EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012PC0468

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Kiribati, li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra

/* COM/2012/0468 final - 2012/0229 (NLE) */

52012PC0468

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Kiribati, li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra /* COM/2012/0468 final - 2012/0229 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Abbażi tal-mandat rilevanti tal-Kunsill[1], il-Kummissjoni f’isem l-Unjoni Ewropea innegozjat mar-Repubblika ta’ Kiribati bil-ħsieb li jiġġedded il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Kiribati. Wara dawn in-negozjati, ġie inizjalat Protokoll ġdid fit-3 ta’ Ġunju 2012, li jkopri perjodu ta’ tliet snin li jibda mis-16 ta’ Settembru 2012.

Din il-proċedura dwar id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll il-ġdid qed titnieda flimkien mal-proċeduri dwar id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar tal-Protokoll f’isem l-Unjoni Ewropea u l-applikazzjoni provviżorja tiegħu, u r-Regolament tal-Kunsill dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri skont dan il-Protokoll.

Il-pożizzjoni tal-Kummissjoni tul in-negozjati kienet ibbażata, fost oħrajn, fuq ir-riżultati ta’ studju ta’ evalwazzjoni ex-post tal-Protokoll preċedenti li twettaq minn esperti barranin f’Mejju 2012.

Il-Protokoll il-ġdid huwa skont l-għanijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bil-għan li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Kiribati u jkun hemm promozzjoni ta’ qafas ta’ sħubija li fih ikunu jistgħu jiġu żviluppati politika sostenibbli tas-sajd u sfruttar responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-ŻEE ta' Kiribati fl-interess taż-żewġ Partijiet.

Iż-żewġ Partijiet qablu li jikkooperaw bil-ħsieb li jimplimentaw politika settorjali tas-sajd ta’ Kiribati, u għal dak il-għan għandhom ikomplu d-djalogu ta’ politika dwar l-ipprogrammar rilevanti.

Il-Protokoll il-ġdid jipprovdi għal kontribuzzjoni finanzjarja totali ta’ EUR 1,325,000 fis-sena għall-perjodu kollu. Dan l-ammont jikkorrispondi għal: a) EUR 975,000 fis-sena għall-aċċess għaż-ŻEE ta’ Kiribati u b) EUR 350,000 fis-sena li jikkorrispondu għal pakkett addizzjonali mħallas mill-UE bħala appoġġ għall-politika tas-sajd ta’ Kiribati.

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill, bil-kunsens tal-Parlament, jadotta din id-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni ta’ dan il-Protokoll.

2012/0229 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Kiribati, li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew[2],

Billi:

(1)       Fit-23 ta’ Lulju 2007 l-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 893/2007[3] dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Kiribati, min-naħa l-oħra.

(2)       Il-Protokoll attwali li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti minn dan il-Ftehim ta’ Sħubija se jiskadi fil-15 ta’ Settembru 2012.

(3)       L-Unjoni Ewropea nnegozjat Protokoll ġdid għall-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd mar-Repubblika ta’ Kiribati, li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja.

(4)       Mal-konklużjoni ta’ dawk in-negozjati, il-Protokoll il-ġdid ġie inizjalat fit-3 ta’ Ġunju 2012.

(5)       Il-Protokoll il-ġdid ġie ffirmat skont id-Deċiżjoni Nru .../2012/UE ta’ ...[4] suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data iktar tard, u għandu jiġi applikat b’mod provviżorju mis-16 ta' Settembru 2012.

(6)       Il-Protokoll il-ġdid għandu jiġi approvat f’isem l-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra (minn issa 'l quddiem imsejjaħ ‘il-Protokoll’), huwa b’dan awtorizzat f’isem l-Unjoni.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar il-persuna awtorizzata biex tipproċedi, f’isem l-Unjoni Ewropea, għan-notifika prevista fl-Artikolu 16 tal-Protokoll, sabiex tesprimi l-kunsens tal-Unjoni biex tkun marbuta mill-Protokoll.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President                                                                       

Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea[5], minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra

Artikolu 1 Perjodu tal-Applikazzjoni u Opportunitajiet tas-sajd

1.           Il-Kiribati għandu jagħti opportunijiet tas-sajd annwali[6] lill-bastimenti tas-sajd għat-tonn tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd, (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ il-Ftehim) fil-limiti stabbiliti mill-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni (CMM – ‘convservation and management measures’) tal-Kummissjoni għas-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali (WCPFC), u b’mod partikulari s-CMM 2008-01.

2.           Għal perjodu ta’ tliet snin li jibda fis-16 ta' Settembru 2012 l-opportunitajiet tas-sajd mogħtija skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim għandhom ikunu ta’ 15 000 tunnellata ta’ speċijiet li jpassu ħafna kif elenkati fl-Anness 1 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1982 dwar il-Liġi tal-Baħar, fi ħdan iż-ŻEE ta' Kiribati, għal 4 (erba’) bastimenti tas-sajd bil-purse seine u 6 (sitt) bastimenti tas-sajd bil-konz.

3.           Mit-tieni sena tal-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(d) tal-Ftehim u l-Artikolu 5 ta' dan il-Protokoll, fuq talba tal-UE, l-għadd ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd bil-purse seine mogħtija fl-Artikolu 1(2) ta' dan il-Protokoll jista’ jiżdied, jekk ir-riżorsi jippermettu u skont il-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni tad-WCPFC.

4.           Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw suġġett għall-Artikolu 5 u l-Artikolu 6 ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 2 Kontribuzzjoni Finanzjarja – Metodi ta’ Ħlas

1.           L-UE għandha tħallas is-somma tal-ammonti msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, kull sena matul il-perjodu ta' applikazzjoni ta' dan il-Protokoll.   

2.           Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 7 tal-Ftehim għall-perjodu speċifikat skont l-Artikolu 1(2) ta' dan il-Protokoll għandha tinkludi:

a) ammont annwali ta’ EUR 975,000 għall-aċċess għaż-ŻEE ta’ Kiribati ekwivalenti għal tunnellaġġ ta' referenza ta' 15 000 tunnellata fis-sena;

b) ammont speċifiku ta’ EUR 350 000 għall-appoġġ u l-implimentazzjoni tal-inizjattivi meħuda fil-qafas tal-politika settorjali tas-sajd ta' Kiribati.

3.           Il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu japplika suġġett għall-Artikolu 4, l-Artikolu 5, l-Artikolu 6 u l-Artikolu 8 ta’ dan il-Protokoll u għall-Artikolu 14 u l-Artikolu 15 tal-Ftehim.

4.           Iż-żewġ partijiet se jiżguraw li jsegwu mill-qrib il-qabdiet tal-UE fiż-ŻEE ta' Kiribati. Jekk il-kwantità totali ta’ qabdiet fis-sena minn-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fiż-ŻEE ta' Kiribati taqbeż il-15 000 tunnellata, il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali, kif imsemmija fil-paragrafu 2(a) ta' dan l-Artikolu, għandha tiżdied b'EUR 250 għal kull tunnellata għall-ewwel 2 500 tunnellata addizzjonali u b’EUR 300 kull tunnellata fuq dawn l-2 500 tunnellata addizzjonali. Dawn l-ispejjeż addizzjonali għandhom jitħallsu mill-UE għall-ammont ta' EUR 65 għal kull tunnellata addizzjonali u l-parti li jifdal għandha titħallas mis-sidien tal-bastimenti.

5.           Il-pagament kif speċifikat fl-Artikolu 2, il-paragrafi 2(a) u 2(b) għandu jsir mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll għall-ewwel sena u mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju għas-snin ta' wara.

6.           L-awtoritajiet ta' Kiribati għandu jkollhom diskrezzjoni sħiħa dwar l-użu li jagħmlu mill-kontribuzzjoni finanzjarja kif speċifikat fl-Artikolu 2, il-Paragrafu 2(a) ta’ dan il-Protokoll.

7.           Is-sehem tal-kontribuzzjoni finanzjarja indikata fl-Aritkolu 2(b) ta’ dan il-Protokoll għandu jiġi mħallas fil-kont Nru 4 tal-Gvern ta' Kiribati mal-ANZ Bank of Kiribati, Ltd, Betio, Tarawa ("Fisheries Development Fund") li nfetaħ għall-Gvern ta' Kiribati mill-Ministeru tal-Finanzi. Is-sehem li jibqa' tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jitħallas fil-kont Nru 1 tal-Gvern ta' Kiribati mal-ANZ Bank of Kiribati, Ltd, Betio, Tarawa li nfetaħ għall-Gvern ta' Kiribati mill-Ministeru tal-Finanzi.

Artikolu 3 Promozzjoni ta’ Sajd Responsabbli fiż-ŻEE ta’ Kiribati

1.           Il-kontribuzzjoni finanzjarja kif indikata fl-Artikolu 2 il-paragrafu 2(b) għandha tkun immaniġġjata mill-awtoritajiet ta' Kiribati fid-dawl tal-għanijiet identifikati bi ftehim reċiproku bejn iż-żewġ partijiet.

2.           Malli dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ u mhux aktar tard minn tliet xhur wara dik id-data, l-awtoritajiet ta’ Kiribati għandhom jipprovdu programm annwali u multiannwali dettaljat lill-Kumitat Konġunt. Il-Kumitat Konġunt għandu jaqbel dwar dan il-programm, li jindirizza r-rekwiżiti li ġejjin:

a) linji gwida annwali u multiannwali għall-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2(b), għall-inizjattivi li għandhom jitwettqu kull sena;

b) l-għanijiet li jridu jintlaħqu, kemm annwali kif ukoll multiannwali, sabiex jiġi promoss sajd sostenibbli u responsabbli, matul iż-żmien, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet espressi minn Kiribati fil-politika nazzjonali tas-sajd tiegħu u f’politiki oħra relatati jew li għandhom impatt fuq it-titjib fis-sajd responsabbli u sostenibbli;

c) il-kriterji u l-proċeduri li għandhom jintużaw sabiex issir evalwazzjoni tar-riżultati miksuba, fuq bażi annwali.

3.           Kull emenda proposta għall-programm settorjali multiannwali għandha tiġi approvata miż-żewġ partijiet fil-Kumitat Konġunt. Bidliet urġenti għall-programm settorjali multiannwali meħtieġa mill-awtoritajiet ta' Kiribati fir-rigward tal-promozzjoni ta’ sajd responsabbli jistgħu jitwettqu barra l-Kumitat Konġunt permezz ta’ komunikazzjoni mal-UE.

4.           Kull sena, Kiribati għandu jalloka, fejn xieraq, ammont addizzjonali għall-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2(b), bil-għan li jkun implimentat il-programm multiannwali. Din l-allokazzjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Unjoni Ewropea. Kiribati għandu jinnotifika lill-UE bl-allokazzjoni l-ġdida, mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu ta' kull sena.

5.           Fil-każ li l-evalwazzjoni annwali tal-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-programm settorjali multiannwali tiġġustifika dan, l-Unjoni Ewropea tkun tista’ titlob permezz tal-Kumitat Konġunt li jerġa’ jsir aġġustament tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2 il-paragrafu 2(b) ta’ dan il-Protokoll bil-ħsieb li l-ammont effettiv tar-riżorsi finanzjarji allokati għall-implimentazzjoni tal-Programm jiġi f’konformità mar-riżultati tiegħu.

6.           Il-Kumitat Konġunt huwa responsabbli għas-segwitu tal-implimentazzjoni tal-programm ta’ appoġġ settorjali multiannwali. Jekk ikun meħtieġ, iż-żewġ partijiet għandhom ikomplu dan is-segwitu permezz tal-Kumitat Konġunt, wara li jiskadi l-Protokoll sakemm il-kontroparti finanzjarja speċifika relatata mal-appoġġ settorjali prevista fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2(b) tkun ġiet utilizzata kollha.

7.           Madankollu, il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artikolu 2 il-paragrafu 2(b) ma jistax jitħallas wara perjodu ta' għaxar xhur wara l-iskadenza ta' dan il-Protokoll.

Artikolu 4 Kooperazzjoni Xjentifika għal Sajd Responsabbli

1.           Iż-żewġ Partijiet jintrabtu li jippromwovu sajd responsabbli fl-ilmijiet ta' Kiribati skont il-prinċipji tal-Kodiċi tal-Imġiba tal-FAO u l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni bejn il-flotot differenti li jistadu f’dawk l-ilmijiet.

2.           Matul il-perjodu kopert minn dan il-Protokoll, l-Unjoni Ewropea u Kiribati għandhom jiżguraw l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-ŻEE ta’ Kiribati.

3.           Il-partijiet jimpenjaw irwieħhom li jippromwovu l-kooperazzjoni fuq il-livell subreġjonali dwar is-sajd responsabbli u, b’mod partikulari, fi ħdan id-WCPFC u l-IATTC u kwalunkwe organizzazzjoni oħra subreġjonali jew internazzjonali kkonċernata.

4.           Skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim, l-Artikolu 4 l-paragrafu 1 ta' dan il-Protokoll, u fid-dawl tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli, fil-Kumitat Konġunt il-Partijiet għandhom jadottaw, fejn hu xieraq, miżuri fir-rigward tal-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea li huma liċenzjati u awtorizzati sabiex iwettqu attivitajiet tas-sajd minn dan il-Protokoll biex jiżguraw il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-ŻEE ta’ Kiribati.

Artikolu 5 Aġġustament tal-Opportunitajiet tas-Sajd bi Ftehim Reċiproku

1.           L-opportunitajiet tas-sajd imsemmijin fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Protokoll jistgħu jiġu aġġustati bi ftehim reċiproku sa fejn ir-rakkomandazzjonijiet tad-WCPFC jikkonfermaw li aġġustament bħal dak se jiżgura l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi ta’ Kiribati. F’dan il-każ il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2, il-Paragrafu 2(a), ta’ dan il-Protokoll, għandha tiġi aġġustata proporzjonatament u pro rata temporis.

2.           Jekk l-opportunitajiet tas-sajd jitnaqqsu minħabba l-għeluq ġdid ta' parti sostanzjali taż-ŻEE ta' Kiribati, il-kontribuzzjoni finanzjarja ta' dan il-Protokoll tista’ tiġi aġġustata proporzjonalment u pro rata temporis wara konsultazzjoni bejn iż-żewġ Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt.

Artikolu 6 Opportunitajiet tas-sajd ġodda

1.           Fejn jiġi espress interess mill-UE biex ikollha aċċess għal opportunitajiet tas-sajd ġodda li mhumiex indikati fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Protokoll, dan l-interess għandu jiġi indirizzat lil Kiribati. Talba bħal din għall-aċċess għal opportunitajiet tas-sajd ġodda tista’ tintlaqa’ u ssir disponibbli, u tista’ tkun is-suġġett ta’ ftehim ieħor.

2.           Fuq talba ta’ waħda mill-partijiet, huma għandhom jikkonsultaw lil xulxin u għal kull każ jiddeterminaw l-ispeċijiet rilevanti, il-kundizzjonijiet u l-parametri l-oħra għas-sajd esploratorju fl-ilmijiet ta' Kiribati.

3.           Il-Partijiet għandhom iwettqu attivitajiet ta’ sajd esploratorju skont il-Liġijiet u r-Regolamenti ta’ Kiribati u bi ftehim reċiproku. Jistgħu jingħataw awtorizzazzjonijiet għal sajd esploratorju għal perjodu massimu ta’ tliet (3) xhur.

4.           Fejn il-Partijiet jikkonkludu li l-istħarriġiet esploratorji jkunu pproduċew riżultati pożittivi u jiġu identifikati speċijiet ġodda kummerċjali, waqt li jiġu kkonservati l-ekosistemi u r-riżorsi ħajjin tal-baħar, jistgħu jiġu offruti opportunitajiet tas-sajd ġodda għal dawk l-ispeċijiet lill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea wara konsultazzjoni bejn iż-żewġ Partijiet.

Artikolu 7 Kundizzjonijiet li Jirregolaw l-Attivitajiet tas-Sajd — Klawsola ta’ Esklussività

1.           Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jistgħu jistadu fiż-ŻEE ta’ Kiribati biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni tas-sajd valida maħruġa mill-Awtoritajiet ta’ Kiribati skont dan il-Protokoll.

2.           L-awtoritajiet ta' Kiribati jistgħu jagħtu awtorizzazzjonijiet tas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għall-kategoriji tas-sajd li mhumiex koperti minn dan il-Protokoll, kif ukoll għal sajd esploratorju. Madankollu, l-għoti ta’ dawn l-awtorizzazzjonijiet huwa suġġett għal-Liġijiet u għar-Regolamenti ta’ Kiribati u għal ftehim reċiproku.

Artikolu 8 Sospensjoni u Reviżjoni tal-Pagament tal-Kontribuzzjoni Finanzjarja

1.           Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2 il-paragrafi 2(a) u 2(b) ta' dan il-Protokoll tista’ tiġi riveduta jew sospiża fil-każ li ċirkostanzi mhux normali, minbarra l-fenomeni naturali, jipprojbixxu attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE ta' Kiribati wara konsultazzjoni bejn iż-żewġ Partijiet f’perjodu ta’ xahrejn wara t-talba ta’ waħda miż-żewġ Partijiet, u bil-kundizzjoni li l-UE tkun ħallset kwalunkwe ammont dovut fil-mument tas-sospensjoni.

2.           L-Unjoni Ewropea tista’ tissospendi, totalment jew parzjalment, il-pagament tal-kontribuzzjoni speċifika msemmija fl-Artikolu 2, il-Paragrafu 2(b) ta’ dan il-Protokoll fejn il-Kumitat Konġunt jaqbel li:

a) ir-riżultati miksubin jinstabu li jkunu inkonsistenti mal-ipprogrammar wara l-evalwazzjoni mwettqa fi ħdan il-Kumitat Konġunt; jew

b) Kiribati jonqos milli jeżegwixxi din il-kontribuzzjoni speċifika.

3.           Is-sospensjoni tal-pagament għandha teħtieġ li l-UE tinnotifika l-intenzjoni tagħha bil-miktub tal-inqas xahrejn qabel id-data meta s-sospensjoni għandha tidħol fis-seħħ.

4.           Il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jerġa' jibda hekk kif is-sitwazzjoni tiġi rrimedjata wara li jittieħdu azzjonijiet biex jittaffew iċ-ċirkustanzi msemmija hawn fuq u wara l-konsultazzjoni u l-ftehim taż-żewġ Partijiet li jikkonfermaw li s-sitwazzjoni aktarx tkun tippermetti li jerġgħu jsiru attivitajiet tas-sajd normali.

Artikolu 9 Sospensjoni u Għoti Lura ta’ Awtorizzazzjoni tas-Sajd

1.           Kiribati jirriżerva d-dritt li jissospendi l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 1, il-Paragrafu 2, ta’ dan il-Protokoll fejn:

a) bastiment speċifiku jkun wettaq ksur serju kif definit mil-Liġijiet u r-Regolamenti ta’ Kiribati; jew

b) ordni tal-qorti maħruġa fir-rigward ta’ ksur minn bastiment speċifiku ma tkunx ġiet osservata minn sid il-bastiment. Malli l-ordni tal-qorti tiġi osservata, l-awtorizzazzjoni tas-sajd għall-bastiment għandha tingħata lura għall-perjodu li jkun baqa’ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd.

