EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012PC0441

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd u l-Protokoll li jistipulaw l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju

/* COM/2012/0441 final - 2012/0214 (NLE) */

52012PC0441

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd u l-Protokoll li jistipulaw l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju /* COM/2012/0441 final - 2012/0214 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

Abbażi tal-mandat rilevanti mogħti mill-Kunsill[1], il-Kummissjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, innegozjat mar-Repubblika tal-Mawrizju bl-għan li jinizjalaw Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd u Protokoll ġodda bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju. Wara dawn in-negozjati, ġew inizjalati Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd ġdid u Protokoll ġdid fit-23 ta’ Frar 2012.

Il-Ftehim il-ġdid ikopri perjodu ta' sitt snin mid-data tal-firma u huwa mġedded bla kliem għal perjodi suċċessivi ta' tliet snin.

L-għan ġenerali huwa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Mawrizju għat-twaqqif ta’ qafas ta’ sħubija għall-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli u sfruttar responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Mawrizju, fl-interess taż-żewġ partijiet.

Il-Protokoll ikopri perjodu ta' 3 snin. Il-Protokoll il-ġdid jipprovdi opportunitajiet tas-sajd għal 86 bastiment tas-sajd għat-tonn (41 bastiment tas-sajd bil-purse seine u 45 bastiment tas-sajd bil-konz).

2.           RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

L-Istati Membri ġew ikkonsultati bħala parti minn laqgħat tekniċi u fil-qafas tal-Grupp ta’ Ħidma dwar is-Sajd tal-Kunsill. Dawn il-konsultazzjonijiet ġew konklużi fl-interess li jiġi konkluż Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd u Protokoll mal-Mawrizju. Il-Kummissjoni qagħdet, fost oħrajn, fuq ir-riżultati ta’ evalwazzjoni mwettqa minn esperti esterni li kienet iffinalizzata f’Novembru 2011.

3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Din il-proċedura qed tinbeda b’mod parallel mal-proċeduri fir-rigward tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, bil-kunsens tal-Parlament Ewropew, dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd u Protokoll ġodda, u r-Regolament tal-Kunsill dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd taħt dan l-istess Protokoll.

4.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Il-Protokoll il-ġdid jipprovdi għal kontribuzzjoni finanzjarja totali ta’ EUR 1 980 000 għall-perjodu kollu. Dan l-ammont jikkorrispondi għal: a) EUR 357 500 fis-sena ekwivalenti għal tunnellaġġ annwali ta’ referenza ta’ 5 500 tunnellata, u b) EUR 302 500 fis-sena, li jikkorrispondu għall-pakkett addizzjonali mħallas mill-Unjoni sabiex tappoġġa l-politika tas-sajd u dik marittima tal-Mawrizju.

Għalhekk, il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali mħallsa mill-baġit tal-Unjoni hija ta’ EUR 660 000.

2012/0214 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd u l-Protokoll li jistipulaw l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)       L-Unjoni nnegozjat Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd ġdid u Protokoll ġdid mal-Mawrizju, li jagħtu opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet li fihom il-Mawrizju għandu s-sovranità jew il-ġurisdizzjoni fir-rigward tas-sajd.

(2)       Bħala riżultat ta' dawn in-negozjati, ġew inizjalati Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd u Protokoll fit-23 ta’ Frar 2012,

(3)       Il-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd il-ġdid u l-Protokoll il-ġdid għandhom jiġu ffirmati u għandhom jidħlu fis-seħħ wara t-tlestija tal-proċeduri għall-konklużjoni formali tagħhom.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju, u tal-Protokoll li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja li hemm provvediment għalihom fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju huwa hawnhekk approvat f'isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tagħhom.

It-testi tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd u tal-Protokoll huma mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jistabbilixxi l-istrument tas-setgħat sħaħ għall-iffirmar tal-Ftehim u tal-Protokoll, bil-kundizzjoni li jiġu konklużi, lill-persuna jew lill-persuni indikata/i min-negozjatur tal-Ftehim.

Artikolu 3

Il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd se jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan, skont l-Artikolu 17 tiegħu.

Artikolu 4

Il-Protokoll tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd se jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan, skont l-Artikolu 15 tiegħu.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

FTEHIM TA' SĦUBIJA DWAR IS-SAJD

bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn ’il quddiem imsejħa "l-Unjoni", u

IR-REPUBBLIKA TAL-MAWRIZJU, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “il-Mawrizju”,   minn hawn ‘il quddiem imsejħin "il-Partijiet",

FILWAQT LI JQISU r-relazzjoni ta’ ħidma mill-qrib bejn l-Unjoni u l-Mawrizju, speċjalment fil-kuntest tal-Ftehim ta’ Cotonou, u x-xewqa tagħhom it-tnejn li jsaħħu dik ir-relazzjoni,

FILWAQT LI JQISU x-xewqa taż-żewġ Partijiet li jippromwovu l-isfruttar responsabbli tar-riżorsi tas-sajd permezz tal-kooperazzjoni,

FID-DAWL tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar.

FILWAQT LI JAGĦRFU li l-Mawrizju jeżerċita d-drittijiet sovrani tiegħu jew il-ġurisdizzjoni fiż-żona li testendi sa 200 mil nawtiku mil-linji tal-bażi skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar,

DETERMINATI li japplikaw id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet meħuda mill-organizzazzjonijiet reġjonali rilevanti li l-Partijiet huma membri tagħhom,

KONXJI mill-importanza tal-prinċipji stabbiliti mill-Kodiċi ta’ Kondotta għal Sajd Responsabbli adottat waqt il-Konferenza tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) fl-1995,

DETERMINATI li jikkooperaw, fl-interess reċiproku tagħhom, għall-istabbiliment ta' sajd responsabbli biex tiġi żgurata l-konservazzjoni fit-tul u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi ħajjin tal-baħar,

KONVINTI li din il-kooperazzjoni għandha tkun imsejsa fuq il-komplimentarjetà tal-inizjattivi u l-miżuri mwettqa kemm b'mod konġunt kif ukoll minn kull waħda mill-Partijiet sabiex jiżguraw il-koerenza tal-politika u s-sinerġija tal-isforzi.

DEĊIŻI, għall-finijiet ta' kooperazzjoni bħal din, li l-Partijiet għandhom jistabbilixxu d-djalogu meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-politiki tas-sajd tal-Mawrizju bl-involviment tal-operaturi tas-soċjetà ċivili,

ĦERQANA biex jistabbilixxu t-termini u l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-Mawrizju, kif ukoll dawk li jirrigwardaw l-appoġġ mogħti mill-Unjoni għas-sajd responsabbli f'dawk l-ilmijiet;

DEĊIŻI li jsegwu kooperazzjoni ekonomika aktar mil-qrib fl-industrija tas-sajd u attivitajiet relatati billi jħeġġu l-kooperazzjoni bejn il-kumpaniji miż-żewġ Partijiet,

B'DAN FTEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1 - Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu:

(a)          "awtoritajiet tal-Mawrizju" tfisser il-Ministeru tas-Sajd tar-Repubblika tal-Mawrizju;

(b)          "awtoritajiet tal-Unjoni" tfisser il-Kummissjoni Ewropea;

(c)          "bastiment tas-sajd" tfisser kwalunkwe bastiment li jintuża għal finijiet ta' sajd skont il-liġi tal-Mawrizju;

(d)          “bastiment tal-Unjoni” tfisser bastiment tas-sajd li jtajjar bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni u li jkun irreġistrat fl-Unjoni;

(e)          "Kumitat Konġunt" tfisser kumitat magħmul minn rappreżentanti tal-Unjoni u tal-Mawrizju kif jispeċifika l-Artikolu 9 ta' dan il-Ftehim;

(f)           "trażbord", tfisser it-trasferiment fiż-żona tal-port tal-qabda kollha ta' bastiment tas-sajd jew ta' parti minnha għal bastiment ieħor;

(g)          "sid ta' bastiment" tfisser kwalunkwe persuna li hija legalment responsabbli mill-bastiment tas-sajd, li tmexxih u tikkontrollah;

(h)          "baħrin tal-AKP", tfisser kwalunkwe baħħar li jkun ċittadin ta' pajjiż mhux Ewropew firmatarju tal-Ftehim ta' Cotonou;

(i)           “FAO” tfisser l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikultura.

Artikolu 2 – Kamp ta’ Applikazzjoni

L-għan ta' dan il-Ftehim huwa li jiġu stabbiliti t-termini u l-kundizzjonijiet li skonthom bastimenti rreġistrati fl-UE u li jtajru l-bandiera tal-UE (minn hawn 'il quddiem imsejħa “bastimenti tal-UE”) jistgħu jwettqu sajd għat-tonn fl-ilmijiet li fuqhom il-Mawrizju għandu s-sovranità jew il-ġurisdizzjoni (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-ilmijiet tal-Mawrizju”) skont id-dispożizzjonijiet tal-UNCLOS u regoli oħra tal-Liġi u l-prassi internazzjonali.

Dan il-Ftehim jistabbilixxi l-prinċipji, ir-regoli u l-proċeduri li jirregolaw:

-             il-kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja, teknika u xjentifika fis-settur tas-sajd bil-ħsieb li jkun promoss sajd responsabbli fl-ilmijiet tal-Mawrizju sabiex ikunu garantiti l-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd u l-iżvilupp tas-settur tas-sajd tal-Mawrizju;

-             il-kooperazzjoni dwar il-modalitajiet tal-monitoraġġ tas-sajd fl-ilmijiet tal-Mawrizju sabiex jiġu żgurati l-konformità mar-regoli u l-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq, l-effikaċja tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni tal-istokkijiet tas-sajd u l-prevenzjoni tas-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat;

-             sħubijiet bejn operaturi bil-għan li, fl-interess komuni, jiġu żviluppati attivitajiet ekonomiċi fis-settur tas-sajd u fl-attivitajiet relatati.

Artikolu 3 – Prinċipji u għanijiet fundamentali tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim;

1.           Iż-żewġ Partijiet b’dan jintrabtu li jippromwovu sajd responsabbli fl-ilmijiet tal-Mawrizju kif ipprovdut fil-Kodiċi tal-Kondotta għal Sajd Responsabbli tal-FAO abbażi tal-prinċipji tan-nuqqas ta’ diskriminazzjoni bejn il-flotot differenti li jistadu f’dawk l-ilmijiet.

2.           Il-Partijiet għandhom jikkooperaw bil-għan li jimmonitorjaw ir-riżultati tal-implimentazzjoni tal-politika tas-sajd adottata mill-Gvern tal-Mawrizju u jevalwaw il-miżuri, il-programmi u l-azzjonijiet imwettqa abbażi ta' dan il-Ftehim u għandhom jistabbilixxu, għal dan il-għan, djalogu politiku fis-settur tas-sajd. Ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet għandhom jiġu analizzati mill-Kumitat Konġunt imsemmi fl-Artikolu 9 ta' dan il-Ftehim.

3.           Il-Partijiet jintrabtu li jiżguraw l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim skont il-prinċipji tal-governanza ekonomika u soċjali tajba, u b'rispett għall-qagħda tal-istokkijiet tas-sajd.

4.           L-impjieg tal-baħrin mill-Mawrizju abbord il-bastimenti tal-Unjoni għandu jkun irregolat mid-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali tax-Xogħol li japplikaw bħala dritt għall-kuntratti kkonċernati u l-kundizzjonijiet ġenerali tax-xogħol. Dan jikkonċerna b’mod partikolari l-libertà ta’ assoċjazzjoni u r-rikonoxximent effettiv tad-dritt għan-negozjar kollettiv, u t-tneħħija tad-diskriminazzjoni fil-qasam tal-impjiegi u tax-xogħol. Baħrin tal-AKP li mhumiex mill-Mawrizju li jinsabu abbord bastimenti tal-Unjoni għandhom igawdu l-istess kundizzjonijiet.

5.           Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw bejniethom qabel ma jadottaw kwalunkwe deċiżjoni li tista’ taffettwa l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni skont dan il-Ftehim.

Artikolu 4 – Kooperazzjoni fil-qasam xjentifiku

1.           Matul il-perjodu kopert minn dan il-Ftehim, l-Unjoni u l-awtoritajiet tal-Mawrizju għandhom jagħmlu ħilithom biex jimmonitorjaw l-evoluzzjoni tar-riżorsi fl-ilmijiet tal-Mawrizju.

2.           Il-Partijiet jintrabtu li jikkonsultaw lil xulxin, permezz ta' grupp ta' ħidma konġunt xjentifiku fi ħdan l-organizzazzjonijiet internazzjonali kkonċernati, biex jiżguraw il-ġestjoni u l-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin fl-Oċean Indjan, u biex jikkooperaw fir-riċerka xjentifika relevanti.

3.           Iż-żewġ Partijiet, abbażi tal-konsultazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 hawn fuq, għandhom jikkonsultaw bejniethom fil-Kumitat Konġunt ipprovdut fl-Artikolu 9 u jadottaw flimkien miżuri ta' konservazzjoni għall-ġestjoni sostenibbli tal-istokkijiet tal-ħut li jaffettwaw l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni.

Artikolu 5 – Aċċess mill-bastimenti tal-Unjoni għas-sajd fl-ilmijiet tal-Mawrizju

1.           Il-Mawrizju jintrabat li jawtorizza lill-bastimenti tal-Unjoni jieħdu sehem f’attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tiegħu skont dan il-Ftehim, inkluż il-Protokoll u l-Anness tiegħu.

2.           L-attivitajiet tas-sajd regolati minn dan il-Ftehim huma suġġetti għal-leġiżlazzjoni u r-regolamenti fis-seħħ fil-Mawrizju. L-awtoritajiet tal-Mawrizju għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet tal-Unjoni dwar kull emenda li ssir lil dik il-leġiżlazzjoni.

3.           Il-Mawrizju jintrabat li jieħu l-passi kollha xierqa fir-rigward tal-applikazzjoni effikaċi tad-dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ tas-sajd fil-Protokoll. Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet tal-Mawrizju responsabbli għat-twettiq ta’ dan il-monitoraġġ.

4.           L-Unjoni tintrabat li tieħu l-passi kollha xierqa sabiex tiżgura li l-bastimenti tagħha jkunu konformi ma’ dan il-Ftehim u mal-leġiżlazzjoni li tirregola s-sajd fl-ilmijiet tal-Mawrizju.

Artikolu 6 – Awtorizzazzjonijiet tas-sajd

1.           Il-bastimenti tal-Unjoni jistgħu jistadu fl-ilmijiet tal-Mawrizju biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni tas-sajd abbord, jew kopja tagħha, maħruġa skont dan il-Ftehim u l-Protokoll tiegħu.

2.           Il-proċedura biex bastiment jikseb awtorizzazzjoni tas-sajd, it-tariffi applikabbli u l-metodu ta’ ħlas li jrid jintuża’ mis-sidien tal-bastimenti għandhom ikunu dawk stipulati fl-Anness tal-Protokoll.

Artikolu 7 – Kontribuzzjoni finanzjarja

1.           L-Unjoni għandha tagħti lill-Mawrizju kontribuzzjoni finanzjarja skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fil-Protokoll u l-Annessi ta' dan il-Ftehim. Din il-kontribuzzjoni għandha tkun ibbażata fuq żewġ elementi, jiġifieri:

(a)     l-aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni għall-ilmijiet u r-riżorsi tas-sajd tal-Mawrizju, u

(b)     l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għall-promozzjoni ta' sajd responsabbli u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet tal-Mawrizju.

2.           L-element tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmi fil-paragrafu 1(b) hawn fuq għandu jkun determinat fid-dawl tal-għanijiet identifikati, bi qbil komuni bejn il-Partijiet, u skont il-Protokoll, li jridu jintlaħqu fil-kuntest tal-politika settorjali tas-sajd imfassla mill-Gvern tal-Mawrizju u programmazzjoni annwali u multiannwali għall-implimentazzjoni tagħha.

