This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012PC0646
Proposal for a COUNCIL DECISION establishing the European Union position within the General Council of the World Trade Organization on the accession of the Republic of Tajikistan to the World Trade Organization
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tistabbilixxi l-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tat-Taġikistan fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tistabbilixxi l-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tat-Taġikistan fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ
/* COM/2012/0646 final - 2012/0308 (NLE) */
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tistabbilixxi l-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tat-Taġikistan fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ /* COM/2012/0646 final - 2012/0308 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI I. DAĦLA Il-membri tal-Organizzazzjoni Dinjija
tal-Kummerċ (WTO) u r-Repubblika tat-Taġikistan laħqu l-istadju
konklussiv ta’ ftehim dwar it-termini għall-adeżjoni tar-Repubblika
tat-Taġikistan fl-Organizzazzjoni. Dan qed iseħħ wara 11-il sena
ta' negozjati li bdew meta r-Repubblika tat-Taġikistan ippreżentat
l-applikazzjoni tagħha biex tingħaqad mad-WTO fl-2001. Deċiżjoni tal-Kunsill li tapprova
t-termini tal-adeżjoni tar-Repubblika tat-Taġikistan hija
meħtieġa qabel l-UE tkun tista’ tappoġġa formalment dik
l-approvazzjoni fid-WTO. Taqsira tat-termini tal-adeżjoni tinsab
hawn taħt. II. TAQSIRA TAT-TERMINI TAL-ADEŻJONI
MAD-WTO TAR-REPUBBLIKA TAT-TAĠIKISTAN SKONT IS-SETTUR L-iskeda tal-impenji Ir-rata ta’ tariffa medja finali (final bound
rate (FBR)) fl-iskeda tal-adeżjoni tat-Taġikistan hija ta’ 7,5%. L-FBR medja għall-prodotti
tal-agrikoltura hija ta' 8,6%, xi ftit ogħla mis-7% osservata
għall-prodotti industrijali. It-Taġikistan għandu jimplimenta
l-FBRs fi żmien ħames snin (5) mid-data tal-adeżjoni. Dawn il-livelli
medji għat-tariffi huma pjuttost raġjonevoli meta jitqies id-daqs
żgħir u l-karatteristika tal-ekonomija tat-Taġikistan li huwa
pajjiż imdawwar bl-art. Il-prassi tal-UE fl-imgħoddi kienet li
jiġu aċċettati bħala raġjonevoli dawn il-livelli ta’
tariffi għal ekonomiji ta' daqs paragunabbli. Il-Prodotti Industrijali –
L-FBR medja għall-prodotti mhux agrikoli hija
ta' 7%. –
L-ogħla rati ta’ tariffa finali huma tax-xedd
tas-saqajn, b’medja ta’ 20% u livelli massimi ta' 30%, u tessuti,
b’medja ta’ 10% u livelli massimi ta’ 30% –
It-Taġikistan qed jingħaqad fil-Ftehim
dwar it-Teknoloġija tal-Informazzjoni (FTI) u konsegwentement ineħħi
bil-mod il-mod it-tariffi FTI tiegħu fi żmien 5 snin. Il-Prodotti Agrikoli –
L-FBR medja għall-prodotti agrikoli hija ta'
8,6%. –
L-ogħla livelli massimi ta’ tariffi
fl-agrikoltura huma pjuttost raġjonevoli: għat-tadam frisk
bi 23% u għal xi ħaxix frisk varju ieħor, ġobon u
tabakk bi 15% jew bi ftit ogħla. Is-servizzi L-iskeda ta' impenji speċifiċi tat-Taġikistan
fis-servizzi hija sodisfaċenti ħafna meta jitqies id-daqs
tal-ekonomija ta’ dan il-pajjiż. It-Taġikistan se jidħol
għal impenji b’mod sostanzjali għal dak li huwa aċċess
għas-suq u trattament nazzjonali f’sensiela wiesgħa ta' setturi ta’
servizzi, inklużi servizzi professjonali, ta’ kompjuters, ta’ Riċerka