Artikolu 10 Sospensjoni tal-Applikazzjoni tal-Protokoll

1.           Fil-każ fejn il-konsultazzjonijiet jiġu eżawriti mingħajr ma jintlaħaq ftehim amikevoli l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll tista’ tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta’ waħda mill-Partijiet jekk:

a) l-Unjoni Ewropea tonqos li tagħmel il-pagamenti msemmija fl-Artikolu 2, il-Paragrafu 2 ta’ dan il-Protokoll għal raġunijiet mhux koperti mill-Artikolu 8 ta’ dan il-Protokoll; jew

b) tqum tilwima bejn il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni ta’ dan il-Protokoll jew l-applikazzjoni tiegħu; jew

c) waħda mill-partijiet tikser id-dispożizzjonijiet stipulati minn dan il-Protokoll; jew

d) waħda mill-Partijiet taċċerta li jkun sar ksur ta’ elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem kif stipulat mill-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Cotonou.

2.           L-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll tista’ tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta’ Parti waħda jekk jitqies li t-tilwima bejn il-Partijiet hija serja u jekk il-konsultazzjonijiet li jsiru bejn iż-żewġ Partijiet ma jirriżultawx fi ftehim amikevoli.

3.           Is-sospensjoni tal-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll hija suġġetta għan-notifika mill-Parti kkonċernata tal-intenzjoni tagħha, liema notifika għandha tkun bil-miktub u għandha tasal mhux inqas minn xahrejn qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din is-sospensjoni.

4.           Fil-każ ta’ sospensjoni tal-applikazzjoni, il-Partijiet għandhom ikomplu bil-konsultazzjonijiet bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni amikevoli għat-tilwima tagħhom. Meta tinkiseb tali soluzzjoni, dan il-Protokoll jibda japplika mill-ġdid u s-somma tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titnaqqas b’mod proporzjonali u pro rata temporis skont it-tul ta’ żmien li matulu l-applikazzjoni tal-Protokoll kienet sospiża.

Artikolu 11 Liġijiet u Regolamenti Nazzjonali

1.           L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea meta jkunu qed joperaw fiż-ŻEE ta’ Kiribati skont dan il-Protokoll għandhom ikunu rregolati mil-Liġijiet u r-Regolamenti applikabbli f’Kiribati, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor fil-Ftehim, f’dan il-Protokoll u fl-Anness u fl-Appendiċi tiegħu.

2.           Kwalunkwe bidla jew leġiżlazzjoni ġdida li hija relatata mas-sajd għandha tapplika għall-UE mis-60 jum wara l-ġurnata meta tasal in-notifika għand l-UE mingħand Kiribati.

Artikolu 12 Klawsola ta’ reviżjoni

1.           Wara sentejn tal-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll, il-kontribuzzjoni tas-sid ta’ bastiment għandha tiġi rrivduta u kwalunkwe tibdil ikun suġġett għall-ftehim miż-żewġ partijiet. It-tielet sena tal-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll se titqies bħala perjodu tranżitorju qabel l-introduzzjoni futura ta' miżura ġdida ta' konservazzjoni u ġestjoni dwar is-sajd mibdija mill-awtoritajiet ta' Kiribati.

Artikolu 13 Tul ta’ żmien

1.           Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom japplikaw għal perjodu ta’ tliet snin mis-16 ta’ Settembru 2012, sakemm ma jingħatax avviż ta’ terminazzjoni skont l-Artikolu 14 ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 14 Terminazzjoni

1.           Dan il-Protokoll jista’ jiġi tterminat minn kwalunkwe waħda mill-partijiet f’każ ta’ ċirkostanzi mhux normali, bħad-degradazzjoni tal-istokkijiet ikkonċernati, jekk jirriżulta tnaqqis fil-livell tal-isfruttar tal-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea, jew in-nuqqas ta’ ħarsien tal-impenji meħuda mill-Partijiet fir-rigward tal-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat.       

2.           F’każ ta’ terminazzjoni ta’ dan il-Protokoll, il-Parti kkonċernata għandha tinnotifika bil-miktub lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li ttemm il-Protokoll mill-inqas sitt xhur qabel id-data meta kieku tidħol fis-seħħ it-tali terminazzjoni. Il-konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet għandhom jinbdew hekk kif tintbagħat in-notifika msemmija fil-paragrafu preċedenti.

3.           Il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Protokoll għas-sena li fiha t-terminazzjoni tidħol fis-seħħ għandu jitnaqqas proporzjonatament u pro rata temporis.

Artikolu 15 Applikazzjoni Provviżorja

Dan il-Protokoll għandu japplika b’mod provviżorju mis-16 ta’ Settembru 2012.

Artikolu 16 Dħul fis-seħħ

Dan il-Protokoll u l-Annessi tiegħu għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.

ANNESS KUNDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ATTIVITAJIET TAS-SAJD TAL-BASTIMENTI TAL-UNJONI FIŻ-ŻONA TAS-SAJD TA' KIRIBATI Attivitajiet tas-Sajd mill-Bastimenti tal-Unjoni Ewropea f’Kiribati

Kapitolu I ġestjoni tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd (liċenzji)

Sezzjoni 1 Reġistrazzjoni

1.           Is-sajd mill-bastimenti tal-UE ġewwa ż-ŻEE ta’ Kiribati għandu jkun suġġett għall-ħruġ ta' numru ta' reġistrazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta' Kiribati.

2.           L-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni għandhom isiru fil-forma pprovduta għal dak il-għan mill-awtoritajiet ta' Kiribati li huma responsabbli għas-sajd, skond il-kampjun stipulat fl-Appendiċi I.

3.           Ir-reġistrazzjoni hija suġġetta għall-preżentazzjoni ta' ritratt ta' 15 ċm b'20 ċm tal-bastiment li jkun qed iressaq l-applikazzjoni u ħlas ta' EUR 2 300 għal kull bastiment fis-sena bħala tariffa tar-reġistrazzjoni, li għandha titħallas fil-Kont Nru 1 tal-Gvern ta' Kiribati skont l-Artikolu 2(7) tal-Protokoll, wara li jkun sar kwalunkwe tnaqqis rilevanti.

Sezzjoni 2 Awtorizzazzjonijiet tas-sajd

1.           Il-bastimenti eliġibbli biss jistgħu jiksbu awtorizzazzjoni tas-sajd fiż-Żona Ekonomika Esklussiva (ŻEE) ta' Kiribati.

2.           Biex bastiment ikun eleġibbli, is-sid u l-kaptan għandhom ikunu ħarsu l-obbligi preċedenti kollha li joriġinaw mill-attivitajiet tas-sajd tagħhom f’Kiribati skont il-Ftehim. Il-bastiment stess għandu jkollu klassifikazzjoni tajba fir-Reġistru Reġjonali tal-Bastimenti tas-Sajd tal-FFA (‘Forum Fisheries Agency') u fir-Reġistru tal-Bastiment tas-Sajd tad-WCPFC.

Il-bastimenti kollha tal-Unjoni Ewropea li japplikaw għal awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom ikunu rappreżentati minn aġent li huwa residenti f’Kiribati. L-isem, l-indirizz u n-numri ta’ kuntatt ta’ dak l-aġent għandhom jiġu ddikjarati fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tippreżenta applikazzjoni għal kull bastiment li jixtieq jistad skont dan il-Protokoll lill-Ministeru responsabbli għas-sajd fl-ilmijiet ta’ Kiribati b’kopja lid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea responsabbli għal Kiribati (minn hawn' il quddiem "id-Delegazzjoni").

L-applikazzjonijiet għandhom jitressqu lill-Ministeru responsabbli għas-Sajd fl-ilmijiet ta’ Kiribati fuq formoli mfassla skont il-kampjun fl-Appendiċi II.

3.           L-awtoritajiet ta’ Kiribati għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li d-dejta li jkunu rċevew bħala parti mill-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali. Dik id-dejta għandha tintuża esklussivament fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll.

4.           Kull applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd għandu jkollha magħha d-dokumenti li ġejjin:

a) pagament jew prova ta’ pagament tat-tariffa għall-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd;

b) kopja taċ-ċertifikat tat-tunnellaġġ, iċċertifikata mill-Istat Membru tal-Bandiera, bit-tunnellaġġ tal-bastiment muri f’tunellaġġ gross irreġistrat (TGR) jew f’tunellaġġ gross (TG);

c) kull dokument jew ċertifikat ieħor meħtieġ skont id-dispożizzjonijiet partikolari li huma applikabbli skont it-tip ta’ bastiment skont dan il-Protokoll.

d) ċertifikat ta’ klassifikazzjoni tajba fir-Reġistru Reġjonali ta’ Bastimenti tas-Sajd tal-FFA u fir-Reġistru tal-Bastiment tas-Sajd tad-WCPFC;

e) kopja taċ-Ċertifikat tal-Assigurazzjoni bl-Ingliż validu għat-terminu tal-awtorizzazzjoni tas-sajd;

f) kontribuzzjoni ta’ tariffa għall-programm tal-osservatur ta' EUR 2 300 għal kull bastiment kull sena.

5.           It-tariffi kollha, bl-eċċezzjoni tal-kontribuzzjoni ta’ tariffa għall-programm tal-osservatur, għandhom jitħallsu fil-kont Nru 1 tal-Gvern ta' Kiribati, skont l-Artikolu 2(7) tal-Protokoll, wara li jkun sar kwalunkwe tnaqqis rilevanti.

It-tariffi għandhom jinkludu l-imposti nazzjonali u lokali kollha ħlief għat-taxxi tal-port, imposti għal servizzi u tariffi ta’ trażbord.

L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti kollha għandhom jinħarġu kemm elettronikament kif ukoll f’għamla ta’ karta stampata lis-sidien tal-bastimenti, b’kopja elettronika lill-Kummissjoni Ewropea u lid-Delegazzjoni fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta l-Ministeru responsabbli għas-sajd fl-ilmijiet ta’ Kiribati jirċievi d-dokumenti kollha msemmijin fil-punt 4. Hekk kif tasal il-verżjoni tal-karta stampata, din tieħu post il-kopja elettronika.

6.           L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jinħarġu għal bastimenti speċifiċi individwali u ma għandhomx ikunu trasferibbli.

7.           Fuq talba tal-Unjoni Ewropea, u fejn ikun hemm prova ta’ force majeure, awtorizzazzjoni tas-sajd ta’ bastiment għandha tinbidel għal awtorizzazzjoni tas-sajd ġdida għal bastiment ieħor li l-karatteristiċi tiegħu ikunu simili għal dawk tal-ewwel bastiment, għall-perjodu li jifdal tat-tul tal-awtorizzazzjoni tas-sajd, mingħajr ma titħallas tariffa oħra. Il-qbid totali miż-żewġ bastimenti kkonċernati jitqies meta jitqies il-livell ta’ qbid minn bastimenti tal-Unjoni Ewropea biex ikun deċiż jekk ikollhomx isiru pagamenti addizzjonali mill-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 2, il-Paragrafu 4 tal-Protokoll.

Is-sid tal-ewwel bastiment għandu jrodd lura l-awtorizzazzjoni tas-sajd lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Kiribati permezz tad-Delegazzjoni, biex tkun ikkanċellata.

L-awtorizzazzjoni tas-sajd il-ġdida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li fih il-Ministeru responsabbli għas-sajd fl-ilmijiet ta' Kiribati joħroġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd u tkun valida għall-perjodu li jifdal tal-ewwel awtorizzazzjoni tas-sajd. Id-Delegazzjoni għandha tkun mgħarrfa bl-awtorizzazzjoni tas-sajd il-ġdida.

8.           L-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinżamm abbord il-bastiment il-ħin kollu u għandha tintwera b’mod prominenti fil-kabina tat-tmunier, bla ħsara għall-Kapitolu V, is-Sezzjoni 3, il-Paragrafu 1, ta’ dan l-Anness. Għal perjodu raġonevoli ta’ żmien wara l-ħruġ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd, li ma għandux jaqbeż 45 jum, u sakemm il-bastiment jirċievi l-awtorizzazzjoni tas-sajd oriġinali, dokument mibgħut elettronikament jew dokumentazzjoni oħra mill-awtoritajiet ta’ Kiribati tkun dokument validu u għandha tikkostitwixxi prova suffiċjenti għal fini ta’ sorveljanza, monitoraġġ u infurzar tal-Ftehim. Id-dokument li jasal elettronikament xorta waħda jkollu jiġi sostitwit mill-verżjoni tal-karta stampata malli din tkun riċevuta.

9.           Iż-żewġ Partijiet għandhom ifittxu li jaqblu bejniethom għall-finijiet tal-promozzjoni tal-introduzzjoni ta’ sistema ta’ awtorizzazzjoni tas-sajd ibbażata esklussivament fuq l-iskambju elettroniku tal-informazzjoni u d-dokumenti kollha deskritti hawn fuq. Iż-żewġ Partijiet għandhom ifittxu li jaqblu bejniethom għall-finijiet tal-promozzjoni tas-sostituzzjoni malajr tal-awtorizzazzjoni tas-sajd fil-verżjoni tal-karta stampata b’waħda elettronika ekwivalenti bħal-lista ta’ bastimenti awtorizzati jistadu fiż-ŻEE ta’ Kiribati, kif speċifikat fil-Paragrafu 1 ta’ din is-Sezzjoni.

Sezzjoni 3 Kundizzjonijiet għall-Awtorizzazzjoni tas-Sajd – Tariffi u Pagamenti bil-quddiem

1.           L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom ikunu validi għal sena. Dawn jistgħu jiġġeddu fuq bażi annwali. It-tiġdid tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandu jkun suġġett għall-għadd ta’ opportunitajiet tas-sajd disponibbli stabbiliti bil-Protokoll.

2.           It-tariffa għall-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tkun ta’ EUR 35 għal kull tunnellata maqbuda fiż-ŻEE ta’ Kiribati.

3.           L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jinħarġu hekk kif l-ammonti standard li ġejjin ikunu ġew imħallsa mis-sidien tal-bastimenti fil-kont Nru 1 tal-Gvern ta' Kiribati skont l-Artikolu 2(7) tal-Protokoll:

a) EUR 131 250 għal kull bastiment tas-sajd għat-tonn bil-purse seine; kif ukoll

b) EUR 15 000 għal kull bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ;

4.           Mal-ammont indikat fil-paragrafu 3 ta' din is-sezzjoni għandha tiżdied kontribuzzjoni speċjali għal awtorizzazzjoni tas-sajd li għandha titħallas mis-sidien tal-bastimenti fil-kont Nru 1 tal-Gvern ta' Kiribati skont l-Artikolu 2(7) tal-Protokoll fl-ammont ta’ EUR 300 000 għal kull bastiment tas-sajd għat-tonn bil-purse seine,

5.           L-aħħar dikjarazzjoni tat-tariffi dovuti għas-sena tas-sajd għandha ssir mill-Kummissjoni Ewropea sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena għall-ammonti maqbudin matul is-sena kalendarja ta’ qabel u abbażi tad-dikjarazzjonijiet tal-qbid magħmulin minn kull sid ta’ bastiment. Id-dejta għandha tkun ikkonfermata mill-istituti xjentifiċi responsabbli mill-verifika ta’ dejta ta’ qbid tal-Unjoni Ewropea (Institut de Recherche pour le Development (IRD), Instituto Español de Oceanografía (IEO) jew Instituto Portugues de Investigaçao Maritima (IPIMAR)).

6.           Id-dikjarazzjoni tat-tariffa magħmula mill-Kummissjoni Ewropea għandha tintbagħat lill-Ministeru responsabbli għas-sajd fl-ilmijiet ta' Kiribati għall-verifika u l-approvazzjoni.

L-awtoritajiet ta’ Kiribati jistgħu jikkontestaw id-dikjarazzjoni tat-tariffa fi żmien 30 ġurnata mill-fattura tad-dikjarazzjoni u, f’każ ta’nuqqas ta’ qbil, jitolbu laqgħa speċjali tal-Kumitat Konġunt, kif previst skont l-Artikolu 9, il-paragrafu 2 tal-Ftehim.

Jekk ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni fi żmien 30 jum, il-dikjarazzjoni tat-tariffa titqies bħala aċċettata mill-awtoritajiet ta' Kiribati.

7.           Id-dikjarazzjoni tat-tariffa finali għandha tiġi nnotifikata, mingħajr dewmien, lill-Ministeru responsabbli għas-sajd fl-ilmijiet ta' Kiribati, id-Delegazzjoni, u s-sidien tal-bastimenti.

Kull pagament addizzjonali għandu jsir mis-sidien tal-bastimenti lill-awtoritajiet kompetenti ta' Kiribati sa mhux aktar tard minn ħamsa u erbgħin (45) jum min-notifika tad-dikjarazzjoni finali kkonfermanta fil-kont Nru 1 tal-Gvern ta' Kiribati skont l-Artikolu 2(7) tal-Protokoll, wara li jkun sar kwalunkwe tnaqqis rilevanti.

8.           Madankollu, jekk l-ammont tad-dikjarazzjoni finali jkun anqas mill-pagament bil-quddiem imsemmi fil-Paragrafu 3 ta’ din is-Sezzjoni, il-bilanċ li jirriżulta ma għandux jitħallas lura lil sid il-bastiment.

9.           Jekk l-opportunitajiet tas-sajd jitnaqqsu minħabba l-għeluq ġdid ta' parti sostanzjali taż-ŻEE ta' Kiribati, it-tariffa ta' sid il-bastiment tista’ tiġi aġġustata proporzjonalment u pro rata temporis wara konsultazzjoni bejn iż-żewġ Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt.

KAPITOLU II ŻONI U ATTIVITÀ TAS-SAJD

Sezzjoni 1 Żoni tas-Sajd

1.           Il-bastimenti msemmija fl-Artikolu 1 tal-Protokoll għandhom ikunu awtorizzati li jinvolvu rwieħhom f’attivitajiet tas-sajd ġewwa ż-ŻEE ta' Kiribati ħlief f'dawk iż-żoni li huma magħżula bħala żoni protetti jew ipprojbiti indikati fil-mappa 83005-FLC u skont il-liġijiet u r-regolamenti ta' Kiribati.

2.           Kiribati għandu jikkomunika lill-Kummissjoni Ewropea kwalunkwe modifika għall-imsemmija żoni protetti jew ipprojbiti hekk kif tiġi adottata.

3.           Fi kwalunkwe każ l-ebda sajd ma għandu jkun permess minn kull ċittadin ieħor jew entità oħra ġewwa t-12-il mil nawtiku mil-linja bażi u fi ħdan mil (1) nawtiku raġġ ta' kull irkaptu biex jinġema’ l-ħut (FAD) ankrat, li għalih għandha tingħata notifika tal-lokalita tiegħu permezz ta' koordinati ġeografiċi. Fir-rigward ta' bastimenti tas-sajd bil-purse seine b’mod partikolari, is-sajd huwa pprojbit ‘il ġewwa minn 60 mil nawtiku mil-linji bażi tal-Gżejjer ta' Tarawa, Kanton u Kiritimati u minn kwalunkwe sikka sommersa kif muri fil-Grafiki fil-Paragrafu 1 hawn fuq.

Sezzjoni 2 Attivitajiet tas-Sajd

1.           Għandu jkun permess biss is-sajd għal speċijiet definiti fl-Artikolu 1 tal-Protokoll minn bastimenti tas-sajd bil-purse seine u mill-bastimenti tas-sajd bil-konz. Kull qabda inċidentali ta' speċi ta' ħut għajr dawk definiti fl-Artikolu 1 tal-Protokoll għandha tiġi rrapportata lill-awtoritajiet ta' Kiribati skont il-Kapitolu III ta' dan l-Anness.