3.           Il-kontribuzzjoni finanzjarja min-naħa tal-Unjoni għandha titħallas kull sena skont il-Protokoll, u għandha tkun suġġetta għal dan il-Ftehim u l-Protokoll fil-każ ta’ kwalunkwe bidla fl-ammont tal-kontribuzzjoni bħala riżultat ta':

(a)     ċirkostanzi serji minbarra fenomeni naturali li ma jippermettux it-twettiq ta' attivitajiet ta' sajd fl-ilmijiet tal-Mawrizju;

(b)     tnaqqis, bi qbil reċiproku, tal-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Unjoni għall-finijiet ta’ ġestjoni tal-istokkijiet ikkonċernati, fejn dan jitqies meħtieġ għall-konservazzjoni u għall-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi abbażi tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli;

(c)     żieda, bi qbil reċiproku bejn il-Partijiet, tal-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Unjoni jekk l-aqwa parir xjentifiku disponibbli jaqbel li l-istat tar-riżorsi jippermetti dan;

(d)     valutazzjoni mill-ġdid tat-termini tal-appoġġ finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' politika settorali tas-sajd fil-Mawrizju, meta dan ikun iġġustifikat mir-riżultati tal-programmazzjoni annwali u multiannwali osservati miż-żewġ Partijiet;

(e)     terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim skont l-Artikolu 12;

(f)      sospensjoni tal-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim skont l-Artikolu 13.

Artikolu 8 – Promozzjoni tal-kooperazzjoni fost l-operaturi ekonomiċi u s-soċjetà ċivili

1.           Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni ekonomika, xjentifika u teknika fis-settur tas-sajd u s-setturi konnessi miegħu. Għandhom jikkonsultaw lil xulxin sabiex jikkoordinaw id-diversi azzjonijiet li jistgħu jittieħdu għal dan il-għan.

2.           Il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu l-iskambju tal-informazzjoni dwar tekniki tas-sajd u l-irkaptu tas-sajd, il-metodi ta' preżervazzjoni u l-ipproċessar industrijali tal-prodotti tas-sajd.

3.           Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom, fejn hu xieraq, sabiex joħolqu kundizzjonijiet għall-promozzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-impriżi tagħhom, fl-oqsma tekniċi, ekonomiċi u kummerċjali, billi jinkoraġġixxu l-istabbiliment ta’ ambjent favorevoli għall-iżvilupp tan-negozju u tal-investimenti.

4.           Il-Partijiet jintrabtu li jimplimentaw pjan u azzjonijiet bejn l-operaturi tal-Mawrizju u tal-Unjoni mmirati sabiex jippromwovu l-ħatt tal-ħut minn bastimenti tal-Unjoni fil-Mawrizju.

5.           Il-Partijiet għandhom, fejn hu xieraq, jinkoraġġixxu l-istabbiliment ta' impriżi konġunti fl-interess reċiproku tagħhom li għandhom sistematikament jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-Mawrizju u ta' dik tal-Unjoni.

Artikolu 9 – Kumitat Konġunt

1.           Għandu jitwaqqaf Kumitat Konġunt bil-għan li jimmonitorja l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim. Il-Kumitat Konġunt għandu jwettaq il-funzjonijiet li ġejjin:

(a)     il-monitoraġġ tal-prestazzjoni, l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim u, b’mod partikolari, id-definizzjoni tal-programmazzjoni annwali u multiannwali msemmija f'Artikolu 7(2) u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tiegħu.

(b)     il-provvediment tal-kooperazzjoni meħtieġa dwar kwistjonijiet ta’ interess reċiproku fil-qasam tas-sajd;

(c)     iservi ta’ forum sabiex jissolvew b’mod bonarju kwalunkwe kwistjoni fir-rigward tal-interpretazzjoni jew tal-implimentazzjoni tal-Ftehim;

(d)     il-valutazzjoni mill-ġdid, jekk ikun hemm il-ħtieġa, tal-livell tal-opportunitajiet tas-sajd u, konsegwentament, tal-kontribuzzjoni finanzjarja;

(e)     kwalunkwe funzjoni oħra li l-Partijiet jiddeċiedu dwarha, bi qbil reċiproku.

2.           Il-Kumitat Konġunt għandu jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu fir-rigward tar-riżultati tal-konsultazzjoni fuq il-livell xjentifiku kif jissemma’ fl-Artikolu 4 tal-Ftehim.

3.           Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa' tal-anqas darba fis-sena, darba fil-Mawrizju u darba fl-Unjoni, u jkun ippresedut mill-Parti fejn issir il-laqgħa. Għandha ssir seduta straordinarja fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet.

Artikolu 10 – Żona ġeografika li għaliha japplika l-Ftehim

Dan il-Ftehim għandu japplika, minn naħa, għat-territorji li fih japplika t-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dak it-Trattat u, min-naħa l-oħra, għat-territorju tal-Mawrizju.

Artikolu 11 – Tul ta’ żmien

Dan il-Ftehim għandu japplika għal sitt (6) snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu; għandu jiġġedded mingħajr kliem u għal perjodi supplimentari ta' tliet (3) snin, ħlief jekk jingħata avviż ta’ terminazzjoni skont l-Artikolu 12.

Artikolu 12 – Terminazzjoni

1.           L-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim tista' tiġi tterminata minn waħda mill-Partijiet fil-każ ta' ċirkostanzi serji, minbarra fenomeni naturali, li raġonevolment ma jkunux fil-kontroll ta' waħda mill-Partijiet u jkunu tali li l-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Mawrizju ma jkunux jistgħu jsiru. Dan il-Ftehim jista’ jiġi tterminat minn xi waħda mill-Partijiet, fil-każ tad-degradazzjoni tal-istokkijiet ikkonċernati, is-sejbien ta’ livell ridott tal-isfruttar tal-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Unjoni, jew in-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi tal-Partijiet fir-rigward tal-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat.

2.           Il-Parti kkonċernata għandha tgħarraf bil-miktub lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li tirtira mill-Ftehim tal-inqas sitt xhur qabel ma jiskadi l-perjodu inizjali jew kull perjodu ieħor.

3.           Il-konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet għandhom jinbdew hekk kif tintbagħat in-notifika msemmija fil-paragrafu ta’ qabel.

4.           Il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 7 għas-sena li fiha sseħħ it-terminazzjoni tal-Ftehim għandu jitnaqqas b’mod proporzjonali u pro rata temporis.

Artikolu 13 - Sospensjoni

1.           L-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim tista’ tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta’ waħda mill-Partijiet f’każ ta’ nuqqas ta’ ftehim serju fir-rigward tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati fil-Ftehim. Is-sospensjoni tal-applikazzjoni tal-Ftehim għandha tirrikjedi li l-Parti kkonċernata tinnotifika l-intenzjoni tagħha, bil-miktub, mhux anqas minn tliet xhur qabel id-data meta din is-sospensjoni tkun se tidħol fis-seħħ. Malli tasal din in-notifika, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin bil-għan li jsolvu n-nuqqas ta’ ftehim amikevolment.

2.           Il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 7 għandu jitnaqqas, proporzjonalment u pro rata temporis, skont it-tul ta' żmien tas-sospensjoni.

Artikolu 14 – Protokoll u Anness

Il-Protokoll, l-Anness u l-Appendiċi tiegħu għandhom jiffurmaw parti integrali ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 15 – Liġi nazzjonali

L-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni li joperaw fl-ilmijiet tal-Mawrizju huma rregolati mil-liġi applikabbli fil-Mawrizju, sakemm il-Ftehim, jew il-Protokoll, l-Anness u l-Appendiċi tiegħu ma jistipulawx mod ieħor.

Artikolu 16 - Revoka

Fid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu, dan il-Ftehim jirrevoka u jieħu lok il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Mawrizju dwar is-sajd 'il barra mill-kosta tal-Mawrizju li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 1990.

Artikolu 17 – Dħul fis-seħħ

Dan il-Ftehim, miktub f'żewġ kopji bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Isvediż, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż, b'kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku.

Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri neċssarji għal dak il-għan.

PROTOKOLL

li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju

Artikolu 1 Perjodu ta’ applikazzjoni u l-opportunitajiet tas-sajd

1.           Għal perjodu ta’ tliet (3) snin, l-opportunitajiet tas-sajd mogħtija skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd għandhom ikunu kif ġejjin:

L-ispeċijiet li jpassu ħafna (l-ispeċijiet imniżżlin fl-Anness 1 tal-Konvenzjoni tal-1982 tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar)

a.            41 bastiment li jaqsmu l-oċean għas-sajd tat-tonn bit-tartarun, u

b.           45 bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ.

2.           Il-paragrafu 1 u l-Artikolu 1 għandhom japplikaw suġġett għall-Artikoli 5 u 6 ta’ dan il-Protokoll.

3.           Skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd, u l-Artikolu 7 ta’ dan il-Protokoll, il-bastimenti li jtajru bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jistgħu jinvolvu rwieħhom f’attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Mawrizju biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa taħt dan il-Protokoll u skont l-Anness tiegħu.

Artikolu 2 Kontribuzzjoni finanzjarja – Metodi ta’ pagament

1.           Għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1, il-kontribuzzjoni finanzjarja totali msemmija fl-Artikolu 7 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd għandha tkun ta’ EUR 1 980 000 għat-tul ta’ żmien kollu ta’ dan il-Protokoll.

2.           Din il-kontribuzzjoni finanzjarja totali għandha tiġbor fiha:

a.            ammont annwali ta’ EUR 357 500 għall-aċċess għall-ilmijiet tal-Mawrizju, li huwa ekwivalenti għal tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 5 500 tunnellata fis-sena, u

b.           ammont speċifiku ta’ EUR 302 500 fis-sena għall-appoġġ u l-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd u dik marittima tal-Mawrizju.

3.           Il-paragrafu 1 u l-Artikolu 2 għandhom japplikaw suġġetti għall-Artikoli 3, 4, 5 u 6 ta’ dan il-Protokoll.

4.           L-Unjoni Ewropea għandha tħallas l-ammont totali msemmi fil-paragrafu 2(a) u 2(b) tal-Artikolu 2 (jiġifieri EUR 660,000 fis-sena), kull sena matul il-perjodu ta' applikazzjoni ta' dan il-Protokoll. Il-pagament għandu jsir sa mhux aktar tard minn sittin (60) ġurnata wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll għall-ewwel sena, u mhux aktar tard mid-data tal-anniversarju ta’ dan i-Protokoll għas-snin ta’ wara.

5.           Jekk il-kwantità totali ta' tonn li jinqabad mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet tal-Mawrizju tkun ogħla minn 5 500 tunnellata fis-sena, l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja annwali jitla' għal EUR 65 għal kull tunnellata addizzjonali li tinqabad. Madankollu, l-ammont totali annwali mħallas mill-Unjoni Ewropea ma għandux ikun ogħla mid-doppju tal-ammont indikat fil-paragrafu 2(a) tal-Artikolu 2 (EUR 715 000). Meta l-kwantitajiet li jinqabdu mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet tal-Mawrizju jaqbżu l-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-doppju tal-ammont totali annwali, l-ammont dovut għall-kwantità li tkun ogħla minn dak il-limitu, għandu jitħallas is-sena ta’ wara skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness.

6.           Il-Mawrizju għandu jkollu diskrezzjoni sħiħa dwar l-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifikata fil-paragrafu 2(a) tal-Artikolu 2.

7.           Il-kontribuzzjoni finanzjarja tiġi mħallsa f'kont wieħed tat-Teżor Pubbliku tal-Mawrizju miftuħ mal-Bank Ċentrali tal-Mawrizju. L-awtoritajiet tal-Mawrizju għandhom jipprovdu n-numru tal-kont.

Artikolu 3 Promozzjoni ta’ sajd responsabbli u ta’ sajd sostenibbli fl-ilmijiet tal-Mawrizju

1.           Malli dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ u mhux aktar tard minn tliet xhur wara dik id-data, l-Unjoni Ewropea u l-Mawrizju għandhom jiftiehmu, fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd, dwar programm settorjali multiannwali, u r-regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni li jkopru, b’mod partikolari:

(a)          linji gwida annwali u multiannwali għall-użu tal-ammont speċifiku tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2(b) tal-Artikolu 2;

(b)          l-għanijiet, kemm dawk annwali kif ukoll dawk multiannwali, li għandhom jinkisbu bil-ħsieb li, eventwalment, jiddaħħal sajd responsabbli u sostenibbli, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet espressi mill-Mawrizju fil-politika nazzjonali tas-sajd u dik marittima tiegħu, jew ta’ oqsma ta’ politika oħrajn li għandhom x’jaqsmu jew għandhom impatt fuq il-promozzjoni ta’ sajd responsabbli u ta’ sajd sostenibbli, inklużi ż-żoni tal-baħar protetti;

(c)          kriterji u proċeduri li jridu jintużaw biex issir evalwazzjoni tar-riżultati miksuba, fuq bażi annwali.

2.           Kwalunkwe emenda proposta għall-programm settorjali multiannwali għandha bżonn tal-approvazzjoni taż-żewġ Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt.

3.           Kull sena l-Mawrizju jista’ jalloka, jekk ikun meħtieġ, ammont addizzjonali mal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2(b) tal-Artikolu 2, bil-għan li jiġi implimentat il-programm multiannwali. L-Unjoni Ewropea għandha tiġi mgħarrfa b’din l-allokazzjoni.

Artikolu 4 Kooperazzjoni xjentifika dwar is-sajd responsabbli

1.           Iż-żewġ Partijiet qed jimpenjaw rwieħhom li jippromwovu s-sajd responsabbli fl-ilmijiet tal-Mawrizju abbażi tal-prinċipju tan-nuqqas ta’ diskriminazzjoni bejn il-flotot differenti li jkunu qed jistadu f’dawk l-ilmijiet.

2.           Sakemm idum japplika dan il-Protokoll, l-Unjoni Ewropea u l-Mawrizju għandhom jagħmlu ħilithom biex jimmonitorjaw il-qagħda tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Mawrizju.

3.           Iż-żewġ Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jirrispettaw ir-riżoluzzjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u, meta jkun xieraq, il-pjanijiet ta’ ġestjoni rilevanti adottati fil-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC) rigward il-konservazzjoni u l-ġestjoni responsabbli tas-sajd.

4.           Abbażi tar-rakkomandazzonijiet u tar-riżoluzzjonijiet li ttieħdu fl-IOTC u tal-aħjar parir xjentifiku disponibbli u, fejn xieraq, ir-riżultati tal-laqgħa xjentifika konġunta prevista fl-Artikolu 4 tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd, iż-żewġ Partijiet jistgħu jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd u, fejn meħtieġ, jiftiehmu dwar il-miżuri sabiex tkun żgurata ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd tal-Mawrizju.

Artikolu 5 Aġġustament tal-opportunitajiet tas-sajd permezz ta’ ftehim reċiproku

1.           L-opportunitajiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 1 jistgħu jiġu aġġustati bi ftehim reċiproku sakemm ir-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-IOTC jappoġġaw li aġġustament bħal dan se jipproteġi l-ġestjoni sostenibbli tat-tonn u ta’ speċijiet oħra simili għat-tonn fl-Oċean Indjan.

2.           F'dan il-każ, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2(a) tal-Artikolu 2 għandha tiġi aġġustata b’mod proporzjonat u pro rata temporis. Madankollu, l-ammont annwali totali mħallas mill-Unjoni Ewropea ma għandux ikun iktar mid-doppju tal-ammont indikat fil-paragrafu 2(a) tal-Artikolu 2.

3.           Iż-żewġ Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin b’kull bidla fil-politiki u fil-leġiżlazzjonijiet tas-sajd rispettivi tagħhom.

Artikolu 6 Opportunitajiet ġodda tas-sajd

1.           F’każ li bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea jkunu interessati jwettqu sajd li mhux previst fl-Artikolu 1 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin qabel ma tingħata kwalunkwe awtorizzazzjoni possibbli għal kull attività bħal din u, fejn xieraq, għandhom jiftehmu dwar il-kundizzjonijiet għal sajd bħal dan, inkluż li jwettqu l-emendi korrispondenti għal dan il-Protokoll u għall-Anness tiegħu.

2.           Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu s-sajd sperimentali, speċjalment rigward l-ispeċijiet li jgħixu fl-ilmijiet fondi u li mhumiex sfruttati biżżejjed, preżenti fl-ilmijiet tal-Mawrizju. Għal dan il-għan, u fuq it-talba ta’ waħda mill-Partijiet, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw ma’ xulxin bil-għan li jiddeċiedu, każ b’każ, l-ispeċijiet, il-kundizzjonijiet u l-parametri rilevanti l-oħrajn.

3.           Il-Partijiet għandhom iwettqu s-sajd sperimentali skont il-parametri li jiġu miftehma bejn iż-żewġ Partijiet fi ftehim amministrattiv fejn dan ikun xieraq. L-awtorizzazzjonijiet għas-sajd sperimentali għandhom jiġu miftehma għal perjodu massimu ta’ 6 xhur.

