir-regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkkjar, eċċ:

3.7.   Ir-regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:

4.   Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika:

Is-sensiela ta' komunitjiet f'dik li qabel kienet il-provinċja ta' Mylopotamos u speċifikament fil-komunitajiet lokali attwali jinsabu fil-konfini amministrattivi tal-muniċipalitajiet ta': Anogia, Mylopotamos u Rethymnon.

Angeliana, Ayia, Ayios Ioannis, Ayios Mamas, Aimonas, Aloides, Alfa, Anoyia, Aksos, Apladiana, Arh. Eleftherna, Ahlades, Veni, Garazo, Damavolo, Doksaro, Eleftherna, Episkopi, Erfi, Zoniana, Theodora, Kalandare, Kalivos, Krioneri, Livadia, Margarites, Melidoni, Melisourgaki, Orthes, Panormo, Pasalites, Perama, Prinos, Roumeli, Sises, Skepasti, Skouloufia, Houmeri u Honos ta' dik li qabel kienet il-provinċja ta' Mylopotamos.

5.   Ir-rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika:

Iż-żona li għaliha qed titressaq l-applikazzjoni għall-estensjoni taż-żona hija parti minn dik li qabel kienet il-provinċja ta’ Mylopotamos. Bħala parti minn provinċja waħda li hija żgħira fid-daqs (b’total ta’ 414 000 stremma), iż-żona għandha ħamrija u kundizzjonijiet tat-temp simili u dejta meterjoloġika simili għar-reġjun ta’ Mylopotamos tat-Tramuntana li għalih l-isem diġà ġie rreġistrat.

Fl-altitudnijiet il-baxxi, jeżistu artijiet imżerżqa minn żgħar sa medji (l-art tippermetti li jiġu kkultivati s-siġar taż-żebbuġ) filwaqt li f’uħud mill-artijiet imżerżqa akbar, is-siġar jitkabbru f’livelli differenti. Fil-parti l-aktar lejn in-Nofsinhar tal-Provinċja li hija ddominata mill-Muntanji Psiloritis, b’mod gradwali, il-kultivazzjoni taż-żebbuġ ċċedi postha għat-trobbija tal-bhejjem.

I.   Dejta Meterjoloġika

Ġeneralment, il-klima hija waħda moderata, Mediterranja, bi sjuf nexfin u bi xtiewi moderati. Ġeneralment, l-irjieħ huma moderati u fi ftit ġranet tas-sena biss ikun hemm irjieħ min-Nofsinhar li jikkawżaw ħsara lill-uċuħ tar-raba’ oħrajn (is-siġar taċ-ċitru).

Skont it-Tabella III tal-fajl inizjali li fih il-medji għat-tmien snin ta’ bejn l-1966 u l-1973, il-medja annwali ta’ xita hija qrib is-700 mm. L-għadd totali ta’ ġranet ta’ ġlata huwa ta’ 2,1 u l-medja tat-temperaturi estremi, speċjalment fix-xitwa, tiżgura d-differenzjar taż-żahar tal-frott u l-perjodu miżhar sodisfaċenti.

Fiż-żona ġeografika li kienet proposta għall-estensjoni, il-medja tal-inżul ix-xita fiż-żona tat-tkabbir taż-żebbuġ tvarja minn 700 mm (il-kejl tax-xita ta’ Melidoni) sa ftit aktar minn 1 000 mm fil-livelli ogħla (il-kejl tax-xita ta’ Ayios Ioannis u Anogion). Għaldaqstant, ninnotaw li ż-żona proposta għall-estensjoni tejbet iċ-ċifri tal-inżul ix-xita li tiżgura saħansitra assorbiment u diġestjoni aħjar tan-nutrijenti mis-siġar taż-żebbuġ.

Ix-xita tinżel l-aktar fil-perjodu ta’ bejn Ottubru u Marzu, filwaqt li bejn Ġunju u Settembru, rari tinżel xita. B’mod aktar speċifiku, il-medja tax-xita li tinżel bejn Ottubru u Marzu hija ta’ 87 % tat-total tax-xita li tinżel fis-sena, ibbażata fuq id-dejta tal-inżul tax-xita mill-Uffiċċju Meterjoloġiku f’Anogeia matul l-aħħar tmenin sena.