2.           L-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandhom jitwettqu skont ir-rekwiżiti tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni tad-WCPFC.

3.           Is-sajd tal-qiegħ jew għall-qroll fiż-ŻEE ta’ Kiribati mhuwiex permess.

4.           Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandhom iwettqu l-attivitajiet kollha tas-sajd b’mod li ma jfixkilx sajd tradizzjonali u li għandu bażi lokali, u għandhom jeħilsu l-fkieren, il-mammali tal-baħar, l-għasafar tal-baħar u l-ħut tas-sikek kollha b’mod li jipprovdi l-aqwa opportunità li tibqa’ ħajja lil din il-qabda mħallta .

5.           Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea, il-kaptani u l-operaturi tagħhom, għandhom iwettqu l-attivitajiet tas-sajd kollha b’mod li ma jfixklux l-operazzjonijiet tas-sajd ta’ bastimenti oħra tas-sajd, u ma għandhomx ikollhom x’jaqsmu ma’ rkaptu tas-sajd ta’ bastimenti oħra tas-sajd.

Kapitolu III Monitoraġġ

Sezzjoni 1 Arranġamenti għar-Reġistrazzjoni tal-Qbid

1.           Il-kaptani tal-bastimenti għandhom jirreġistraw fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd tagħhom l-informazzjoni elenkata fl-Appendiċi IIIA u fl-Appendiċi IIIB. Is-sottomissjoni elettronika tad-dejta dwar il-qbid/id-dejta tal-ġurnal ta’ abbord għandha tapplika għall-bastimenti ta’ aktar minn 24 metru tul mill-1 ta’ Jannar 2010 u gradwalment, mill-2012, għall-bastimenti ta’ aktar minn 12-il metru tul. Il-Partijiet għandhom ifittxu li jaqblu bejniethom għall-finijiet tal-promozzjoni tal-introduzzjoni ta’ dejta dwar il-qbid b’sistemi bbażati esklussivament fuq l-iskambju elettroniku tal-informazzjoni kollha deskritta hawn fuq. Iż-żewġ Partijiet għandhom ifittxu li jaqblu bejniethom għall-finijiet tal-promozzjoni tas-sostituzzjoni malajr tal-formati tal-karta tal-ġurnali ta’ abbord b’formati elettroniċi.

2.           Jekk ma jkunux intefgħu kalati minn bastiment għal jum partikolari, jew jekk tkun intefgħet kalata u ma jkunx inqabad ħut, il-kaptan tal-bastiment għandu jkun jeħtieġlu jirreġistra din l-informazzjoni fuq il-formola ta’ kuljum tal-ġurnal ta’ abbord. F’jiem fejn ma twettqu ebda operazzjonijiet tas-sajd, qabel nofsillejl ħin lokali ta’ dak il-jum, il-bastiment għandu jirreġistra l-fatt li ma jkunux twettqu operazzjonijiet fil-ġurnal ta’ abbord.

3.           Il-ħin u d-data tad-dħul fiż-ŻEE ta’ Kiribati u l-ħruġ minnha għandhom ikunu rreġistrati fil-ġurnal ta’ abbord minnufih wara d-dħul fiż-ŻEE ta’ Kiribati u l-ħruġ minnha.

4.           Għall-qbid inċidentali ta’ speċijiet minbarra dawk definiti fl-Artikolu 1 tal-Protokoll, il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandhom jirreġistraw l-ispeċijiet ta’ ħut maqbuda u d-daqs u l-kwantità ta’ kull speċi skont il-piż jew l-għadd, kif speċifikat fil-ġurnal ta’ abbord, kemm jekk il-qbid jinżamm abbord il-bastiment u kemm jekk jintefa’ lura l-baħar.

5.           Il-ġurnali ta’ abbord għandhom jimtlew kuljum b’mod li jinqraw u jkunu ffirmati mill-kaptan tal-bastiment mhux aktar tard minn 23:59 (nofsillejl neqsin minuta) ta’ kull ġurnata..

Sezzjoni 2 Arranġamenti għar-Reġistrazzjoni tal-Qbid

1.           Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, it-tul ta’ vjaġġ tas-sajd minn bastiment tal-Unjoni Ewropea għandu jkun definit kif ġej:

a) jew il-perjodu bejn id-dħul fiż-ŻEE ta’ Kiribati u l-ħruġ minnha;

b) jew il-perjodu bejn id-dħul fiż-ŻEE ta’ Kiribati u attività ta' trażbord;

c) jew il-perjodu bejn d-dħul fiż-ŻEE ta' Kiribati u l-ħatt l-art f'port magħżul ta’ Kiribati.

2.           Il-bastimenti kollha tal-Unjoni Ewropea awtorizzati biex jistadu fiż-ŻEE ta’ Kiribati skont il-Ftehim għandhom jirrappurtaw il-qabdiet tagħhom lill-Ministeru responsabbli għas-sajd fl-ilmijiet ta’ Kiribati fil-ġurnal ta’ abbord b' dan il-mod:

a) Il-folji kollha ffirmati tal-ġurnal ta’ abbord għandhom jintbagħtu permezz taċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd tal-Istati Membri tal-Bandiera liċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd ta’ Kiribati u lill-Kummissjoni Ewropea b’mezzi elettroniċi, fi żmien 5 ijiem wara kull operazzjoni ta’ ħatt l-art jew trażbord,

b) Il-kaptan tal-bastiment għandu jibgħat ir-rapport tal-qabda ta’ kull ġimgħa bl-informazzjoni elenkata fl-Appendiċi IV, il-Parti 3 lill-Ministeru responsabbli għas-sajd fl-ilmijiet ta’ Kiribati u lill-Kummissjoni Ewropea b’mezzi elettroniċi jew mezzi oħrajn. Il-pożizzjonijiet ta’ kull ġimgħa u r-rapporti tal-qbid għandhom jinżammu abbord sakemm jintemmu l-operazzjonijiet ta’ ħatt l-art jew trażbord.

3.           Id-dħul fiż-żona u l-ħruġ minnha:

a) Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandhom jinnotifikaw lill-Ministeru responsabbli għas-sajd fl-ilmijiet ta’ Kiribati tal-anqas 24 siegħa minn qabel dwar l-intenzjoni tagħhom li jidħlu fiż-ŻEE ta’ Kiribati, u minnufih wara li joħorġu minnha. Malli l-bastimenti jidħlu fiż-ŻEE ta’ Kiribati, huma għandhom jgħarrfu lill-Ministeru responsabbli għas-sajd fl-ilmijiet ta’ Kiribati bil-faks jew bil-posta elettronika skont il-kampjun ipprovdut fl-Appendiċi IV jew bir-radju.

b) Meta jinnotifikaw dwar il-ħruġ, il-bastimenti għandhom ukoll jikkomunikaw il-pożizzjoni tagħhom u l-volum u l-ispeċijiet tal-qabdiet miżmuma abbord skont il-kampjun ipprovdut fl-Appendiċi IV. Dawn il-komunikazzjonijiet għandhom isiru permezz tal-faks, tal-posta elettronika jew tar-radju.

4.           Il-bastimenti li jinstabu jistadu mingħajr ma jkunu għarrfu lill-Ministeru responsabbli għas-sajd fl-ilmijiet ta' Kiribati għandhom jitqiesu bħala bastimenti mingħajr awtorizzazzjoni tas-sajd.

5.           Il-bastimenti għandhom ikunu mgħarrfa wkoll bin-numri tal-faks u tat-telefown u l-indirizz tal-posta elettronika tal-awtoritajiet ta’ Kiribati meta tingħata l-awtorizzazzjoni tas-sajd.

6.           Kull bastiment tal-Unjoni Ewropea għandu jagħmel il-ġurnal ta’ abbord u r-Rapporti dwar il-Qbid disponibbli minnufih għall-ispezzjoni mill-uffiċjali tal-infurzar u individwi u entitajiet oħra identifikati biċ-ċar minn karta tal-identità approvata li tikkonferma lill-ispettur bħala awtorizzat mill-awtoritajiet ta’ Kiribati biex iwettqu proċeduri tal-imbark u ta’spezzjoni.

Sezzjoni 3 Sistema tal-Monitoraġġ tal-Bastimenti (VMS)

1.           Kull bastiment tal-Unjoni Ewropea jeħtieġlu jkun konformi mas-Sistema ta’ Monitoraġġ ta’ Bastimenti tal-FFA (VMS tal-FFA) li attwalment tapplika fiż-ŻEE ta' Kiribati meta jkun qed jopera fiż-ŻEE ta’ Kiribati. Kull bastiment tal-Unjoni Ewropea għandha titwaħħallu abbord unità ċellulari ta’ trażmissjoni (MTU) approvata mill-FFA, li għandha tinżamm u tkun għalkollox operattiva kull ħin.

2.           Il-bastiment u l-operatur jaqblu li ma jfixklux il-funzjonament, ma jneħħux jew jaraw li ma titneħħiex kwalunkwe MTU mill-bastiment wara li titwaħħal, ħlief għal finijiet ta’ manutenzjoni u tiswija kif meħtieġ. L-operatur u kull bastiment għandhom ikunu responsabbli għall-ispejjeż tax-xiri, il-manutenzjoni u t-tħaddim tal-MTU, u għandhom jikkooperaw bis-sħiħ mal-awtoritajiet ta’ Kiribati fl-użu tagħha (ara d-dettalji fl-Appendiċi V).

3.           Il-paragrafu 1 hawn fuq ma jżommx lill-Partijiet milli jqisu għażliet alternattivi ta’ VMS kompatibbli mal-VMS tad-WCPFC.

4.           Id-dejta kollha trażmessa liċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd (ĊMS) ta' Kiribati tista’ tintuża biss għal finijiet ta' kontroll fiż-ŻEE ta' Kiribati. Id-dejta tal-VMS ma tistax tiġi mgħoddija, tinbiegħ, tiġi offruta jew trażmessa fi kwalunkwe forma lil entitajiet terzi għall-kontroll jew kwalunkwe fini ieħor barra miż-ŻEE ta' Kiribati.

5.           Il-paragrafu preċedenti ma għandux japplika fil-kuntest tal-obbligi tad-WCPFC fir-rigward tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza (MCS) fl-ibħra internazzjonali taż-Żona tal-Konvenzjoni tad-WCPFC.

Sezzjoni 4 Ħatt l-art

1.           Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea li jkunu jixtiequ jħottu l-art qabdiet fil-portijiet ta’ Kiribati għandhom jagħmlu hekk fil-portijiet magħżula ta’ Kiribati. Lista ta’ dawn il-portijiet magħżula tidher fl-Appendiċi VI.

2.           Is-sidien ta’ bastimenti bħal dawn għandhom jinnotifkaw l-informazzjoni lill-Ministeru responsabbli għas-sajd fl-ilmijiet ta' Kiribati u liċ-ĊMS tal-Istat Membru tal-Bandiera mill-anqas 48 siegħa minn qabel skont il-kampjun ipprovdut fl-Appendiċi IV, il-Parti 4. Jekk isir ħatt l-art f’port barra miż-ŻEE ta’ Kiribati, għandha ssir notifika bl-istess kundizzjonijiet imsemmija qabel, lill-Istat tal-port fejn ikun se jsir il-ħatt l-art u liċ-ĊMS tal-Istat Membru tal-Bandiera.

3.           Il-kaptani tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea li jħottu l-art f’port ta’ Kiribati għandhom iħallu li ssir u jiffaċilitaw l-ispezzjoni ta' ħatt l-art bħal dan minn uffiċjali awtorizzati ta’ Kiribati. Malli l-ispezzjoni titlesta, għandu jinħareġ ċertifikat lill-kaptan tal-bastiment.

Sezzjoni 5 Trażbord

1.           Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea li jkunu jixtiequ jwettqu trażbord ta’ qabdiet fl-ilmijiet f’Kiribati għandhom jagħmlu hekk f’portijiet magħżula ta’ Kiribati. Lista ta’ dawn il-portijiet magħżula tidher fl-Appendiċi VI.

2.           Is-sidien ta’ vapuri bħal dawn għandhom jinnotifikaw l-informazzjoni li ġejja lill-Ministeru responsabbli għas-sajd fl-ilmijiet ta' Kiribati tal-inqas 48 siegħa minn qabel.

3.           It-trażbord għandu jitqies bħala t-tmiem ta’ vjaġġ. Il-bastimenti, għalhekk, għandhom jibagħtu d-dikjarazzjonijiet tal-qbid tagħhom lill-Ministeru responsabbli għas-sajd fl-ilmijiet ta’ Kiribati u jgħidu jekk ikunux biħsiebhom jissoktaw jistadu jew jitilqu miż-ŻEE ta’ Kiribati.

4.           Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea li jistadu fiż-ŻEE ta’ Kiribati ma għandhomx, fl-ebda ċirkustanza, iwettqu trażbord minn fuq il-baħar tal-qabda tagħhom.

5.           Kull trażbord ta’ qabdiet mhux kopert minn dak li jingħad hawn fuq għandu jkun ipprojbit fiż-ŻEE ta’ Kiribati. Kull persuna li tikser din id-dispożizzjoni tista’ teħel il-pieni skont il-Liġijiet u r-Regolamenti ta’ Kiribati.

6.           Il-kaptani tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea involuti f’operazzjonijiet ta’ trażbord f’port ta’ Kiribati għandhom iħallu li ssir u jiffaċilitaw l-ispezzjoni ta’ operazzjonijiet bħal dawn minn uffiċjali awtorizzati ta’ Kiribati. Malli titlesta l-ispezzjoni, għandu jinħareġ ċertifikat lill-kaptan tal-bastiment.

Kapitolu IV Osservaturi

1.           Fil-mument tat-tressiq ta' applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd, kull bastiment tal-Unjoni Ewropea kkonċernat għandu jikkontribwixxi tariffa għat-tpoġġija tal-osservaturi kif speċifikat fil-Kapitolu I, is-Sezzjoni 2, il-Paragrafu 4(f) fil-kont Nru 4 tal-Gvern ta' Kiribati.

2.           Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea awtorizzati jistadu fiż-ŻEE ta’ Kiribati skont il-Ftehim għandhom itellgħu abbord osservaturi bil-termini stabbiliti hawn taħt:

A. Għall-bastimenti tas-sajd bil-purse seine:

Il-bastimenti tas-sajd bil-purse seine tal-Unjoni Ewropea għandhom f’kull ħin iġorru osservatur jew mill-Programm tal-Osservaturi tas-Sajd ta' Kiribati awtorizzat skont il-Programm tal-Osservaturi Reġjonali tad-WCPFC (WCPFC ROP), jew osservatur awtorizzat mill-Programm tal-Osservaturi Reġjonali tad-WCPFC (WCPFC ROP) jew osservatur awtorizzat tal-IATTC permezz tal-Memorandum ta’ Ftehim bi qbil dwaru bejn id-WCPFC u l-IATTC dwar approvazzjoni tal-osservaturi taż-żewġ organizzazzjonijiet b’mod reċiproku ta’ osservaturi approvati waqt li joperaw fiż-ŻEE ta’ Kiribati. Is-sidien tal-bastimenti kkonċernati, jew l-aġenti tagħhom, għandhom jgħarrfu, malajr kemm jista' jkun, lill-Ministeru responsabbli għas-sajd fl-ilmijiet ta' Kiribati bl-isem tal-osservatur u taħt liema programm huwa awtorizzat.

B. Għall-bastimenti tas-sajd bil-konz:

a) Il-Ministeru responsabbli għas-sajd fl-ilmijiet ta' Kiribati għandu jiddeċiedi kull sena dwar il-kamp ta' applikazzjoni tal-programm għall-osservazzjoni abbord abbażi tal-għadd ta’ bastimenti awtorizzati jistadu fiż-ŻEE ta’ Kiribati, u l-istat tar-riżorsi fil-mira ta’ dawn il-bastimenti. Skont dan, il-Ministeru għandu jiddeċiedi l-għadd jew il-perċentwali ta’ bastimenti li jkunu jeħtieġu itellgħu osservatur abbord. Dan għandu jkun ibbażat fuq il-programm tad-WCPFC ROP u l-kopertura tal-osservaturi għandha tirrispetta dik prevista f'dan il-programm fiż-ŻEE ta' Kiribati.

b) Il-Ministeru responsabbli għas-sajd fl-ilmijiet ta’ Kiribati għandu jfassal lista ta’ bastimenti magħżula biex jieħdu osservatur abbord u lista ta’ osservaturi awtorizzati kif definit fis-subparagrafu 2 A. Dawn il-listi għandhom jinżammu aġġornati. Huma għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni Ewropea hekk kif jiġu mfassla u wara kull tliet xhur f’każ li jiġu aġġornati.

c) Sid il-vapur ikkonċernat, jew l-aġent tiegħu, għandu jieħu l-passi meħtieġa sabiex jirrispetta r-rekwiżiti stabbiliti minn Kiribati skont (a) u (b) hawn fuq u għandu jinforma lill-Ministeru responsabbli għas-sajd fl-ilmijiet ta’ Kiribati mhux aktar tard minn ħmistax-il (15) jum qabel id-data stipulata biex l-osservatur jittella' abbord, bl-intenzjonijiet tiegħu li jieħu abbord osservatur awtorizzat li ismu għandu jiġu nnotifikat mill-aktar fis possibbli wara.

d) Iż-żmien imqatta' abbord mill-osservaturi għandu jiġi ffissat mill-Ministeru responsabbli għas-sajd fl-ilmijiet ta’ Kiribati, imma, bħala regola ġenerali, ma għandux jaqbeż iż-żmien meħtieġ sabiex iwettqu dmirijiethom. Il-Ministeru responsabbli għas-sajd fl-ilmijiet ta’ Kiribati għandu jgħarraf lis-sidien tal-bastimenti jew lill-aġenti tagħhom dwar dan meta jinnotifikahom bl-isem tal-osservatur maħtur biex jittella’ abbord il-bastiment ikkonċernat.

3.           Suġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, il-Paragrafu 2A, is-sidien tal-bastimenti kkonċernati għandhom jgħarrfu f’liema portijiet tal-Kiribati u f’liema dati huma jkunu biħsiebhom itellgħu abbord l-osservaturi 10 ijiem qabel id-data ppjanata li jittella’ osservatur mal-bidu ta’ vjaġġ.

4.           Fejn osservaturi jittellgħu abbord f’port barrani, l-ispejjeż tagħhom tal-ivvjaġġar għandhom jitħallsu minn sid il-bastiment. Jekk bastiment b’osservatur abbord mill-Kiribati joħroġ miż-ŻEE tal-Kiribati, għandhom jittieħdu l-miżuri kollha biex ikun żgurat li l-osservatur imur lura fil-Kiribati malajr kemm jista’ jkun bl-ispejjeż imħallsa minn sid il-bastiment.

5.           Jekk l-osservatur ma jkunx preżenti fil-ħin u l-post miftiehma, u tul is-sitt (6) sigħat wara l-ħin miftiehem, is-sidien tal-bastimenti jinħallu awtomatikament mill-obbligu li jtellgħu l-osservatur abbord.

