EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012XC0606(04)

Notifika ta' bidu ta' reviżjoni tal-miżuri tal-anti-dumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, wara r-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet adottati mill-Korp tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ għas-Soluzzjoni tat-Tilwim fit- 28 ta’ Lulju 2011 fil-KE-it-tilwima dwar il-qfieli (DS 397)

ĠU C 160, 6.6.2012, p. 19–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/19


Notifika ta' bidu ta' reviżjoni tal-miżuri tal-anti-dumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, wara r-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet adottati mill-Korp tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ għas-Soluzzjoni tat-Tilwim fit-28 ta’ Lulju 2011 fil-KE-it-tilwima dwar il-qfieli (DS 397)

2012/C 160/07

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal reviżjoni skont l-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1515/2001 tat-23 ta' Lulju 2001 fuq il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Komunità wara rapport adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tad-WTO dwar kwistjonijiet fuq anti-dumping u anti-sussidji (1) (“ir-Regolament ta' awtorizzazzjoni tad-WTO”).

1.   It-talba għal reviżjoni

Tressqet talba minn Bulten Fasteners (China) Co., Ltd. wara l-pubblikazzjoni ta' Notifika mill-Kummissjoni (2) (“in-notifika ta' implimentazzjoni dwar il-qfieli”) fejn il-produtturi esportaturi tal-qfieli fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina ntalbu biex jippreżentaw ruħhom u jitolbu reviżjoni jekk iħossu li l-kundizzjonijiet inklużi fil-punt 1(a) tan-notifika ta' implimentazzjoni dwar il-qfieli kienu japplikaw għalihom.

2.   Il-prodott li qed jiġi investigat

Il-prodott suġġett għal din l-investigazzjoni huwa qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-prodott li qed jiġi investigat”) kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009 tas-26 ta' Jannar 2009 (3) (“ir-Regolament oriġinali”).

3.   Il-miżuri eżistenti

Il-miżuri li bħalissa huma fis-seħħ huma dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

4.   Ir-raġunijiet għar-reviżjoni

It-talba skont l-Artikolu 1(3) tar-Regolament ta' awtorizzazzjoni tad-WTO hi msejsa fuq ir-raġuni li l-applikant elenkat fil-punt 1 kien skoraġġut milli jikkoopera u jitlob trattament individwali minħabba l-piż amministrattiv li jirriżulta mill-Artikolu 9(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (4) (“ir-Regolament bażiku dwar l-anti-dumping”).

L-applikant ipprovda wkoll informazzjoni dwar il-kwantitajiet u l-prezzijiet tal-esportazzjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni oriġinali kif mitlub skont il-punt 1(b)(ii) tan-notifika ta' implimentazzjoni dwar il-qfieli.

L-applikant iddikjara wkoll li, kieku ikkoopera mal-investigazzjoni oriġinali, kien jitlob eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku dwar l-anti-dumping u għalhekk qiegħed jitlob dan it-trattament f'dan il-waqt.

5.   Il-proċedura biex jiġi ddeterminat id-dumping

Wara li ġie ddeterminat, b'konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li teżisti biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-bidu ta' reviżjoni, il-Kummissjoni b'dan tagħti bidu għal reviżjoni skont l-Artikolu 1(3) tar-Regolament ta' awtorizzazzjoni tad-WTO bl-għan li jiġi ddeterminat jekk l-applikant jissodisfax ir-rekwiżiti biex ikollu dazju individwali stabbilit skont l-Artikolu 9(5) u l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku dwar l-anti-dumping.

Jekk l-applikant jissodisfa r-rekwiżiti biex ikollu dazju individwali, allura l-marġni individwali ta' dumping tiegħu u l-livell tad-dazju, jekk hemm, li għalih iridu jkunu soġġetti l-importazzjonijiet tiegħu tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni, se jiġu ddeterminati. L-investigazzjoni se tiddetermina dan il-marġni individwali ta' dumping billi tuża l-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-applikant mill-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali u l-valur normali tal-pajjiż analogu li diġà ġie ddeterminat matul dik l-investigazzjoni oriġinali.

(a)   Il-kwestjonarji

Sabiex tkun tista' tikseb l-informazzjoni li tqis meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarju lill-applikant. Din l-informazzjoni flimkien mal-evidenza ta' sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit fil-punt 6(a)(i).

(b)   Il-ġbir ta' informazzjoni u s-seduti ta’ smigħ

Il-partijiet kollha interessati huma b'dan mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom, jibagħtu l-informazzjoni barra mit-tweġibiet għall-kwestjonarju u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Din l-informazzjoni u din l-evidenza ta' sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit fil-punt 6(a)(i).

