This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012PC0650
Proposal for a REGULATION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL amending Regulation (EC) No 539/2001 listing the third countries whose nationals must be in possession of visas when crossing the external borders of Member States and those whose nationals are exempt from that requirement
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni ta' Stati Membri u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dak ir-rekwiżit
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni ta' Stati Membri u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dak ir-rekwiżit
/* COM/2012/0650 final - 2012/0309 (COD) */
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni ta' Stati Membri u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dak ir-rekwiżit /* COM/2012/0650 final - 2012/0309 (COD) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Kuntest ġenerali u raġunijiet
għall-proposta Skont l-Artikolu 62 (2) (b) (i)
tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea, il-Kunsill adotta
r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001[1]
li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom
jinħtieġu viża biex jaqsmu l-fruntieri esterni (l-hekk
imsejħa ‘lista negattiva’, l-Anness I) u dawk li ċ-ċittadini
tagħhom m'għandhomx bżonn din il-viża (l-hekk imsejħa
‘lista pożittiva’, l-Anness II). L-Artikolu 61 tat-Trattat tal-KE rrefera
għal dawk il-listi fost il-miżuri laterali li huma direttament
marbuta mal-moviment liberu tal-persuni ġewwa żona ta' libertà,
sigurtà u ġustizzja. Il-bażi legali rilevanti issa huwa
l-Artikolu 77 (2) (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament
tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Id-determinazzjoni ta' dawk il-pajjiżi
terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma suġġetti
għall-ħtieġa tal-viża, u dawk eżentati minnha, hija
rregolata minn kriterji meqjusa, bl-assessjar każ b'każ tal-varjetà
tal-kriterji li jirrigwardaw, fost l-oħrajn, l-immigrazzjoni illegali,
il-politika u s-sigurtà pubblika, u r-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni Ewropea
ma’ pajjiżi terzi, filwaqt li tingħata wkoll konsiderazzjoni
għall-implikazzjonijiet tal-koerenza reġjonali u r-reċiproċità.
B'konsiderazzjoni tal-kriterji ta' ordni pubbliku u immigrazzjoni illegali,
attenzjoni partikolari għandha tingħata anke lis-sigurtà ta'
dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġin mill-pajjiżi terzi
kkonċernati. Ladaraba l-kriterji stabbiliti fir-Regolament
(KE) Nru 539/2001 jistgħu jevolvu maż-żmien
b'relazzjoni ma' pajjiżi terzi, għandha ssir reviżjoni
tal-kompożizzjoni tal-lista negattiva u dik pożittiva meta jkun
xieraq. Fil-Programm ta' Stokkolma adottat f'Diċembru tal-2009 il-Kunsill
Ewropew speċifikament talab lill-Kummissjoni biex iżżomm lista
ta' pajjiżi terzi liema ċittadini huma jew mhumiex soġġetti
għal ħtieġa ta' viża taħt analiżi regolari skont
il-kriterji xierqa relatati mal-immigrazzjoni illegali, mal-politika pubblika u
mas-sigurtà, waqt li jiġu kkunsidrati għanijiet ta' politika interna
u esterna tal-Unjoni. B'hekk, ir-Regolament
(KE) Nru 539/2001 kien emendat tmien darbiet[2] minn mindu kien adottat,
l-aktar riċenti fl-2010 b'rigward it-trasferiment tat-Tajwan fil-lista
pożittiva u kif ukoll ir-riżultat ta' djalogi għal-liberalizzazzjoni
tal-viża bit-trasferiment tal-Albanija u l-Bosnja u Ħerżegovina
għall-lista pożittiva tal-viża. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill qed
jinnegozjaw numru ta' emendi għad-diżposizzjonijiet
għall-provvedimenti tar-Regolament (KE) Nru 539/2001 proposti
mill-Kummissjoni[3].
