EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012XC0509(03)

Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri ta’ antidumping

ĠU C 135, 9.5.2012, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/20


Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri ta’ antidumping

2012/C 135/09

1.   Kif stipulat fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 (1) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea tavża li, sakemm ma titnediex reviżjoni skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri ta’ antidumping imsemmija hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.

2.   Proċedura

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx li twassal għat-tkomplija jew ir-rikorrenza tad-dumping u d-dannu.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tanalizza l-miżuri inkwistjoni, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni jingħataw aktar ’il quddiem l-opportunità li jelaboraw, jikkonfutaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal reviżjoni.

3.   Limitu ta’ żmien

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba għal reviżjoni bil-miktub abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, li għandha tasal għand il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (l-Unità H-1), N-105 4/92, 1049 Brussell, Belgium (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.

4.   Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.

Prodott

Pajjiż(i) ta’ oriġini jew ta’ esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta’ skadenza (3)

Diidromirċenol

L-Indja

Dazju anti-dumping

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 63/2008 (ĠU L 23, 26.1.2008, p. 1)

27.1.2013


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Fax +32 22956505.

(3)  Il-miżura tiskadi f'nofsillejl tal-jum imsemmi f'din il-kolonna.


Top