This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012XC0111(06)
Information communicated by Member States regarding State aid granted under Commission Regulation (EC) No 736/2008 on the application of Articles 87 and 88 of the Treaty to State aid to small and medium-sized enterprises active in the production, processing and marketing of fisheries products Text with EEA relevance
Informazzjoni kkommunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd Test b’relevanza għaż-ŻEE
Informazzjoni kkommunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU C 8, 11.1.2012, p. 30–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
11.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 8/30 |
Informazzjoni kkommunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 8/07
Għajnuna Nru: SA.33146 (11/XF)
Stat membru: Franza
L-awtorità li qed tagħti l-għajnuna: FranceAgriMer, établissement national des produits de l'agriculture et de la mer.
Isem tal-impriża li qed tirċievi l-għajnuna ad hoc: Organizzazzjonijiet ta' produtturi
Bażi legali:
— |
Article 75 de la loi no 1312/2003 du 30 décembre 2003 de finances rectificatives pour 2003. |
— |
L-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008 tat-22 ta’ Lulju 2008 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd |
— |
L-Artikolu 37 n) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd |
Ammont miftiehem għall-għajnuna ad hoc:
— |
EUR 2 miljun fl-2012. |
— |
EUR 1,3 miljun fl-2013. |
— |
EUR 0,7 miljun fl-2014. |
Intensità massima tal-għajnuna: 60 %
Data tad-dħul fis-seħħ: 2012
Perjodu tal-iskema jew tal-għajnuna individwali (data prevista għall-ħlas tal-aħħar parti): Id-data tal-għeluq li wieħed jista' jressaq it-talba fiha biex jitħallas il-bilanċ tal-għajnuna hi l-31 ta' Diċembru 2015.
Għan tal-għajnuna: Għajnuna għar-ristruttturar tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi
Artikolu applikat: L-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008 tat-22 ta’ Lulju 2008 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd
Attività kkonċernata: Is-sajd u l-akkwakultura
Isem u indirizz tal-awtorità inkarigata mill-għajnuna:
FranceAgriMer, établissement national des produits de l’agriculture et de la mer |
12 rue Henri Rol-Tanguy |
TSA 20002 |
93555 Montreuil-sous-Bois Cedex |
FRANCE |
L-indirizz fuq is-sit tal-internet jew il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-għajnuna ad hoc barra l-iskema kollha għall-għajnuna tinsab fuq: http://agriculture.gouv.fr/europe-et-international
Ġustifikazzjoni: Din l-għajnuna għandha l-għan li tgħin l-istrutturar l-organizzazzjonijiet tal-produtturi permezz ta' self nazzjonali li ġej mit-taxxi dovuti lill-OFIMER (mibdula wara l-1ota' April 2009 minn FranceAgriMer li reġgħet bdiet l-attivitajiet tagħha).
Id-dispożizzjoni tar-Regolament ta' eżenzjoni huwa ġustifikat għal żewġ raġunijiet:
minn naħa waħda, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni “Aide d'Etat N 544/03 – Taxe parafiscale affectée à l'OFIMER” ma tipprovdix għal finanzjament ta' dawn it-tipi ta' azzjonijiet strutturali ta' interess kollettiv, għaliex il-parteċipazzjoni fl-azzjonijiet ta' ristrutturar ma kinitx prevista fir-rigward tal-IFOP. Fil-fatt din ġiet miktuba wara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fl-Artikolu 37 n) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-sajd.
min-naħa l-oħra, id-dispożizzjoni tal-miżura 3-1 (l-Artikolu 37) ta' dak ir-Regolament mhijiex finanzjarment possibbli meta jitqies il-livell sinifikanti tal-użu tal-qafas korrispondenti u l-livelli u l-perspettivi tal-użu ta' approprjazzjonijiet tal-miżuri l-oħra kif ukoll l-assi tal-Fondi Ewropej għas-sajd li jillimitaw il-possibbiltajiet ta' użu mill-ġdid u ta' reviżjoni tal-mudell finanzjarju.