6.           L-osservaturi għandhom jiġu ttrattati bħala uffiċjali. Huma għandhom iwettqu l-kompiti li ġejjin:

a) josservaw l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti;

b) jivverifikaw il-pożizzjoni tal-bastimenti involuti f’operazzjonijiet tas-sajd;

c) jieħdu kampjuni bijoloġiċi skont il-programmi xjentifiċi;

d) jieħdu nota tal-irkaptu tas-sajd użat;

e) jivverifikaw id-dejta tas-sajd għaż-ŻEE tal-Kiribati irreġistrata fil-ġurnal ta’ abbord;

f) jivverifikaw il-perċentwali ta’ qabdiet inċidentali u jagħmlu stima tal-kwantità ta’ skartar ta’ speċijiet ta’ ħut bil-pinen, krustaċej, ċefalopodi u mammali tal-baħar li jistgħu jitqiegħdu fis-suq;

g) jirrappurtaw dwar dejta tas-sajd darba fil-ġimgħa permezz tar-radju jew mezzi oħrajn, inkluża l-kwantità ta’ qabdiet u qabdiet inċidentali abbord.

7.           Il-kaptani u s-sidien għandhom iħallu osservaturi awtorizzati jitilgħu abbord bastimenti awtorizzati li joperaw fiż-ŻEE tal-Kiribati, u għandhom jagħmlu kulma jistgħu biex jiżguraw is-sikurezza fizika u t-trattament xieraq tal-osservaturi matul il-qadi tad-dmirijiethom:

a) Il-kaptan għandu jħalli u jgħin lil osservatur awtorizzat bħal dan jitla’ abbord il-bastiment għal funzjonijiet xjentifiċi, ta’ monitoraġġ u funzjonijiet oħra;

b) Il-kaptan għandu jgħin lill-osservatur ikollu aċċess sħiħ u juża l-faċilitajiet u t-tagħmir abbord il-bastiment, li l-osservatur awtorizzat jista’ jqis li jkunu meħtieġa għall-qadi tad-dmirijiet tal-osservatur;

c) L-osservaturi għandu jkollhom aċċess għall-pont, għall-ħut abbord u għaż-żoni li jistgħu jintużaw biex iżommu, jipproċessaw, jiżnu u jaħżnu l-ħut;

d) L-osservaturi jistgħu jieħdu għadd raġjonevoli ta’ kampjuni u għandu jkollhom aċċess sħiħ għar-reġistri tal-bastiment, inklużi l-ġurnali ta’ abbord, ir-rapporti tal-qbid u d-dokumentazzjoni tiegħu għall-fini ta’ spezzjoni u kkuppjar; kif ukoll

e) L-osservaturi għandhom jitħallew jiġbru kwalunkwe informazzjoni oħra relatata mas-sajd fiż-ŻEE tal-Kiribati.

8.           Waqt li jkunu abbord, l-osservaturi għandhom:

a) jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jiżguraw li l-preżenza tagħhom ma tfixkilx l-operazzjoni normali tal-bastiment; kif ukoll

b) iħarsu l-materjal u t-tagħmir li jkun abbord, u l-kunfidenzjalità tad-dokumenti kollha li jkunu tal-bastiment inkwistjoni.

9.           Waqt li jkunu abbord, l-osservaturi għandhom id-dritt għal:

a) Aċċess sħiħ għall-faċilitajiet u t-tagħmir kollha u l-użu tagħhom filwaqt li jirrispettaw ir-regoli kollha ta’ proċedura u operazzjoni tat-tagħmir tal-bastiment li l-osservatur jista’ jiddetermina bħala meħtieġ biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu jew tagħha, inkluż aċċess sħiħ għall-pont, il-ħut abbord, u żoni li jistgħu jintużaw biex iżommu, jipproċessaw, jiżnu u jaħżnu l-ħut;

b) Il-libertà sabiex iwettqu d-dmirijiet tagħhom mingħajr ma jkunu attakkati, ostakolati, offruti reżistenza, imdewma, intimidati jew imfixkla fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom;

10.         Rappurtar tal-osservatur:

a) Fi tmiem il-perjodu tal-osservazzjoni irrispettivament minn jekk il-vjaġġ tas-sajd intemmx jew le skont id-definizzjoni pprovduta fil-Paragrafu 1 tas-Sezzjoni 2 tal-Kapitolu III ta' dan l-Anness, ladarba l-osservatur jiżbarka u jingħata rendikont mill-Fornitur tal-Osservatur, għandu jinkiteb rapport finali li jiddeskrivi l-attivitajiet kollha tas-sajd, inklużi kwistjonijiet ta' nuqqas ta' konformità u jingħata mill-fornitur lil sid il-bastiment u/jew lir-rappreżentanti tiegħu flimkien ma’ kopji lid-Delegazzjoni sabiex jippermetti lill-kaptan tal-bastiment tas-sajd ikkonċernat biex jagħmel il-kummenti tiegħu.

b) Minkejja d-dispożizzjonijiet fil-parti 10 a) hawn fuq, ladarba l-Osservatur jiżbarka, il-Fornitur tal-Osservatur għandu jagħmel disponibbli Rapport Preliminari flimkien ma’ sommarju tal-attività tas-sajd inkluż kwalunkwe kwistjoni ta’ nuqqas ta’ konformità lill-kaptan tal-bastiment tas-sajd jew lis-sid tal-bastiment jew lir-rappreżentanti tiegħu għall-kummenti;

c) Il-fornitur tal-osservatur għandu jiżgura s-sottomissjoni tar-Rapport Finali tal-Osservatur lill-Kummissjoni Ewropea, lill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera u lis-sid tal-bastiment jew lir-rappreżentanti tiegħu. Din is-sottomissjoni ma għandhiex issir, fi kwalunkwe każ, aktar tard minn 30 jum tax-xogħol wara l-iżbark tal-osservatur.

11.         Is-sidien tal-bastimenti għandhom iħallsu l-ispiża għall-akkomodazzjoni tal-osservaturi bl-istess kundizzjonijiet tal-uffiċjali fuq il-bastiment.

12.         Is-salarju u l-kontribuzzjonijiet soċjali tal-osservatur għandhom jitħallsu mill-Awtoritajiet ta’ ribati meta l-bastiment ikun qed jopera fiż-ŻEE ta’ ribati.

Kapitolu V Kontroll u Infurzar

Sezzjoni 1 Identifikazzjoni tal-Bastimenti

1.           Għal finijiet tas-sikurezza fis-sajd u fuq il-baħar, kull bastiment għandu jkun immarkat u identifikat skont l-ispeċifikazzjoni standard approvata tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) għall-immarkar u l-identifikazzjoni ta’ bastimenti tas-sajd.

2.           L-ittra/ittri tal-port jew tad-distrett fejn il-bastiment ikun irreġistrat u n-numru/numri li bihom ikun irreġistrat għandhom ikunu miżbugħin jew murija fuq iż-żewġ naħat tal-pruwa, ’il fuq mill-ilma kemm jista’ jkun biex ikunu jidhru b’mod ċar mill-baħar u mill-ajru, b’kulur li jikkontrasta mal-isfond li fuqu jkunu miżbugħin. L-isem tal-bastiment u l-port ta’ reġistrazzjoni tiegħu għandhom jinżebgħu ukoll fuq il-pruwa u l-poppa tal-bastiment.

3.           Kiribati u l-Unjoni Ewropea jistgħu jeżiġu, jekk ikun meħtieġ, li l-kodiċi internazzjonali tar-radju (IRCS), in-numru tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), jew l-ittri u n-numri tar-reġistrazzjoni esterna, jinżebgħu fuq nett tal-kabina tat-tmunier, biex ikunu jidhru b’mod ċar mill-ajru, b’kulur li jikkontrasta mal-isfond li fuqu jkunu miżbugħin;

a) Il-kuluri kontrastanti għandhom ikunu l-abjad u l-iswed; kif ukoll

b) L-ittri u n-numri ta’ registrazzjoni esterni miżbugħa jew murija fuq il-buq tal-bastiment ma għandhomx ikunu jistgħu jitneħħew, jitħassru, jinbidlu jew ikunu illeġibbli, mgħottijin jew moħbijin.

4.           Kull bastiment li ma jurix ismu u l-kodiċi tar-radju jew l-ittri tas-sinjal bil-mod preskritt jista’ jiġi skortat lejn port ta’ Kiribati għal iktar investigazzjoni.

5.           L-operatur tal-bastiment għandu jiżgura l-monitoraġġ kontinwu tal-frekwenza internazzjonali għas-sejħiet u tas-sitwazzjonijiet perikolużi (2182) kHz (HF), u/jew il-frekwenza internazzjonali ta’ sikurezza u sejħa (156.8) MHz (Kanal 16, VHF-FM) biex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni mal-awtoritajiet tal-ġestjoni, is-sorveljanza u l-infurzar tas-sajd tal-Awtoritajiet ta’ Kiribati.

6.           L-operatur tal-bastiment għandu jiżgura li kopja reċenti u aġġornata tal-Kodiċi Internazzjonali tas-Sinjali (INTERCO) tkun abbord u aċċessibbli f’kull ħin.

Sezzjoni 2 Komunikazzjoni mal-Bastimenti tal-Għassa ta' Kiribati

1.           Il-komunikazzjoni bejn il-bastimenti bil-permess u l-bastimenti tal-għassa tal-Gvern għandha ssir b’kodiċijiet ta’ sinjali internazzjonali kif ġej:

Kodiċi ta’ Sinjal Internazzjonali – Tifsir:

L …………………………..Ieqaf immedjatament

SQ3 ……………………….Ieqaf jew naqqas il-pass, nixtieq nitla' abbord il-bastiment tiegħek

QN ………………………..Ġib il-bastiment tiegħek biswit in-naħa leminija (‘starboard’) tal-bastiment tagħna

QN1 ………………………Ġib il-bastiment tiegħek biswit in-naħa xellugija (‘port’) tal-bastiment tagħna

TD2 .……………………...Inti bastiment tas-sajd?

C ………………………….Iva

N ………………………….Le

QR ………………………...Ma nistgħux inġibu l-bastiment tagħna biswit il-bastiment tagħkom

QP …………………………Se nġibu l-bastiment tagħna biswit il-bastiment tagħkom

2.           Kiribati għandu jagħti lill-Kummissjoni Ewropea lista tal-Bastimenti tal-Għassa kollha li se jintużaw għall-finijiet tal-kontroll tas-sajd. Din il-lista għandha tinkludi d-dettalji kollha relatati ma’ dawk il-bastimenti, jiġifieri: Isem, Bandiera, Tip, ritratt, marki ta’ identifikazzjoni esterna, IRCS u kapaċità ta’ komunikazzjoni.

3.           Il-Bastiment tal-Għassa għandu jkun immarkat u identifikabbli b’mod ċar bħala li jkun fl-użu/fis-servizz tal-Gvern.

Sezzjoni 3 Lista ta’ Bastimenti

Il-Kummissjoni Ewropea għandha żżomm lista aġġornata tal-bastimenti li tkun inħarġitilhom awtorizzazzjoni tas-sajd skont il-Protokoll. Din il-lista għandha tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet ta' Kiribati, li huma inkarigati mill-kontroll tas-sajd hekk kif tiġi stabbilita u kull meta tiġi aġġornata.

Sezzjoni 4 Liġijiet u Regolamenti applikabbli

Il-bastiment u l-operaturi tiegħu għandhom ikunu konformi b’mod strett ma’ dan l-Anness u l-liġijiet u r-regolamenti ta’ Kiribati. Huma għandhom iħarsu wkoll it-trattati, il-konvenzjonijiet u l-ftehimiet internazzjonali tal-ġestjoni tas-sajd li tagħhom kemm Kiribati kif ukoll l-Unjoni Ewropea huma partijiet. In-nuqqas ta’ konformità stretta ma’ dan l-Anness u l-liġijiet u r-regolamenti ta’ Kiribati jista’ jġib miegħu multi sostanzjali u penalitajiet ċivili u kriminali oħra.

Sezzjoni 5 Proċeduri ta’ Kontroll

1.           Il-kaptani jew is-sidien tal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea involuti f'attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE ta' Kiribati għandhom jippermettu u jiffaċilitaw l-imbark u t-twettiq tad-dmirijiet ta’ kull uffiċjal awtorizzat ta' Kiribati inkarigat mill-ispezzjoni u l-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd fi kwalunkwe żmien fiż-ŻEE ta' Kiribati.

2.           Biex jiġu ffaċilitati proċeduri ta’ spezzjoni aktar sikuri, l-imbark jista’ jsir b’avviż minn qabel mibgħut lill-bastiment, inklużi l-identità tal-pjattaforma ta’ spezzjoni u l-isem tal-ispettur.

3.           L-uffiċjali awtorizzati għandu jkollhom aċċess sħiħ għar-reġistrazzjonijiet tal-bastiment, inklużi l-ġurnali ta’ abbord, ir-Rapporti tal-Qbid, id-dokumentazzjoni u kull tagħmir elettroniku użat għar-reġistrazzjoni jew il-ħżin ta’ dejta, u l-kaptan tal-bastiment għandu jippermetti lil uffiċjali awtorizzati bħal dawn jieħdu notazzjoni ta’ kull permess maħruġ mill-Awtoritajiet ta’ Kiribati jew ta’ dokumentazzjoni oħra meħtieġa skont il-Ftehim.

4.           Il-kaptan għandu jikkonforma minnufih ma’ kull struzzjoni raġonevoli mogħtija mill-uffiċjali awtorizzati, u għandu jiffaċilita l-imbark sikur, u jiffaċilita l-ispezzjoni tal-bastiment, l-irkaptu, it-tagħmir, ir-reġistrazzjonijiet, il-ħut u l-prodotti tal-ħut.

5.           Il-kaptan tal-bastiment jew l-ekwipaġġ ma għandhomx jattakkaw, ifixklu, jirreżistu, idewmu, jirrifjutaw l-imbark, jintimidaw uffiċjal awtorizzat jew jindaħlulu fil-qadi ta’ dmirijietu.

6.           Il-preżenza abbord ta’ dawn l-uffiċjali m'għandhiex teċċedi ż-żmien meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħhom.

7.           Fejn ma jkunx hemm konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu, Kiribati jirriżerva d-dritt li jissospendi l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment li jwettaq l-offiża sakemm jitlestew il-formalitajiet u jkunu applikati l-penalitajiet stabbiliti fil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli ta’ Kiribati. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tkun mgħarrfa b’dan.

8.           Ladarba tkun intemmet l-ispezzjoni, għandu jinħareġ ċertifikat lill-kaptan tal-bastiment.

9.           Kiribati għandu jiżgura li l-persunal kollu involut direttament fl-ispezzjoni tal-bastimenti tas-sajd kopert minn dan il-Ftehim ikollu l-ħiliet kollha meħtieġa biex iwettaq spezzjoni tas-sajd u jkun familjari mas-sajd ikkonċernat. Matul l-ispezzjoni abbord il-bastimenti tas-sajd koperta minn dan il-Ftehim, l-uffiċjali awtorizzati tas-sajd ta’ Kiribati għandhom jiżguraw li l-ekwipaġġ, il-bastiment u t-tagħbija tiegħu ikunu ttrattati bir-rispett sħiħ li jixraq skont dispożizzjonijiet internazzjonali previsti fil-Proċeduri tad-WCPFC dwar Tlugħ Abbord u Spezzjoni.

Sezzjoni 6 Proċedura tal-Arrest

1.           L-arrest tal-bastimenti tas-sajd

a) Il-Ministeru responsabbli għas-sajd fl-ilmijiet ta’ Kiribati għandu jinforma lid-Delegazzjoni, fi żmien 24 siegħa, dwar kull arrest u penalità imposta fuq bastimenti tal-Unjoni Ewropea fiż-ŻEE ta’ Kiribati.

b) Id-Delegazzjoni għandha fl-istess waqt tirċievi rapport qasir dwar iċ-ċirkustanzi u r-raġunijiet li wasslu għall-arrest.

Kapitolu VI Responsabbiltà Ambjentali

1.           Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jirrikonoxxu l-ħtieġa li jkunu ppreservati l-kundizzjonijiet ambjentali fraġli (tal-baħar) tal-laguni u l-atollijiet ta’ Kiribati u li l-bastimenti tal-Unjoni Ewropea ma għandhomx jarmu sustanzi li x’aktarx joħolqu ħsara jew taħsir fil-kwalità tar-riżorsi tal-baħar. L-Unjoni Ewropea għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Att Ambjentali ta’ Kiribati.

2.           Fejn isir għoti ta’ fjuwil (‘bunkering’) jew kull trasferiment ieħor ta’ kull prodott inkluż fil-kodiċi Internazzjonali tal-Oġġetti Marittimi Perikolużi (IMDG) tan-Nazzjonijiet Uniti matul vjaġġ tas-sajd fiż-ŻEE ta' Kiribati, il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandhom jirrapportaw attività bħal din lill-awtoritajiet ta’ Kiribati.

Kapitolu VII EKWIPAĠĠ

1.           Kull bastiment tal-Unjoni Ewropea li jistad skont il-Ftehim għandu jaċċetta li jimpjega tal-inqas tliet baħrin minn Kiribati bħala membri tal-ekwipaġġ. Is-sidien tal-bastimenti għandhom jagħmlu ħilithom sabiex itellgħu abbord baħrin addizzjonali minn Kiribati.

2.           Is-sidien tal-bastimenti għandhom iħallsu EUR 600 fix-xahar għal kull l-ekwipaġġ bħala tariffa ta’ rinunzja jekk ma jkunux kapaċi jimpjegaw ekwipaġġ minn Kiribati abbord il-bastimenti liċenzjati tagħhom kif definit fil-Paragrafu 1 hawn fuq. Il-pagament għandu jsir mis-sidien kull sena fil-kont Nru 4 tal-Gvern ta' Kiribati.

3.           Is-sidien tal-bastimenti għandhom ikunu li ħielsa li jagħżlu huma l-baħrin li jtellgħu abbord il-bastimenti tagħhom minn fost l-ismijiet f’lista mibgħuta mill-Ministeru responsabbli għas-sajd fl-ilmijiet ta’ Kiribati.

4.           Sid il-bastiment jew l-aġent għandu jgħarraf lill-Ministeru responsabbli għas-sajd fl-ilmijiet ta’ Kiribati bl-ismijiet tal-baħrin ta’ Kiribati li jittellgħu abbord il-bastiment ikkonċernat, billi jsemmi l-pożizzjoni tagħhom fl-ekwipaġġ.

5.           Id-Dikjarazzjoni dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) għandha tapplika bis-sħiħ għall-baħrin li jittellgħu abbord il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari din tirrigwarda l-liberta' ta’ assoċjazzjoni u tal-għarfien effettiv tad-dritt għan-negozjar kollettiv u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fil-qasam tal-impjiegi u tax-xogħol.

6.           Il-kuntratti tal-impjieg ta’ baħrin ta’ Kiribati, li kopja tagħhom għandha tingħata lill-firmatarji, għandhom isiru bejn l-aġent(i) tas-sidien tal-bastimenti u l-baħrin u/jew it-trejdunjins jew ir-rappreżentanti tagħhom b’konsultazzjoni mal-Ministeru responsabbli għas-sajd fl-ilmijiet ta’ Kiribati. Dawn il-kuntratti għandhom jiggarantixxu li l-baħrin ikunu koperti minn sigurtà soċjali applikabbli għalihom, inkluża assigurazzjoni fuq il-ħajja u l-mard u assigurazzjoni għall-aċċidenti.