4.           F’każ li l-Partijiet iqisu li l-kampanji sperimentali jkunu taw riżultati pożittivi, il-Gvern tal-Mawrizju jista’ jalloka l-possibbiltajiet tas-sajd tal-ispeċijiet il-ġodda lill-flotta tal-Unjoni Ewropea sa ma jiskadi dan il-Protokoll. Għalhekk il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2(a) tal-Artikolu 2 ta’ dan il-Protokoll għandha tiżdied. It-tariffi u l-kundizzjonijiet tas-sidien tal-bastimenti kif previsti fl-Anness għandhom jiġu emendati skont dan.

Artikolu 7 Kundizzjonijiet li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd – Klawżola tal-esklużività

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 6 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd, il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jistgħu jistadu fl-ilmijiet tal-Mawrizju biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni tas-sajd valida maħruġa mill-Mawrizju skont dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu.

Artikolu 8 Sospensjoni u reviżjoni tal-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja

1.           Minkejja d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 9 ta’ dan il-Protokoll, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafi 2 (a) u (b) tal-Artikolu 2 għandha tkun riveduta jew sospiża wara konsultazzjoni bejn iż-żewġ Partijiet sakemm l-Unjoni Ewropea tkun ħallset kompletament kull ammont dovut fiż-żmien tas-sospensjoni:

a)           jekk ċirkustanzi serji, barra fenomeni naturali, iżommu milli jsiru attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Mawrizju;

b)           wara tibdil sinifikanti fil-linji gwida tal-politika ta’ waħda mill-Partijiet li jaffettwa d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan il-Protokoll;

c)           jekk l-Unjoni Ewropea taċċerta ksur ta’ elementi fundamentali u essenzjali tad-drittijiet umani kif stipulat mill-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Cotonou u skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 8 u 96 tiegħu. F'dan il-każ, l-attivitajiet tas-sajd kollha tal-bastimenti tal-UE għandhom jiġu sospiżi.

2.           L-Unjoni Ewropea tirriserva d-dritt li tissospendi, totalment jew b’mod parzjali, il-pagament tal-kontribuzzjoni speċifika prevista fil-paragrafu 2(b) tal-Artikolu 2, fejn jinstab li r-riżultati miksuba tal-appoġġ tal-politika settorjali jkunu inkonsistenti b’mod materjali mal-ipprogrammar ibbaġitjat wara li tkun twettqet l-evalwazzjoni u wara konsultazzjonijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt previsti fl-Artikolu 3 ta’ dan il-Protokoll.

3.           Il-pagament tal-kontribuzzjoni finzanzjarja u l-attivitajiet tas-sajd jistgħu jerġgħu jibdew hekk kif is-sitwazzjoni terġa’ tirritorna fl-istatus ta' qabel ma jkunu seħħew iċ-ċirkustanzi msemmija hawn fuq, u jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu li jsir dan wara konsultazzjoni.

Artikolu 9 Sospensjoni tal-implimentazzjoni tal-Protokoll

1.           L-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll għandha tiġi sospiża fuq inizjattiva ta’ waħda mill-Partijiet, suġġett għal konsultazzjonijiet u qbil bejniethom fil-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim:

a)           jekk ċirkustanzi serji, barra fenomeni naturali, iżommu milli jsiru attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Mawrizju;

b)           f’każ li l-Unjoni Ewropea tonqos milli tagħmel il-pagamenti previsti fil-paragrafu 2(a) tal-Artikolu 2 għal raġunijiet li mhumiex koperti mill-Artikolu 8 ta’ dan il-Protokoll;

c)           fejn tinqala’ tilwima bejn il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu li għaliha ma tistax tinstab soluzzjoni;

d)           jekk waħda mill-Partijiet ma tirrispettax id-dispożizzjonijiet stipulati f’dan il-Protokoll u fl-Anness tiegħu;

e)           wara tibdil sinifikanti fil-linji gwida tal-politika ta’ waħda mill-Partijiet li jaffettwa d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan il-Protokoll;

f)            jekk waħda mill-Partijiet taċċerta ksur ta’ elementi fundamentali u essenzjali tad-drittijiet umani kif stipulati mill-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Cotonou u skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 8 u 96 tiegħu.

g)           f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mad-Dikjarazzjoni dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol kif previst fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 3 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd.

2.           Is-sospensjoni tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll għandha teħtieġ notifika bil-miktub mill-Parti kkonċernata tal-intenzjoni tagħha li għandha tingħata mill-inqas tliet xhur qabel id-data meta din is-sospensjoni tkun se tidħol fis-seħħ.

3.           Fil-każ ta’ sospensjoni tal-implimentazzjoni, il-Partijiet għandhom ikomplu bil-konsultazzjonijiet bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni amikevoli għat-tilwima tagħhom. Fejn tinstab soluzzjoni bħal din, il-Protokoll għandu jerġa’ jibda jiġi implimentat u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jitnaqqas b’mod proporzjonat u pro rata temporis skont il-perjodu li fih kienet sospiża l-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 10 Liġi nazzjonali

1.           L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet tal-Mawrizju huma suġġetti għal-liġijiet u r-regolamenti tal-Mawrizju, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor skont dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu.

2.           L-awtoritajiet tal-Mawrizju għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni Ewropea b’kull tibdil jew b’kull leġiżlazzjoni ġdida fir-rigward tal-politika tas-sajd.

Artikolu 11 Kunfidenzjalità

Il-Partijiet għandhom jiżguraw li, f’kull waqt, id-dejta kollha dwar il-bastimenti tal-UE u l-attivitajiet tas-sajd tagħhom fl-ilmijiet tal-Mawrizju tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali. Din id-dejta tintuża esklussivament għall-implimentazzjoni tal-Ftehim u għall-finijiet tal-ġestjoni, il-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tas-sajd mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

Artikolu 12 Skambju elettroniku tad-dejta

Il-Mawrizju u l-Unjoni Ewropea se jimpenjaw rwieħhom li jimplimentaw mingħajr dewmien is-sistemi meħtieġa għall-iskambju elettroniku tal-informazzjoni u d-dokumenti kollha marbutin mal-implimentazzjoni tal-Ftehim. F’kull waqt, il-forma elettronika ta’ dokument se titqies bħala ekwivalenti għall-verżjoni stampata tiegħu.

Iż-żewġ Partijiet għandhom jgħarrfu mill-ewwel lil xulxin dwar kwalunkwe tfixkil fis-sistema tal-kompjuter li ma jħallix li jsiru skambji bħal dawn. F’dawk iċ-ċirkustanzi, l-informazzjoni u d-dokumenti marbutin mal-implimentazzjoni tal-Ftehim għandhom jinbidlu b’mod awtomatiku bil-verżjoni stampata tagħhom, kif iddefinit fl-Anness.

Artikolu 13

Tul ta’ żmien

Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu japplikaw għal perjodu ta’ tliet (3) snin mid-dħul fis-seħħ tiegħu sakemm ma jingħatax avviż tat-terminazzjoni skont l-Artikolu 14.

Artikolu 14 Terminazzjoni

1.           F’każ ta’ terminazzjoni ta’ dan il-Protokoll, il-Parti kkonċernata għandha tinnotifika bil-miktub lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li ttemm il-Protokoll mill-inqas sitt xhur qabel id-data meta għandha sseħħ it-tali terminazzjoni.

2.           Il-konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet għandhom jinbdew hekk kif tintbagħat in-notifika msemmija fil-paragrafu ta’ qabel.

Artikolu 15 Dħul fis-seħħ

Dan il-Protokoll, flimkien mal-Anness tiegħu, għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li jkunu tlestew il-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan.

ANNESS

KUNDIZZJONIJIET GĦALL-EŻERĊITAR TAL-ATTIVITAJIET TAS-SAJD MILL-BASTIMENTI TAL-UNJONI EWROPEA FL-ILMIJIET TAL-MAWRIZJU

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.           Ħatra tal-awtorità kompetenti

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness u minkejja kull indikazzjoni għall-kuntrarju, kull referenza għall-Unjoni Ewropea (l-UE) jew għall-Mawrizju bħala awtorità kompetenti għandha tfisser:

– Għall-UE: il-Kummissjoni Ewropea, fejn applikabbli permezz tad-delegazzjoni tal-UE fil-Mawrizju;

– Għall-Mawrizju: il-Ministeru tas-Sajd.

2.           Ilmijiet tal-Mawrizju

Id-dispożizzjonijiet kollha tal-Protokoll u l-Annessi tiegħu japplikaw esklussivament għall-ilmijiet tal-Mawrizju kif indikat fl-Appendiċi 2.

3.           Kont bankarju

Il-Mawrizju għandu jgħarraf lill-UE, qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll, bid-dettalji tal-kont jew tal-kontijiet bankarji li fihom għandhom jitħallsu s-somom finanzjarji dovuti mill-bastimenti tal-UE skont il-Ftehim. L-ispejjeż inerenti marbutin mat-trasferimenti bankarji għandhom jitħallsu mis-sidien tal-bastimenti.

KAPITOLU II

Awtorizzazzjonijiet tas-sajd għat-tonn

1.           Kundizzjoni għall-ksib ta’ awtorizzazzjoni tas-sajd għat-tonn – bastimenti eliġibbli

L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għat-tonn imsemmija fl-Artikolu 6 tal-Ftehim għandhom jinħarġu bil-kundizzjoni li l-bastiment jiġi inkluż fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-UE fil-lista tal-bastimenti tas-sajd awtorizzati tal-IOTC u li jkunu ntlaħqu l-obbligi l-oħra kollha ta’ qabel tas-sid tal-bastiment, tal-kaptan, jew tal-bastiment innifsu li jkunu ġejjin mill-attivitajiet tas-sajd fil-Mawrizju skont il-Ftehim u skont il-leġiżlazzjoni tal-Mawrizju dwar is-sajd.

2.           Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd

L-UE għandha tissottometti applikazzjoni lill-Mawrizju għal awtorizzazzjoni tas-sajd għal kull bastiment li jkun jixtieq jistad skont il-Ftehim mill-inqas ħamsa u għoxrin (25) jum tax-xogħol qabel jibda l-perjodu ta’ validità mitlub, billi tuża l-formola mehmuża ma’ dan l-Anness bħala l-Appendiċi 1. L-applikazzjoni għandha tiġi ttajpjata jew miktuba b’mod li tkun tista tinqara b’ittri kapitali.

Għal kull applikazzjoni tal-bidu għal awtorizzazzjoni tas-sajd abbażi tal-Protokoll fis-seħħ, jew wara tibdil tekniku fil-bastiment ikkonċernat, l-applikazzjoni għandha jkollha magħha:

i.             il-prova tal-pagament tat-tariffa tal-ħlas minn qabel għall-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd mitluba;

ii             l-isem, l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt:

· Ta’ sid il-bastiment tas-sajd;

· Tal-operatur tal-bastiment tas-sajd;

iii            ritratt riċenti bil-kulur tal-bastiment, li juri veduta laterali tiegħu, li jkun kbir mill-inqas 15-il ċentimetru b’10 ċentimetri;

iv            iċ-ċertifikat ta’ kemm il-bastiment ikun jiflaħ jivvjaġġa;

v.            iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-bastiment;

vi       id-dettalji ta’ kuntatt tal-bastiment tas-sajd (in-numru tal-faks, l-indirizz elettroniku, eċċ.).

Għat-tiġdid ta’ awtorizzazzjoni tas-sajd skont il-Protokoll fis-seħħ għal bastiment li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu ma jkunux inbidlu, l-applikazzjoni għat-tiġdid għandu jkollha magħha biss il-prova tal-pagament tat-tariffa.

3.           Tariffa tal-pagament minn qabel

L-ammont tat-tariffa tal-pagament minn qabel hija stabbilita abbażi tar-rata annwali speċifikata fid-dokumenti tekniċi inklużi fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness. Għandha tinkludi t-taxxi lokali u nazzjonali kollha, minbarra t-taxxi portwali, it-taxxi tal-ħatt l-art, it-taxxi tat-trażbord u t-taxxi għall-provvista tas-servizzi.

4.           Lista provviżorja tal-bastimenti awtorizzati li jistadu

Ladarba jirċievi l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tas-sajd, il-korp nazzjonali responsabbli għas-superviżjoni tal-attivitajiet tas-sajd għandu jfassal minnufih, għal kull kategorija ta’ bastimenti, il-lista provviżorja ta’ bastimenti li jkunu qegħdin japplikaw. Din il-lista għandha tintbagħat minnufih lill-UE mill-awtorità kompetenti tal-Mawrizju.

L-UE għandha tgħaddi l-lista provviżorja lil sid il-bastiment jew lid-destinatarju. Jekk l-uffiċċji tal-UE jkunu magħluqa, il-Mawrizju jista’ jibgħat il-lista provviżorja direttament lil sid il-bastiment jew lid-destinatarju tiegħu u jibgħat kopja lid-Delegazzjoni tal-UE fil-Mawrizju.

5.           Ħruġ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd

L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti kollha għandhom jinħarġu mill-awtorità kompetenti għas-sidien tal-bastimenti jew għad-destinatarji tagħhom fi żmien għoxrin (20) jum tax-xogħol minn meta tasal l-applikazzjoni sħiħa. Kopja ta’ din l-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tintbagħat minnufih lid-Delegazzjoni tal-UE fil-Mawrizju.

6.           Lista tal-bastimenti li jkunu awtorizzati jistadu

Ladarba tinħareġ l-awtorizzazzjoni għas-sajd, il-korp nazzjonali responsabbli għas-superviżjoni tal-attivitajiet tas-sajd għandu jfassal minnufih għal kull kategorija ta’ bastimenti, il-lista finali ta’ bastimenti li huma awtorizzati jistadu fl-ilmijiet tal-Mawrizju. Din il-lista għandha tintbagħat minnufih lill-UE u għandha tieħu post il-lista provviżorja msemmija hawn fuq.

7.           Perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd

L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom ikunu validi għal sena u għandhom ikunu jistgħu jiġġeddu.

Sabiex jiġi stabbilit il-bidu tal-perjodu ta’ validità, il-perjodu annwali għandu jfisser:

i.             għall-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-Protokoll, il-perjodu bejn id-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu u l-31 ta’ Diċembru tal-istess sena;

ii             imbagħad, kull sena kalendarja sħiħa;

iii.           għall-aħħar sena tal-applikazzjoni tal-Protokoll, il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u d-data tal-iskadenza tal-Protokoll.

Għall-ewwel u għall-aħħar sena tal-Protokoll, it-tariffa tal-pagament minn qabel għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi ta’ pro rata temporis.

8.           Dokumenti li għandhom jinżammu abbord

Waqt li bastiment tas-sajd ikun fl-ilmijiet tal-Mawrizju jew f’port tal-Mawrizju, għandu jkollu abbord f’kull ħin id-dokumenti li ġejjin:

(a) l-awtorizzazzjoni tas-sajd;

(b) id-dokumenti maħruġin minn awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera tat-tali bastiment tas-sajd, li juru:

- in-numru li taħtu huwa rreġistrat il-bastiment tas-sajd,

- iċ-ċertifikat tal-bastiment tar-reġistru;

(c) tpinġijiet jew deskrizzjonijiet iċċertifikati aġġornati tal-arranġament tal-bastiment tas-sajd u b’mod partikolari, l-għadd ta’ stivi tal-ħut tal-bastimenti tas-sajd, bil-kapaċità ta’ ħżin espressa f’metri kubi;

(d) jekk ikun sar kwalunkwe tibdil fil-karatteristiċi tal-bastiment tas-sajd rigward it-tul kumplessiv tiegħu, it-tunnellaġġ gross irreġistrat tiegħu, il-potenza tal-magna ewlenija jew tal-magni ewlenin tiegħu jew il-kapaċità tal-istiva tiegħu, ċertifikat, li jkun ġie ċċertifikat minn awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd, li jiddeskrivi n-natura tat-tali tibdil;

(e) jekk il-bastiment tas-sajd ikun mgħammar b’tankijiet tal-ilma baħar imkessħa jew iffriżati, dokument iċċertifikat minn awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment li jindika l-kalibrazzjoni tat-tankijiet f’metri kubi;

(f) kopja tal-Att dwar ir-Riżorsi tas-Sajd u tal-Baħar tal-Mawrizju tal-2007.

9.           Trasferiment ta’ awtorizzazzjoni tas-sajd

L-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinħareġ għal bastiment partikolari u ma għandhiex tkun trasferibbli.