Ma teżisti l-ebda problema partikolari bil-ġlata (2,1 ġranet fis-sena). Il-firxa tat-temperaturi medji u estremi, speċjalment fix-xitwa tiżgura d-diversità taż-żahar tal-frott u l-miżhar sodisfaċenti. L-aktar temperaturi baxxi kienu fi Frar (– 0,2 °C) u l-ogħla kienu f’Lulju (35,8 °C). Il-firxa tat-temperaturi (kemm kemm taħt iż-żero u ftit aktar minn 40 °C) fiż-żona, kif ukoll it-temperatura medja ta’ bejn 15 °C u 25 °C, huma deskritti fil-letteratura bħala ideali għall-kultivazzjoni tas-siġar taż-żebbuġ. L-esperti jaqblu li temperaturi diffiċli għas-siġar taż-żebbuġ huma dawk taħt – 4 °C u aktar minn 40 °C, filwaqt li temperaturi aktar baxxi matul ix-xitwa huma meħtieġa biex tiġi żgurata d-diversità taż-żahar tal-frott u l-fjuri sodisfaċenti tagħhom.

Fil-qosor, iż-żona ġeografika proposta għall-estensjoni għandha kundizzjonijiet ta’ temp xierqa għat-tkabbir taż-żebbuġ u għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa extra verġni, simili għaż-żona li tissejjaħ ‘Vorios Mylopotamos Rethymnis Kritis’.

II.   Kompożizzjoni tal-art

Il-biċċa l-kbira tal-art hija ta’ kompożizzjoni medja mil-lat ta’ tessut u hija magħmula minn ‧ħamrija ħamra‧, dekompożizzjoni tal-ġebla tal-franka u blat tal-qawwi. Il-ħamrija hija kemxejn aċiduża.

Iż-żona aktar mifruxa ta’ Mylopotamos hija magħmula ġeoloġikament minn blat alpini u blat post-alpini. Minn isfel għal fuq, l-istuttura hija magħmula minn: blat karbonat tas-saff Jonju, blat mis-sekwenza ta’ Fillitiki u Halazitiki, blat karbonat mill-kopertura tettonika tal-linji ta’ Tripli, blat mill-medda ta’ saffi Interni, neoformazzjoni u depożiti kwaternarji. Id-diviżjoni tal-formazzjonijiet ta’ hawn fuq tagħmel iż-żona ta’ Mylopotamos reġjun ġeoloġika uniku. Barra minn hekk, il-litoloġija tal-formazzjonijiet u l-pożizzjoni relattiva tagħhom fl-istruttura ġeoloġika tagħmel liż-żona parti mis-sistema unika ta’ ġarr tal-ilma taż-żona tal-muntanji ta’ Psiloritis–Tallaion.

B’riżultat ta’ dawn l-aspetti ġeoloġiċi tal-art fil-provinċja kollha ta’ dik li qabel kienet il-provinċja ta’ Mylopotamos (iż-żona DPO u ż-żona li ser tiġi inkluża) u l-attività intensiva ta’ trobbija tal-bhejjem (it-trobbija tan-nagħaġ u tal-mogħoż), il-kontenut ta’ ħamrija f’makroelementi u mikroelementi, ibbażat fuq l-analiżi tal-ħamrija li saret fi tmien distretti amministrattivi differenti għall-produtturi taż-żebbuġ, turi l-istampa li ġejja:

Il-potassju u l-fosforu: jeżistu fil-biċċa l-kbira tal-każi, iżda jeħtieġ li jiżdiedu l-imsaġar b’rendiment għoli.

In-nitroġenu: jeħtieġ is-supplimenti kull sentejn peress li dan huwa element fluwidu li faċilment jitlaq mal-ilma.

Il-boron, wieħed mill-oligoelementi importanti għall-kultivazzjoni taż-żebbuġ, ta’ sikwit jinstab fiż-żoni muntanjużi u jeħtieġ is-supplimenti kull erba’ snin billi jiġi ffiltrat fl-art.

Mil-lat tat-tessut tal-ħamrija, teżisti kważi taħlita ugwali ta’ ħamrija, tafal u ħama, jiġifieri minn ħafif għal medju. Il-kontenut ta’ materja organika tal-ħamrija huwa pjuttost tajjeb.