7.           Is-salarji tal-baħrin minn Kiribati għandhom jitħallsu mis-sidien tal-bastimenti. Is-salarji għandhom ikunu fissi, qabel ma jinħarġu l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd, bi ftehim reċiproku bejn is-sidien tal-bastimenti jew l-aġenti tagħhom u l-Ministeru responsabbli għas-sajd fl-ilmijiet ta’ Kiribati. Madankollu, il-kundizzjonijiet tas-salarji mogħtija lill-baħrin ta’ Kiribati ma għandhomx ikunu anqas minn dawk il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-ekwipaġġi ta’ Kiribati, u fl-ebda ċirkustanza ma għandhom ikunu anqas mill-istandards tal-ILO.

8.           Il-baħrin kollha impjegati mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandhom jirrapportaw lill-kaptan tal-bastiment indikat lejliet id-data proposta tal-imbark tagħhom. Jekk baħri jonqos li jirrapporta fid-data u l-ħin miftiehma għall-imbark, is-sidien tal-bastimenti għandhom jinħelsu awtomatikament mill-obbligu tagħhom li jieħdu l-baħri abbord.

Kapitolu VIII Responsabbiltà tal-Operatur

1.           L-operatur għandu jiżgura li l-bastimenti tiegħu jkunu tajbin għat-tbaħħir u li jkollhom tagħmir adegwat għas-sikurezza tal-ħajja u apparat ta’ sopravvivenza għal kull passiġġier u membru tal-ekwipaġġ.

2.           Għall-protezzjoni ta’ Kiribati u ċ-ċittadini u r-residenti tiegħu, l-operatur għandu jżomm kopertura adegwata u sħiħa ta’ assigurazzjoni għall-bastiment tiegħu permezz ta’ assiguratur rikonoxxut fuq livell internazzjonali u aċċettabbli għall-Awtoritajiet ta’ Kiribati għaż-ŻEE ta’ Kiribati, inklużi żoni f’laguni u atollijiet, il-Baħar Territorjali u s-sikek taħt l-ilma, kif jixhed iċ-Ċertifikat ta’ Assigurazzjoni msemmi fil-Kapitolu I, is-Sezzjoni 2, il-Paragrafu 4(e), ta’ dan l-Anness.

3.           Fil-każ li bastiment tal-Unjoni Ewropea ikun involut f’aċċident jew inċident marittimu f'Kiribati u li jirriżulta fi tniġġis u ħsarat ta’ kwalunkwe tip għall-ambjent, għall-proprjetà jew għal kwalunkwe persuna, il-bastiment u l-operatur għandhom immedjatament jinnotifikaw lill-Awtoritajiet ta' Kiribati. Jekk il-bastiment tal-Unjoni Ewropea jkun responsabbli għad-danni msemmija hawn fuq, il-bastiment u l-operatur huma responsabbli biex iħallsu għall-ispejjeż tal-imsemmija danni.

Appendiċi

I Formola ta' Applikazzjoni għall-inklużjoni ta' bastiment tas-sajd fir-reġistru tar-Repubblika ta' Kiribati

II. Formola ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd

III A. Ġurnal ta' Abbord Reġjonali tal-Bastimenti tas-Sajd bil-purse seine tal-SPC/FFA

III B. Ġurnal ta' Abbord Reġjonali tal-Bastimenti tas-Sajd bil-Konz tal-SPC/FFA

IV. Dettalji tar-rappurtar

V. Protokoll tal-VMS

VI. Lista ta' Portijiet Magħżula

VII. Koordinati Ġeografiċi taż-Żona tas-Sajd ta' Kiribati

VIII. Dettalji taċ-ĊMS ta' Kiribati

APPENDIĊI I

Formola ta' Applikazzjoni għall-Inklużjoni ta' Bastiment tas-Sajd fir-Reġistru tar-Repubblika ta' Kiribati

Unità Responsabbli mil-Liċenzi u l-Infurzar tas-Sajd ('Fisheries Licence & Enforcement Unit’),

PO. Box 64, Bairiki,

Repubblika ta' Kiribati

Tel:(686) 21099

Faks: (686) 21120

Posta elettronika:flue@mfmrd.gov.ki

ISTRUZZJONIJIET:

· Aqta' linja taħt il-kunjom.

· Indirizz tfisser indirizz postali sħiħ.

· Immarka b'X fejn jixraq; jekk mhux ittajpjat, ikteb ċar b'ittri kbar.

· L-unitajiet kollha għandhom ikunu Metriċi; speċifika l-unitajiet jekk tuża sistemi oħra.

· Ehmeż ritratt bil-kulur 6 X 8 pulzier tal-bastiment mill-ġenb ma' din l-applikazzjoni

· Ehmeż ritratt bil-kulur tal-passaport tal-Kaptan tal-Bastiment (Kaptan tas-Sajd) ma' din l-applikazzjoni

Id-Direttur tas-Sajd,

B'dan napplika għal reġistrazzjoni ta' bastiment fir-Reġistru Nazzjonali tas-Sajd:

Isem tal-bastiment_____________________________ Data tal-applikazzjoni__ /___ /    

                                                                                                                              (jj/xx/ssss)

Jekk dan il-bastiment kien irreġistrat qabel, speċifika:

Isem preċedenti tal-bastiment______________________ Kodiċi preċedenti tar-radju_____________

Numru ta' reġistrazzjoni preċedenti_______________________________

Sid tal-Bastiment:                                                                            Operatur tal-bastiment

Isem__________________________________________ Isem_______________________________

Indirizz________________________________________ Indirizz_____________________________

________________________________________                          __________________________

________________________________________                          __________________________

Tel.___________________________________________ Tel.________________________________

Faks__________________________________________ Faks_______________________________

Pajjiż ta’ Reġistrazzjoni_______________________________________________________________

Numru tal-Pajjiż ta’ Reġistrazzjoni_______________________________________________________

Kodiċi Internazzjonali tar-Radju_________________________________________________________

Nru tat-Telefown ta' Abbord________________________ Nru tat-Teleks ta' Abbord_______________

Port ta’ Residenza_____________________________ Pajjiż__________________________________

Bażi(jiet) Operattiva/i:

Port 1_________________________________________ Pajjiż 1______________________________

Port 2_________________________________________ Pajjiż 2______________________________

Kaptan tal-Bastiment:                                                                     Kaptan tal-Bastiment (Kaptan tas-Sajd)

Isem_______________________________________ Isem_

Data tat-Twelid______ /_____ /____ Data tat-Twelid          /__ /_____________

                                (jj/xx/ssss)                                                                                        (jj/xx/ssss)

Nru tas-Sigurtà Soċjali____________________________ Nru tas-Sigurtà Soċjali__________________

Nazzjonalità____________________________________ Nazzjonalità__________________________

Indirizz tar-Residenza_____________________________ Indirizz tar-Residenza___________________

________________________________________                    _____________________________

Tip ta’ Bastiment:

                  Bastiment b’Purse Seine Wieħed      �             Bastiment bil-Purse Seine u l-Konz  �

                  Bastiment bil-Purse Seine, fi grupp   �             Bastiment bix-xlief u l-qasab              �

                  Bastiment bil-Purse Seine tal-Ġarr     �             Longline Reefer                                   �

                  Inġenju ta' appoġġ                              �             Bastiment li jagħti l-fjuwil (‘Bunker’)               �

                  Jekk tip ieħor, speċifika____________________________________________

Għadd Normali ta' Ekwipaġġ___________

Stat(i) taż-Żona Awtorizzata tal-Operazzjoni________________________________

Materjal tal-Buq:           Azzar            �         Injam            �       FRP           �      Aluminju                �

Jekk tip ieħor, speċifika____________________________________________

Sena ta’ Kostruzzjoni_____________________________ Post ta’ Kostruzzjoni___________________

Tunnellaġġ gross________________________________ Tul kumplessiv_______________________

Qawwa tal-Magna/i Ewlenija/Ewlenin (speċifika l-unitajiet)_____________________________

Kapaċità Massima tal-Ġarr ta' Fjuwil ____________________________ Kilolitri/Galluni

Kapaċità ta' Kuljum tal-Iffriżar (aktar minn waħda, jekk jixraq):

Metodu                                                                                                   Kapaċità                                   Temperatura

                                                                                                                 Tunnellati metriċi / kuljum     (C)

Ilma Mielaħ (NaCl)                               Br                                            ____________    ___________

Ilma Mielaħ (CaCl)                                CB                                           ____________    ___________

Arja (Blast)                                            BF                                           ____________    ___________

Arja (Koljaturi)                                      RC                                           ____________    ___________

Jekk ieħor, speċifika____________________________________________                       ________             ____________                                                         ___________

Kapaċità ta’ Ħażna (aktar minn waħda, jekk japplika):

Metodu                                                                                                   Kapaċità                                   Temperatura

                                                                                                                 Metri Kubi                                            (C)

Silġ                                                           IC                                     _____________                       ____________

Ilma Baħar Iffriżat                                   RW                                  _____________                       ____________

Ilma Mielaħ (NaCl)                                 BR                                    _____________                       ____________

Ilma Mielaħ (CaCl)                                 CB                                    _____________                       ____________

Arja (Koljaturi)                                       RC                                    _____________                       ____________

Imla A, B jew C hawn taħt, kif jixraq.

A. Għall-Bastimenti tas-sajd bil-Purse Seine:

Nru tar-Reġistrazzjoni tal-Ħelikopter__________________ Mudell tal-Ħelikopter____________________

Tul tax-Xibka (metri)______________________________ Fond tax-Xibka (metri)___________________

Qawwa tal-Ġibda tax-Xbieki bil-Power Block____________________ Kg

Qawwa tal-Ġibda tax-Xbieki bil-Winċ bid-Drum vojt_______________ Metri kull minuta

Huwa preżenti ‘Doppler Current Meter’?           Iva /     Le              (agħmel ċirku madwar it-tweġiba tiegħek)

Huwa preżenti Radar għall-Preżenza tal-Għasafar? Iva /                 Le          (agħmel ċirku madwar it-tweġiba tiegħek)

Għadd ta' bjar:

                         Poppa________________                                       Kapaċità ta' Ħżin __________St/Mt

                         Pruwa_______________                                          Kapaċità ta' Ħżin __________St/Mt

Inġenji ta’ appoġġ:

                         Tul tal-Iskiff______________                  Metri/Piedi; Qawwa tal-Magna __________HP/PS

                         Tul tad-dgħajsa b’veloċità kbira 1_______           Metri/Piedi; Qawwa tal-Magna _________HP/PS

                         Tul tad-dgħajsa b’veloċità kbira 2_______           Metri/Piedi; Qawwa tal-Magna _________HP/PS

                         Tul tad-dgħajsa b’veloċità kbira 3_______           Metri/Piedi; Qawwa tal-Magna _________HP/PS

B. Għall-Bastimenti tas-Sajd bil-Konz:

Għadd massimu ta' Kaxxi _____________________                                 Tul tax-xlief ewlieni f'Km

Għadd massimu ta' Snanar _____________________

Materjal tax-xlief ewlieni ______________________

Huwa preżenti tagħmir li jitfa’ x-xlief?                 Iva /     Le              (agħmel ċirku madwar it-tweġiba tiegħek)

C. Għall-Inġenju ta' Appoġġ:

Attivitajiet (aktar minn waħda, jekk xieraq)

                                   Dgħajsa li tagħti d-dawl                                                           �                  Dgħajsa ta’ informazzjoni   �

                 Dgħajsa tal-Ankraġġ                                                                �                  Inġenju tal-Ajru   �

Jekk tip ieħor, speċifika____________________________________________________________

Bastiment(i) tas-sajd Appoġġat(i)____________________________________________________

______________________________________________________________________________

Niddikjara li l-informazzjoni hawn fuq hija vera u sħiħa. Jiena nifhem li għandi nirrapporta fi żmien 30 jum kwalunkwe tibdil għall-informazzjoni t'hawn fuq, inkluż tibdil tal-Kaptan tal-Bastiment u Kaptan tas-Sajd matul il-perjodu ta' reġistrazzjoni. Nifhem ukoll li n-nuqqas li nagħmel dan jista' jaffettwa l-pożizzjoni tal-bastiment tiegħi fuq ir-Reġistru tal-Bastimenti tas-Sajd.

Applikant:

Isem_______________________________ Firma_________________________________________

                      SID               �         KERREJ                    �         AĠENT AWTORIZZAT_____ �

Indirizz

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

Nru tat-tel._____________________ Nru tal- Faks_________________ Posta Elettronika___________

APPENDIĊI II

FORMOLA TA’ APPLIKAZZJONI GĦAL AWTORIZZAZZJONI TAS-SAJD

1.                Applikazzjoni ġdida jew tiġdid:

2................ Isem il-bastiment u l-bandiera tiegħu............................................................................................................ ............................................................................................................................................................................

3................ Perjodu ta’ validità: minn................................................................ sa...........................................................

4................ Isem sid il-bastiment:....................................................................................................................................... ............................................................................................................................................................................

5................ Indirizz ta' sid il-bastiment:............................................................................................................................. ............................................................................................................................................................................ ............................................................................................................................................................................

6................ Isem u indirizz tal-kerrej (jekk differenti minn 4 u 5):................................................................................... ............................................................................................................................................................................

7................ Isem u indirizz tar-rappreżentant uffiċjali f'Kiribati:..................................................................................... ............................................................................................................................................................................

8................ Isem il-kaptan tal-bastiment...........................................................................................................................

9................ Tip ta’ bastiment:.............................................................................................................................................

10.............. Numru ta’ reġistrazzjoni: :...............................................................................................................................

11.............. Identifikazzjoni esterna tal-bastiment: :........................................................................................................

12.............. Port u pajjiż ta’ reġistrazzjoni:........................................................................................................................

13.............. Tul u wisa' totali tal-bastiment:......................................................................................................................

14.............. Tunnellaġġ gross u nett:................................................................................................................................

15.............. Marka u qawwa tal-magna prinċipali:...........................................................................................................

16.............. Kapaċità tal-friża (t/j):......................................................................................................................................

17.............. Kapaċità tal-istiva (m³):...................................................................................................................................

18.............. Kodiċi tar-radju u frekwenza:.........................................................................................................................

19.............. Tagħmir ieħor ta' komunikazzjoni (teleks, faks):..........................................................................................

20.............. Applikanti tas-sajd:......................................................................................................................................... ............................................................................................................................................................................

21.............. Għadd ta' ekwipaġġ skont in-nazzjonalità:................................................................................................... ............................................................................................................................................................................

22.............. Numru tal-awtorizzazzjoni tas-sajd (fil-każ ta' tiġdid, ehmeż il-liċenzja):.................................................. ............................................................................................................................................................................

Jiena, is-sottoskritt, ................................................, niċċertifika li l-informazzjoni t'hawn fuq hija korretta u nintrabat li nikkonforma magħha.

...........................................................................

...........................................................................

(Timbru u firma ta' sid il-bastiment)                                                                                                       (Data)

ĠURNAL TA’ ABBORD REĠJONALI TAL-BASTIMENTI TAS-SAJD BIL-PURSE SEINE TAL-SPC/FFA APPENDIĊI IIIA

                                                                                                                                                                                                                                                                                                                                                                                PAGE_____________OF _____________

ISEM IL-BASTIMENT || NUMRU/I TAL-PERMESS TAS-SAJD JEW TAL-LIĊENZJA || SENA

ISEM IL-KUMPANIJA TAS-SAJD || NUMRU TAR-REĠISTRU REĠJONALI TAL-FFA || ISEM L-AĠENT FIL-PORT TAL-ĦATT || PORT TAT-TLUQ || PORT TAL-ĦATT L-ART

PAJJIŻ TAR-REĠISTRAZZJONI || ALC TAT-TIP APPROVAT MILL-FFA? (IVA/LE)? || GĦADD TA' FADS UŻATI || JINTUŻAW BASTIMENTI GĦALL-ĠARR (‘TENDER VESSELS’)? (IVA/LE)? || DATA U ĦIN TAT-TLUQ || DATA U ĦIN TAL-WASLA FIL-POFT

NUMRU TAR-REĠISTRAZZJONI FIL-PAJJIŻ TAR-REĠISTRAZZJONI || KODIĊI INTERNAZZJONALI TAR-RADJU || ID-DATI U L-ĦINIJIET KOLLHA JRIDU JKUNU UTC/GMT IL-PIŻIJIET KOLLHA JRIDU JKUNU TUNNELLATI METRIĊI || AMMONT TA’ ĦUT ABBORD FIL-BIDU TAL-VJAĠĠ || AMMONT TA’ ĦUT ABBORD WARA L-ĦATT L-ART

XAHAR || JUM || KODIĊI TAL-ATTIVITÀ || 01.00 UTC JEW POŻIZZJONI TAL-KALATA || KODIĊI ASSOĊJAT MAL-ĠLIBA TAL-ĦUT || IL-ĦIN IFFISSAT GĦALL-BIDU || QABDA MIŻMUMA || ĦUT SKARTAT

LATITUDNI DDMM.MMM (GRADI U MINUTI) || T N || LONĠITUDNI DDMM.MMM (GRADI U MINUTI) || L P || PIŻ TAL-PALAMIT || PIŻ TAT-TONNA SAFRA || PIŻ TAT-TONN GĦAJNU KBIRA || SPEĊIJIET OĦRA || NUMRI TAL-ISTIVI || SPEĊIJIET TAT-TONN || SPEĊIJIET OĦRA

ISEM || PIŻ || ISEM || PIŻ || KODIĊI || ISEM || NUMRU || PIŻ

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || TOTAL TAL-PAĠNA TOTAL TAL-VJAĠĠ || || || || || || || || || || || ||

KODIĊIJIET TAL-ATTIVITÀ IRREĠISTRA L-GĦADD TA' KALATI KOLLHA JEKK MA SSIR L-EBDA KALATA F’JUM IRREĠISTRA L-ATTIVITÀ PRINĊIPALI GĦAL DAK IL-JUM 1 KALATA TAS-SAJD 2 TIFTIX 3 TRANŻITU 4 L-EBDA SAJD - ĦSARA 5 L-EBDA SAJD - MALTEMP 6 FIL-PORT - SPEĊIFIKA 7 TINDIF TAX-XBIEKI 10 TFIGĦ JEW IRKUPRU TA' ĊATTRA,       FAD JEW PAYAO || KODIĊIJIET ASSOĊJATI MAL-ĠLIBA TAL-ĦUT 1 MHUX ASSOĊJAT 2 JIEKOL ĦUT ILLISKAT 3 INJAM JEW SKART JGĦUM FIL-WIĊĊ,       ANNIMAL MEJJET 4 ĊATTRA, FAD JEW PAYAO LI JINĠARRU MILL-KURRENT 5 ĊATTRA, FAD JEW PAYAO LI JKUNU ANKRATI 6 BALIENA ĦAJJA 7 KELB IL-BAĦAR KBIR ĦAJ JIXBAH BALIENA 8 OĦRAJN KODIĊIJIET GĦAT-TONN SKARTAT 1 ĦUT ŻGĦIR WISQ 2 ĦUT DANNEĠĠAT 3 BASTIMENT MGĦOBBI KOMPLETAMENT 4 RAĠUNI OĦRA || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || ||