Madankollu, fejn ikun hemm provi ta’ force majeure, wara talba tal-UE, l-awtorizzazzjoni tas-sajd ta’ bastiment tista’ tinbidel b’awtorizzazzjoni ġdida, maħruġa għal bastiment ieħor simili jew għal bastiment li jissostitwixxih, mingħajr il-pagament ta’ tariffa ġdid minn qabel. F’każ bħal dan, id-dikjarazzjoni tat-tariffi għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun bil-friża u l-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ fil-Kapitolu IV għandha tqis il-qabda totali taż-żewġ bastimenti fl-ilmijiet tal-Mawrizju.

It-trasferiment għandu jinvolvi l-għoti lura tal-awtorizzazzjoni tas-sajd li tkun se tinbidel minn sid il-bastiment jew mid-destinatarju tiegħu fil-Mawrizju u t-tfassil minnufih, min-naħa tal-Mawrizju, tal-awtorizzazzjoni ta’ sostituzzjoni mill-aktar fis possibbli. L-awtorizzazzjoni ta’ sostituzzjoni għandha tinħareġ mingħajr iktar dewmien lil sid il-bastiment jew lid-destinatarju tiegħu meta l-awtorizzazzjoni li tkun se tinbidel tingħata lura. L-awtorizzazzjoni ta’ sostituzzjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li fih tingħata lura l-awtorizzazzjoni li tkun se tinbidel.

Il-Mawrizju għandu jaġġorna, mill-aktar fis possibbli, il-lista tal-bastimenti li huma awtorizzati jistadu. Il-lista l-ġdida għandha tintbagħat mingħajr dewmien lill-korp nazzjonali responsabbli għas-superviżjoni tas-sajd u lill-UE.

KAPITOLU III

Miżuri tekniċi

Il-miżuri tekniċi applikabbli għall-bastimenti li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd, marbutin mal-ilmijiet tal-Mawrizju, l-irkaptu tas-sajd u l-qbid addizzjonali, għandhom jiġu ddefiniti għal kull kategorija tas-sajd fid-dokumenti tekniċi mogħtija fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness.

Il-bastimenti għandhom jirrispettaw il-leġiżlazzjoni tal-Mawrizju dwar is-sajd u r-riżoluzzjonijiet kollha adottati mill-IOTC (il-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan).

KAPITOLU IV

Rappurtar tal-qbid

1.           Definizzjoni ta’ vjaġġ tas-sajd

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, it-tul ta’ vjaġġ tas-sajd minn bastiment tal-UE għandu jiġi ddefinit kif ġej:

- il-perjodu li jgħaddi bejn id-dħul fl-ilmijiet tal-Mawrizju u l-ħruġ minnhom, jew

- il-perjodu li jgħaddi bejn id-dħul fl-ilmijiet tal-Mawrizju u t-trażbord f’port u/jew il-ħatt l-art fil-Mawrizju.

2.           Ġurnal ta’ abbord tas-sajd

Il-kaptan ta’ bastiment tal-UE li jkun qed jistad skont il-Ftehim għandu jżomm ġurnal ta’ abbord tas-sajd tal-IOTC, li l-mudell tiegħu għal kull kategorija tas-sajd jinsab fl-Appendiċi 3 ta’ dan l-Anness.

Il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd irid ikun konformi mar-Riżoluzzjoni tal-IOTC 08/04 għall-bastimenti tas-sajd bil-konz u r-Riżoluzzjoni 10/03 għall-bastimenti tas-sajd bil-purse seine.

Il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandu jimtela mill-kaptan għal kull jum li fih il-bastiment ikun fl-ilmijiet tal-Mawrizju.

Il-kaptan għandu jikteb kuljum, fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd, il-kwantità ta’ kull speċi, identifikata bil-kodiċi alfa 3 tal-FAO tagħha, maqbuda u miżmuma abbord, espressa f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, fejn ikun meħtieġ, l-għadd ta’ ħut individwali. Għal kull speċi ewlenija, il-kaptan għandu jsemmi wkoll il-qabda inċidentali.

Il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandu jimtela b’mod li jkun jista’ jinqara, b’ittri kapitali, u għandu jiġi ffirmat mill-kaptan.

Il-kaptan għandu jkun responsabbli għall-preċiżjoni tad-dejta rreġistrata fil-ġurnal ta' abbord tas-sajd.

3.           Rappurtar tal-qbid

Il-kaptan għandu jinnotifika l-qabda tal-bastiment billi jibgħat il-ġurnali ta’ abbord tas-sajd tiegħu lill-Mawrizju għall-perjodu li fih kien preżenti fl-ilmijiet tal-Mawrizju.

Il-ġurnali ta’ abbord tas-sajd għandhom jintbagħtu b’wieħed mill-modi li ġejjin:

i.             meta bastiment tas-sajd ikun għaddej minn port tal-Mawrizju, il-kopja oriġinali ta’ kull ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandha tingħata lir-rappreżentant lokali tal-Mawrizju, li għandu jikkonferma bil-miktub li rċieva dan id-dokument; kopja tal-ġurnal ta’ abbord għandha tingħata lill-grupp ta’ spezzjoni tal-Mawrizju;

ii.            meta bastiment tas-sajd ikun ħiereġ mill-ilmijiet tal-Mawrizju mingħajr ma jgħaddi l-ewwel minn port tal-Mawrizju, il-kopja oriġinali ta’ kull ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandha tintbagħat fi żmien sebat (7) ijiem tax-xogħol wara l-wasla fi kwalunkwe port ieħor, u f’kull każ fi żmien ħmistax-il (15) jum tax-xogħol wara t-tluq mill-ilmijiet tal-Mawrizju:

a.            bil-posta elettronika, fl-indirizz tal-posta elettronika mogħti mill-korp nazzjonali li jkun qed jissorvelja l-attivitajiet tas-sajd; jew

b.           jew permezz ta’ faks, lin-numru mogħti mill-korp nazzjonali li jkun qed jissorvelja l-attivitajiet tas-sajd; jew

c.            permezz ta’ ittra mibgħuta lill-korp nazzjonali li jkun qed jissorvelja l-attivitajiet tas-sajd.

Il-kaptan għandu jibgħat kopja tal-ġurnali ta’ abbord tas-sajd kollha lill-UE u lill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera tiegħu. Fil-każ tal-bastimenti tat-tonn bit-tartarun u bil-konz tal-wiċċ, il-kaptan għandu jibgħat ukoll kopja tal-ġurnali ta’ abbord tas-sajd kollha lil wieħed mill-istituti xjentifiċi li ġejjin:

i.             “Institut de recherche pour le développement” (IRD);

ii.            “Instituto Español de Oceanografía” (IEO);

iii.           IPIMAR (“Instituto Português de Investigação Maritima”).

Ir-ritorn tal-bastiment fl-ilmijiet tal-Mawrizju fil-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu għandu jwassal għal aktar rappurtar tal-qbid.

Fejn id-dispożizzjonijiet dwar ir-rappurtar tal-qbid ma jitħarsux, il-Mawrizju jista’ jissospendi l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment ikkonċernat sakemm jinkiseb ir-rapport dwar il-qbid li jkun nieqes u jista’ jippenalizza lil sid il-bastiment skont id-dispożizzjonijiet rilevanti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ. Jekk ir-reat jiġi ripetut, il-Mawrizju jista’ jirrifjuta li jġedded l-awtorizzazzjoni tas-sajd. Il-Mawrizju għandu jgħarraf lill-UE minnufih b’kull sanzjoni li tiġi applikata f’dan il-kuntest.

4.           Dikjarazzjoni finali tat-tariffi għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn u għall-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ

Għal kull bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun li jbaħħar fl-oċeani u kull bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ, l-UE għandha tfassal, abbażi tar-rappurtar tal-qbid tiegħu kkonfermat mill-istituti xjentifiċi msemmija hawn fuq, dikjarazzjoni finali tat-tariffi li jkunu jridu jitħallsu mill-bastiment għall-istaġun annwali tiegħu għas-sena kalendarja ta’ qabel.

L-UE għandha tibgħat din id-dikjarazzjoni finali lill-Mawrizju u lil sid il-bastiment qabel il-31 ta’ Lulju tas-sena li tkun għaddejja. Il-Mawrizju jista’ jikkuntesta d-dikjarazzjoni finali, abbażi tal-evidenza ddokumentata, fi żmien tletin (30) jum tax-xogħol minn meta tintbagħat. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fil-Kumitat Konġunt. Jekk il-Mawrizju ma joġġezzjonax fi żmien tletin (30) jum tax-xogħol, għandu jitqies li d-dikjarazzjoni finali tkun ġiet adottata.

Fejn id-dikjarazzjoni finali tkun ikbar mit-tariffa tal-pagement minn qabel imsemmija hawn fuq (il-punt 3 tal-Kapitolu II) biex tinkiseb l-awtorizzazzjoni tas-sajd, sid il-bastiment għandu jħallas il-bilanċ pendenti lill-Mawrizju sat-30 ta’ Settembru tas-sena li tkun għaddejja. Fejn id-dikjarazzjoni finali tkun inqas mit-tariffa b’rata fissa mistennija, l-ammont li jifdal ma għandux jiġi kklejmjat mill-ġdid minn sid il-bastiment.

KAPITOLU V

Ħatt l-art u trażbord

It-trażbord fuq il-baħar huwa pprojbit. L-operazzjonijiet kollha tat-trażbord fil-port huma mmonitorjati fil-preżenza ta’ spetturi tas-sajd tal-Mawrizju.

Il-kaptan ta’ bastiment tal-UE li jkun jixtieq iħott l-art il-qabdiet jew jagħmel operazzjoni ta’ trażbord għandu jinnotifika lill-Mawrizju, mill-inqas 72 siegħa qabel il-ħatt l-art jew it-trażbord, b’dan li ġej:

a.            l-isem tal-bastiment tas-sajd li jkollu jħott il-qabdiet l-art jew jagħmel operazzjoni ta’ trażbord u n-numru tiegħu fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-IOTC;

b.           il-port li fih se jsir il-ħatt l-art jew it-trażbord;

c.            id-data u l-ħin skedati għall-ħatt l-art jew għat-trażbord;

d.           il-kwantità (espressa f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun meħtieġ, l-għadd ta’ ħut individwali) ta’ kull speċi li għandha tinħatt l-art jew li għandha tiġi ttrażbordata (identifikata mill-Kodiċi Alfa 3 tal-FAO tagħha);

e.            f’każ ta’ trażbord, isem il-bastiment li jkun se jirċievi l-qabda.

Għall-bastimenti li jkunu se jirċievu l-qabda, mhux iktar tard minn 24 siegħa qabel il-bidu tat-trażbord u fi tmiemu, il-kaptan tal-bastiment tal-ġarr li jkun qed jirċievi l-qabda għandu jgħarraf lill-awtoritajiet tal-Mawrizju bil-kwantitajiet ta’ tonn u ta’ speċijiet simili għat-tonn li jkunu ġew ittrażbordati fil-bastiment tiegħu u għandu jimla d-dikjarazzjoni ta’ trażbord u jibgħatha lill-awtorità tal-Mawrizju fi żmien 24 siegħa.

L-operazzjoni ta’ trażbord hija suġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel li tingħata mill-Mawrizju lill-kaptan jew lid-destinatarju tiegħu fi żmien 24 siegħa wara n-notifika msemmija hawn fuq. L-operazzjoni ta’ trażbord trid titwettaq f’port tal-Mawrizju li jkun awtorizzat għal dan il-għan.

Il-port tas-sajd magħżul fejn huma permessi operazzjonijiet ta’ trażbord fil-Mawrizju huwa Port Louis (port iddikjarat lill-IOTC skont ir-Riżoluzzjoni 10/11 u skont ir-rekwiżiti tal-Miżuri tal-Istat tal-Port).

In-nuqqas ta’ konformità ma’ dawn id-dispożizzjonijiet għandu jwassal għall-applikazzjoni tas-sanzjonijiet rilevanti previsti skont il-leġiżlazzjoni tal-Mawrizju.

KAPITOLU VI

Kontroll

1.           Dħul fl-ilmijiet tal-Mawrizju u ħruġ minnhom

Kull dħul fl-ilmijiet tal-Mawrizju jew ħruġ minnhom ta' bastiment tal-UE li għandu awtorizzazzjoni tas-sajd irid jiġi nnotifikat lill-Mawrizju fi żmien 24 siegħa qabel id-dħul jew il-ħruġ.

Meta jkun qed jinnotifika d-dħul jew il-ħruġ tiegħu, il-bastiment għandu jinnotifika b’mod partikolari:

i.             id-data, il-ħin u l-punt tal-passaġġ skedat;

ii.            il-kwantità ta’ kull speċi fil-mira miżmuma abbord, identifikata bil-Kodiċi Alfa 3 tal-FAO tagħha u espressa f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun meħtieġ, l-għadd ta’ ħut individwali;

iii.           il-kwantità ta’ kull qabda inċidentali ta’ speċi, identifikata bil-Kodiċi Alfa 3 tal-FAO tagħha u espressa f’kilogrammi tal-piż ħaj tagħha jew, jekk ikun meħtieġ, l-għadd ta’ ħut individwali.       

Huwa preferibbli li n-notifika tintbagħat bil-posta elettronika jew, jekk dan ma jsirx, permezz ta’ faks, f’indirizz tal-posta elettronika jew lil numru tat-telefown jew numru tal-faks ikkomunikat mill-Mawrizju, billi tintuża l-formola mehmuża mal-Anness bħala l-Appendiċi 4. Il-Mawrizju għandu jikkonferma li rċieva din in-notifika minnufih permezz ta’ ittra elettronika jew faks tar-ritorn.

Il-Mawrizju għandu jgħarraf minnufih lill-bastimenti kkonċernati u lill-UE b’kull tibdil fl-indirizz elettroniku, fin-numru tat-telefown jew fil-frekwenza tat-trażmissjonijiet.

Kull bastiment li jinstab jistad fl-ilmijiet tal-Mawrizju mingħajr ma jkun innotifika l-preżenza tiegħu minn qabel għandu jitqies bħala bastiment tas-sajd mhux awtorizzat.

Kull persuna li tkun qiegħda tikser din id-dispożizzjoni għandha tkun suġġetta għall-pieni u s-sanzjonijiet previsti mill-Att dwar ir-Riżorsi tas-Sajd u tal-Baħar tal-2007.

Ir-rapporti tal-qabdiet tad-dħul/tal-ħruġ għandhom jinżammu abbord għal mill-inqas sena mid-data tat-trażmissjoni tar-rapport.

2.           Rapport perjodiku tal-qabdiet

Meta bastiment tal-UE jkun qed jopera fl-ilmijiet tal-Mawrizju, il-kaptan ta’ bastiment tal-UE li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd għandu jinnotifika lill-Awtorità tal-Mawrizju kull tlett (3) ijiem bil-qabda magħmula fl-ilmijiet tal-Mawrizju. L-ewwel dikjarazzjoni tal-qbid għandha tibda tlett (3) ijiem wara d-data tad-dħul fl-ilmijiet tal-Mawrizju.

Meta jirrapporta l-qabda perjodika tiegħu, kull tlett (3) ijiem, il-bastiment għandu jinnotifika b’mod partikolari:

i.          id-data, il-ħin u l-pożizzjoni meta jkun qed isir ir-rappurtar;

ii.          il-kwantità ta’ kull speċi fil-mira maqbuda u miżmuma abbord waqt il-perjodu ta’ tlett (3) ijiem, identifikata mill-Kodiċi Alfa 3 tal-FAO tagħha u espressa f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun meħtieġ, l-għadd ta’ ħut individwali;

iii.         il-kwantità ta’ kull qabda inċidentali waqt il-perjodu ta’ tlett (3) ijiem, identifikata mill-Kodiċi Alfa 3 tal-FAO tagħha u espressa f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun meħtieġ, l-għadd ta’ ħut individwali;

iv.         il-preżentazzjoni tal-prodott;

v.         Għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-purse seine:

            - l-għadd ta’ kalati b’suċċess bl-użu ta’ rkaptu biex jinġema’ l-ħut (FAD) mill-aħħar rapport;

            - l-għadd ta’ kalati b’suċċess fuq ġlejjeb tal-ħut ħielsa mill-aħħar rapport;

            - l-għadd ta’ kalati li ma rnexxewx.

vi.         Għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-konz:

            - l-għadd ta’ kalati mill-aħħar rapport;

            - l-għadd ta’ snanar li ntużaw mill-aħħar rapport.

Huwa preferibbli li n-notifika tintbagħat bil-posta elettronika jew permezz ta’ faks, f’indirizz tal-posta elettronika jew lil numru tat-telefown ikkomunikat mill-Mawrizju, billi tintuża l-formola mehmuża mal-Anness bħala l-Appendiċi 5. Il-Mawrizju għandu jgħarraf minnufih lill-bastimenti kkonċernati u lill-UE b’kull tibdil fl-indirizz elettroniku, fin-numru tat-telefown jew fil-frekwenza tat-trażmissjonijiet.