għall-introduzzjoni ta' klawżola ta' salvagwardja
għall-viżi li tissospendi l-eżenzjoni tal-viżi għal
pajjiż terz mill-lista pożittiva fil-każ ta' sitwazzjoni ta'
emerġenza; għat-tisħiħ tal-ċertezza legali
bil-provvista ta' regoli għal ċertu sitwazzjonijiet li
m'għadhomx koperti mir-Regolament; u għall-aġġustament ta'
dispożizzjonijiet fid-dawl tal-bidliet riċenti li nġarrbu
mit-Trattat ta' Lisbona u minn leġiżlazzjoni sekondarja,
pereżempju l-Kodiċi tal-Viża (ir-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 810/2009)[4]. Il-listi mehmużin mar-Regolament
(KE) Nru 539/2001 jeħtieġu li jiġu vvalutati
mill-ġdid b'mod ġenerali fid-dawl tal-kriterji xierqa msemmija hawn
fuq definiti fir-Regolament. B'hekk din l-analiżi tal-listi
mehmużin għar-Regolament timmira li tiżgura: ·
li l-kompożizzjoni tal-listi tal-pajjiżi
terzi tikkonforma mal-kriterji mwaqqfa fil-premessa 5 tar-Regolament,
b'mod partikolari fir-rigward tal-immigrazzjoni illegali u l-kriterji
tal-politika pubblika u t-trasferiment tal-pajjiżi minn anness
għall-ieħor kif xieraq; ·
li skont l-Artikolu 77 (2) (a)
tat-TFUE, ir-Regolament jiddetermina b'mod eżawrjenti jekk ċittadin
ta' pajjiż terz għandux ikun suġġett għal jew
eżentat mir-rekwiżit tal-viża; 2. L-elementi tal-proposta 2.1 It-trasferiment ta' pajjiżi terzi
mil-lista negattiva (l-Anness I) għal-lista pożittiva
(l-Anness II) Skont l-approċċ li hu segwit
f'konformita' mal-bidliet li saru qabel lir-Regolament (KE) Nru 539/2001,
minħabba r-reviżjoni perjodika l-Kummissjoni staqsiet lill-Istati
Membri sabiex jiċċekkjaw jekk l-annessi għar-Regolament kif huma
attwalment jikkorrispondux mal-kriterji determinati mir-Regolament. L-Istati
Membri m'għamlu l-ebda suġġeriment sabiex jittrasferixxu lil
pajjiżi terzi mil-lista pożittiva għal dik negattiva.
Il-Kummissjoni rċeviet suġġerimenti għal trasferimenti
mil-lista negattiva għal dik pożittiva b'rigward għan-numru ta'
pajjiżi terzi. Xi pajjiżi terzi marru direttament fuq il-Kummissjoni
b'talba li jiġu trasferiti għal-lista pożittiva. L-informazzjoni
trasmessa mill-Istati Membri (il-Kummissjoni rċeviet 20 tweġiba)
ġiet analizzata, flimkien ma' informazzjoni minn sorsi oħrajn,
inklużi Delegazzjonijiet tal-UE responsabbli għall-pajjiżi terzi
kkonċernati, u statistika pprovduta minn Eurostat fuq flussi ta'
immigrazzjoni, asil u miżuri ta' infurzar kontra l-immigrazzjoni
irregolari[5].
L-analiżi waslet għall-Kummissjoni biex tasal
għall-konklużjoni li, f'dan l-istadju, il-pajjiżi u
ċ-ċittadini Brittaniċi mniżżla fis-sottosezzjonijiet
hawn taħt għandhom ikunu trasferiti għal-lista pożittiva. 2.1.1 Nazzjonijiet tal-Gżejjer
tal-Karibew Il-Kummissjoni
analizzat l-informazzjoni disponibbli, inkluż statistiċi, li
nġabret dwar kull pajjiż terz propost mill-Istati Membri.