ĦATT GĦAL FABBRIKI TAL-IPPAKKJAR F’LANDI, FRIŻI, TRASPORTATURI JEW BASTIMENTI OĦRA

DATA TAL-BIDU || DATA TAT-TMIEM || FABBRIKA TAL-IPPAKKJAR F'LANDI JEW BASTIMENT U D-DESTINAZZJONI || KODIĊI INTERNAZZJONALI TAR-RADJU || PALAMIT || TONNA SAFRA || TONN GĦAJNU KBIRA || IMĦALLTA

|| || || || || || ||

|| || || || || || ||

|| || || || || || ||

ISEM IL-KAPTAN || FIRMA TAL-KAPTAN || DATA

APPENDIĊI III B

ĠURNAL TA’ ABBORD REĠJONALI TAL-BASTIMENTI TAS-SAJD BIL-KONZ TAL-SPC/FFA

                                                                                                                                                                                                                                                                                                                                                                                PAĠNA____________MINN_____________

ISEM IL-BASTIMENT || NUMRU/I TAL-PERMESS TAS-SAJD JEW TAL-LIĊENZJA || SENA

ISEM IL-KUMPANIJA TAS-SAJD || NUMRU TAR-REĠISTRU REĠJONALI TAL-FFA || ISEM L-AĠENT FIL-PORT TAL-ĦATT || PORT TAT-TLUQ || DATA U ĦIN TAT-TLUQ

PAJJIŻ TAR-REĠISTRAZZJONI || ALC TAT-TIP APPROVAT MILL-FFA? (IVA/LE)? || ID-DATI U L-ĦINIJIET KOLLHA JRIDU JKUNU UTC/GMT IL-PIŻIJIET KOLLHA GĦANDHOM IKUNU F'KILOGRAMMI || PORT FEJN ISIR IL-ĦATT || DATA U ĦIN TAL-WASLA FIL-POFT

NUMRU TAR-REĠISTRAZZJONI FIL-PAJJIŻ TAR-REĠISTRAZZJONI || KODIĊI INTERNAZZJONALI TAR-RADJU || SPEĊI EWLENIJA FIL-MIRA || GĦADD TA' SNANAR BEJN IS-SUFRUNI

XAHAR || JUM || KODIĊI TAL-ATTIVITÀ || 01.00 UTC JEW POŻIZZJONI TAL-KALATA || ĦIN TAL-BIDU TAL-KALATA || GĦADD TA' SNANAR || ALONGA || TONN GĦAJNU KBIRA || TONNA SAFRA || KELB IL-BAĦAR || MARLIN TAL-FAXXI || MARLIN BLU || PIXXISPAD || SPEĊIJIET OĦRA

LATITUDNI DDMM || T N || LONĠITUDNI DDMM || L P || Għadd miżmum abbord || KG miżmuma abbord || Għadd skartat || Għadd miżmum abbord || KG miżmuma abbord || Għadd skartat || Għadd miżmum abbord || KG miżmuma abbord || Għadd skartat || Għadd miżmum abbord || Għadd skartat || Għadd miżmum abbord || KG miżmuma abbord || Għadd miżmum abbord || KG miżmuma abbord || Għadd miżmum abbord || KG miżmuma abbord || ISEM || Għadd miżmum abbord || KG miżmuma abbord

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || TOTAL TAL-PAĠNA TOTAL TAL-VJAĠĠ || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

KODIĊIJIET TAL-ATTIVITÀ 1 KALATA 2 JUM FUQ IL-BAĦAR IMMA MA SARX SAJD JEW TRANŻITU 3 ĠARR MINN POST GĦALL-IEĦOR 4 FIL-PORT – JEKK JOGĦĠBOK SPEĊIFIKA || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| ISEM IL-KAPTAN || FIRMA TAL-KAPTAN || DATA

APPENDIĊI IV

DETTALJI TAR-RAPPURTAR

RAPPORTI LID-DIRETTUR TAS-SAJD

Tel: (686) 21099 Faks: (686) 21120 Posta elettronika: flue@mfmrd.gov.ki

1              Rappurtar ta' Dħul fiż-Żona

24 siegħa qabel id-dħul fil-limiti taż-żona tas-sajd

(a)           Kodiċi tar-rapport (ZENT);

(b)           Numru tar-Reġistrazzjoni: jew tal-Liċenzja;

(c)           Kodiċi tar-radju jew ittri tas-sinjal;

(d)           Data tad-dħul (JJ-XX-SS);

(e)           Ħin tad-dħul (GMT);

(f)            Pożizzjoni tad-dħul;

(g)           Qabda totali abbord skont il-piż u l-ispeċi.

                PALAMIT             (SJ)___.__(Mt)

                TONNA SAFRA  (YF)___.__(Mt)

                OĦRAJN               (OT)___.__(Mt)

eż. ZENT/89TKS-PS001TN/JJAP2/11.10.89/0635Z/0230N;17610E/SK-510:YF-120:OT-10

2.             Rappurtar tat-Tluq miż-Żona

Immedjatament mat-tluq mil-limiti taż-żona tas-sajd:

(a)           Kodiċi tar-rapport (ZDEP);

(b)           Numru tar-Reġistrazzjoni: jew tal-Liċenzja;

(c)           Kodiċi tar-radju jew ittri tas-sinjal;

(d)           Data tat-tluq;

(e)           Ħin tat-tluq (GMT);

(f)            Pożizzjoni tat-tluq;

(g)           Qabda abbord skont il-piż u l-ispeċi.

-               PALAMIT             (SJ)___.__(Mt)

-               TONNA SAFRA  (YF)___.__(Mt)

-               OĦRAJN               (OT)___.__(Mt)

(h)           Qabda totali fiż-żona skont il-piż u l-ispeċi (bħal Qabda Abbord)

(i)            Total ta' jiem tas-sajd (l-għadd reali ta' jiem li fihom tkun saret sajda fiż-Żona)

eż.           ZDEP/89TKS-PS001TN/JJAP2/21.10.89/1045Z/0125S;16730E/SJ-450:YF-190:OT-4/SJ-42:BE-70:OT-1/14

3.             Rappurtar ta' kull ġimgħa dwar il-pożizzjoni u l-qabda filwaqt li l-bastiment ikun ġewwa ż-Żona

Kull nhar ta' Tlieta matul il-perjodu mqatta' ġewwa l-limiti taż-żona tas-sajd wara r-rapport tad-dħul jew l-aħħar rapport ta' kull ġimgħa;

(a)           Kodiċi tar-rapport (WPCR);

(b)           Numru tar-Reġistrazzjoni jew tal-Liċenzja;

(c)           Kodiċi tar-radju jew ittri tas-sinjal;

(d)           Data tad-WPCR (JJ:XX:SS);

(e)           Pożizzjoni tar-rappurtar;

(f)            Qabda mill-aħħar rapport ’l hawn:

-               PALAMIT             (SJ)___.__(Mt)

-               TONNA SAFRA  (YF)___.__(Mt)

-               OĦRAJN               (OT)___.__(Mt)

(g)           Jiem tas-sajd mill-aħħar rapport ’l hawn.

eż.           WPCR/89TKS-PS001TN/JJAP2/11.12.89/0140N;16710W/SJ-23:YF-9:OT-2.0/7

4.             Dħul fil-port, inkluż dħul għat-trażbord, għall-forniment mill-ġdid, l-iżbark tal-ekwipaġġ jew emerġenza

Tal-inqas 48 siegħa qabel ma jidħol fil-port il-bastiment:

(a)           Kodiċi tar-rapport (PENT);

(b)           Numru tar-reġistrazzjoni jew tal-Liċenzja;

(c)           Kodiċi tar-radju jew ittri tas-sinjal;

(d)           Data tar-rappurtar (JJ-XX-SS);

(e)           Pożizzjoni tar-rappurtar;

(f)            Isem tal-Port;

(g)           Ħin stmat tal-wasla (LST) JJXX:ssmm;

(h)           Qabda abbord skont il-piż u l-ispeċi:

-               PALAMIT             (SJ)___.__(Mt)

-               TONNA SAFRA  (YF)___.__(Mt)

-               OĦRAJN               (OT)___.__(Mt)

(i)            Raġuni għad-dħul fil-port.

eż.PENT/89TKS-PS001TN/JJAP2/24.12.89/0130S;17010E/BETIO

/26.12:1600L/SJ-562:YF-150:OT-4/TRANSSHIPPING

5              Tluq mill-port

Minnufih wara l-ħruġ mill-port.

(a)           Kodiċi tar-rapport (PDEP);

(b)           Numru tar-Reġistrazzjoni jew tal-Liċenzja;

(c)           Kodiċi tar-radju jew ittri tas-sinjal;

(d)           Data tar-rappurtar (GMT) (JJ-XX-SS);

(e)           Isem il-Port;

(f)            Data u l-ħin tat-Tluq (LST) JJ-MM:ssmm

(g)           Qabda abbord skont il-piż u l-ispeċi:

-               PALAMIT             (SJ)___.__(Mt)

-               TONNA SAFRA  (YF)___.__(Mt)

-               OĦRAJN               (OT)___.__(Mt)

(h)           Destinazzjoni li jmiss.

eż.           PDEP/89TKS-PS001TN/JJAP2/30.12.89/BETIO/29.12:1600L/SJ-0.0:YF-0.0:OT-

4/FISHING GROUND

6.             Dħul f’Żona Magħluqa (Ipprojbita) jew Protetta jew Ħruġ Minnha

Tal-inqas 12-il siegħa qabel ma jidħol u immedjatament wara li jitlaq miż-żona magħluqa (ipprojbita) jew protetta:

(a)           Tip tar-Rapport (ENCA għad-dħul u DECA għall-ħruġ);

(b)           Numru tar-Reġistrazzjoni jew tal-Liċenzja;

(c)           Kodiċi tar-radju jew ittri tas-sinjal;

(d)           Data ta' ENCA jew DECA;

(e)           Ħin tal-ENCA jew DECA (GMT) JJ-XX-SS:ssmm;

(f)            Pożizzjoni tal-ENCA jew DECA (sa minuta tal-ark);

(g)           Veloċità u rotta;

(h)           Raġuni għall-ENCA.

eż.           ENCA/89TKS-PS001TN/JJAP2/30.12.89:1645Z/0130S;17010E

/7:320/ENTER PORT

7.             Avviż ta' teħid ta' Fjuwil

Tal-inqas 24 siegħa qabel ma jerġa' jieħu l-fjuwil minn tanker liċenzjat

(a)           Tip ta' rapport (FUEL);

(b)           Numru tar-Reġistrazzjoni jew tal-Liċenzja;

(c)           Kodiċi tar-radju jew ittri tas-sinjal;

(d)           Data tar-rappurtar (GMT);

(e)           Pożizzjoni tar-rappurtar (sa minuta tal-ark);

(f)            Ammont ta' fjuwil abbord (Kilolitri);

(g)           Data stmata għat-teħid tal-fjuwil (‘bunkering’);

(h)           Pożizzjoni stmata għat-teħid tal-fjuwil;

(i)            Isem it-tanker.

eż.           FUEL/89TKS-PS001TN/JJAP2/06.02.90/0130S;17010E/35/08.02.90

/0131S;17030E/CHEMSION

8.             Rapport dwar Attivitajiet tat-teħid tal-fjuwil

Immedjatament wara t-teħid tal-fjuwil minn tanker liċenzjat.

(a)           Tip ta' rapport (BUNK);

(b)           Numru tar-Reġistrazzjoni jew tal-Liċenzja;

(c)           Kodiċi tar-radju jew ittri tas-sinjal;

(d)           Data u Ħin tat-teħid tal-fjuwil (GMT) JJ-XX-SS:ssmm;

(e)           Pożizzjoni stmata għat-teħid tal-fjuwil;

(f)            Ammont ta' fjuwil riċevut f'kilolitri;

(g)           Ħin tat-tlestija tat-teħid tal-fjuwil (GMT);

(h)           Pożizzjoni fi tmiem it-teħid tal-fjuwil;

(i)            Isem it-tanker.

eż.           BUNK/89TKS-S001TN/JJAP2/08.02.90:1200Z/0131S;17030E/160/08.02.90:

1800Z/0131S;17035E/CRANE PHOENIX

9              Rapport dwar Attivitajiet ta’ Trażbord

Immedjatament wara t-trażbord f'port awtorizzat f'Kiribati għal bastiment liċenzjat għall-ġarr.

(a)           Tip ta' rapport (TSHP);

(b)           Numru tar-Reġistrazzjoni jew tal-Liċenzja;

(c)           Kodiċi tar-radju jew ittri tas-sinjal;

(d)           Data tar-rilaxx (JJ-XX-SS);

(e)           Port tar-rilaxx;

(f)            Qabda ttrażbordata skont il-piż u l-ispeċi;

-               PALAMIT             (SJ)___.__(Mt)

-               TONNA SAFRA  (YF)___.__(Mt)

-               OĦRAJN               (OT)___.__(Mt)

(g)           Isem it-trasportatur bl-istiva mkessħa;

(h)           Destinazzjoni tal-qabda.

eż.           TSHP/89TKS-PS001TN/JJAP2/11.12.89/BETIO/SJ-450:YF-150:OT-0.0/JAPAN

STAR/PAGO PAGO

10.          Rapport tat-Tlestija

Fi żmien 48 siegħa mit-tlestija ta' vjaġġ billi tiġi rrilaxxata l-qabda f'portijiet oħra tas-sajd (barra Kiribati) inklużi portijiet operattivi jew il-port ta' residenza.

(a)           Tip ta' rapport (COMP);

(b)           Isem il-bastiment;

(c)           Numru tal-liċenzja;

(d)           Kodiċi tar-radju jew ittri tas-sinjal;

(e)           Data tar-rilaxx (JJ-XX-SS);

(f)            Qabda rilaxxata skont l-ispeċi;

-               PALAMIT             (SJ)___.__(Mt)

-               TONNA SAFRA  (YF)___.__(Mt)

-               OĦRAJN               (OT)___.__(Mt)

(g)           Isem il-port.

eż.           COMP/89TKS-PS001TN/JJAP2/26.12.89/SJ-670:YF-65:OT-0.0/BETIO

APPENDIĊI V

Protokoll tal-VMS

Dispożizzjonijiet applikabbli għall-monitoraġġ permezz tas-satellita tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjon Ewropea li jistadu fiż-ŻEE ta’ Kiribati

1.           Il-bastimenti tas-sajd kollha li għandhom tul kumplessiv ta’ aktar minn 15-il metru, li jistadu fil-qafas ta’ dan il-Ftehim, għandhom ikunu mmonitorjati bis-satellita meta jkunu qed jistadu fiż-ŻEE ta’ Kiribati

Għall-finijiet tal-monitoraġġ permezz tas-satellita, l-awtoritajiet ta’ Kiribati għandhom jikkomunikaw il-koordinati tal-latitudni u l-lonġitudni taż-ŻEE ta' Kiribati.

L-awtoritajiet ta’ Kiribati għandhom jgħaddu l-informazzjoni f’forma elettronika, espressa fi gradi deċimali (DD.DDD) skont is-sistema ġeodeżika WGS 84.

2.           Il-partijiet għandhom jiskambjaw l-informazzjoni dwar l-indirizzi u l-ispeċifikazzjonijiet utilizzati fit-trażmissjoni tad-dejta b’mod elettroniku bejn iċ-Ċentri ta' Monitoraġġ tas-Sajd (ĊMS) tagħhom skont il-Paragrafi 5 sa 7 ta’ dan l-Appendiċi. Din l-informazzjoni għandha tinkludi dan li ġej jekk jeżistu: l-ismijiet, in-numri tat-telefown, tat-teleks u tal-faks u l-indirizzi elettroniċi, li jistgħu jintużaw għall-komunikazzjoni ġenerali bejn iċ-ĊMS.

3.           Il-pożizzjoni tal-bastimenti għandha tkun determinata b’marġini ta’ żball inferjuri għal 500 metri u b’intervall ta’ kunfidenza ta’ 99 %.

4.           Meta bastiment li jkun qed jistad fil-qafas tal-Ftehim u li jkun suġġett għall-monitoraġġ permezz tas-satellita skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea jidħol fiż-ŻEE ta' Kiribati, ir-rapporti tal-pożizzjoni sussegwenti (id-data, il-ħin, l-identifikazzjoni tal-bastiment, il-lonġitudni, il-latitudni, ir-rotta u l-veloċità) jiġu kkomunikati immedjatament miċ-ĊMS liċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd (ĊMS) ta' Kiribati f’intervalli ta’ mhux aktar minn tliet sigħat.

L-ewwel rapport POS minn bastiment misjub ġewwa ż-ŻEE ta' Kiribati għandu jiġi identifikat bħala ENTRY (ENT). Dawn il-messaġġi se jkollhom il-format stabbilit fit-Tabella 1.

Ir-rapporti POS sussegwenti minn bastiment filwaqt li jkun ġewwa ż-ŻEE ta' Kiribati għandhom jiġu identifikati bħala POSITION (POS). Dawn il-messaġġi se jkollhom il-format stabbilit fit-Tabella 2.

L-ewwel rapport POS minn bastiment li jinstab barra ż-Żona tas-Sajd ta’ Kiribati għandu jiġi identifikat bħala EXIT (EXI). Dawn il-messaġġi se jkollhom il-format stabbilit fit-Tabella 3.

5.           Il-messaġġi speċifikati fil-Parti 4 ta' dan l-Appendiċi għandhom jiġu trażmessi b’mod elettroniku fil-format stabbilit fih, mingħajr ebda protokoll ulterjuri. Dawn il-messaġġi għandhom jiġu kkomunikati f’ħin immedjat mal-kontenuti stabbiliti fit-Tabelli 1, 2 u 3.

6.           F’każ li l-Unità ta’ Monitoraġġ Mobbli (MTU) installat abbord il-bastiment tas-sajd jiżviluppa ħsara teknika jew jieqaf jaħdem, il-kaptan tal-bastiment għandu jibgħat l-informazzjoni speċifikata fil-parti 4 ta’ dan l-Appendiċi manwalment jew b’mezzi oħra liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u liċ-ĊMS ta’ Kiribati f’ħin xieraq. F’dawk iċ-ċirkostanzi, ikun meħtieġ li jintbagħat rapport ta’ pożizzjoni globali kull tmien sigħat. Dan ir-rapport ta’ pożizzjoni globali għandu jinkludi r-rapporti tal-pożizzjoni hekk kif irreġistrati mill-kaptan tal-bastiment kull tliet sigħat skont ir-rekwiżiti stipulati fil-parti 4 ta’ dan l-Appendiċi.

It-tagħmir difettuż għandu jissewwa jew jinbidel f’perjodu ta’ mhux aktar minn xahar. Wara li tiskadi din id-data ta’ skadenza, il-bastiment ikkonċernat ikollu joħroġ miż-ŻEE ta' Kiribati.

7.           Iċ-ĊMS tal-Istati tal-bandiera għandu jimmonitorja l-movimenti tal-bastimenti tiegħu fiż-ŻEE ta’ Kiribati. Fil-każ li l-monitoraġġ tal-bastimenti ma jsirx skont il-kundizzjonijiet stabbiliti, iċ-ĊMS ta’ Kiribati għandu jiġi informat immedjatament malli dan isir magħruf, u għandha tiġi applikata l-proċedura stipulata fil-parti 6 ta’ dan l-Appendiċi.