Kull bastiment li jinstab jistad fl-ilmjiet tal-Mawrizju mingħajr ma jkun innotifika r-rapport tal-qabda perjodika tiegħu ta’ tlett (3) ijiem għandu jitqies bħala bastiment tas-sajd mhux awtorizzat. Kull persuna li tkun qiegħda tikser din id-dispożizzjoni għandha tkun suġġetta għall-pieni u s-sanzjonijiet previsti mill-Att dwar ir-Riżorsi tas-Sajd u tal-Baħar tal-2007.

Ir-rapporti perjodiċi tal-qabdiet għandhom jinżammu abbord għal mill-inqas sena (1) mid-data tat-trażmissjoni tar-rapport.

3.           Spezzjoni fuq il-baħar

L-ispezzjoni fuq il-baħar fl-ilmijiet tal-Mawrizju tal-bastimenti tal-UE li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd għandha ssir minn bastimenti u spetturi tal-Mawrizju li jkunu identifikati b’mod ċar bħala bastimenti u spetturi maħtura sabiex iwettqu verifiki tas-sajd.

Qabel ma jitilgħu abbord, l-ispetturi awtorizzati għandhom iwissu lill-bastiment tal-UE bid-deċiżjoni tagħhom li jwettqu spezzjoni. L-ispezzjoni għandha ssir mill-ispetturi tas-sajd, li jridu jipprovdu prova tal-identità u l-pożizzjoni uffiċjali tagħhom bħala spetturi qabel ma jwettqu l-ispezzjoni.

L-ispetturi awtorizzati għandhom jibqgħu abbord il-bastiment tal-UE għall-ħin meħtieġ sabiex iwettqu l-kompiti marbutin mal-ispezzjoni biss. Għandhom iwettqu l-ispezzjoni b’mod li jnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt fuq il-bastiment, l-attività tas-sajd u l-merkanzija tiegħu.

Fi tmiem kull spezzjoni, l-ispetturi awtorizzati għandhom ifasslu rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tal-UE għandu jkollu d-dritt jagħmel kummenti fir-rapport tal-ispezzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jiġi ffirmat mill-ispettur li jkun qed ifasslu u mill-kaptan tal-bastiment tal-UE.

L-ispetturi awtorizzati għandhom jagħtu kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tal-UE qabel ma jħallu l-bastiment. F’każ ta’ ksur, kopja tan-notifika tal-ksur għandha tiġi trażmessa wkoll lill-UE kif previst fil-Kapitolu VIII.

4.           Spezzjoni fil-port fil-każ tal-ħatt l-art u tat-trażbord

L-ispezzjoni, f’port tal-Mawrizju, ta’ bastimenti tal-UE li jħottu l-art jew jittrażbordaw il-qabda tagħhom mill-ilmijiet tal-Mawrizju għandha ssir minn spetturi tal-Mawrizju li jkunu identifikati b’mod ċar bħala spetturi maħtura sabiex iwettqu verifiki tas-sajd.

L-ispetturi għandhom jipprovdu evidenza tal-identità u l-pożizzjoni uffiċjali tagħhom bħala spetturi qabel ma jwettqu l-ispezzjoni. L-ispetturi tal-Mawrizju għandhom jibqgħu abbord il-bastiment tal-UE għall-ħin meħtieġ sabiex iwettqu l-kompiti marbutin mal-ispezzjoni biss u għandhom iwettqu l-ispezzjoni b’mod li jnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt fuq il-bastiment, il-ħatt l-art jew l-operazzjoni tat-trażbord u l-merkanzija.

Fi tmiem kull spezzjoni, l-ispetturi għandhom ifasslu rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tal-UE għandu d-dritt jinkludi l-kummenti tiegħu fir-rapport tal-ispezzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jiġi ffirmat mill-ispettur li jkun qed ifasslu u mill-kaptan tal-bastiment tal-UE.

Fi tmiem l-ispezzjoni l-ispetturi tal-Mawrizju għandhom jagħtu kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tal-UE.

KAPITOLU VII

Sistema ta’ monitoraġġ bis-satellita (VMS)

1.           Messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti – is-sistema tal-VMS

Il-bastimenti tal-UE li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta’ monitoraġġ bis-satellita (Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti – VMS) li tippermetti l-komunikazzjoni awtomatika u kontinwa tal-pożizzjoni tagħhom, kull siegħa, liċ-ċentru għall-kontroll tas-sajd (iċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd – l-FMC) tal-Istat tal-bandiera tagħhom.

Kull messaġġ dwar il-pożizzjoni għandu jinkludi:

a.            l-identifikazzjoni tal-bastiment;

b.           il-pożizzjoni ġeografika l-iżjed riċenti tal-bastiment (il-lonġitudni, il-latitudni), b’marġni ta’ żball tal-pożizzjoni ta’ inqas minn 500 metru, u b’intervall ta’ fiduċja ta’ 99 %;

c.            id-data u l-ħin li fiha tkun ġiet irreġistrata l-pożizzjoni;

d.           il-veloċità tal-bastiment u d-direzzjoni li fiha jkun qed jivvjaġġa.

Kull messaġġ dwar il-pożizzjoni għandu jiġi kkonfigurat skont il-format inkluż fl-Appendiċi 4 ta’ dan l-Anness.

L-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara d-dħul fl-ilmijiet tal-Mawrizju għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “ENT”. Il-pożizzjonijiet kollha ta’ wara għandhom jiġu identifikati bil-kodiċi “POS”, bl-eċċezzjoni tal-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara l-ħruġ mill-ilmijiet tal-Mawrizju, li għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “EXI”. L-FMC tal-Istat tal-bandiera għandu jiżgura l-ipproċessar awtomatiku u, jekk ikun meħtieġ, it-trażmissjoni elettronika tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni. Il-messaġġi dwar il-pożizzjoni għandhom jiġu rreġistrati b’mod sigur u għandhom jinżammu għal perjodu ta’ tliet snin.

2.           Trażmissjoni min-naħa tal-bastiment f’każ ta’ ħsara fis-sistema tal-VMS

Il-kaptan għandu jiżgura f’kull ħin li s-sistema tal-VMS tal-bastiment tiegħu tkun qed taħdem bis-sħiħ u li l-messaġġi dwar il-pożizzjoni jkunu qed jiġu trażmessi b’mod korrett lill-FMC tal-Istat tal-bandiera.

Il-bastimenti tal-UE b’sistemi tal-VMS difettużi mhumiex awtorizzati jidħlu fl-ilmijiet tal-Mawrizju. F’każ ta’ ħsara fis-sistema tal-VMS tal-bastiment meta dan ikun diġà qiegħed jopera fl-ilmijiet tal-Mawrizju, din is-sistema għandha tissewwa fi tmiem il-vjaġġ jew għandha tinbidel fi żmien ħmistax-il (15) jum tax-xogħol. Wara dak il-perjodu, il-bastiment ma għandux jibqa’ awtorizzat jistad fl-ilmijiet tal-Mawrizju.

Il-bastimenti li jkunu qegħdin jistadu fl-ilmijiet tal-Mawrizju b’sistema tal-VMS difettuża għandhom jikkomunikaw il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tagħhom permezz ta’ ittra elettronika jew faks lill-FMC tal-Istat tal-bandiera u lill-FMC tal-Mawrizju, mill-inqas kull sagħtejn, u għandhom jipprovdu l-informazzjoni obbligatorja kollha.

3.           Komunikazzjoni sigura tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni lill-Mawrizju

L-FMC tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat awtomatikament il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti kkonċernati lill-FMC tal-Mawrizju. L-FMC tal-Istat tal-bandiera u l-Mawrizju għandhom jiskambjaw l-indirizzi elettroniċi ta’ kuntatt tagħhom u għandhom jgħarrfu minnufih lil xulxin b’kull tibdil f’dawn l-indirizzi.

It-trażmissjoni tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bejn l-FMC tal-Istat tal-bandiera u l-Mawrizju għandha ssir b’mod elettroniku bl-użu ta’ sistema sigura tal-komunikazzjoni.

L-FMC tal-Mawrizju għandu jgħarraf lill-FMC tal-Istat tal-bandiera u lill-UE b’kull interruzzjoni fil-wasla tal-messaġġi konsekuttivi dwar il-pożizzjoni minn bastiment li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd, meta l-bastiment ikkonċernat ma jkunx innotifika l-ħruġ tiegħu mill-ilmijiet tal-Mawrizju.

4.           Funzjonament ħażin tas-sistema ta’ komunikazzjoni

Il-Mawrizju għandu jiżgura li t-tagħmir elettroniku tiegħu jkun kompatibbli ma’ dak tal-FMC tal-Istat tal-bandiera u għandu jgħarraf lill-UE minnufih b’kull funzjonament ħażin fir-rigward tal-komunikazzjoni u tal-wasla tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bil-għan li tinstab soluzzjoni teknika mill-aktar fis possibbli. Il-Kumitat Konġunt għandu jipprova jsolvi kwalunkwe tilwim li jista’ jirriżulta minn dan.

Il-kaptan għandu jitqies bħala responsabbli għal kull manipulazzjoni ppruvata tas-sistema tal-VMS tal-bastiment li jkollha l-għan li tfixkel l-operat tagħha jew li tiffalsifika l-messaġġi tagħha dwar il-pożizzjoni tal-bastiment. Kull ksur għandu jkun suġġett għall-pieni previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Mawrizju li tkun fis-seħħ.

5.           Reviżjoni tal-frekwenza tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni

Abbażi ta’ evidenza dokumentata li tipprova ksur, il-Mawrizju jista’ jsaqsi lill-FMC tal-Istat tal-bandiera, filwaqt li jibgħat kopja wkoll lill-UE, biex inaqqas l-intervall biex il-bastiment jibgħat il-messaġġi dwar il-pożizzjoni għal kull tletin minuta għall-perjodu stabbilit tal-investigazzjoni. Il-Mawrizju għandu jibgħat din l-evidenza dokumentata lill-FMC tal-Istat tal-bandiera u lill-UE. L-FMC tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat minnufih il-messaġġi dwar il-pożizzjoni lill-Mawrizju fuq il-frekwenza l-ġdida.

Wara, l-FMC tal-Mawrizju għandu jinnotifika minnufih liċ-Ċentru tal-Kontroll tal-Istat tal-bandiera u lill-Kummissjoni Ewropea bit-tmiem tal-proċedura ta’ spezzjoni.

Fi tmiem il-perjodu stabbilit tal-investigazzjoni, il-Mawrizju għandu jgħarraf lill-FMC tal-Istat tal-bandiera u lill-UE b’kull monitoraġġ li jkun meħtieġ.

KAPITOLU VIII

Ksur

In-nuqqas ta’ ħarsien ta’ kwalunkwe waħda mir-regoli u d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll, il-miżuri ta’ ġestjoni u ta’ konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-baħar jew il-leġiżlazzjoni tal-Mawrizju dwar is-sajd jista’ jiġi ppenalizzat b’multi, jew bis-sospensjoni, bir-revoka jew bin-nuqqas ta’ tiġdid tal-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment.

1.           Trattament tal-ksur

Kull ksur imwettaq fl-ilmijiet tal-Mawrizju minn bastiment tal-UE li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness għandu jissemma f’rapport (tal-ispezzjoni).

Fil-każ ta’ spezzjoni abbord, il-firma tar-rapport tal-ispezzjoni min-naħa tal-kaptan għandha tkun mingħajr ħsara għad-dritt ta’ difiża ta’ sid il-bastiment rigward ksur. Fejn il-kaptan jirrifjuta li jiffirma r-rapport ta’ spezzjoni, huwa għandu jikteb fir-rapport ta’ spezzjoni r-raġunijiet għar-rifjut tiegħu u jniżżel il-frażi “rifjut ta’ firma”.

Għal kull ksur imwettaq fl-ilmijiet tal-Mawrizju minn bastiment tal-UE li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd, in-notifika tal-ksur iddefinit u s-sanzjonijiet rilevanti imposti fuq il-kaptan jew il-kumpanija tas-sajd għandhom jintbagħtu direttament lis-sidien tal-bastimenti wara l-proċeduri stabbiliti fil-Liġi tal-Mawrizju dwar is-Sajd. Għandha tintbagħat kopja tan-notifika lill-Istat tal-bandiera tal-bastiment u lill-UE fi żmien 72 siegħa.

2.           Detenzjoni ta’ bastiment

Meta l-leġiżlazzjoni tal-Mawrizju dwar is-sajd tippermetti dan fir-rigward ta’ ksur, kull bastiment tal-UE li jkun wettaq ksur jista’ jiġi mġiegħel iwaqqaf l-attività tas-sajd tiegħu u jirritorna lejn port tal-Mawrizju, f’każ li jkun qed ibaħħar.

Il-Mawrizju għandu jinnotifika lill-UE fi żmien 24 siegħa b’kull detenzjoni ta’ bastiment tal-UE li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd. In-notifika għandha tipprovdi r-raġunijiet għall-arrest u/jew għad-detenzjoni.

Qabel ma jieħu kwalunkwe miżura kontra l-bastiment, il-kaptan, l-ekwipaġġ jew il-merkanzija, bl-eċċezzjoni ta’ miżuri mmirati għall-ħarsien tal-evidenza, il-Mawrizju għandu jaħtar uffiċjal ta’ investigazzjoni u jorganizza, fuq talba tal-UE, fi żmien jum wieħed tax-xogħol min-notifika tad-detenzjoni tal-bastiment, laqgħa ta’ informazzjoni sabiex jiġu ċċarati l-fatti li jkunu wasslu għad-detenzjoni tal-bastiment u sabiex jiġi spjegat x’azzjoni oħra tista’ tittieħed. Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera u ta’ sid il-bastiment jista’ jattendi din il-laqgħa ta’ informazzjoni.

3.           Pieni għall-ksur – Proċedura ta’ kompromess

Il-penali għall-ksur għandhom ikunu kif ipprovvdut fil-leġiżlazzjoni tal-Mawrizju fis-seħħ.

F’każ li sid il-bastiment ma jaċċettax il-multi, għandha tinbeda proċedura ta’ kompromess qabel ma jitnedew il-proċeduri legali bejn l-awtoritajiet tal-Mawrizju u l-bastiment tal-UE sabiex il-kwistjoni tiġi solvuta b’mod amikevoli. Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment jista’ jipparteċipa f’din il-proċedura ta’ kompromess. Il-proċedura ta’ kompromess għandha tintemm mill-inqas 72 siegħa wara n-notifika tad-detenzjoni tal-bastiment.

4.           Proċedimenti legali – Garanzija bankarja

Jekk il-proċedura ta’ kompromess imsemmija hawn fuq tfalli u l-ksur jitressaq quddiem il-qorti kompetenti, sid il-bastiment li jkun wettaq il-ksur għandu jiddepożita garanzija bankarja f’bank magħżul mill-Mawrizju, li l-ammont tagħha, kif stabbilit mill-Mawrizju, ikun ikopri l-ispejjeż marbutin mad-detenzjoni tal-bastiment, il-multa stmata u kwalunkwe kumpens. Il-garanzija bankarja ma tistax tiġi rkuprata qabel ma jkunu ġew konklużi l-proċedimenti legali.

Il-garanzija bankarja għandha tiġi rrilaxxata u mogħtija lura lil sid il-bastiment mingħajr dewmien wara l-qtugħ tas-sentenza:

a.            kollha kemm hi, jekk ma tkun ġiet imposta l-ebda piena;

b.           skont l-ammont tal-bilanċ li jkun fadal, jekk il-piena tkun multa li tkun iżjed baxxa mill-ammont tal-garanzija bankarja.

Il-Mawrizju għandu jgħarraf lill-UE bir-riżultat tal-proċedimenti legali fi żmien tmint (8) ijiem minn meta tingħata s-sentenza.

5.           Rilaxx tal-bastiment u tal-ekwipaġġ

Il-bastiment u l-ekwipaġġ tiegħu għandhom jiġu awtorizzati jħallu l-port ladarba l-multa tkun tħallset fi proċedura ta’ kompromess, jew ladarba l-garanzija bankarja tkun ġiet iddepożitata.