Iingħatat attenzjoni partikolari lil-: livell ta' żvilupp ekonomiku u
soċjali, ir-riskju li jista' jkollu fuq l-immigrazzjoni rregolari
għall-Unjoni Ewropea, il-kwistjonijiet ta' relazzjonijiet esterni u
l-koerenza reġjonali. Il-Kummissjoni
waslet għall-konklużjoni li ma kienx hemm iktar ġustifikazzjoni
għall-impożizzjoni ta' rekwiżit għal viża
għaċ-ċittadini ta' Dominika, Grenada, Santa Luċija, San
Vinċenz u l-Grenadini jew it-Trinidad u t-Tobago. Numru sinifikanti ta'
Stati Membri ssuġġerew li dawn il-pajjiżi jitneħħew
mil-lista negattiva għal dik pożittiva. Dawn il-ħames
pajjiżi ma jirrappreżentaw l-ebda riskju għall-imigrazzjoni
irregolari jew l-ordni pubbliku u s-sigurtà lill-Istati Membri tal-Unjoni skont
il-kriterji mniżżla fil-premessa 5 tar-Regolament. Barra minn
hekk, dawn il-pajjiżi terzi huma demokraziji stabbiliti sew. Għandhom
standard tajjeb ta' għajxien u ekonomija stabbli u li qiegħda tikber
fir-reġjun. Dawn urew li jistgħu jaffaċċjaw il-kriżi
ekonomika globali attwali u jtejbu r-relazzjonijiet li diġà huma tajbin
kemm mal-Unjoni u mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali.
Ir-reviżjoni tal-2006 tar-Regolament (KE) Nru 539/2001[6] diġà trasferixxa erba'
pajjiżi fl-istess reġjun għal-lista pożittiva u
l-eżenzjoni mill-viża għaċ-ċittadini ta' dawk l-erba'
pajjiżi ma kellha l-ebda effett negattiv b'rispett
għall-immigrazzjoni rregolari jew għas-sigurtà. Hija proposta b'mod
xieraq li d-Dominika, Grenada, Santa Luċija, San Vinċenz u
l-Grenadini u t-Trinidad u t-Tobago jiġu trasferiti mil-lista negattiva
għal-lista pożittiva. Ta' min jiġi
msemmi li erba' Stati Membri huma rrappreżentati fit-Trinidad u Tobago
(Franza, Ġermanja, il-Pajjiżi l-Baxxi u Spanja). Stat Membru
wieħed biss (Franza) għandu konsulat f'Santa Luċija, li hija
destinazzjoni populari għat-turisti. Peress li m'hemmx rappreżentazzjoni
ta' kwalunkwe Stat Membru fi Grenada, Dominika jew San Vinċenz u
l-Grenadini, iċ-ċittadini tagħhom jeħtieġu jitolbu
għal viżas ta' Schengen minn barra, li jinvolvi spejjeż
sinifikanti. Kemm Grenada u Santa Luċija għandhom
rappreżentazzjoni waħda biss fl-Istati Membri ta' Schengen u
Kummissjoni Għolja fir-Renju Unit. Fi Trinidad u
Tobago ċ-ċittadini kollha tal-UE huma attwalment eżenti
mill-obbligu tal-viża, minkejja taħt kondizzjonijiet differenti u
għal perjodi differenti ta' soġġorn (xahar wieħed biss
għal ċittadini mis-Slovakkja, is-Slovenja, ir-Repubblika Ċeka,
il-Polonja, il-Bulgarija, ir-Rumanija, l-Ungerija, il-Litwanja, il-Latvja u
l-Estonja). Fl-erba' pajjiżi l-oħra tal-Karibew ċittadini
tal-Istati Membri kollha tal-Unjoni huma eżenti mill-ħtieġa ta'
viża għal perjodi ta' soġġorn ta' iktar minn 180
ġurnata. B'rigward
il-kriterji ta' ordni pubbliku u immigrazzjoni illegali, attenzjoni partikolari
għandha tingħata anke lis-sigurtà ta' dokumenti
tal-ivvjaġġar maħruġin mill-pajjiżi terzi kkonċernati.