III.   Fatturi umani

Il-metodi ta’ kultivazzjoni matul iċ-ċiklu ta’ produzzjoni huma bbażati fuq l-għarfien tradizzjonali li ntirtu minn ġenerazzjoni għal oħra.

Il-familji jikkollaboraw fil-ġbir taż-żebbuġ, li jippermettilhom biex ta’ kuljum jiġbru ammonti kbar ta’ żebbuġ u jipproċedu fl-għasir tiegħu fl-istess jum. Il-karatteristiċi tal-kwalità tal-wiċċ tar-raba’, għaldaqstant, ma jinbidlux għax jibqgħu għal żmien twil fl-ixkejjer.

L-ixkejjer għat-trasport taż-żebbuġ huma ta’ oriġini mill-pjanti u jippermetti li ż-żebbuġ jieħu l-arja sakemm idum fl-ixkejjer.

Il-ħsad f’Diċembru u Jannar jaħbat mal-perjodu meta l-frott taż-żebbuġ jimmatura b’mod naturali.

L-użu tad-demel tan-nagħaġ kull sentejn jew tliet snin joħloq livelli tajba ta’ materja organika fl-imsaġar taż-żebbuġ, li jiżgura kapaċità tajba biex jiġu assimilati n-nutrijenti, l-art ossiġenata b’mod tajjeb, ċirkolazzjoni tajba ta’ arja u ilma u sussegwentement żvilupp tajjeb tas-sistema tal-għeruq.

Ir-rispett lejn l-ambjent f’kull intervent: impediment kważi totali ta’ sprej kontra d-dubbiena taż-żebbuġ, li jiġi sostitwit bi sprej tal-lixka u bl-użu ta’ forom ferm aktar moderati milli saru fl-imgħoddi.

5.2.   L-ispeċifiċità tal-prodott:

Iż-żejt taż-żebbuġa jiġi prodott f’kull parti ta’ dik li qabel kienet il-provinċja ta’ Mylopotamos u, bħaż-żejt taż-żebbuġa kollu ta’ Kreta, huwa ta’ kwalità għolja. Il-kundizzjonijiet klimatiċi eċċellenti, il-kundizzjoni tal-ħamrija u d-diversi sigħat ta’ xemx jipproduċu prodott b’togħma itjeb. Iż-żebbuġ għandu togħma ħelwa u kulur partikolarment attrenti (isfar-dehbi) u għandu togħma ta’ frott.

Il-kriterji tal-kwalità taż-żejt extra verġni bl-isem Vorios Mylopotamos Rethymnis Kritis (Aċidità, K 270, K 232, Delta K, valur perossidu) huma f’livell tajjeb meta jitqabblu mal-istandards tal-prototip kummerċjali tal-Kunsill Internazzjonali taż-Zejt taż-Żebbuġa. Il-livelli ta’ trilinolina u stigmatosterol huma partikolarment baxxi (bosta drabi aktar baxxi mil-livelli massimi permissibbli).

L-alkoħol alifatiku fiż-żejt jinstab fi kwantitajiet żgħar ħafna.

5.3.   Rabta każwali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO), jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP):

Iż-żejt taż-żebbuġa prodott fil-provinċja tat-Tramuntana ta’ Mylopotamos, bħaż-żejt taż-żebbuġa kollu ta’ Kreta, huwa ta’ kwalità għolja.

Il-kultivazzjoni taż-żebbuġ beda fi żminijiet qodma fi Kreta. Matul l-iskavar f’Phaistos, fost iż-żrieragħ li B. Krimbas irċieva mill-Iskola Arkaeoloġika Taljana, huwa identifika żrieragħ taż-żebbuġ li jmorru lura għall-perjodu Minoan Medju (1800-2000 QK). Skont stqarrija li għamel is-Sur P. Anagnostopoulou fl-Akkademja ta’ Ateni fl-1951, abbażi tas-sejbiet mill-iskavar, Kreta huwa l-post endemiku taż-żebbuġ.