u Żvilupp, ta’ kiri/self u servizzi oħra tan-negozju, servizzi
tal-komunikazzjoni (servizzi ta’ kurjer u ta' telekomunikazzjonijiet),
kostruzzjoni, distribuzzjoni, servizzi edukattivi privati, servizzi ambjentali,
finanzjarji (assigurazzjoni u servizzi bankarji), tas-saħħa,
tat-turiżmu, rikreazzjonali u s-servizzi tat-trasport. L-Impenji tal-Protokoll Fl-aħħar stadju multilaterali
tal-proċess ta’ adeżjoni, il-Membri tad-WTO fittxew kollettivament li
jiżguraw il-kompatibbiltà bażika tal-liġijiet u l-istituzzjonijiet
kummerċjali tat-Taġikistan mar-regoli u l-ftehimiet tad-WTO, u
niżżluhom fil-Protokoll ta’ Adeżjoni u fir-Rapport tal-Grupp ta’
Ħidma. Il-kwistjonijiet li ġejjin huma ta' interess partikolari
għall-UE: Proprjetà tal-Istat, il-Privatizzazzjoni u
l-entitajiet kummerċjali tal-Istat Mid-data tal-adeżjoni, l-intrapriżi
tal-Istat (inklużi intrapriżi li huma proprjetà tal-Istat u dawk
ikkontrollati mill-Istat, intrapriżi bi privileġġi speċjali
jew esklużivi, u intrapriżi unitarji) fit-Taġikistan se jixtru
jew ibiegħu prodotti u servizzi li mhumiex għall-użu jew
għall-konsum tal-Gvern innifsu, unikament skont konsiderazzjonijiet
kummerċjali. It-Taġikistan ikkonferma wkoll li dawn l-intrapriżi
Statali tal-kummerċ se jagħtu lill-intrapriżi ta’ Membri
oħra opportunità xierqa, skont il-prattika kummerċjali tas-soltu,
biex jikkompetu għall-parteċipazzjoni f’xiri mill-intrapriżi tat-Taġikistan
jew f’bejgħ lilhom. Kull restrizzjoni fuq l-esportazzjoni ta’ materjali
biex jiġu żgurati kwantitajiet essenzjali ta’ materjali bħal
dawn għall-industrija domestika tal-ipproċessar mhux se
jseħħu biex iżidu l-esportazzjonijiet, jew il-protezzjoni ta’
din l-industrija domestika. Id-drittijiet tal-kummerċ Mid-data tal-Adeżjoni, it-Taġikistan
ser jagħti lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika,
irrispettivament mill-preżenza fiżika jew l-investiment fit-Taġikistan,
id-dritt li tkun l-importatur irreġistrat ta’ kull prodott li huwa permess
li jiġi importat fit-Taġikistan, fi kwalunkwe livell
tad-distribuzzjoni. Id-drittijiet kollha għall-importazzjoni u
l-esportazzjoni se jingħataw b’mod mhux diskriminatorju u mhux
diskrezzjonali mid-data tal-adeżjoni, u kull rekwiżit dwar
ir-reġistrazzjoni kummerċjali jew l-applikazzjoni għad-dritt li
timporta jew li tesporta se jkun għal skopijiet doganali u fiskali biss, u
mhux se jeħtieġ investiment fit-Taġikistan u lanqas mhu se
jagħti d-dritt ta’ distribuzzjoni hemm, u mhux se jikkostitwixxi ostaklu
għall-kummerċ. Il-Ftehim dwar it-Teknoloġija
tal-Informazzjoni (FTI) Ir-Repubblika tat-Taġikistan ressqet l-Iskeda
tagħha tal-FTI lill-Kumitat tal-FTI għal verifika, skont
il-proċeduri tal-FTI, sabiex ir-Repubblika tat-Taġikistan tkun tista’
tingħaqad mal-FTI meta ssir Membru tad-WTO. Il-valutazzjoni doganali Mid-data tal-adeżjoni, it-Taġikistan
se japplika l-liġijiet ta’ evalwazzjoni doganali tiegħu,
ir-regolamenti u l-prassi, inklużi dawk għall-prevenzjoni tas-sottovalutazzjoni
ta’ prodotti, skont il-Ftehim tad-WTO, inkluż l-Artikolu I
tal-GATT 1994, il-Ftehim WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VII
tal-GATT 1994 u l-Anness I (Noti Interpretattivi). Id-dazji fuq l-esportazzjoni It-Taġikistan intrabat b’mod komprensivi