Meta r-Regolament kien l-aħħar modifikat, il-Kummissjoni ħabret
li trasferimenti fil-futur għal-lista pożittiva jistgħu
jiddependu jekk jissodisfawx kondizzjonijiet speċifiċi relatati
mas-sigurtà ta' dokumenti tal-ivvjaġġar. Bħala riżultat,
il-ħruġ ta' passaporti bijometriċi kien stabbilit bħala
kondizzjoni għat-trasferiment ta' pajjiżi mill-Balkan tal-Punent
mil-lista negattiva għal dik pożittiva, minħabba d-dgħufija
tas-sistema preċedenti għal passaporti fir-reġjun
ikkonċernat u l-problemi li jsegwu. Madankollu billi jiġi kkunsidrat
il-livell ogħli ta' sigurtà tad-dokumenti tal-ivvjaġġar CARICOM
tal-pajjiżi kkonċernati minn din l-emenda, kif ukoll il-koerenza
reġjonali ma' sett ieħor ta' pajjiżi trasferiti għal-lista
pożittiva minn emenda riċenti tar-Regolament (KE) Nru 539/2001
(ir-Regolament (KE) Nru 1932/2006) fl-istess reġjun,
il-ħruġ ta' passaporti bijometriċi m'għandhux ikun
rekwiżit għat-trasferiment tad-Dominika, Grenada, Santa Luċija,
San Vinċenz u l-Grenadini u t-Trinidad u t-Tobago. Dawn il-pajjiżi
terzi għandhom passaporti siguri ħafna tal-CARICOM li jinqraw minn
magna u huma intenzjonati li jbiddlu l-passaporti tagħhom għal dawk
bijometriċi fil-futur qarib. Sabiex tiġi
żgurata konsistenza mal-eżenzjonijiet preċedenti tal-viżi
għal pajjiżi fl-istess reġjun tal-Karibew, billi jiġi
kkunsidrat li dawn l-eżenzjonijiet tal-viżi m'għandhomx
konsegwenzi negattivi, u sabiex tkun garantita reċiproċità
sħiħa għal soġġorni qosra ta' tliet xhur mingħajr
il-ħtieġa ta' viżi f'perjodu ta' sitt xhur f'dawk
il-pajjiżi (li mhuwiex il-każ b'mod sħiħ, l-aktar fi
Trinidad u Tobago), l-eżenzjoni tal-viżi għal ċittadini ta'
dawk il-pajjiżi m'għandhiex tapplika sakemm jiġi konkluż u
jidħol fis-seħħ ftehim għall-eżenzjoni tal-viża
bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi kkonċernati. 2.1.2. Nazzjonijiet Gżejjer
tal-Paċifiku Wara li ġew eżaminati l-kriterji
relatati mal-immigrazzjoni illegali, il-politika pubblika u s-sigurtà u
r-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li Kiribati,
il-Gżejjer Marshall, Mikroneżja, Nauru, Palau, Samoa, il-Gżejjer
Solomon, Timor-Leste Tonga, Tuvalu u Vanuatu għandhom ikunu trasferiti
fil-lista pożittiva tar-Regolament (KE) Nru 539/2001. Statistika riċenti turi li l-ebda
wieħed minn dawk il-pajjiżi huwa sors ta' immigrazzjoni irregolari
għall-UE. Il-passaporti maħruġa minn dawn
il-pajjiżi jistgħu jinqraw minn magna[7]
u għandhom numru suffiċjenti ta' karatteristiċi tas-sigurtà. Kif
spjegat hawn fuq għan-Nazzjonijiet tal-Gżejjer tal-Karibew,
il-ħruġ ta' passaporti bijometriċi minn Nazzjonijiet
Gżejjer tal-Paċifiku m'għandux ikun pre-kundizzjoni għal
eżenzjoni taċ-ċittadini tagħhom mill-obbligu tal-viża. Żewġ Stati Membri biss huma
preżenti f'kwalunkwe wieħed minn dawn il-pajjiżi. Il-Portugall
f'Timor-Leste u Franza f'Vanuatu. Il-preżenza limitata ta' Stati Membri
fir-reġjun jista' jfisser spejjeż sinifikanti għal applicanti
għal viża Schengen. Il-Fiji jagħmel parti minn dan