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati, sakemm dawn jagħmlu talba fejn juru li hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu. Din it-talba għandha ssir fil-limitu taż-żmien stabbilit fil-punt 6(a)(ii).

6.   Il-limiti ta’ żmien

Il-limiti ġenerali ta' żmien

(i)   Għall-partijiet biex jippreżentaw ruħhom, biex jibagħtu t-tweġibiet għall-kwestjonarju u kull informazzjoni oħra

Il-partijiet kollha interessati, jekk ir-rappreżentazzjonijiet tagħhom għandhom jitqiesu matul l-investigazzjoni, għandhom jippreżentaw ruħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, iressqu l-fehmiet tagħhom u jibagħtu t-tweġibiet għall-kwestjonarju jew kull informazzjoni oħra fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Għandha tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-eżerċizzju tal-biċċa l-kbira tad-drittijiet proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku jiddependi mill-fatt li l-parti tippreżenta ruħha fil-limitu ta' żmien imsemmi qabel.

(ii)   Is-smigħ

Il-partijiet interessati kollha jistgħu japplikaw ukoll biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta' żmien ta' 37 jum.

7.   L-istruzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji kompluti u l-korrispondenza

Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluż l-informazzjoni mitluba f'din in-notifika, il-kwestjonarji kompluti u l-korrispondenza mogħtija mill-partijiet interessati li għalihom jintalab trattament kunfidenzjali, għandhom ikunu mmarkati “Ristretti” (5).

Il-partijiet interessati li jagħtu informazzjoni “Ristretta” huma mitluba jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku dwar l-anti-dumping, li se jkunu mmarkati “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn is-sommarji għandhom ikunu dettaljati biżżejjed sabiex tkun tista' tinftiehem b'mod raġonevoli s-sustanza tal-informazzjoni ppreżentata b'mod kunfidenzjali. Jekk parti interessata li tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali ma tipprovdix sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u l-kwalità mitluba, din l-informazzjoni kunfidenzjali tista' titwarrab.

Il-partijiet interessati huma mitluba jagħmlu s-sottomossjonijiet u t-talbiet tagħhom kollha f'format elettroniku (is-sottomissjonijiet mhux kunfidenzjali permezz tal-posta elettronika, u dawk kunfidenzjali fuq CD-R/DVD), u jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz tal-posta elettronika u n-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Madankollu, kwalunkwe Prokura u ċertfikazzjonijiet iffirmati li jakkumpanjaw it-tweġibiet għall-kwestjonarju jew kull aġġornament tiegħu, għandhom jiġu ppreżentati f'għamla ta' dokument fiżiku, jiġifieri bil-posta jew bl-idejn, fl-indirizz ta' hawn taħt. Skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku dwar l-anti-dumping, jekk parti interessata ma tkunx tista' tipprovdi s-sottomissjonijiet u t-talbiet tagħha f'format elettroniku, din għandha tgħarraf lill-Kummissjoni b'dan minnufih. Għal aktar informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġna tal-web rilevanti fil-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/trade-defence/

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Office: N105 04/092

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Fax +32 22993704

Posta elettronika: TRADE-AD-FASTENERS-DSB@ec.europa.eu

8.   In-nuqqas ta' kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa fil-limitu ta' żmien, jew tfixkel l-investigazzjoni b’mod sinifikanti, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru b'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, abbażi tal-fatti disponibbli.

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, din l-informazzjoni għandha titwarrab u jista’ jsir użu mill-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss, u jintużaw il-fatti disponibbli, ir-riżultat jista' jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.

9.   L-ipproċessar tad-dejta personali

Huwa nnutat li kull dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-data (6).

10.   L-Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta' medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrevedi t-talbiet għal aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għall-estensjoni tal-iskadenzi u t-talbiet minn partijiet terzi biex jinstemgħu. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduta ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur biex jiżgura li d-drittijiet għad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qegħdin jitħaddmu b’mod sħiħ.

It-talba għal smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet li għalihom tkun qiegħda ssir. Għal seduta dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba għandha titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, għandha tiġi sottomessa talba għal smigħ fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni tal-web tal-Uffiċjal tas-Seduta fil-websajt tad-DĠ Kummerċ: (http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/hearing-officer/index_en.htm)


(1)  ĠU L 201, 26.7.2001, p. 10

(2)  ĠU C 66, 6.3.2012, p. 29

(3)  ĠU L 29, 31.1.2009, p. 1

(4)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51

(5)  Dokument “Ristrett” huwa dokument li huwa kkunsidrat kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim dwar l-Anti-Dumping). Dan hu wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(6)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


Top