li jillimita d-dazji fuq l-esportazzjoni. Il-Ftehim dwar l-Akkwisti tal-Gvern It-Taġikistan ikkonferma r-rieda li jaderixxi
mal-Ftehim tad-WTO dwar l-Akkwisti tal-Gvern. It-Taġikistan se jsir
osservatur għall-Ftehim mal-adeżjoni, u se jippreżenta
applikazzjoni għal sħubija b’offerta ta’ kopertura fi żmien sena
wara l-adeżjoni fid-WTO. Il-kummerċ ta' ajruplani ċivili It-Taġikistan se jsir firmatarju
għall-Ftehim tad-WTO dwar il-Kummerċ ta' Ajruplani Ċivili
mal-adeżjoni. III. RAKKOMANDAZZJONI Bil-preżentazzjoni tat-termini
tal-Adeżjoni tar-Repubblika tat-Taġikistan fid-WTO
għall-approvazzjoni tal-Kunsill, il-Kummissjoni tqis dawn it-termini
bħala li jirrappreżentaw pakkett bilanċjat u ambizzjuż ta’
impenji tal-ftuħ tas-suq, li se jġib benefiċċji sostanzjali
lit-Taġikistan u lill-imsieħba kummerċjali tiegħu tad-WTO
bl-istess mod. 2012/0308 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tistabbilixxi l-pożizzjoni tal-Unjoni
Ewropea fi ħdan il-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija
tal-Kummerċ dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tat-Taġikistan
fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 91,
100(2), u 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni
Ewropea, Billi: (1) Fid-29 ta’ Mejju 2001
il-Gvern tar-Repubblika tat-Taġikistan applika għall-adeżjoni
mal-Ftehim ta’ Marrakesh li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija
tal-Kummerċ (WTO), b’konformità mal-Artikolu XII ta’ dak il-Ftehim. (2) Grupp ta’ Ħidma dwar
l-adeżjoni tar-Repubblika tat-Taġikistan ġie stabbilit
fit-18 ta’ Lulju 2001 sabiex jilħaq ftehim dwar it-termini
ta’ adeżjoni aċċettabbli għar-Repubblika tat-Taġikistan
u l-Membri kollha tad-WTO. (3) Il-Kummissjoni, f’isem
l-Unjoni Ewropea, innegozjat sensiela komprensiva ta' impenji
għall-ftuħ tas-suq min-naħa tar-Repubblika tat-Taġikistan
li jissodisfaw it-talbiet tal-Unjoni. (4) Dawn l-impenji issa huma
inkorporati fil-Protokoll ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tat-Taġikistan
fid-WTO. (5) L-adeżjoni mad-WTO hija
mistennija tagħmel kontribut pożittiv u dejjiemi
għall-proċess ta’ riforma ekonomika u għall-iżvilupp
sostenibbli fir-Repubblika tat-Taġikistan. (6) Il-Protokoll tas-Sħubija
għandu għalhekk jiġi approvat. (7) L-Artikolu XII
tal-Ftehim li jistabbilixxi d-WTO jistipula li għandu jintlaħaq
ftehim dwar it-termini tas-sħubija bejn il-Membru li qed jissieħeb u
d-WTO, u li l-Konferenza Ministerjali tad-WTO tapprova t-termini ta’ adeżjoni
min-naħa tad-WTO. L-Artikolu IV.2 tal-Ftehim li jistabbilixxi lid-WTO
jipprevedi li matul l-intervalli bejn il-laqgħat tal-Konferenza
Ministerjali, il-funzjonijiet tagħha għandhom jitmexxew mill-Kunsill
Ġenerali. (8) Għalhekk,
jeħtieġ li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha
tieħu l-Unjoni fi ħdan il-Kunsill Ġenerali tad-WTO dwar
l-adeżjoni tat-Taġikistan fid-WTO, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-pożizzjoni li trid tittieħed
mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni
Dinjija tal-Kummerċ dwar l-adeżjoni tar-Repubblika
tat-Taġikistan mad-WTO, hija li tapprova l-adeżjoni. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha
tidħol fis-seħħ dakinhar li tiġi adottata. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President