ir-reġjun imma fid-dawl tas-sitwazzjoni politika attwali tal-pajjiż u
n-nuqqas ta' progress fil-konformità tal-elementi essenzjali tal-Ftehim
Cotonou, mhuwiex kunsidrat xieraq li jiġi propost it-trasferiment
tiegħu għal-lista pożittiva. Il-Papwa Ginea Ġdida tinsab f'dan
ir-reġjun, imma hija differenti ħafna f'termini ta' daqs
tal-popolażżjoni u ż-żona tagħha. Barra dan,
attwalment qiegħda tesperjenza kondizzjonijiet politiċi
diffiċli, li twaqqafha milli tkun inkluża fil-lista ta' bla viża
f'dan l-istadju. Il-biċċa
l-kbira tan-Nazzjonijiet Gżejjer tal-Paċifiku ineħħu
l-ħtieġa ta’ viża għaċ-ċittadini
tal-biċċa l-kbira tal-Istati Membri. Madankollu, biex tiġi
żgurata konsistenza mal-eżenzjonijiet preċedenti ta' viżi u
tiġi garantita reċiproċità sħiħa fil-futur ma' dawn
in-Nazzjonijiet Gżejjer tal-Paċifiku għal soġġorni
qosra ta' tliet xhur f'perjodu ta' sitt xhur, l-eżenzjoni tal-viża
għal ċittadini ta' dawn il-pajjiżi ma tapplikax sakemm jiġi
konkluż u jidħol fis-seħħ ftehim għall-eżenzjoni
tal-viża bejn l-Unjoni Ewropea u l-Maldivi. 2.1.3. Kategoriji speċifiċi
għal ċittadini Brittaniċi Ir-reviżjoni tal-2006 tar-Regolament (KE)
Nru 539/2001[8]
ippruvat tikkjarifika s-sitwazzjoni ta' ċittadini Brittaniċi li
mhumiex ċittadini tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tat-Tramuntana
tal-Irlanda għar-raġunijiet tal-liġi tal-Unjoni. Xi wħud
minnhom (il-grupp ta' ċittadini Brittaniċi (barra mill-pajjiż))
kienu mniżżla taħt sezzjoni ġdida tal-Anness II, waqt
li l-bqija (ċittadini Brittaniċi tat-Territorji Barra l-Pajjiż
li m'għandhomx id-dritt ta' residenza fir-Renju Unit u persuni Brittaniċi
mħarsa) kienu mniżżla taħt sezzjoni ġdida
tal-Anness I. Din id-divrenzjar kien iġġudikat bħala
neċessarju f'dak iż-żmien minħabba, fost raġunijiet
oħrajn, kien maħsub li kien hemm riskju għall-immigrazzjoni
irregolari. Madankollu, statistika għall-aħħar
tliet snin turi rifjuti fuq fruntieri u qbid ta' immigranti illegali li juru li
ċittadini Brittaniċi taħt l-obbligu tal-viża mhumiex ta'
riskju f'termini ta' immigrazzjoni illegali għaż-żona Schengen,
minħabba li l-figuri huma negliġibbli. Xi ftit minnhom ikollhom
id-dritt ta' residenza fir-Renju Unit. Barra dan, il-biċċa l-kbira
minnhom jgħixu fi gżejjer tar-reġjun tal-Karibew (Bermuda, Turks
u Caicos, Monsterrat, eċċ.), b'similaritajiet b'saħħithom
ma' pajjiżi tal-istess reġjun li gradwalment qed jiġu trasferiti
għall-Anness II (ara 2.1.1. hawn fuq). B'hekk koerenza reġjonali
titlob lil dawn il-persuni biex jiġu trattati b'mod simili. In-numru ta'
persuni inklużi fi ħdan l-erba' gruppi ta' ċittadini
Brittaniċi attwalment imsemmija fl-Anness I huwa stmat li huwa inqas
minn 300 000. Is-sigurtà tad-dokumenti ta'
ivvjaġġar ta' ċittadini Brittaniċi huwa żgurat,
minħabba li dokumenti bħal dawn jsiru fir-Renju Unit skont
rekwiżiti tekniċi stretti. Jistgħu jinqraw minn magna u
għandhom numru ta' karatteristiċi ta' sigurtà. 2.2. Tiġdid tal-lista negattiva
(l-Anness I) : l-inklużjoni tan-Nofsinhar tas-Sudan Fid-9 ta' Lulju 2011
