Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012PC0240

    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL ta' [ ... ] dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

    /* COM/2012/0240 final - 2012/0123 (NLE) */

    52012PC0240

    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL ta' [ ... ] dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni /* COM/2012/0240 final - 2012/0123 (NLE) */


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.           IL-QAFAS POLITIKU U LEGALI

    Id-direttivi ta' nnegozzjar ta' ftehim ta' riammissjoni bejn il-Komunità Ewropea u t-Turkija ġew adottati mill-Kunsill fit-28 ta' Novembru tal-2002. In-negozjati nfetħu formalment fis-27 ta' Mejju tal-2005 fi Brussell.

    Wara l-ewwel erba' ċikli ta' negozjati (ir-raba' wieħed sar fis-7 ta' Diċembru tal-2006), in-negozjati reġgħu bdew fl-2009. Tħejja abozz ta' test ġdid li ntbagħat lit-Turkija fis-17 ta' Diċembru tal-2009.

    Seħħew tliet ċikli oħra ta' negozjati formali fid-19 ta' Frar (f'Ankara), fid-19 ta' Marzu (f'Ankara) u fis-17 ta' Mejju tal-2010 (fi Brussell). Fl-14 ta' Jannar tal-2011 saret laqgħa addizzjonali bejn in-Negozjaturi ewlenin f'Ankara. Dawn il-laqgħat temmew in-negozjati fil-livell tan-Negozjaturi Ewlenin.

    It-test kien suġġett għal konsultazzjonijiet fuq iż-żewġ naħat. Fuq in-naħa tal-UE, l-eżitu tan-negozjati ġie approvat mill-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni (ĠAI) tal-24 ta' Frar tal-2011. Wara li saru aktar kuntatti mat-Turkija, it-test li nftiehem ġie inizjalat mir-rappreżentati taż-żewġ Partijiet fil-21 ta' Ġunju tal-2012 fi Brussell.

    L-Istati Membri ġew mgħarrfa u kkonsultati b’mod regolari fl-istadji kollha (informali u formali) tan-negozjati tar-riammissjoni.

    Min-naħa tal-Unjoni, il-bażi legali għall-Ftehim hija l-Artikolu 79(3), flimkien mal-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropa (TFUE).

    Il-proposta mehmuża tikkostitwixxi l-istrumenti legali għall-iffirmar tal-ftehim ta’ riammissjoni. Il-Kunsill ser jiddeċiedi b’maġġoranza kkwalifikata. Il-kunsens tal-Parlament Ewropew ser ikun meħtieġ għall-konklużjoni tal-Ftehim, skont l-Artikolu 218(6)(a) tat-TFUE.

    2.           L-EŻITU TAN-NEGOZJATI

    Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-għanijiet stabbiliti mill-Kunsill fid-direttivi ta' nnegozjar tiegħu ntlaħqu, u li l-abbozz tal-Ftehim ta' Riammissjoni huwa aċċettabbli għall-Unjoni.

    Il-kontenut finali tiegħu jista’ jitqassar kif ġej:

    – Il-Ftehim hu maqsum f’8 taqsimiet b’total ta’ 25 artikolu. Fih ukoll 6 annessi, li jiffurmaw parti integrali minnu, u 6 dikjarazzjonijiet konġunti.

    – L-obbligi ta’ riammissjoni stipulati fil-Ftehim (mill-Artikolu 3 sa 6) huma mfassla b’mod kompletament reċiproku, u jinkludu persuni tan-nazzjonalità tagħhom stess (l-Artikoli 3 u 5) kif ukoll persuni b'nazzjonalità ta’ pajjiż terz u persuni apolidi (l-Artikoli 4 u 6).

    – L-obbligu li pajjiż jirriammetti persuni tan-nazzjonalità tiegħu stess jinkludi wkoll dawk li rrinunzjaw jew ġew imċaħħda n-nazzjonalità tagħhom mingħajr ma jkunu kisbu nazzjonalità ta’ Stat ieħor.

    – L-obbligu ta’ riammissjoni fir-rigward ta’ persuni ta’ nazzjonalità tal-pajjiż stess ikopri wkoll lill-membri tal-familja (jiġifieri l-konjuġi u l-ulied mhux miżżewġa li għadhom minorenni) minkejja n-nazzjonalità tagħhom u li ma għandhomx dritt indipendenti ta’ residenza fl-Istat li jagħmel it-talba.