KAPITOLU IX

Reklutaġġ ta’ baħrin

1.           Għadd ta’ baħrin li għandhom jiġu rreklutati

Matul l-attivitajiet tagħhom fl-ilmijiet tal-Mawrizju għandhom jimbarkaw għaxar (10) baħrin ikkwalifikati tal-flotta tal-UE. Is-sidien tal-bastimenti tal-UE għandhom ifittxu li jirreklutaw iktar baħrin mill-Mawrizju.

Fil-każ li ma ssirx l-imbarkazzjoni, is-sidien tal-bastimenti jridu jħallsu somma globali ekwivalenti għas-salarju tal-baħrin li ma nbarkawx għat-tul tal-ispedizzjoni tas-sajd fl-ilmijiet tal-Mawrizju. Fil-każ li l-ispedizzjoni tas-sajd iddum inqas minn xahar, is-sidien tal-bastimenti għandhom ikunu meħtieġa li jħallsu somma li tikkorrispondi għal xahar salarju.

2.           Kuntratti tal-baħrin

Il-kuntratt tal-impjieg għandu jitfassal minn sid il-bastiment jew mid-destinatarju tiegħu u l-baħri, jekk ikun meħtieġ, jista’ jiġi rrappreżentat mill-unjoni tiegħu, b’kooperazzjoni mal-Mawrizju. Il-kuntratt għandu jistipula b’mod partikolari d-data u l-port tar-reklutaġġ.

Dawn il-kuntratti għandhom jiżguraw lill-baħrin, il-kopertura tas-sigurtà soċjali applikabbli għalihom fil-Mawrizju, inkluża l-assigurazzjoni fuq il-ħajja u l-assigurazzjoni fuq il-mard u l-inċidenti.

Għandha tingħata kopja tal-kuntratt lill-firmatarji.

Id-drittijiet bażiċi tax-xogħol stabbiliti fid-dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) għandhom jiġu ggarantiti għall-baħrin mill-Mawrizju. Dan jikkonċerna b’mod partikolari l-libertà ta’ assoċjazzjoni u r-rikonoxximent effettiv tad-dritt għan-negozjar kollettiv, u t-tneħħija tad-diskriminazzjoni fil-qasam tal-impjiegi u tax-xogħol.

3.           Pagi tal-baħrin

Il-pagi tal-baħrin tal-Mawrizju għandhom jitħallsu minn sid il-bastiment. Għandhom jiġu stabbiliti qabel ma tinħareġ l-awtorizzazjoni tas-sajd u bi ftehim reċiproku bejn sid il-bastiment u d-destinatarju tiegħu fil-Mawrizju.

Il-pagi m’għandhomx ikunu iżjed baxxi minn dawk tal-ekwipaġġi tal-bastimenti nazzjonali u lanqas m’għandhom ikunu iktar baxxi mil-livell stabbilit mill-ILO.

4.           Obbligi tal-baħrin

Il-baħrin għandhom jirrappurtaw għand il-kaptan tal-bastiment li jkunu nħatru għalih fil-jum qabel id-data tar-reklutaġġ stipulata fil-kuntratt tagħhom. Il-kaptan għandu jgħarraf lill-baħri bid-data u l-ħin tar-reklutaġġ. Jekk il-baħri jirtira jew ma jippreżentax ruħu fid-data u l-ħin stipulati għar-reklutaġġ tiegħu, il-kuntratt tiegħu għandu jitqies bħala null u bla effett u sid il-bastiment għandu jiġi eżentat awtomatikament mill-obbligu tiegħu li jirreklutah. F’dan il-każ sid il-bastiment ma għandu jkun suġġett għall-ebda multa jew għall-ħlas ta’ kumpens.

KAPITOLU X

1.           Osservazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd

Dan il-programm ta’ osservazzjoni għandu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet previsti fir-riżoluzzjonijiet adottati mill-IOTC (il-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan).

2.           Bastimenti u osservaturi magħżulin

L-awtoritajiet tal-Mawrizju għandhom jistabbilixxu lista ta’ bastimenti magħżulin biex jieħdu osservatur abbord. Din il-lista għandha tinżamm aġġornata. Għandha tintbagħat lill-Kummissjoni Ewropea hekk kif tiġi stabbilita.

L-awtoritajiet tal-Mawrizju għandhom jgħarrfu lis-sidien tal-bastimenti kkonċernati b’isem l-osservaturi magħżulin biex jittellgħu abbord il-bastiment tagħhom sa mhux aktar tard minn ħmistax-il (15) ġurnata qabel id-data ta’ imbarkazzjoni ppjanata tal-osservatur.

L-osservaturi m’għandhomx iqattgħu iżjed ħin abbord il-bastiment milli għandhom bżonn biex iwettqu dmirijiethom.

3.           Salarju tal-osservatur

Il-paga u l-kontribuzzjonijiet soċjali tal-osservatur għandhom jitħallsu mill-awtoritajiet tal-Mawrizju.

4.           Kundizzjonijiet tal-imbarkazzjoni

Il-kundizzjonijiet tal-imbarkazzjoni tal-osservatur, b’mod partikolari t-tul ta’ żmien abbord, għandhom jiġu ddefiniti bi ftehim reċiproku bejn sid il-bastiment jew id-destinatarju tiegħu u l-Mawrizju.

L-osservaturi għandhom jiġu ttrattati bħala uffiċjali. Madankollu, l-ilqugħ tal-osservatur abbord għandu jqis l-istruttura teknika tal-bastiment.

Sid il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel għall-osservatur abbord il-bastiment.

Il-kaptan għandu jieħu l-miżuri kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu sabiex jiżgura s-sigurtà fiżika u l-benesseri ġenerali tal-osservatur.

L-osservaturi għandhom jingħataw aċċess għal kull faċilità meħtieġa sabiex iwettqu dmirijiethom. Huma għandu jkollhom aċċess għall-mezzi ta’ komunikazzjoni u għal kwalunkwe dokument abbord, u għad-dokumenti marbutin mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, b’mod partikolari l-ġurnal ta’ abbord tas-sajd, il-ġurnal dwar l-iffriżar u l-ġurnal tan-navigazzjoni, kif ukoll għall-partijiet tal-bastiment marbutin b’mod dirett ma’ dmirijiethom.

5.           Imbarkazzjoni u żbark tal-osservaturi

L-osservatur għandu jimbarka f’port magħżul minn sid il-bastiment.

Sid il-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jinnotifika lill-Mawrizju, b’perjodu ta’ notifika ta’ għaxart (10) ijiem qabel l-imbarkazzjoni, dwar id-data, il-ħin u l-port tal-imbarkazzjoni tal-osservatur. Jekk l-osservatur jimbarka f’pajjiż barrani, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħu lejn il-port tal-imbarkazzjoni għandhom jitħallsu minn sid il-bastiment.

Jekk l-osservatur ma jasalx għall-imbarkazzjoni fi żmien 12-il siegħa mid-data u l-ħin stabbiliti, sid il-bastiment għandu jinħeles awtomatikament mill-obbligu tiegħu li jippermetti lill-osservatur jimbarka.

Huwa għandu jkun ħieles li jħalli l-port u jibda l-operazzjonijiet tas-sajd.

Meta l-osservatur ma jiżbarkax f’port tal-Mawrizju, sid il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel tiegħu meta dan ikun qed jistenna t-titjira tar-ripatrijazzjoni.

6.           Obbligi tal-osservatur

Waqt li jkunu abbord l-osservaturi għandhom:

a.            jieħdu l-miżuri x-xierqa kollha sabiex ma jinterrompux jew ifixklu l-operazzjonijiet tas-sajd;

b.           jirrispettaw il-proprjetà u t-tagħmir li jkun hemm abbord;

c.            jirrispettaw in-natura kunfidenzjali ta’ kull dokument li jappartjeni għall-bastiment.

L-osservaturi għandhom jikkomunikaw l-osservazzjonijiet bir-radju, b’faks jew bil-posta elettronika mill-inqas darba fil-ġimgħa waqt li l-bastiment ikun qed jistad fl-ilmijiet tal-Mawrizju, inkluża l-kwantità ta’ qbid u qbid inċidentali abbord u kwalunkwe dmir ieħor kif meħtieġ mill-awtorità.

7.           Rapport tal-osservatur

Qabel ma jħalli l-bastiment, l-osservatur għandu jissottometti rapport tal-osservazzjonijiet tiegħu lill-kaptan tal-bastiment. Il-kaptan tal-bastiment għandu jkollu d-dritt jagħmel kummenti fir-rapport tal-osservatur. Ir-rapport għandu jiġi ffirmat mill-osservatur u mill-kaptan. Il-kaptan għandu jirċievi kopja tar-rapport tal-osservatur.

L-osservatur għandu jibgħat ir-rapport tiegħu lill-Mawrizju, li għandu jibgħat kopja tiegħu lill-UE fi żmien ħmistax-il (15) jum tax-xogħol mill-iżbark tal-osservatur.

-----------------------------------------------------------------

Appendiċijiet għal dan l-Anness

1. Appendiċi I – Formola tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd

2. Appendiċi 2 – Folji tekniċi

3. Appendiċi 3 – Ġurnal ta’ abbord tas-sajd

4. Appendiċi 4 – Format tal-messaġġ tal-VMS dwar il-pożizzjoni

5. Appendiċi 5 – Formoli tar-rapport tal-qbid

Appendiċi 1

APPLIKAZZJONI GĦAL LIĊENZJA TA’ BASTIMENT TAS-SAJD BARRANI

L-isem tal-applikant: …………………………………………………………………………….… L-indirizz tal-applikant: ………………………………………………………………………….………...

L-isem u l-indirizz tal-kerrejja tal-bastimenti jekk differenti minn dawk ta' hawn fuq: ……………………………………

L-isem u l-indirizz tal-aġent fil-Mawrizju: …………...…………………………………………….….….

L-isem tal-bastiment: ……………………………………………..………………………………….…. It-tip ta’ bastiment: …………….……………………………………….……………………………... Il-pajjiż ta' reġistrazzjoni: ………………..……………………………………………………………….

Il-port u numru ta’ reġistrazzjoni: ……………..……………………………………………………..… L-identifikazzjoni esterna tal-bastiment tas-sajd: …………………….……….……………………………….. Il-kodiċi tar-radju u l-frekwenza: ………………………….……………..…………………………...

In-numru tal-faks tal-bastiment: …………………………………………………………….……………..…

It-tul tal-bastiment: ………………………………………………………………………………..

Il-wisa’ tal-bastiment: …………………………………………………………………………..……..…. It-tip u l-qawwa tal-magna: ……………………………………………………………………..…..….

It-tunnellaġġ gross irreġistrat tal-bastiment: …………………………………………………………..…   

It-tunnellaġġ nett irreġistrat tal-bastiment: ………………………………………….………….………….... L-għadd minimu ta' ekwipaġġ: ………………………………………………………..……………… It-tip ta' sajd ipprattikat: …………………………………………………………………….…..

L-ispeċijiet ta' ħut proposti:

Il-perjodu ta’ validità mitlub: ……………………………………………………………….………..

Niċċertifika li d-dettalji mogħtija hawn fuq huma korretti.

Data:           ……………………………….          Firma:

Appendiċi 2

FOLJA TEKNIKA:               BASTIMENTI TAS-SAJD GĦAT-TONN BIT-TARTARUN U BASTIMENTI TAS-SAJD BIL-KONZ TAL-WIĊĊ

(1) L-ilmijiet tal-Mawrizju:

· Lil hinn minn ħmistax-il (15) mil nawtiku mil-linji bażi bil-ħsieb li jiġu evitati effetti dannużi għas-sajd artiġjanali fuq skala żgħira fil-Mawrizju.

(2) L-irkaptu awtorizzat:

· Tartarun · Konz tal-wiċċ

(3) Il-qabdiet inċidentali:

· Konformità mar-Riżoluzzjonijiet tal-IOTC

(4) It-tunnellaġġ awtorizzat/It-tariffi:

Għadd ta’ bastimenti awtorizzati jistadu || · Bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun li jbaħħru fl-oċeani:             : 41 · Bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ: 45

Tariffa annwali tal-pagament minn qabel: || · EUR 3 710 għal kull bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun li jbaħħar fl-oċeani, għal qabda ta’ 106 tunnellata ta’ speċijiet li jpassu ħafna u ta’ speċijiet assoċjati · EUR 3 150 għal kull bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ li jkollu tunnellaġġ gross ta’ iktar minn 100, għal qabda ta’ 90 tunnellata ta’ speċijiet li jpassu ħafna u ta’ speċijiet assoċjati · EUR 1 750 għal kull bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ li jkollu tunnellaġġ gross ta’ inqas minn 100, għal qabda ta’ 50 tunnellata ta’ speċijiet li jpassu ħafna u ta’ speċijiet assoċjati

Tariffa addizzjonali: || EUR 35 għal kull tunnellata maqbuda

(5) Il-baħrin tal-Mawrizju

· 10 baħħara jew ħlas ta’kumpens (ref. Il-Kapitolu IX tal-Anness)

·

Appendiċi 3 – Ġurnal ta’ abbord tas-sajd (formoli tal-IOTC)

Appendiċi 4 – Il-format tal-messaġġ tal-VMS dwar il-pożizzjoni

KOMUNIKAZZJONI TAL-MESSAĠĠI TAL-VMS RAPPORT DWAR IL-POŻIZZJONI

Element tad-Dejta || Kodiċi || Obbligatorju/Fakultattiv || Kontenut

Bidu tar-reġistrazzjoni || SR || O || Dettall tas-sistema – jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni

Destinatarju || AD || O || Dettall tal-messaġġ – id-destinatarju. Il-kodiċi alfa-3 tal-pajjiż tal-ISO

Mingħand || FR || O || Dettall tal-messaġġ – min qed jibgħat. Il-kodiċi alfa-3 tal-pajjiż tal-ISO

L-Istat tal-Bandiera || FS || F || Dettall tal-messaġġ – l-Istat tal-bandiera

It-tip ta’ messaġġ || TM || O || Dettall tal-messaġġ – it-tip ta’ messaġġ [ENT, POS, EXI]

Il-kodiċi tar-radju || RC || O || Dettall dwar il-bastiment – il-kodiċi internazzjonali tar-radju tal-bastiment

In-numru ta’ referenza intern tal-Parti Kontraenti || IR || F || Dettall dwar il-bastiment – in-numru uniku tal-Parti Kontraenti (il-kodiċi ISO-3 tal-Istat tal-bandiera segwit minn numru)

In-numru tar-reġistrazzjoni estern || XR || O || Dettall dwar il-bastiment – in-numru mmarkat fuq il-ġenb tal-bastiment

Il-latitudni || LA || O || Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – il-pożizzjoni fi gradi u minuti T/N DDMM (WGS84)

Il-lonġitudni || LO || O || Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – il-pożizzjoni fi gradi u minuti L/P DDMM (WGS84)

Ir-rotta || CO || O || Ir-rotta tal-bastiment fuq skala ta’ 360°

Il-veloċità || SP || O || Il-veloċità tal-bastiment f’għexieren ta’ mili tal-baħar

Id-data || AD || O || Dejta dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – id-data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSSSXXJJ)

Il-ħin || TI || O || Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – il-ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni f’UTC (SSMM)

It-tmiem tar-reġistrazzjoni || ER || O || Dettall dwar is-sistema – jindika t-tmiem tar-reġistrazzjoni

O = element tad-dejta obbligatorju F = element tad-dejta fakultattiv

Kull trażmissjoni tad-dejta hija struttura kif ġej:

1. il-karattri jingħataw skont in-norma tal-ISO 8859.1

2. linja mmejla doppja (//) u l-kodiċi tal-qasam “SR” jindikaw il-bidu tal-messaġġ 3. kull element tad-dejta jiġi identifikat mill-kodiċi tiegħu u jingħażel mill-elementi l-oħra tad-dejta permezz ta’ linja mmejla doppja (//) 4. linja mmejla waħda (/) tissepara l-kodiċi tal-qasam u d-dejta 5. il-kodiċi “ER” segwit minn linja mmejla doppja (//) jindika tmiem il-messaġġ 6. l-elementi tad-dejta fakultattivi għandhom jiddaħħlu bejn il-bidu u t-tmiem tal-messaġġ.