in-Nofsinhar tas-Sudan iddikjara l-indipendenza formali mis-Sudan, li huwa
inkluż fil-lista negattiva. Fl-14 ta' Lulju 2011 sar membru tan-Nazzjonijiet
Uniti. B'hekk l-Anness I għandu jiġi emendat biex jinkludi
referenza għan-Nofsinhar tas-Sudan. 3. L-organizzazzjonijiet/esperti ewlenin
ikkonsultati L-Istati Membri ġew ikkonsultati. 4. Il-valutazzjoni tal-impatt Mhux neċessarja. 5. Il-bażi legali Ir-Regolament (KE) 539/2001 kien
oriġinarjament ibbażat fuq l-Artikolu 62(2)(b)(i) tat-Trattat li
jistabilixxi l-Komunità Ewropea. Issa, madankollu, abbażi tat-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), din il-proposta tikkostitwixxi
żvilupp tal-politika komuni dwar il-viża skont
l-Artikolu 77(2)(a) tat-TFUE. 6. Il-prinċipji ta' proporzjonalità u ta'
sussidjarjetà: Ir-Regolament (KE) Nru 539/2001 jelenka
l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom
ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni
(il-lista negattiva) u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn
dik il-ħtieġa (il-lista pożittiva). Kwalunkwe deċiżjoni biex tbiddel
il-listi, biex titrasferixxi pajjiżi mil-lista negattiva għal-lista
pożittiva jew viċi versa, taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva
tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 77(2)(a) tat-TFUE. 7. L-għażla tal-istrumenti Ir-Regolament (KE) Nru 539/2001
għandu jiġi emendat b’Regolament. 8. Implikazzjonijiet baġitarji L-emenda proposta ma għandha l-ebda effett
fuq il-baġit tal-Unjoni. 2012/0309 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001
li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom
għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri
esterni ta' Stati Membri u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati
minn dak ir-rekwiżit IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari
l-Artikolu 77(2)(a) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta
mill-Kummissjoni, Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv
intbagħat lill-parlamenti nazzjonali, Huma u jaġixxu skont il-proċedura
leġiżlattiva ordinarja, Billi: (1) Il-kompożizzjoni
tal-listi ta’ pajjiżi terzi fl-Annessi I u II
għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001
tal-15 ta' Marzu 2001[9]
għandu jkun, u għandu jibqa’, konsistenti mal-kriterji
imniżżla fil-premessa 5 tiegħu.Referenzi għal
pajjiżi terzi li għalihom inbidlet is-sitwazzjoni fir-rigward ta'
dawn il-kriterji, għandhom jkunu trasferiti minn Anness
għall-ieħor. (2) L-impożizzjoni
tar-rekwiżit tal-viża għaċ-ċittadini ta' Dominika,
Grenada, Kiribati, Gżejjer Marshall, Mikroneżja, Nauru, Palau, Santa
Luċija, San Vinċenz u l-Grenadini, Samoa, Gżejjer Solomon, Timor-Leste,
Tonga, Trinidad u Tobago, Tuvalu u Vanuatu mhijiex iktar ġustifikata. Dawn
il-pajjiżi ma jippreżentawx kwalunkwe riskju għall-immirgazzjoni
illegali jew theddida għall-politika pubblika tal-Unjoni skont il-kriterji
stabbiliti fil-premessa 5 tar-Regolament (KE) Nru 539/2001.