8.           Jekk iċ-ĊMS ta’ Kiribati jistabbilixxi li l-Istat tal-bandiera ma jkunx qed jibgħat l-informazzjoni speċifikata fil-parti 4 ta’ dan l-Appendiċi, il-Kummissjoni Ewropea għandha tiġi infurmata b’dan immedjatament.

9.           Id-dejta ta’ monitoraġġ ikkomunikata lill-parti l-oħra b’konformità ma’ dawn id-dispożizzjonijiet, hija maħsuba biss għall-finijiet ta’ kontroll u monitoraġġ mill-awtoritajiet ta’ Kiribati tal-flotta tal-Unjoni Ewropea li tkun qed tistad fil-qafas ta’ dan il-Ftehim. Din id-dejta ma tistax tkun, taħt ebda ċirkostanza, ikkomunikata lil partijiet oħrajn.

10.         L-elementi tas-softwer u l-materjal tal-MTU għandhom ikunu affidabbli u ma għandhomx jippermettu d-dħul jew l-għoti ta’ pożizzjonijiet falsi jew ikunu jippermettu l-manipulazzjoni manwali.

Is-sistema għandha tkun kompletament awtomatika u operattiva f’kull ħin indipendentement mill-kundizzjonijiet ambjentali u tat-temp. Huwa pprojbit li wieħed jeqred, jagħmel ħsara, iwaqqaf jew ifixkel l-operat tal-MTU.

Il-kaptani għandhom jiżguraw li:

– dejta trasmessa mill-MTU ma tinbidel bl-ebda mod;

– l-antenna jew l-antenni mqabbda mat-tagħmir tal-MTU ma jkunu ostakolati bl-ebda mod;

– il-provvista tal-elettriku tat-tagħmir tal-MTU ma tiġi interrotta bl-ebda mod; kif ukoll

– it-tagħmir tal-MTU ma jkunx imċaqlaq jew imneħħi mill-bastiment.

11.         Kull nuqqas ta’ qbil fir-rigward tal-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet għandu jkun is-suġġett ta’ konsultazzjoni bejn il-partijiet fil-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim.

12.         Il-partijiet jaqblu li jirrevedu dawn id-dispożizzjonijiet, meta jkun meħtieġ.

KOMUNIKAZZJONI TAL-MESSAĠĠI TAL-VMS LIL KIRIBATI

RAPPORT DWAR IL-POŻIZZJONI

Tabella 1 Messaġġ ta’ "ENTRY" (DĦUL)

Element tad-Dejta: || Kodiċi tal-Qasam: || Obbligatorju / Fakultattiv || Rimarki:

Bidu tar-reġistrazzjoni || SR || O || Dettall tas-sistema; jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni

Indirizz || AD || O || Dettall tal-messaġġ; il-kodiċi tal-pajjiż ISO Alfa 3 tal-Parti ta’ destinazzjoni

Mingħand || FR || O || Dettall tal-messaġġ; il-kodiċi tal-pajjiż ISO Alfa-3 tal-Parti li tkun qed tittrażmetti

Numru tar-Reġistrazzjoni || RN || F || Dettall tal-messaġġ; in-numru serjali tar-reġistrazzjoni fis-sena rilevanti

Data tar-Reġistrazzjoni || RD || F || Dettall tal-messaġġ; id-data tat-trażmissjoni

Ħin tar-Reġistrazzjoni || RT || F || Dettall tal-messaġġ; il-ħin tat-trażmissjoni

Tip ta’ Messaġġ || TM || O || Dettall tal-messaġġ; it-tip ta' messaġġ, “ENT”

Isem il-Bastiment || NA || F || Isem il-bastiment

Numru Estern tar-Reġistrazzjoni || XR || F || Dettall tal-bastiment; in-numru li jidher fuq il-ġenb tal- bastiment

Kodiċi tar-radju || RC || O || Dettall tal-bastiment; il-kodiċi internazzjonali tar-radju tal-bastiment

Isem il-kaptan || MA || O || Isem il-kaptan tal-bastiment

Numru Intern ta' Referenza || IR || O || Dettall tal-bastiment. Numru uniku tal-bastiment tal-Parti bħala l-kodiċi Alfa-3 ISO tal-pajjiż tal-bandiera segwit minn numru

Latitudni || LT || O || Dettall tal-pożizzjoni; il-pożizzjoni ± 99.999 (WGS-84)

Lonġitudni || LG || O || Dettall tal-pożizzjoni; il-pożizzjoni ± 999.999 (WGS-84)

Veloċità || SP || O || Dettall tal-pożizzjoni; il-veloċità tal-bastiment f’wieħed minn kull għaxar mili nawtiċi

Rotta || CO || O || Dettall tal-pożizzjoni; ir-rotta tal-bastiment fuq skala ta’ 360°

Data || DA || O || Dettall tal-pożizzjoni; id-data UTC tal-pożizzjoni UTC (SSSSXXJJ)

Ħin || TI || O || Dettall tal-pożizzjoni; il-ħin UTC tal-pożizzjoni (SSMM)

Tmiem tar-reġistrazzjoni || ER || O || Dettall tas-sistema; jindika t-tmiem tar-reġistrazzjoni

Tabella 2 Messaġġ/rapport ta’ "POSITION" (POŻIZZJONI)

Element tad-Dejta: || Kodiċi tal-Qasam: || Obbligatorju/fakultattiv || Rimarki:

Bidu tar-reġistrazzjoni || SR || O || Dettall tas-sistema; jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni

Indirizz || AD || O || Dettall tal-messaġġ; il-kodiċi tal-pajjiż ISO Alfa 3 tal-Parti ta' destinazzjoni

Mingħand || FR || O || Dettall tal-messaġġ; il-kodiċi tal-pajjiż ISO Alfa-3 tal-Parti li tkun qed tittrażmetti

Numru tar-Reġistrazzjoni || RN || F || Dettall tal-messaġġ; in-numru serjali tar-reġistrazzjoni fis-sena rilevanti

Data tar-Reġistrazzjoni || RD || F || Dettall tal-messaġġ; id-data tat-trażmissjoni

Ħin tar-Reġistrazzjoni || RT || F || Dettall tal-messaġġ; il-ħin tat-trażmissjoni

Tip ta’ Messaġġ || TM || O || Dettall tal-messaġġ; it-tip ta' messaġġ, "POS"[7]

Isem il-Bastiment || NA || F || Isem il-bastiment

Numru Estern tar-Reġistrazzjoni || XR || F || Dettall tal-bastiment; in-numru li jidher fuq il-ġenb tal- bastiment

Kodiċi tar-radju || RC || O || Dettall tal-bastiment; il-kodiċi internazzjonali tar-radju tal-bastiment

Isem il-kaptan || MA || O || Isem il-kaptan tal-bastiment

Numru Intern ta' Referenza || IR || O || Dettall tal-bastiment. Numru uniku tal-bastiment tal-Parti bħala l-kodiċi Alfa-3 ISO tal-pajjiż tal-bandiera segwit minn numru

|| || ||

Latitudni || LT || O || Dettall tal-pożizzjoni; il-pożizzjoni ± 99.999 (WGS-84)

Lonġitudni || LG || O || Dettall tal-pożizzjoni; il-pożizzjoni ± 999.999 (WGS-84)

Attività || AC || F[8] || Dettall tal-pożizzjoni; "ANC" jindika qagħda ta' rappurtar imnaqqas

Veloċità || SP || O || Dettall tal-pożizzjoni; il-veloċità tal-bastiment f’wieħed minn kull għaxar mili nawtiċi

Rotta || CO || O || Dettall tal-pożizzjoni; ir-rotta tal-bastiment fuq skala ta’ 360°

Data || DA || O || Dettall tal-pożizzjoni; id-data UTC tal-pożizzjoni (SSSSXXJJ)

Ħin || TI || O || Dettall tal-pożizzjoni; il-ħin UTC tal-pożizzjoni (SSMM)

Tmiem ir-reġistrazzjoni || ER || O || Dettall tas-sistema; jindika t-tmiem tar-reġistrazzjoni

1                      It-tip ta' messaġġ għandu jkun "MAN" għal rapporti kkomunikati minn bastimenti b'tagħmir difettuż ta’ lokalizzazzjoni permezz tas-satellita.

2               Applikabbli biss jekk il-bastiment ikun qed jittrażmetti messaġġi POS bi frekwenza mnaqqsa.

Tabella 3 Messaġġ ta' ″EXIT″ (ĦRUĠ)

Element tad-Dejta: || Kodiċi tal-Qasam: || Obbligatorju / Fakultattiv || Rimarki:

Bidu tar-reġistrazzjoni || SR || O || Dettall tas-sistema; jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni

Indirizz || AD || O || Dettall tal-messaġġ; il-kodiċi tal-pajjiż ISO Alfa 3 tal-Parti ta’ destinazzjoni

Mingħand || FR || O || Dettall tal-messaġġ; il-kodiċi tal-pajjiż ISO Alfa-3 tal-Parti li tkun qed tittrażmetti

Numru tar-Reġistrazzjoni || RN || F || Dettall tal-messaġġ; in-numru serjali tar-reġistrazzjoni fis-sena rilevanti

Data tar-Reġistrazzjoni || RD || F || Dettall tal-messaġġ; id-data tat-trażmissjoni

Ħin tar-Reġistrazzjoni || RT || F || Dettall tal-messaġġ; il-ħin tat-trażmissjoni

Tip ta’ Messaġġ || TM || O || Dettall tal-messaġġ; it-tip ta' messaġġ, “EXI”

Isem il-Bastiment || NA || F || Isem il-bastiment

Numru Estern tar-Reġistrazzjoni || XR || F || Dettall tal-bastiment; in-numru li jidher fuq il-ġenb tal- bastiment

Kodiċi tar-radju || RC || O || Dettall tal-bastiment; il-kodiċi internazzjonali tar-radju tal-bastiment

Isem il-kaptan || MA || O || Isem il-kaptan tal-bastiment

Numru Intern ta' Referenza || IR || O || Dettall tal-bastiment. Numru uniku tal-bastiment tal-Parti bħala l-kodiċi Alfa-3 ISO tal-pajjiż tal-bandiera segwit minn numru

Data || DA || O || Dettall tal-pożizzjoni; id-data UTC tal-pożizzjoni (SSSSXXJJ)

Ħin || TI || O || Dettall tal-pożizzjoni; il-ħin UTC tal-pożizzjoni (SSMM)

Tmiem ir-reġistrazzjoni || ER || O || Dettall tas-sistema; jindika t-tmiem tar-reġistrazzjoni

4) Dettalji tal-format

Kull messaġġ fi trażmissjoni tad-dejta għandu jkollu l-istruttura li ġejja:

– linja mmejla doppja (//) u l-karattri "SR" jindikaw il-bidu tal-messaġġ,

– linja mmejla doppja (//) u kodiċi tal-qasam jindikaw il-bidu ta’ informazzjoni,

– linja mmejla waħda (/) tifred il-kodiċi tal-qasam mill-informazzjoni,

– il-pari ta' dejta huma mifrudin minn spazju,

– il-karattri "ER" u linja mmejla doppja (//) jindikaw tmiem ir-reġistrazzjoni.

– Sett ta’ karattri: ISO 8859.1

APPENDIĊI VI

Lista ta' portijiet magħżula

Il-portijiet magħżula huma:

- Tarawa

- Kiritimati

APPENDIĊI VII

Koordinati Ġeografiċi taż-Żona tas-Sajd ta' Kiribati

1.           L-awtoritajiet ta' Kiribati għandhom jikkomunikaw il-koordinati ġeografiċi taż-ŻEE ta' Kiribati (fil-mappa 83005-FLC) lill-UE sat-30 jum wara l-jum li fih l-Protokoll jidħol fis-seħħ.

APPENDIĊI VIII

Dettalji taċ-ĊMS ta' Kiribati

Isem taċ-ĊMS: Fisheries Licensing and Enforcement Unit (Unità Responsabbli mil-Liċenzjar tas-Sajd u l-Infurzar)

Tel. VMS: 00686 21099

Posta elettronika VMS: fleu@mfmrd.gov.ki

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.        Titolu tal-proposta/inizjattiva

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra (minn hawn 'il quddiem ‘il-Protokoll’)

1.2.        Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat/i fl-istruttura ABM/ABB[9]

11. - L-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

11.03 - Is-sajd internazzjonali u l-liġi tal-baħar

1.3.        Natura tal-proposta/inizjattiva

X Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

1.4.        Għanijiet

1.4.1.     Għan(ijiet) strateġiku/ċi multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/tal-inizjattiva

Ir-responsabbiltà esklussiva tal-Kummissjoni li tinnegozja ftehimiet bilaterali dwar is-sajd tinvolvi n-negozjar, il-konklużjoni u l-implimentazzjoni ta’ Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd (FPAs) u, fl-istess ħin, l-iżgurar tad-djalogu politiku bejn l-imsieħba fil-qasam tal-politika tas-sajd fil-pajjiżi terzi kkonċernati.

In-negozjar u l-konklużjoni ta’ FPAs ma’ pajjiżi terzi jilħqu l-għan ġenerali taż-żamma u s-salvagwardja tal-attivitajiet tas-sajd tal-flotta tal-UE, u l-iżvilupp tar-relazzjonijiet fi spirtu ta’ sħubija bil-għan li jissaħħaħ l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd barra l-ilmijiet tal-UE, filwaqt li jitqies it-tħassib ambjentali, soċjali u ekonomiku.

L-FPAs jiżguraw ukoll il-koerenza bejn il-prinċipji li jirregolaw il-Politika Komuni tas-Sajd u l-impenji magħmula skont politiki Ewropej oħrajn.

1.4.2.     Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi u l-attivita/l-attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

Għan speċifiku Nru 1[10]

Sabiex jingħata kontribut għas-sajd sostenibbli fl-ilmijiet li mhumiex tal-UE, tinżamm preżenza Ewropea fis-sajd fl-ilmijiet imbiegħda u jitħarsu l-interessi tas-settur tas-sajd Ewropew u tal-konsumaturi billi jiġu nnegozjati u konklużi FPAs ma’ pajjiżi terzi, b’mod li jkunu konsistenti ma’ politiki Ewropej oħrajn.

L-attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata(i)

L-affarijiet marittimi u s-sajd, is-sajd internazzjonali u l-liġi tal-baħar, il-ftehimiet internazzjonali dwar is-sajd (il-linja tal-baġit 11.0301)

1.4.3.     Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva mistennija jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Il-konklużjoni tal-Protokoll se tgħin sabiex jinżamm livell sostenibbli ta’ opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti Ewropej fl-ilmijiet ta’ Kiribati għall-perjodu 2013-2015. Il-Protokoll se jgħin sabiex tinżamm il-kontinwità fiż-żoni tas-sajd koperti mill-FPAs tal-Paċifiku u se jikkontribwixxi wkoll għal ġestjoni u konservazzjoni aħjar tar-riżorsi tas-sajd.

1.4.4.     Indikaturi tar-riżultati u impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

L-indikaturi li ġejjin sejrin jintużaw fil-kuntest tal-ABM għall-finijiet tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Ftehim:

- monitoraġġ tar-rata tal-użu annwali tal-opportunitajiet tas-sajd (użu annwali tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd kull sena bħala persentaġġ ta’ dawk disponibbli offruti mill-Protokoll);

- il-ġbir u l-analiżi tad-dejta dwar il-qbid u l-valur kummerċjali tal-Ftehim.

Flimkien ma’ FPAs oħrajn, l-indikaturi li ġejjin jistgħu jintużaw bħala parti minn analiżi multiannwali:

- il-kontribuzzjoni għall-impjiegi u għall-valur miżjud fl-UE;

- il-kontribuzzjoni għall-istabbilizzazzjoni tas-suq tal-UE;

- l-għadd ta’ laqgħat tekniċi u ta’ laqgħat tal-Kumitat Konġunt.

1.5.        Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.     Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/jiġu sodisfat(i) fuq medda qasira jew medda twila ta’ żmien

Il-Protokoll ikopri l-perjodu mis-16 ta’ Settembru 2012 sal-15 ta’ Settembru 2015. Se jipprovdi qafas għall-attivitajiet tas-sajd tal-flotta Ewropea u se jippermetti, b’mod partikolari, lis-sidien tal-bastimenti jkomplu jiksbu awtorizzazzjonijiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta' Kiribati.

Barra minn hekk, wieħed mill-għanijiet tal-Protokoll huwa li jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-UE u Kiribati fil-qasam tal-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ politika sostenibbli tas-sajd u tal-isfruttar razzjonali tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta’ Kiribati.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali se tkun ta’ EUR 1,325,000:

-        Il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali għall-aċċess: EUR 975,000.

-        L-ammont annwali allokat skont il-protokoll il-ġdid sabiex jgħin lis-settur tas-sajd huwa ta’ EUR 350,000.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali ġiet ibbażata fuq żieda fil-livell tat-tunnellaġġ ta’ referenza, li ġie stabbilit f'livell li jilħaq il-livelli tas-sajd u tal-kapaċità attwali, u f'livell li fil-ġejjieni għandu jevita qabdiet addizzjonali.

1.5.2.     Valur miżjud tal-involviment tal-UE

F’dak li jirrigwarda dan il-Protokoll il-ġdid, in-nuqqas ta’ azzjoni min-naħa tal-UE jippermetti l-ħolqien ta’ ftehimiet privati fejn is-sostenibbiltà u s-sajd responsabbli mhux dejjem ikunu objettivi ta' prijorità.

L-Unjoni Ewropea tispera wkoll li, b’dan il-Protokoll, Kiribati se jkompli jikkoopera b’mod effettiv mal-UE f’korpi reġjonali bħad-WCPFC. Il-fondi disponibbli se jippermettu wkoll lil Kiribati sabiex ikompli l-isforzi ta' ppjanar strateġiku tiegħu għall-implimentazzjoni tal-politiki tas-sajd tiegħu.

1.5.3.     Tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Twettqet evalwazzjoni bir-reqqa dwar il-Protokoll għall-perjodu 2006-12, li ġiet iffinalizzata f’Mejju 2012, bl-għajnuna ta’ konsorzju ta’ konsulenti indipendenti, bil-ħsieb li possibbilment jitnedew negozjati dwar Protokoll ġdid.

L-evalwazzjoni ex-post innutat li kien hemm medja ta’ utilizzazzjoni ta 178% tat-tunnellaġġ ta’ referenza li ħolqot il-ħtieġa ta’ kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali mat-tariffa għall-aċċess bażika annwali mill-UE għal kull waħda mis-snin ikkonċernati (2007-2010). L-evalwazzjoni tirrakkomanda li l-bażi li fuqha ssir il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tkun infurmata mil-livelli ta' qbid u r-rati ta’ utilizzazzjoni riċenti .

L-evalwazzjoni ex-ante identifikat il-punti ta’ interess li ġejjin (i) għall-UE:

-        Billi jissodisfa l-ħtiġijiet tal-flotot Ewropej, il-ftehim dwar is-sajd ma’ Kiribati jista’ jgħin biex tiġi appoġġata l-vijabbiltà tal-industrija tal-UE fil-Paċifiku.

-        Huwa meqjus li l-Protokoll kapaċi jikkontribwixxi għall-vijabbiltà tal-industriji Ewropej billi joffri lill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea u lill-industriji li jiddependu fuqhom ambjent legali stabbli u viżibbiltà fuq perjodu medju taż-żmien.

u (ii) għal Kiribati:

– L-FPA jista’ jgħin fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet istituzzjonali fis-settur tas-sajd billi jtejjeb ir-riċerka, u l-attivitajiet ta' monitoraġġ, kontroll u sorveljanza, kif ukoll it-taħriġ.