    – L-obbligu li jkunu riammessi persuni b'nazzjonalità ta’ pajjiż terz u persuni apolidi (l-Artikoli 3 u 5) huwa marbut mal-prerekwiżiti li ġejjin: (a) il-persuna kkonċernata jkollha, fiż-żmien tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għar-riammissjoni, viża valida jew permess ta’ residenza maħruġa mill-Istat mitlub jew (b) il-persuna kkonċernata jkollha permess ta' residenza maħruġ mill-Istat mitlub (c) il-persuna kkonċernata tkun daħlet illegalment fit-territorju tal-Istat rikjedenti direttament mit-territorju tal-Istat mitlub. Minn dawn l-obbligi huma eżentati l-persuni fi tranżitu bl-ajru, il-persuni kollha li lilhom l-Istat rikjedenti jkun ħareġ viża jew permess ta’ residenza qabel jew wara d-dħul fit-territorju tiegħu, u l-persuni kollha li jibbenefikaw minn aċċess ħieles fit-territorju tal-Istat Rikjedenti.

    – L-obbligu ta' riammissjoni għal persuna bin-nazzjonalità ta' pajjiż terz jew għal persuna apolidi jsir applikabbli biss tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tal-ftehim kollu. Matul dak il-perjodu l-obbligu ser ikun applikabbli għal persuni apolidi u persuni bin-nazzjonalità ta' pajjiż terz li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi li t-Turkija tkun ikkonkludiet ftehimiet ta' riammissjoni magħhom. Matul l-istes perjodu, il-ftehimiet bilaterali bejn it-Turkija u l-Istati Membri jibqgħu applikabbli fil-partijiet relevanti tagħhom (l-Artikolu 24(3)).

    – Fir-rigward tal-persuni b'nazzjonalità tal-pajjiż stess, fil-każ li ma jkun hemm l-ebda uffiċċju konsolari tat-Turkija fi Stat Membru, jew fil-każ li jiskadu l-limiti ta' żmien għall-ħruġ ta' dokumenti tal-ivvjaġġar, it-Turkija taċċetta t-tweġiba pożittva tagħha għall-applikazzjoni ta' riammissjoni bħala dokument tal-ivvjaġġar suffiċjenti għar-riammissjoni tal-persuna kkonċernata. Fl-istess każijiet għal persuni bin-nazzjonalità ta' pajjiżi terzi jew persuni apolidi, it-Turkija taċċetta l-użu tal-dokument tal-ivvjaġġar standard tal-UE għal finijiet ta' espulsjoni (l-Artikoli 4(3) u 4(4)).

    – It-Taqsima III tal-Ftehim (l-Artikoli 7 sa 14 flimkien mal-annessi 1 sa 5) fiha d-dispożizzjonijiet tekniċi meħtieġa dwar il-proċedura tar-riammissjoni (applikazzjoni għar-riammissjoni, mezzi ta’ provi, limiti taż-żmien, modalitajiet tat-trasferiment u metodi tat-trasport) u 'riammissjoni bi żball' (l-Artikolu 13). Huwa previst element ta' flessibbiltà proċedurali mill-fatt li l-ebda applikazzjoni għal riammissjoni mhija ser tkun meħtieġa f’każijiet fejn il-presuna li tkun ser tiġi riammessa jkollha dokument tal-ivvjaġġar validu jew karta tal-identità u, fil-każ ta' persuni b'nazzjonalità ta' pajjiż terz, viża valida jew permess ta' residenza maħruġ mill-Istat Mitlub (l-Artikolu 7(3)).

    – Fl-Artikolu 7(4), il-Ftehim jistabbilixxi l-hekk imsejħa proċedura aċċelerata, li ntlaħaq ftehim dwarha fir-rigward ta' persuni maqbuda fir-"reġjun tal-fruntiera", jiġifieri żona fit-territorju tal-Istat Rikjedenti li testendi sa 20 kilometru 'l ġewwa mill-fruntiera esterna ta' dak l-Istat, indipendement mill-fatt li l-fruntiera tkun kondiviża bejn l-Istat Rikjedenti u l-Istat Mitlub kif ukoll portijiet li jinkludu żoni doganali u ajruporti internazzjonali tal-Istat Rikjedenti. Skont il-proċedura aċċelerata, l-applikazzjonijiet ta' riammissjoni jridu jitressqu fi żmien 3 ijiem ta' xogħol, u t-tweġibiet iridu jingħataw fi żmien 5 ijiem ta' xogħol.