B'konsegwenza, ċittadini ta' dawk il-pajjiżi għandhom ikunu
eżenti mir-rekwiżit tal-viża għal soġġorni ta'
mhux iktar minn tliet xhur b'kollox u referenzi għal dawk il-pajjiżi
għandhom jiġu trasferiti għall-Anness II. (3) Eżenzjoni
mir-rekwiżit tal-viża għal ċittadini ta' Dominika, Grenada,
Kiribati, Gżejjer Marshall, Mikroneżja, Nauru, Palau, Santa
Luċija, San Vinċenz u l-Grenadini, Samoa, Gżejjer Solomon,
Timor-Leste, Tonga, Trinidad u Tobago, Tuvalu u Vanuatu m'għandhiex tidħol
fis-seħħ sakemm jiġu konklużi u jidħlu
fis-seħħ ftehimiet bilaterali fuq l-eżenzjoni tal-viża bejn
l-Unjoni u l-pajjiżi kkonċernati sabiex tiġi żgurata
reċiproċità sħiħa. (4) Dejta statistika turi li
l-gruppi ta' Ċittadini Brittaniċi attwalment imniżżla
fil-punt 3 tal-Anness I mhumiex ta' riksju f'termini ta'
immigrazzjoni irregolari għaż-Żona Schengen u li
l-biċċa l-kbira minnhom jgħixu f'gżejjer tar-reġjun
tal-Karibew li għandhom rabtiet b'saħħithom u similaritajiet ma'
pajjiżi ġirien li huma eżenti mill-obbligu tal-viża. B'hekk
dawn il-gruppi ta' Ċittadini Brittaniċi għandhom ikunu
eżenti mir-rekwiżit tal-viża għal soġġorni ta'
mhux iktar minn tliet xhur b'kollox u referenzi għal dawk il-pajjiżi
għandhom jiġu trasferiti għall-Anness II. (5) Żviluppi fil-liġi
internazzjonali li jġibu magħhom bidliet fl-istatus jew deskrizzjoni
ta' ċerti Stati jew entitajiet għandhom jidhru fl-Annessi
għar-Regolament (KE) Nru 539/2001. Għandha tiġi
miżjuda referenza għan-Nofsinhar tas-Sudan fl-Anness I għal
dak ir-Regolament, hekk kif il-pajjiż iddikjara l-indipendenza tiegħu
fid-9 ta' Lulju 2011 u ngħata sħubija tan-Nazzjonijiet
Uniti fl-14 ta' Lulju 2011. (6) Fir-rigward tal-Islanda u
n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp
tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim
konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u
r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn
iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u
l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen[10],
li jaqa' fl-ambitu tal-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt (B),
tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE
tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti
għall-applikazzjoni ta' dak il-Ftehim[11]. (7) Fir-rigward tal-Isvizzera,
dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet
tal-acquis ta' Schengen, fit-tifsira tal-Ftehim konkluż bejn l-Unjoni
Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar
l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni,
l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen[12], li jaqgħu
fiż-żona msemmija fl-Artikolu 1(B) u (Ċ)
tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE, moqrija flimkien
mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE[13]. (8) Fir-rigward ta’
Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet
tal-acquis ta' Schengen, skont it-tifsira tal-Protokoll iffirmat bejn l-Unjoni
Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat
ta’ Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat ta’ Liechtenstein
għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u
l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni
Svizzera fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta'
Schengen, li jaqa’ fl-ambitu tal-qasam imsemmi fl-Artikolu 1,
il-punti (B) u (C) tad-Deċiżjoni
tal-Kunsill 1999/437/KE li jinqara flimkien mal-Artikolu 3
tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/261/KE[14]. (9) Dan ir-Regolament
jikkostitwixxi żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet dwar l-acquis ta’
Schengen li fih ir-Renju Unit ma jiħux sehem, skont id-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba
tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu sehem fi
wħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen[15]. B'hekk, ir-Renju Unit mhuwiex
qiegħed jieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhuwiex marbut biha
jew suġġett għall-applikazzjoni tagħha. (10) Dan ir-Regolament
jikostitwixxi żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’
Schengen li fih l-Irlanda ma tiħux sehem, skont id-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward
it-talba tal-Irlanda biex tiehu sehem f'xi disposizzjonijiet tal-acquis ta'
Schengen[16].
B'hekk, l-Irlanda mhix qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u
mhix marbuta biha u lanqas hija suġġetta għall-applikazzjoni
tagħha. (11) Fir-rigward ta' Ċipru,
dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq, jew inkella huwa relatat
mal-acquis ta' Schengen fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1) tal-Att
tal-Adeżjoni tal-2003. (12) Dan ir-Regolament
jikkostitwixxi att li jibni fuq, jew inkella huwa relatat mal-acquis ta'
Schengen fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tal-Att
tal-Adeżjoni tal-2005. ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 539/2001 huwa
emendat kif ġej: 1.