Il-kriterji tal-kwalità taż-żejt extra verġni bl-isem ta’ Vorios Mylopotamos Rethymnis Kritis (Aċidità, K 270, K 232, Delta K, valur tal-perossidu) huma f’livell tajjeb meta jitqabblu mal-istandards tal-prototip kummerċjali tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żejt taż-Żebbuġa. Dawn huma riżultat tal-metodu tal-ġbir u l-kultivazzjoni taż-żebbuġ. Il-ġbir permezz ta’ daqqiet ta’ stikka fuq is-siġra, il-ġbir fl-ixkejjer li ma jkunux akbar minn 50 kg, it-trasport immedjat (ġeneralment fl-istess jum) għal post fejn jintgħasar iż-żebbuġ u t-tagħsir veloċi, jirriżultaw f’karatteristiċi tajbin kif ġie spjegat aktar ’il fuq. Kif ukoll, il-livelli ta’ trinolina u ta’ stigmatosterol huma partikolarment baxxi (bosta drabi aktar baxxi mil-livelli massimi permessi). Dan huwa minħabba l-frotta b’daqs żgħir tal-varjetà taż-żebbuġa Koroneiki. Fl-aħħar nett, l-alkoħol alifatiku jinstab fi kwantitajiet żgħar fiż-żejt taż-żebbuġ li jiġi prodott. Dan huwa peress li l-produtturi jafu li meta jingħasar iż-żebbuġ, it-temperaturi għoljin jgħollu l-perċentwali tal-alkoħol alifatiku fiż-żejt, u b’hekk jiżguraw li t-temperatura taż-żejt fil-magħsar taż-żebbuġ ma taqbiżx it-32 °C (it-temperatura normali għaż-żejt taż-żebbuġa hija bejn 27 °C u 32 °C).

Il-karatteristiċi ewlenin li juru d-differenza fil-kwalità taż-żejt taż-żebbuġa huma l-klima, it-tessut tal-ħamrija, il-varjetà tas-siġar u l-metodi ta' kultivazzjoni tal-bniedem (il-metodu tat-tkabbir, il-ħsad, il-ħżin u l-ipproċessar tal-prodott).

Il-fatturi li jagħtu liż-żebbuġa l-kwalità eċċellenti tagħha u l-karatteristiċi taż-żejt li jiġi prodott huma:

il-klima ideali għall-produzzjoni taż-żebbuġ fiż-żona bi xtiewi moderati u bi sjuf sħan;

il-firxa tat-temperaturi (l-anqas baxxa, l-ogħla u l-medja) li hija kkunsidrata ideali għall-kultivazzjoni taż-żebbuġ;

l-intensità moderata tar-riħ li tiżgura ċiklu mingħajr problemi għaż-żahar;

l-art li tiffaċilita arja tajba u ħafna dawl għas-siġar, li tirriżulta fi pjanti b’saħħithom u b’żebbuġ ta’ kwalità tajba;

ix xita li tinżel matul ix-xitwa u l-ftit xita meta t-temperatura togħla jiżguraw li n-nutrijenti jiġu assimilati fi żminijiet kritiċi, u li jiġi skoraġġit l-iżvilupp tal-mard fungali li jimmina l-kwalità taż-żebbuġa;

l-ammont ta’ xita li hija meqjusa bħala sodisfaċenti biex tassorbi n-nutrijenti mill-art u għall-imsaġar taż-żebbuġ li ma jissaqqewx;

il-livelli tajba ta’ materja organika ġeneralment jiżguraw assimilabilità tajba tan-nutrijenti, ħamrija poruża b’ċirkolazzjoni tajba ta’ arja u ilma u sussegwentement jiżviluppaw is-sistema tal-għeruq tas-siġar taż-żebbuġ;

il-konċentrazzjonijiet sodisfaċenti tal-fosfat tal-potassju fl-art u l-għarfien tal-produtturi dwar meta jżidu n-nitroġenu u l-boron, kif meħtieġ, jinfluwenzaw il-kwalità taż-żejt taż-żebbuġa kemm kimikament kif ukoll organolettikament;

il-metodi ta’ kultivazzjoni matul iċ-ċiklu tal-produzzjoni taż-żebbuġ ġejjin mill-għarfien tradizzjonali li ntirtu minn ġenerazzjoni għal oħra.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(l-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

http://www.minagric.gr/greek/data/epikair_prodiagrafes_b.Mylopotamos_10112011.pdf


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


Top