Appendiċi 5 – Formola tar-rapport tal-qbid

Statement of catch form for tuna seiners / Fiche de déclaration de captures pour thoniers senneurs

DEPART / SALIDA / DEPARTURE || ARRIVEE / LLEGADA / ARRIVAL || NAVIRE / BARCO / VESSEL || PATRON / PATRON / MASTER || FEUILLE

PORT / PUERTO / PORT DATE / FECHA / DATE HEURE / HORA / HOUR LOCH / CORREDERA / LOCH || PORT / PUERTO / PORT DATE / FECHA / DATE HEURE / HORA / HOUR LOCH / CORREDERA / LOCH || || || HOJA / SHEET N°

DATE FECHA DATE || POSITION (chaque calée ou midi) POSICION (cada lance o mediadia) POSITION (each set or midday) || CALEE LANCE SET || CAPTURE ESTIMEE ESTIMACION DE LA CAPTURA ESTIMATED CATCH || ASSOCIATION ASSOCIACION ASSOCIATION || COMMENTAIRES OBSERVATIONES COMMENTS || || COURANT CORRIENTE CURRENT

|| || || || 1 ALBACORE RABIL YELLOWFIN || 2 LISTAO LISTADO SKIPJACK || 3 PATUDO PATUDO BIGEYE || AUTRE ESPECE préciser le/les nom(s) OTRA ESPECIE dar el/los nombre(s) OTHER SPECIES give name(s) || REJETS préciser le/les nom(s) DESCARTES dar el/los nombre(s) DISCARDS give name(s) || || || || || || || Route/Recherche, problèmes divers, type d'épave (naturelle/artificielle, balisée, bateau), prise accessoire, taille du banc, autres associations, … Ruta/Busca, problemas varios, tipo de objeto (natural/artificial, con baliza, barco), captura accesoria, talla del banco, otras asociaciones, … Steaming/Searching, miscellaneous problems, log type (natural/artificial, with radio beacon, vessel), by catch, school size, other associations, … || ||

Taille Talla Size || Capture Captura Catch || Taille Talla Size || Capture Captura Catch || Taille Talla Size || Capture Captura Catch || Nom Nombre Name || Taille Talla Size || Capture Captura Catch || Nom Nombre Name || Taille Talla Size || Capture Captura Catch

Une calée par ligne / Uno lance cada línea / One set by line

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

SIGNATURE   DATE

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              1.1.    Titolu tal-proposta/inizjattiva

              1.2.    Qasam/Oqsma tal-politika kkonċernat/i

              1.3.    Natura tal-proposta/inizjattiva

              1.4.    Għan/Għanijiet

              1.5.    Bażi għall-proposta/inizjattiva

              1.6.    Tul ta' żmien u impatt finanzjarju

              1.7.    Metodu/i ta’ ġestjoni previst(i)

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

              2.1.    Regoli ta’ monitoraġġ u rappurtar

              2.2.    Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

              2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

3.           IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              3.1.    Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i

              3.2.    Impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.1. Sommarju tal-istima tal-impatt fuq in-nefqa

              3.2.2. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

              3.2.3. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

              3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

              3.2.5. Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

              3.3.    Stima tal-impatt fuq id-dħul

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.        Titolu tal-proposta/inizjattiva

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd ġdid u Protokoll ġdid li jistipulaw l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju

1.2.        Qasam/Oqsma tal-politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB[2]

11. - Affarijiet Marittimi u Sajd

11.03 - Sajd internazzjonali u l-Liġi tal-Baħar

1.3.        Natura tal-proposta/inizjattiva

¨ Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida

¨ Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja[3]

X Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

¨ Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

1.4.        Għanijiet

1.4.1.     L-għan(ijiet) strateġiku/strateġiċi multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

Fil-qafas tal-kompetenza esklussiva tagħha meta tinnegozja ftehimiet bilateri dwar is-sajd, il-Kummissjoni tinnegozja, tikkonkludi u timplimenta Ftehimiet ta' Sħubija dwar is-Sajd (FPAs) u, fl-istess ħin, tiżgura djalogu politiku bejn l-imsieħba fil-qasam tal-politika dwar is-sajd fl-Istati terzi kkonċernati.

In-negozjati u l-konklużjoni ta’ ftehimiet tas-sajd ma’ pajjiżi terzi jilħqu l-għan ġenerali li jinżammu u jitħarsu l-attivitajiet tas-sajd tal-flotta tal-Unjoni Ewropea, inkluża l-flotta ta’ sajd f'ilmijiet imbiegħda, u li jiġu żviluppati relazzjonijiet fi spirtu ta’ sħubija bl-għan li jissaħħaħ l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd lil hinn mill-ilmijiet tal-UE, filwaqt li jitqiesu l-kwistjonijiet ambjentali, soċjali u ekonomiċi.

Il-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd jiżguraw ukoll il-koerenza bejn il-prinċipji li jirregolaw il-Politika Komuni tas-Sajd u l-impenji magħmula taħt politiki Ewropej oħra (l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-pajjiżi terzi, il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU), l-integrazzjoni tal-pajjiżi msieħba fl-ekonomija globali u governanza politika u finanzjarja aħjar tas-sajd).

1.4.2.     Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi u l-attività(jiet) ABM/ABB kkonċernata/i

L-għan speċifiku numru 1[4]

Sabiex jingħata kontribut għas-sajd sostenibbli fl-ilmijiet li mhumiex tal-UE, tinżamm preżenza Ewropea fis-sajd fl-ilmijiet imbiegħda u jitħarsu l-interessi tas-settur tas-sajd Ewropew u tal-konsumaturi billi jiġu nnegozjati u konklużi ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd ma’ Stati kostali (pajjiżi terzi), b’mod li jkun konsistenti ma’ politiki Ewropej oħrajn.

Attività/ajiet ABM/ABB kkonċernata/i

L-affarijiet marittimi u s-sajd, is-sajd internazzjonali u l-liġi dwar il-baħar, il-ftehimiet internazzjonali dwar is-sajd (linja tal-baġit 11.0301)

1.4.3.     Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva mistennija jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd u l-Protokoll bejn l-UE u l-Mawrizju se tgħin biex jinżamm il-livell attwali tal-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti Ewropej fl-ilmijiet tal-Mawrizju għall-perjodu mill-2012 sal-2015, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-flotta tat-tonn. Il-Protokoll se jgħin biex tinżamm il-kontinwità fiż-żoni tas-sajd fl-Oċean Indjan li huma koperti minn ftehimiet. Il-Protokoll se jikkontribwixxi wkoll għal ġestjoni u konservazzjoni aħjar tar-riżorsi tas-sajd, permezz ta’ appoġġ finanzjarju (appoġġ settorjali) għall-implimentazzjoni tal-programmi annwali u multiannwali adottati fil-livell nazzjonali mill-pajjiż imsieħeb.

1.4.4.     Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-kontroll tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

L-indikaturi li ġejjin se jintużaw fil-kuntest tal-ABM (ġestjoni abbażi tal-attività) sabiex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tal-Ftehim:

- monitoraġġ tar-rata annwali tal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd (perċentwali tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd użati kull sena b’rapport mad-disponibbiltà li jagħti l-Protokoll);

- il-ġbir u l-analiżi ta’ dejta dwar il-qabdiet u l-valur kummerċjali tal-Ftehim. Flimkien ma’ ftehimiet oħra ta’ sħubija dwar is-sajd konklużi mill-UE ma’ pajjiżi terzi, l-indikaturi li ġejjin jistgħu jintużaw bħala parti minn analiżi multiannwali:

- kontribuzzjoni għall-impjiegi u għall-valur miżjud fl-UE;

- kontribuzzjoni għall-istabilizzazzjoni tas-suq tal-UE;

Barra minn hekk, qed jiġi propost ukoll l-indikatur ta’ monitoraġġ li ġej:

- l-għadd ta’ laqgħat tekniċi u ta’ laqgħat tal-Kumitat Konġunt.

1.5.        Bażi għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.     Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq medda qasira jew medda twila ta’ żmien

Il-Protokoll il-ġdid ikopri perjodu ta' tliet snin li jibda fid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu (x’aktarx mill-2012 sal-2015). Se jipprovdi qafas għall-attivitajiet tas-sajd tal-flotta Ewropea u se jippermetti, b’mod partikolari, lis-sidien tal-bastimenti jkomplu jiksbu awtorizzazzjonijiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Mawrizju.

Barra minn hekk, wieħed mill-għanijiet tal-Protokoll il-ġdid huwa li jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Mawrizju fil-qasam tal-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ politika sostenibbli tas-sajd u tal-isfruttar razzjonali tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet tal-Mawrizju.

L-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja annwali taħt il-Protokoll il-ġdid huwa ta’ EUR 660 000 li minnhom EUR 302 500 huma allokati sabiex jassistu s-settur tas-sajd.

L-elementi ewlenin tal-Protokoll il-ġdid huma:

-        L-opportunitajiet tas-sajd: 41 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u 45 bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ se jkunu awtorizzati jistadu, b’tunnellaġġ annwali ta’ referenza ta’ 5 500 tunnellata. L-allokazzjoni ta' dawn l-opportunitajiet tas-sajd bejn l-Istati Membri kkonċernati hija s-suġġett ta' proposta għal Regolament speċifiku tal-Kunsill.

-        Pagamenti minn qabel u tariffi li għandhom jitħallsu mis-sidien tal-bastimenti[5]: EUR 35 għal kull tunnellata ta’ tonn maqbud fl-ilmijiet tal-Mawrizju mill-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u mill-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ. Il-pagamenti annwali minn qabel se jkunu ta’ EUR 3 710 għal kull bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun, ta’ EUR 3 150 għal kull bastiment tas-sajd bil-konz li jkollu tunnellaġġ gross ta’ iktar minn 100 u ta’ EUR 1 750 għal kull bastiment tas-sajd bil-konz li jkollu tunnellaġġ gross ta’ inqas minn 100.

1.5.2.     Valur miżjud tal-involviment tal-UE

F’dak li jirrigwarda dan il-Protokoll il-ġdid, in-nuqqas ta’ intervent mill-UE jwassal għal ftehimiet privati li ma jagħtux garanzija ta’ sajd sostenibbli. L-Unjoni Ewropea tittama wkoll li, permezz ta’ dan il-Protokoll, il-Mawrizju jkompli jikkoopera b’mod effettiv mal-UE f’korpi reġjonali bħall-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC) u l-Kummissjoni tal-Oċean Indjan (IOC). Il-fondi disponibbli se jippermettu wkoll lill-Mawrizju biex ikompli l-isforzi ta’ ppjanar strateġiku tiegħu għall-implimentazzjoni tal-politika tas-sajd tiegħu, partikolarment il-‘Fishery Masterplan’ tiegħu, u biex isaħħaħ il-kapaċità tiegħu fil-ġlieda kontra s-sajd IUU.

Il-Ftehim dwar is-Sajd jipprovdi wkoll impjiegi għall-baħrin mill-Unjoni Ewropea u mill-Mawrizju. Jista' jiġġenera wkoll l-attività ekonomika fil-port tal-Mawrizju li se jintuża mis-sidien tal-bastimenti tal-UE għat-twettiq ta’ tiswijiet fuq il-bastimenti tagħhom jew għall-ħatt l-art.

1.5.3.     Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fil-passat

Twettqet evalwazzjoni profonda tal-Ftehim dwar is-Sajd attwali u l-kundizzjonijiet tal-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Mawrizju, iffinalizzata f’Novembru 2011, bl-għajnuna ta’ konsorzju ta’ konsulenti indipendenti, bil-ħsieb li jinbdew in-negozjati dwar Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd ġdid u Protokoll ġdid.

L-evalwazzjoni ex-ante identifikat il-punti ta’ interess li ġejjin għall-UE:

-        Il-Ftehim dwar is-Sajd mal-Mawrizju jista’ jgħin biex tiġi appoġġata l-vijabbiltà tal-industrija tat-tonn tal-UE fl-Oċean Indjan billi jissodisfa l-ħtiġijiet tal-flotot Ewropej.

-        Il-Protokoll huwa meqjus li jista’ jikkontribwixxi għall-vijabbiltà tal-industriji Ewropej billi joffri ambjent legali stabbli u viżibbiltà fuq żmien medju lill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea u lill-industriji li jiddependu fuqhom.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-interessi tal-Mawrizju fil-kuntest tal-Protokoll, il-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni kienu:

– Il-Ftehim dwar is-Sajd jista’ jgħin biex jissaħħu l-kapaċitajiet istituzzjonali fis-settur tas-sajd billi jtejjeb ir-riċerka u l-attivitajiet ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza, kif ukoll it-taħriġ u l-vijabbiltà tas-settur tas-sajd ta’ skala żgħira;

– Il-Ftehim dwar is-Sajd se jkollu wkoll impatt fuq l-istabbiltà baġitarja u politika tal-pajjiż.

Minbarra l-valur kummerċjali dirett tal-qabdiet għall-bastimenti involuti, il-Ftehim jista’ jrendi l-benefiċċji evidenti li ġejjin:

-        impjiegi garantiti abbord il-bastimenti tas-sajd;

-        effett ta’ multiplikatur fuq l-impjiegi fil-portijiet, fit-tarzni, fl-impriżi li joffru servizzi, eċċ.;

-        postijiet tax-xogħol f’reġjuni fejn ma hemm ebda possibbiltajiet oħrajn ta’ impjiegi;

-        kontribuzzjoni għall-provvista tal-ħut fl-UE.

1.5.4.     Koerenza u sinerġija possibbli ma’ strumenti finanzjarji rilevanti oħrajn

Il-fondi mħallsa skont il-ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd jikkostitwixxu dħul funġibbli fil-baġits tal-pajjiżi terzi msieħba. Madankollu, li wieħed jalloka xi wħud minn dawn il-fondi għall-użu fl-implimentazzjoni tal-miżuri bħala parti mill-politika settorjali tal-pajjiż hija kundizzjoni għall-konklużjoni u l-monitoraġġ tal-FPAs. Dawn ir-riżorsi finanzjarji huma kompatibbli ma’ sorsi ta’ fondi oħrajn minn donaturi internazzjonali oħrajn, inklużi l-fondi tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ).

1.6.        Tul ta' żmien u impatt finanzjarju

X       Proposta/Inizjattiva fuq tul ta’ żmien limitat

X       Proposta/Inizjattiva fis-seħħ għal perjodu ta' tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tagħha (x’aktarx mill-2012 sal-2015) X   Impatt finanzjarju mill-2012 sal-2015

¨ Proposta/Inizjattiva fuq tul ta’ żmien mhux limitat

– Implimentazzjoni b’perjodu tal-bidu minn [SSSS] sa [SSSS],

– segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.        Metodu/i ta’ ġestjoni previst(i)[6]

X Ġestjoni diretta ċentralizzata mill-Kummissjoni

¨ Ġestjoni ċentralizzata indiretta bid-delegazzjoni tal-kompiti implimentattivi lil:

– ¨  aġenziji eżekuttivi

– ¨  korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[7]

– ¨  korpi mis-settur pubbliku nazzjonali/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku

– ¨  persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

¨ Ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi

¨ Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (li jridu jiġu speċifikati)

Jekk ikun indikat aktar minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

[…]

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.        Regoli ta’ monitoraġġ u rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Il-Kummissjoni (DĠ MARE, b’kollaborazzjoni mal-konsulent dwar is-sajd fil-Mawrizju u mad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Mawrizju) se tiżgura l-monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll, b’mod partikolari fir-rigward tal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd mill-operaturi u f’termini tad-dejta dwar il-qbid.

Barra minn hekk, il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd jipprovdi għall-anqas laqgħa annwali waħda tal-Kumitat Konġunt, li fiha l-Kummissjoni u l-Istati Membri kkonċernati jiltaqgħu mal-pajjiż terz sabiex janalizzaw l-implimentazzjoni tal-Ftehim u l-Protokoll tiegħu.

Fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali, il-Protokoll jistipula li, kull sena, iż-żewġ Partijiet għandhom jevalwaw il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-programm multiannwali settorjali. Il-Protokoll jipprovdi għal aġġustament possibbli tal-kontribuzzjoni finanzjarja allokata biex tagħti appoġġ settorjali jekk din l-evalwazzjoni tiżvela li l-għanijiet finanzjarji mhumiex jinkisbu b'mod sodisfaċenti.

2.2.        Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1.     Riskju/i identifikat(i)

L-istabbiliment ta’ Protokoll tas-Sajd iġib miegħu ċertu għadd ta’ riskji, pereżempju: l-ammonti destinati għall-finanzjament tal-politika settorjali tas-sajd mhumiex allokati kif miftiehem (programmazzjoni anqas milli mistenni).

2.2.2.     Metodu/i ta’ kontroll previst(i)

Sabiex jiġu evitati r-riskji msemmija fil-punt ta' qabel dan, huwa previst djalogu bbażat fuq il-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika settorjali. L-analiżi konġunta tal-progress, kif imsemmija fil-paragrafu 2.1, tagħmel ukoll parti minn dawn il-metodi ta' kontroll.