L-Anness I huwa emendat kif ġej: (a) fil-punt 1, ir-referenzi
għal Dominika, Grenada, Kiribati, Gżejjer Marshall, Mikroneżja,
Nauru, Palau, Santa Luċija, San Vinċenz u l-Grenadini, Samoa,
Gżejjer Solomon, Timor-Leste, Tonga, Trinidad u Tobago, Tuvalu u Vanuatu
huma mħassra u ddaħlet referenza għan-Nofsinhar tas-Sudan; (b) il-punt 3 tħassar; 2.
L-Anness II huwa emendat kif ġej: (a) fil-punt 1, jiddaħħlu
r-referenzi li ġejjin: "Dominika*", "Grenada*", "Kiribati*" "Il-Gżejjer Marshall*", "Il-Mikroneżja*", "Nauru*", "Palau*" "Santa Luċija*", "San Vinċenz u l-Grenadini*", "Samoa*", "Il-Gżejjer Solomon*", "Timor-Leste*", "Tonga*", "Trinidad and Tobago*", "Tuvalu*"u "Vanuatu*". _________________ * "L-eżenzjoni mill-ħtieġa
tal-viża għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ
ta' ftehim dwar l-eżenzjoni tal-viża li għandu jiġi konkluż
mal-Unjoni Ewropea". (b) il-punt 3 jinbidel b’dan li ġej
"3. Ċittadini Brittanniċi li
mhumiex ċittadini tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq
għall-finijiet tal-liġi tal-Unjoni Ċittadini Britanniċi (barra
mill-pajjiż) Ċittadini Brittaniċi
tat-territorji barra l-pajjiż (BOTC) Ċittadini Britanniċi barra
l-pajjiż (BOC) Persuni Britanniċi protetti (BPP) Soġġetti Brittaniċi
(BS)" Artikolu
2 Dan ir-Regolament għandu jidħol
fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu
f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier
tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri skont
it-Trattati. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Għall-Parlament
Ewropew Il-President Il-President [1] ĠU L 81, 21.3.2001, p.1 [2] Ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2414/2001
tas-7 ta’ Diċembru 2001 (ĠU L 327, 12.12.2001,
p. 1), (KE) Nru 453/2003 tas-6 ta’ Marzu 2003 (ĠU
L 69, 13.3.2003, p. 10), (KE) Nru 851/2005
tat-2 ta’ Ġunju 2005 (ĠU L 141, 4.6.2005,
p. 3), (KE) Nru 1791/2006 tal-20 ta’ Novembru 2006
(ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1), (KE) Nru 1932/2006
tal-21 ta’ Diċembru 2006 (ĠU L 405, 30.12.2006,
p. 23), (KE) Nru 1244/2009 tat-30 ta' Novembru 2009
(ĠU L 336, 18.12.2009, p. 1), (UE) Nru 1091/2010
tal-24 ta’ Novembru 2010 (ĠU L 329, 14.12.2010,
p. 1) u (UE) Nru 1211/2010
tal-15 ta’ Diċembru 2010 (ĠU L 339, 22.12.2010,
p. 9) [3] COM(2011) 290 finali [4] ĠU L 243 15.9.2009,
p. 1. [5] Skont ir-Regolament tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill (KE) 862/2007 tal-11 ta' Lulju 2007
(ĠU, L 199 31.07.2007, p.23 [6] Ir-Regolament (KE)
Nru 1932/2006 tat-21 ta' Diċembru 2006
(ĠU L 405 tat-30.12.2006, p. 23)). [7] Il-Kiribati huwa fil-proċess
li jġedded il-passaporti għal dawk li jinqraw minn magna,
bl-appoġġ tad-Dipartiment tal-Immigrazzjoni Awstraljana. [8] Ir-Regolament (KE)
Nru 1932/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006
(ĠU L 405 tat-30.12.2006, p. 23). [9] ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1. [10] ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36. [11] ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31. [12] ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52. [13] ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1. [14] ĠU L 83, 26.3.2008, p. 3. [15] ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43. [16] ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.