– L-FPA se jkollu wkoll impatt fuq l-istabbiltà tal-baġit tas-sajd tal-pajjiż.

1.5.4.     Koerenza u sinerġija possibbli ma’ strumenti finanzjarji rilevanti oħrajn

Il-fondi mħallsa skont il-ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd jikkostitwixxu dħul funġibbli fil-baġits tal-pajjiżi terzi msieħba. Madankollu, l-allokazzjoni ta’ wħud minn dawk il-fondi għall-implimentazzjoni ta’ miżuri bħala parti mill-politika settorjali tal-pajjiż hija kundizzjoni għall-konklużjoni u l-monitoraġġ tal-FPAs.

1.6.        Tul ta’ żmien u impatt finanzjarju

X       Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien limitat

X       Proposta/inizjattiva fis-seħħ għal perjodu ta’ tliet snin mis-16 ta’ Settembru 2012, id-data li fiha l-Protokoll japplika fuq bażi provviżorja skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll.

X       Impatt finanzjarju mill-2013 sal-2015

1.7.        Metodu/i ta’ ġestjoni previst(i)[11]

X Ġestjoni ċentralizzata diretta mill-Kummissjoni

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.        Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Il-Kummissjoni (DĠ MARE) se tiżgura l-monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll, partikolarment fir-rigward tal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd mill-operaturi u f'termini tad-dejta dwar il-qbid.

Barra minn hekk, l-FPA jipprevedi mill-inqas laqgħa waħda annwali tal-Kumitat Konġunt, li fiha l-Kummissjoni u l-Istati Membri kkonċernati jiltaqgħu mal-pajjiż terz sabiex jirrevedu l-implimentazzjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll tiegħu.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali, il-Protokoll jistipula li, kull sena, iż-żewġ Partijiet għandhom jevalwaw il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-programm settorjali multiannwali. Il-Protokoll jipprevedi aġġustament possibbli tal-kontribuzzjoni finanzjarja allokata għall-appoġġ settorjali jekk din l-evalwazzjoni turi li l-għanijiet iffinanzjati ma jkunux qegħdin jintlaħqu b’mod sodisfaċenti.

2.2.        Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1.     Riskju/i identifikat(i)

Jeżisti ċertu riskju fit-twaqqif ta’ protokoll dwar is-sajd, pereżempju: l-ammonti maħsubin għall-finanzjament tal-politika settorjali tas-sajd jistgħu ma jiġux allokati kif miftiehem (sottoprogrammar).

2.2.2.     Metodu/i ta’ kontroll previst(i)

Sabiex jiġu evitati r-riskji msemmija fil-punt preċedenti, qed jiġi ppjanat djalogu estensiv dwar l-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-politika settorjali. L-analiżi konġunta tal-progress, kif imsemmija fil-paragrafu 2.1, ukoll tifforma parti minn dawn il-metodi ta’ kontroll. Il-Protokoll jinkludi klawżoli speċifiċi għas-sospensjoni tiegħu, skont ċerti kundizzjonijiet u f’ċerti ċirkustanzi.

2.3.        Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti.

L-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa mill-UE skont l-FPA huwa kompletament fid-diskrezzjoni tal-pajjiż terz sovran ikkonċernat. Madankollu, il-Kummissjoni tintrabat li tipprova tistabbilixxi djalogu politiku u kooperazzjoni permanenti bil-għan li tittejjeb il-ġestjoni tal-FPA u li jissaħħaħ il-kontribut tal-UE għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi. F’kull każ, kull pagament li jsir mill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ Ftehim dwar is-Sajd huwa suġġett għar-regoli u l-proċeduri tal-baġit u finanzjarji standard tal-Kummissjoni. Dan jippermetti, b’mod partikolari, li jiġu identifikati bis-sħiħ il-kontijiet bankarji tal-pajjiżi terzi li fihom jitħallsu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji. Għal dan il-Protokoll partikolari, l-Artikolu 2 jistipula li l-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titħallas fil-Kontijiet tal-Gvern ta' Kiribati miftuħa ma’ istituzzjoni finanzjarja speċifikata mill-awtoritajiet ta’ Kiribati (ANZ Bank of Kiribati).

3.           STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.        Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwati

· Linji tal-baġit tan-nefqa eżistenti

Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linji tal-baġit.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja tal-baġit: || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni

Numru [Deskrizzjoni…...] || AD/AMD[12] || minn pajjiżi tal-EFTA[13] || minn pajjiżi kandidati[14] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

2 || 11.0301 Ftehimiet internazzjonali dwar is-sajd 11.010404 Ftehimiet internazzjonali dwar is-sajd – nefqa amministrattiva || AD AMD || LE || LE || LE || LE

· Linji ġodda tal-baġit mitluba

(mhux applikabbli)

Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linji tal-baġit.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja tal-baġit: || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni

Numru [Deskrizzjoni…...] || AD/AMD || mill-pajjiżi tal-EFTA || mill-pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

3.2.        Stima tal-impatt fuq in-nefqa

3.2.1.     Sommarju tal-istima tal-impatt fuq in-nefqa

f’miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 2 || Konservazzjoni u ġestjoni tar-riżorsi naturali

DĠ: MARE || || || Sena N[15] (2013) || Sena N+1 (2014) || Sena N+2 (2015) || Sena N+3 (2016) || daħħal il-kolonni kollha meħtieġa biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt ... 1.6) || TOTAL

Ÿ Approprjazzjonijiet operattivi || || || || || || || ||

Numru tal-linja tal-baġit: 11.0301[16] || Impenji || (1) || 1,325 || 1,325 || 1,325 || || || || || 3,975

Pagamenti || (2) || 1,325 || 1,325 || 1,325 || || || || || 3,975

Numru tal-linja tal-baġit: || Impenji || (1a) || || || || || || || ||

Pagamenti || (2a) || || || || || || || ||

Ÿ Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati  mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi[17] || || || || || || || ||

Numru tal-linja tal-baġit: 11.010404 || || (3) || || || 0,060 || || || || || 0,060

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għal DĠ MARE || Impenji || =1+1a +3 || 1,325 || 1,325 || 1,385 || || || || || 4,035

Pagamenti || =2+2a +3 || 1,325 || 1,325 || 1,385 || || || || || 4,035

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi[18] || Impenji || (4) || 1,325 || 1,325 || 1,325 || || || || || 3,975

Pagamenti || (5) || 1,325 || 1,325 || 1,325 || || || || || 3,975

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati  mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi || (6) || 0,038 || 0,038 || 0,098 || || || || || 0,174

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 2 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || =4+ 6 || 1,363 || 1,363 || 1,423 || || || || || 4,149

Pagamenti || =5+ 6 || 1,363 || 1,363 || 1,423 || || || || || 4,149

Jekk iżjed minn intestatura waħda hija affettwata mill-proposta/inizjattiva: (mhux applikabbli)

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || || || || || || || ||

Pagamenti || (5) || || || || || || || ||

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett finanzjarju għal programmi speċifiċi || || (6) || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju multiannwali (Ammont ta’ referenza) || Impenji || =4+ 6 || || || || || || || ||

Pagamenti || =5+ 6 || || || || || || || ||

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 5 || “Nefqa amministrattiva”

f’miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

|| || || Sena N (2013) || Sena N+1 (2014) || Sena N+2 (2015) || Sena N+3[19] (2016) || daħħal il-kolonni kollha meħtieġa biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt ... 1.6) || TOTAL

DĠ: MARE ||

Ÿ Riżorsi umani || 0,083 || 0,083 || 0,083 || || || || || 0,249

Ÿ Nefqa amministrattiva oħra[20] || 0,010 || 0,010 || 0,010 || || || || || 0,030

TOTAL DĠ MARE || Approprjazzjonijiet || 0,093 || 0,093 || 0,093 || || || || || 0,279

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || (Total tal-impenji = Total tal-pagamenti) || 0,093 || 0,093 || 0,093 || || || || || 0,279

f’miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

|| || || Sena N[21] || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || daħħal il-kolonni kollha meħtieġa biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt ... 1.6) || TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || 1,456 || 1,456 || 1,516 || || || || || 4,428

Pagamenti || 1,456 || 1,456 || 1,516 || || || || || 4,428

3.2.2.     Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

– X  Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’ EUR (sa erba’ ċifri wara l-punt deċimali)

Indika l-għanijiet u r-riżultati ò || || || Sena N (2013) || Sena N+1 (2014) || Sena N+2 (2015) || Sena N+3 || … daħħal il-kolonni li hemm bżonn biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL

RIŻULTATI

Tip ta’ riżultat[22] || Spiża medja tal-output || Għadd ta’ riżultati || Spiża totali || Għadd ta’ riżultati || Spiża totali || Għadd ta’ riżultati || Spiża totali || Għadd ta’ riżultati || Spiża totali || Għadd ta’ riżultati || Spiża totali || Għadd ta’ riżultati || Spiża totali || Għadd ta’ riżultati || Spiża totali || Għadd ta’ riżultati Għadd totali ta’ riżultati || Spiża totali

GĦAN SPEĊIFIKU NUMRU 1[23] || || || || || || || || || || || || || || || ||

Qabdiet[24][25] || Tunnellaġġ || 65 EUR/t || 15000 t || 0,975 || 15000 t || 0,975 || 15000 t || 0,975 || || || || || || || || || 45000 t || 2,925

Appoġġ settorjali || || || 1 || 0,350 || 1 || 0,350 || 1 || 0,350 || || || || || || || || || || 1,050

|| || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Subtotal għall-għan speċifiku numru 1 || || 1,325 || || 1,325 || || 1,325 || || || || || || || || || || 3,975

GĦAN SPEĊIFIKU NUMRU 2 || || || || || || || || || || || || || || || ||

Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Subtotal għall-għan speċifiku numru 2 || || || || || || || || || || || || || || || ||

SPIŻA TOTALI || || 1,325 || || 1,325 || || 1,325 || || || || || || || || || || 3,975

3.2.3.     Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.  Sommarju

– X Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:

f’miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

|| Sena N[26] (2013) || Sena N+1 (2014) || Sena N+2 (2015) || Sena N+3 || daħħal il-kolonni kollha meħtieġa biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt ... 1.6) || TOTAL

INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || ||

Riżorsi umani || 0,083 || 0,083 || 0,083 || || || || || 0,249

Nefqa amministrattiva oħra[27] || 0,010 || 0,010 || 0,010 || || || || || 0,030

Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 0,093 || 0,093 || 0,093 || || || || || 0,279

Barra l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali[28] || || || || || || || ||

Riżorsi umani || 0,038 || 0,038 || 0,038 || || || || || 0,114

Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva[29] || 0 || 0 || 0,060 || || || || || 0,060

Subtotal barra l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 0,038 || 0,038 || 0,098 || || || || || 0,174

TOTAL || 0,131 || 0,131 || 0,191 || || || || || 0,453

3.2.3.2.  Stima tar-riżorsi umani meħtieġa

– X  Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima għandha tingħata f’ammonti sħaħ (jew sa mhux iktar minn żewġ ċifri wara l-punt deċimali)

|| || Sena N (2013) || Sena N+1 (2014) || Sena N+2 (2015) || Sena N+3 || Daħħal is-snin kollha meħtieġa biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Ÿ Il-karigi fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) ||

|| XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 0,65 || 0,65 || 0,65 || || || ||

|| XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || ||

|| XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || 0 || 0 || 0 || || || ||

|| 10 01 05 01 (Riċerka diretta) || 0 || 0 || 0 || || || ||

|| Ÿ Persunal estern (f’ekwivalenti għall-full-time – FTE)[30] ||

|| XX 01 02 01 (AK, INT, SNE mill-“pakkett globali”) || 0 || 0 || 0 || || || ||

|| XX 01 02 02 (AK, INT, JED, AL u SNE fid-delegazzjonijiet) || 0 ||  0 || 0 || || || ||

|| XX 01 04 yy[31] || - fil-Kwartieri Ġenerali[32] || || || || || || ||

|| - fid-delegazzjonijiet || || || || || || ||

|| XX 01 05 02 (AK, INT, SNE – Riċerka indiretta) || || || || || || ||

|| 10 01 05 02 (AK, INT, SNE - Riċerka diretta) || || || || || || ||

|| 11 01 04 04 (AK, responsabbli għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali) || 0,3 || 0,3 || 0,3 || || || ||

|| TOTAL || 0,95 || 0,95 || 0,95 || || || ||

XX hija l-qasam tal-politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà ġie assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà ingħata kariga band’oħra fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ li jkun qed imexxi l-azzjoni skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet tal-baġit.

Stima tar-riżorsi umani:

Uffiċjali u aġenti temporanji || Il-ġestjoni tal-proċessi tan-negozjar jew tan-negozjar mill-ġdid tal-FPA u l-adozzjoni tar-riżultati tan-negozjati mill-istituzzjonijiet, il-ġestjoni tal-FPA fis-seħħ inklużi l-monitoraġġ u l-implimentazjoni finanzjarji u operattivi, il-ġestjoni tal-liċenzja. uffiċjal mid-DĠ MARE + Kap tal-unità/deputat kap tal-unità + segretarjat: stima ġenerali ta’ 0,65 persuni fis-sena Kalkolu tal-ispejjeż: 0,65 persuni fis-sena x EUR 127 000 fis-sena = EUR 82 550 => 0,083 M EUR

Persunal estern || Il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni ta’ politika settorjali. AC f’Delegazzjoni (il-Fiġi): stima ġenerali ta’ 0,3 persuni fis-sena Kalkolu tal-ispejjeż: 0,3 persuni fis-sena x EUR 125 000 fis-sena = EUR 37 500 => 0,038 M EUR

Persunal li ma jaqax taħt l-Intestatura 5 ||

3.2.4.     Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

– X  Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali.

3.2.5.     Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

– X  Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

3.3.        Stima tal-impatt fuq id-dħul

– X  Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

[1]               Adottat mit-3155 laqgħa tal-Kunsill (Agrikoltura u Sajd), it-Tlieta 20 ta’ Marzu 2012, bħala l-elementi “A” elenkati fi 7707/12.

[2]                      ĠU C……., p……

[3]               ĠU L 205, 7.8.2007, p. 1.

[4]               ĠU C …, …, p. ….

[5]               Il-Komunità Ewropea saret l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Diċembru 2009.

[6]               Awtorizzazzjoni tas-sajd tfisser liċenzja tas-sajd skont dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu.

[7]               It-tip ta' messaġġ għandu jkun "MAN" għal rapporti kkomunikati minn bastimenti b'tagħmir difettuż ta’ lokalizzazzjoni permezz tas-satelliti.

[8]               Applikabbli biss jekk il-bastiment ikun qed jittrażmetti messaġġi POS bi frekwenza mnaqqsa.

[9]               ABM: Ġestjoni Abbażi tal-Attività (‘Activity Based Management’) – ABB: Baġit Abbażi tal-Attività (‘Activity-Based Budgeting’).

[10]             p.m.: Fid-dikjarazzjonijiet tal-attivitajiet imfassla għall-baġit tal-2012, dan huwa l-għan speċifiku Nru 2; jekk jogħġbok irreferi għal: http://www.cc.cec/budg/bud/proc/adopt/_doc/_pdf/2012/supdoc-11-MARE.pdf

[11]             Id-dettalji tal-metodi ta' ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju huma disponibbli fis-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[12]             AD = Approprjazzjonijiet differenzjati/AMD = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.

[13]             EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[14]             Il-pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, il-pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

[15]             Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[16]             Qabdiet addizzjonali skont l-Artikolu 2.4 tal-Protokoll, kif ġej; "…. Jekk il-kwantità totali ta’qabdiet fis-sena mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fiż-ŻEE ta' Kiribati taqbeż il-15 000 tunnellata, il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali, kif msemmija fil-Paragrafu 2(a) ta' dan l-Artikolu, għandha tiżdied b'EUR 250 għal kull tunnellata għall-ewwel 2 500 tunnellata addizzjonali u b'EUR 300 għal kull tunnellata ‘l fuq minn dawn l-2 500 tunnellata. Dawn l-ispejjeż addizzjonali għandhom jitħallsu mill-UE għall-ammont ta' EUR 65 għal kull tunnellata addizzjonali u l-parti li jifdal għandha titħallas mis-sidien tal-bastimenti.”

[17]             L-assistenza u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE u/jew l-azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu l-linji “BA”), ir-riċerka indiretta u r-riċerka diretta.

[18]             Il-kontribuzzjoni finanzjarja tinkludi: a) EUR 975,000 fis-sena, li huma ekwivalenti għal kwota annwali ta’ 15,000 tunnellata, u b) EUR 350,000 fis-sena, li jikkorrispondu għall-appoġġ għall-iżvilupp tal-politika settorjali tas-sajd ta’ Kiribati.

[19]             L-ispejjeż amministrattivi huma mifruxa fuq tliet snin tal-baġit.

[20]             L-istima tal-ispejjeż għall-missjonijiet ta’ monitoraġġ fuq il-post.

[21]             Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[22]             Ir-riżultati huma l-prodotti u s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti (pereżempju l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).

[23]             Kif ġie deskritt fit-Taqsima 1.4.2. “L-għan(ijiet) speċifiku/ċi”.

[24]             Qabdiet addizzjonali skont l-Artikolu 2.4 tal-Protokoll, kif ġej; "…. Jekk il-kwantità totali ta’qabdiet fis-sena mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fiż-ŻEE ta' Kiribati taqbeż il-15 000 tunnellata, il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali, kif msemmija fil-paragrafu 2(a) ta' dan l-Artikolu, għandha tiżdied b'EUR 250 għal kull tunnellata għall-ewwel 2 500 tunnellata addizzjonali u b'EUR 300 għal kull tunnellata ‘l fuq minn dawn l-2 500 tunnellata. Dawn l-ispejjeż addizzjonali għandhom jitħallsu mill-UE għall-ammont ta' EUR 65 għal kull tunnellata addizzjonali u l-parti li jifdal għandha titħallas mis-sidien tal-bastimenti.”

[25]             Żieda fit-tunellaġġ ta’ referenza tal-Protokoll preċedenti, ara 1.5.3

[26]             Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[27]             L-istima tal-ispejjeż għall-missjonijiet ta’ monitoraġġ fuq il-post mill-persunal tal-kwartieri ġenerali.

[28]             L-assistenza u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE u/jew l-azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu l-linji “BA”), ir-riċerka indiretta u r-riċerka diretta.

[29]             L-istima tal-ispejjeż għall-missjonijiet ta’ monitoraġġ fuq il-post. L-ammont għall-2015 jinkludi ammont għal evalwazzjoni ex post tal-Protokoll.

[30]             AK= Aġent Kuntrattwali; INT = persunal tal-aġenzija (“Intérimaire”); JED = espert żagħżugħ fid-delegazzjonijiet (“Jeune Expert en Délégation”); AL= Aġent Lokali; SNE = espert nazzjonali ssekondat.

[31]             Sublimitu massimu għall-persunal estern skont l-approprjazzjonijiet operattivi (dawk li qabel kienu l-linji “BA”).

[32]             Għall-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).

Top