Barra minn hekk, il-Protokoll fih klawżoli speċifiċi għas-sospensjoni tiegħu, fuq ċerti kundizzjonijiet u f'ċerti ċirkostanzi.

2.3.        Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti.

L-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa mill-UE skont il-Ftehim huwa kompletament fid-diskrezzjoni tal-pajjiż terz sovran ikkonċernat. Madankollu, il-Kummissjoni tintrabat li tipprova tistabbilixxi djalogu politiku u kooperazzjoni permanenti bil-għan li tittejjeb il-ġestjoni tal-Ftehim u li jissaħħaħ il-kontribut tal-UE għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi. F’kull każ, kull pagament li jsir mill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ Ftehim dwar is-Sajd huwa suġġett għar-regoli u l-proċeduri baġitarji u finanzjarji standard tal-Kummissjoni. Dan jippermetti, b’mod partikolari, li jiġu identifikati bis-sħiħ il-kontijiet bankarji tal-pajjiżi terzi li fihom jitħallsu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji. Għal dan il-Protokoll partikolari, l-Artikolu 2 jistipula li l-kontribuzzjoni finanzjarja kollha għandha titħallas f’kont tat-Teżor Pubbliku miftuħ ma’ istituzzjoni finanzjarja speċifikata mill-awtoritajiet tal-Mawrizju.

3.           IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.        Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i

· Linji baġitarji tan-nefqa eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u tal-linji tal-baġit.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja tal-baġit: || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni

Numru [Deskrizzjoni…...] || AD/AMD[8] || minn pajjiżi tal-EFTA[9] || minn pajjiżi kandidati[10] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

2 || 11.0301 Ftehimiet internazzjonali dwar is-sajd 11.010404 Ftehimiet internazzjonali dwar is-sajd – nefqa amministrattiva || AD AMD || LE || LE || LE || LE

· Linji ġodda tal-baġit mitluba

(mhux applikabbli)

3.2.        Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.     Sommarju tal-istima tal-impatt fuq in-nefqa

miljuni ta’ EUR (sa erba’ punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 2 || Preservazzjoni u ġestjoni tar-riżorsi naturali

DĠ: MARE || || || Sena N[11] (2012) || Sena N+1 (2013) || Sena N+2 (2014) || TOTAL

Ÿ Approprjazzjonijiet operazzjonali || || || ||

Numru tal-linja baġitarja 11.0301 || Impenji || (1) || 0.660 || 0.660 || 0.660 || 1.980

Pagamenti || (2) || 0.660 || 0.660 || 0.660 || 1.980

Numru tal-linja baġitarja || Impenji || (1a) || || || ||

Pagamenti || (2a) || || || ||

Ÿ Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati  mill-pakkett finanzjarju għal programmi speċifiċi[12] || || || ||

Numru tal-linja baġitarja 11.010404 || || (3) || 0.021 || 0.021 || 0.081 || 0.123

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali[13] || Impenji || (4) || 0.660 || 0.660 || 0.660 || 1.980

Pagamenti || (5) || 0.660 || 0.660 || 0.660 || 1.980

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati  mill-pakkett finanzjarju għal programmi speċifiċi || (6) || 0.021 || 0.021 || 0.081 || 0.123

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 2 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || =4+ 6 || 0.681 || 0.681 || 0.741 || 2.103

Pagamenti || =5+ 6 || 0.681 || 0.681 || 0.741 || 2.103

Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwa aktar minn intestatura waħda: (mhux applikabbli)

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 5 || "Nefqa amministrattiva"

miljuni ta' EUR (sa tliet punti deċimali)

|| || || Sena N (2012) || Sena N+1 (2013) || Sena N+2 (2014) || TOTAL

DĠ: MARE ||

Ÿ Riżorsi umani || 0.064 || 0.064 || 0.064 || 0.192

Ÿ Nefqa amministrattiva oħra[14] || 0.010 || 0.010 || 0.010 || 0.030

TOTAL DĠ MARE || Approprjazzjonijiet || 0.074 || 0.074 || 0.074 || 0.222

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || (Impenji totali = Pagamenti totali) || 0.074 || 0.074 || 0.074 || 0.222

miljuni ta' EUR (sa tliet punti deċimali)

|| || || Sena N[15] || Sena N+1 || Sena N+2 || TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || 0.755 || 0.755 || 0.815 || 2.325

Pagamenti || 0.755 || 0.755 || 0.815 || 2.325

3.2.2.     Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

– ¨  Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

– X  Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’ EUR (sa erba’ punti deċimali)

Indika l-għanijiet u r-riżultati ò || || || Sena N (2012) || Sena N+1 (2013) || Sena N+2 (2014) || Sena N+3 || … daħħal kolonni kemm ikun meħtieġ biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL

RIŻULTATI

Tip ta’ riżultat[16] || Spiża medja tar-riżultat || Għadd ta’ riżultati || Spiża totali || Għadd ta’ riżultati || Spiża totali || Għadd ta’ riżultati || Spiża totali || Għadd ta’ riżultati || Spiża totali || Għadd ta’ riżultati || Spiża totali || Għadd ta’ riżultati || Spiża totali || Għadd ta’ riżultati || Spiża totali || Għadd ta’ riżultati Għadd ta’ riżultati || Spiża totali

L-GĦAN SPEĊIFIKU NRU 1[17] || || || || || || || || || || || || || || || ||

Qabdiet ta' tonn || Tunnellaġġ ta’ referenza || EUR 65 għal kull tunnellata || 5 500 t || 0.3575 || 5 500 t || 0.3575 || 5 500 t || 0.3575 || || || || || || || || || 16 500 t || 1.0725

Appoġġ settorjali || || 0.3025 || 1 || 0.3025 || 1 || 0.3025 || 1 || 0.3025 || || || || || || || || || || 0.9075

|| || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 1 || || 0.660 || || 0.660 || || 0.660 || || || || || || || || || || 1.980

GĦAN SPEĊIFIKU NRU 2... || || || || || || || || || || || || || || || ||

Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 2 || || || || || || || || || || || || || || || ||

SPIŻA TOTALI || || 0.660 || || 0.660 || || 0.660 || || || || || || || || || || 1.980

3.2.3.     Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.  Sommarju

– ¨  Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

– X Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta' EUR (sa tliet punti deċimali)

|| Sena N[18] (2012) || Sena N+1 (2013) || Sena N+2 (2014) || TOTAL

L-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || ||

Riżorsi umani || 0.064 || 0.064 || 0.064 || 0.192

Nefqa amministrattiva oħra[19] || 0.010 || 0.010 || 0.010 || 0.030

Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 0.074 || 0.074 || 0.074 || 0.222

Riżorsi li jaqgħu barra l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali[20] || || || ||

Riżorsi umani || 0.016 || 0.016 || 0.016 || 0.048

Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva[21] || 0.005 || 0.005 || 0.065 || 0.075

Subtotal tar-riżorsi li jaqgħu barra l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 0.021 || 0.021 || 0.081 || 0.123

TOTAL || 0.095 || 0.095 || 0.155 || 0.345

3.2.3.2.  Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

– ¨  Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani

– X  Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima għandha tingħata f’ammonti sħaħ (jew f’mhux aktar minn punt wieħed deċimali)

|| Sena N (2012) || Sena N+1 (2013) || Sena N+2 (2014) || Sena N+3 (2015) || Daħħal snin skont kemm hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Ÿ Karigi fil-pjan ta' stabbiliment (l-uffiċjali u l-aġenti temporanji)

XX 01 01 01 (Kwartieri ġenerali u l-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 0.051 || 0.051 || 0.051 || ||

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || ||

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || 0 || 0 || 0 || 0 ||

10 01 05 01 (Riċerka diretta) || 0 || 0 || 0 || 0 ||

Ÿ Persunal estern (f’ekwivalenti għall-full-time – FTE)[22]

XX 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-‘pakkett globali’) || 0 || 0 || 0 || 0 ||

XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || 0.013 || 0.013 || 0.013 || ||

XX 01 04 YY[23] || fil-Kwartieri Ġenerali[24] || || || || ||

- f'delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka indiretta) || || || || ||

10 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka diretta)

11 01 04 04 (CA, responsabbli għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali) || 0.016 || 0.016 || 0.016 || ||

TOTAL || 0.080 || 0.080 || 0.080 || ||

XX hija l-qasam tal-politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà ġie assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġie assenjat mill-ġdid fid-DĠ stess, flimkien ma', jekk ikun meħtieġ, kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ responsabbli skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limiti baġitarji.

Stima kkalkulata tar-Riżorsi Umani:

Uffiċjali u aġenti temporanji || Uffiċjal wieħed (1) mid-DĠ MARE + Kap tal-unità/deputat kap tal-unità + segretarjat: stima globali ta' 0.4 persuni/sena Kalkolu tal-ispejjeż: 0.4 persuni fis-sena x EUR 127 000 fis-sena = EUR 50 800 => EUR 0.051 miljun

Persunal estern || LA wieħed (1) f’delegazzjoni (fil-Mawrizju), li jkun responsabbli għall-monitoraġġ tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd sottomessi lill-awtoritajiet tal-Mawrizju jew maħruġin minnhom: stima globali ta' 0.2 persuni/sena Kalkolu tal-ispejjeż: 0.2 persuni fis-sena x EUR 64 000 fis-sena = EUR 12 800 => EUR 0.013 miljun

Persunal li ma jaqax taħt l-Intestatura 5 || Attaxè tas-sajd wieħed (1) li jkun CA, assenjat lid-Delegazzjoni tal-Mawrizju, li jkun responsabbli għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali stima ġenerali ta’ 0.25 persuni fis-sena Kalkolu tal-ispejjeż: 0.25 persuni fis-sena x EUR 64 000 fis-sena = EUR 16 000 => EUR 0.016 miljun

Kalkolu tat-total tar-Riżorsi Umani kull sena: EUR 50 800 + EUR 12 800 + EUR 16 000 = EUR 79 600 => EUR 0.0796 miljun

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

-        Assistenza li għandha tingħata lin-negozjatur fit-tħejjija u l-konklużjoni tan-negozjati tal-ftehimiet tas-sajd:

-        il-parteċipazzjoni fin-negozjati mal-pajjiżi terzi sabiex jiġu konklużi ftehimiet dwar is-sajd,

-        il-preparazzjoni ta’ abbozzi tar-rapporti tal-evalwazzjoni u ta’ noti dwar l-istrateġija tan-negozjar għall-Kummissarju;

-        il-preżentazzjoni u d-difiża tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni fi ħdan il-Grupp ta’ Ħidma dwar is-Sajd estern tal-Kunsill,

-        il-parteċipazzjoni fit-tfittxija għal kompromess mal-Istati Membri elenkati fit-test finali tal-Ftehim.

-        Il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet:

-        il-monitoraġġ ta’ kuljum tal-ftehimiet dwar is-sajd;

-        il-preparazzjoni u l-verifika tal-impenji u l-ħlasijiet tal-kontribuzzjoni finanzjarja u ta’ kwalunkwe kontribuzzjoni supplimentari speċifika;

-        ir-rappurtar b’mod regolari dwar l-implimentazzjoni tal-ftehimiet;

-        l-evalwazzjoni tal-ftehimiet: l-aspetti xjentifiċi u tekniċi;

-        il-preparazzjoni tal-abbozz tal-proposta għal Regolament u Deċiżjoni tal-Kunsill u l-abbozzar tat-test tal-Ftehim;

-        it-tnedija u l-monitoraġġ tal-proċeduri ta’ adozzjoni.

-        Assistenza teknika:

-        il-preparazzjoni tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni għall-Kumitat Konġunt.

-        Ir-relazzjonijiet interistituzzjonali:

-        ir-rappreżentanza tal-Kummissjoni quddiem il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Istati Membri waqt il-proċess tan-negozjati;

-        it-tfassil ta’ tweġibiet għall-mistoqsijiet orali u bil-miktub li jagħmel il-Parlament Ewropew.

-        Il-konsultazzjoni u l-koordinazzjoni bejn id-dipartimenti:

-        il-kollaborazzjoni ma’ Direttorati Ġenerali oħrajn fi kwistjonijiet marbutin man-negozjati u mal-monitoraġġ tal-ftehimiet;

-        l-organizzazzjoni ta’ konsultazzjonijiet bejn id-dipartimenti u l-għoti ta’ tweġibiet għalihom.

-        L-evalwazzjoni:

-        il-parteċipazzjoni fl-aġġornament tal-valutazzjoni tal-impatt;

-        l-analiżi tal-għanijiet milħuqa u tal-indikaturi tal-evalwazzjoni.

3.2.4.     Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

– x   Il-proposta/L-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali.

– ¨  Il-proposta/L-inizjattiva se tinvolvi l-ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali.

Spjega x'inhu meħtieġ bħala programmar mill-ġdid, filwaqt li tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

[…]

– ¨  Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibilità jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali[25].

Spjega x'inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

[…]

3.2.5.     Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

– X Il-proposta/L-inizjattiva ma tipprovdi l-ebda kofinanzjament minn partijiet terzi

3.3.        Stima tal-impatt fuq id-dħul

– X  Il-proposta/L-inizjattiva ma għandha ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

¨      fuq ir-riżorsi proprji

¨      fuq dħul mixxellanju

[1]               Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 15921/2011, 23.01.2012

[2]               ABM: Ġestjoni Abbażi tal-Attività (“Activity Based Management”) – ABB: Baġit Ibbażat fuq l-Attività (“Activity-Based Budgeting”).

[3]               Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju

[4]               p.m.: Fid-dikjarazzjonijiet tal-attivitajiet stabbiliti għall-baġit 2011, dan hu l-għan speċifiku Nru 2; jekk jogħġbok irreferi għal: http://www.cc.cec/budg/bud/proc/adopt/_doc/_pdf/2011/mare.pdf

[5]               Il-pagamenti minn qabel u t-tariffi li għandhom jitħallsu mis-sidien tal-bastimenti ma għandhom l-ebda impatt fuq il-baġit tal-Unjoni.

[6]               Id-dettalji dwar il-metodi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit tal-internet tal-baġit (BudgWeb) li ġej: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[7]               Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[8]               AD = Approprjazzjonijiet differenzjati / AMD = Approprjazzjonijiet Mhux differenzjati

[9]               EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[10]             Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Punent tal-Balkani.

[11]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[12]             L-assistenza u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva li tappoġġa l-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE u/jew l-azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu l-linji “BA”), ir-riċerka indiretta u r-riċerka diretta.

[13]             Il-kontribuzzjoni finanzjarja tinkludi: a) EUR 357 500 fis-sena, li huma ekwivalenti għal tunnellaġġ annwali ta’ referenza ta’ 5 500 tunnellata, u b) EUR 302 500 fis-sena, li jikkorrispondu għall-appoġġ għall-iżvilupp tal-politika settorjali tas-sajd tar-Repubblika tal-Mawrizju. Fejn il-kwantità annwali maqbuda taqbeż il-5 500 tunnellata, l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja annwali se jiżdied b’EUR 65 għal kull tunnellata addizzjonali maqbuda. Madankollu, l-ammont annwali totali li tħallas l-UE ma jistax jaqbeż EUR 715 000 kull sena (ara l-Artikolu 2(4) tal-Protokoll).

[14]             L-ispejjeż stmati għall-missjonijiet ta’ monitoraġġ fuq il-post.

[15]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[16]             Ir-riżultati huma l-prodotti u s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti (pereżempju l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).

[17]             Kif ġie deskritt fit-Taqsima 1.4.2. “L-għan/l-għanijiet speċifiku/ċi”.

[18]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[19]             L-ispejjeż stmati għall-missjonijiet ta’ monitoraġġ fuq il-post mill-persunal tal-kwartieri ġenerali.

[20]             L-assistenza u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva li tappoġġa l-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE u/jew l-azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu l-linji “BA”), ir-riċerka indiretta u r-riċerka diretta.

[21]             L-ispejjeż stmati għall-missjonijiet ta’ monitoraġġ fuq il-post mill-persunal fid-delegazzjoni. L-ammont għall-2014 jinkludi ammont għal evalwazzjoni ex post tal-Protokoll.

[22]             CA= Aġent b'kuntratt; INT = persunal tal-aġenzija (“Intérimaire”); JED= ‘Jeune Expert en Délégation’ (Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet); LA= Aġenti Lokali; SNE= Espert Nazzjonali Ssekondat.

[23]             Sublimitu massimu għall-persunal estern skont l-approprjazzjonijiet operattivi (dawk li qabel kienu l-linji “BA”).

[24]             Għall-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (l-FES).

[25]             Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

Top