    – Skont il-proċedura normali, il-limitu ta' żmien għat-tweġibiet għal applikazzjonijiet ta' riammissjoni huwa ta' 25 jum kalendarju, għajr għall-Istat Rikjedenti li jkollu perjodu ta' detenzjoni inizjali iqsar fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. F'dan il-każ tal-aħħar japplika l-iqsar perjodu. Il-perjodu inizjali jista' jiġi estiż sa 60 jum kalendarju għajr għall-Istat Rikjedenti, bil-perjodu ta' detenzjoni massimu ta' anqas jew ugwali għal 60 jum.

    – Il-Ftehim fih taqsima dwar operazzjonijiet ta’ tranżitu (l-Artikoli 14 u 15 flimkien mal-anness 6).

    – L-Artikoli 16, 17 u 18 fihom ir-regoli meħtieġa dwar il-kosti, il-protezzjoni tad-dejta u r-rabta ma’ obbligi Internazzjonali oħrajn u Direttivi tal-UE eżistenti. Il-ftehim huwa bla ħsara għal arranġamenti oħra dwar oqsma oħrajn għajr ir-riammissjoni, bħal pereżempju r-ritorn volontarju.

    – Il-Kumitat Konġunt tar-Riammissjoni ser ikun magħmul, u ser ikollu d-dmirijiet u s-setgħat, kif inhu stabbilit fl-Artikolu 19.

    – Biex dan il-Ftehim jiġi eżegwit fil-prattika, l-Artikolu 20 jagħti l-possibbiltà lit-Turkija u lill-Istati Membri individwali li jikkonkludu Protokolli ta' implimentazzjoni bilaterali. Ir-rabta bejn il-Protokolli ta' implimentazzjoni bilaterali u dan il-Ftehim hi ċċarata bl-Artikolu 21.

    – Id-dispożizzjonijiet finali (l-Artikoli 22 sa 25) fihom ir-regoli neċessarji dwar id-dħul fis-seħħ, it-tul ta' żmien, l-assistenza teknika, it-terminazzjoni u l-istatus legali tal-annessi mal-ftehim.

    – Is-sitwazzjoni speċifika tad-Danimarka hi riflessa fil-preambolu, l-Artikolu 1(d), l-Artikolu 22(2) u f’dikjarazzjoni konġunta mehmuża mal-Ftehim. L-assoċjazzjoni mill-qrib tan-Norveġja, l-Islanda, il-Liechtenstein u l-Isvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen hija wkoll riflessa f’dikjarazzjoni konġunta mehmuża mal-Ftehim.

    3.           KONKLUŻJONIJIET

    Fid-dawl tar-riżultati msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill

    – jiddeċiedi li l-Ftehim jiġi ffirmat f’isem l-Unjoni u jawtorizza lill-President tal-Kunsill biex jaħtar lill-persuna/i bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw f’isem l-Unjoni;

    2012/0123 (NLE)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    ta' [ ... ] dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 79(3), flimkien mal-Artikolu 218 (5) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)       Fit-28 ta’ Novembru 2002 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati mar-Repubblika tat-Turkija dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni. In-negozjati ġew konklużi b’suċċess bl-inizjalar tal-Ftehim fil-21 ta' Ġunju 2012.

    (2)       Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat min-negozjatur f’isem l-Unjoni Ewropea, bil-kundizzjoni tal-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

    (3)       Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit [mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhuwiex ser ikun marbut b'dan il-Ftehim jew marbuta bl-applikazzjoni tiegħu kemm-il darba ma jinnotifikax ix-xewqa tiegħu skont dak il-protokoll/innotifika x-xewqa tiegħu li jieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni].

    (4)       Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Irlanda [mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex ser tkun marbuta b'dan il-Ftehim jew marbuta bl-applikazzjoni tiegħu kemm-il darba ma jinnotifikax ix-xewqa tiegħu li jieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni].

    (5)       Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhix marbuta magħha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Kummissjoni hija awtorizzata li tiffirma, f'isem l-Unjoni Ewropea, il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni, u biex taħtar il-persuni mogħtija s-setgħa li jipproċedu bl-iffirmar.

    It-test tal-Ftehim jinsab mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell,

                                                                           Għall-Kunsill

                                                                           Il-President                                                                       

    ANNESS

    FTEHIM bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

    IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

    L-UNJONI EWROPEA, minn hawn ’il quddiem imsejħa "l-Unjoni",

    and

    R-REPUBBLIKA TAT-TURKIJA, minn hawn ’il quddiem imsejħa "t-Turkija",

    DETERMINATI li jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom sabiex jiġġieldu l-immigrazzjoni illegali b’mod iktar effettiv,

    XEWQANA li jistabbilixxu, permezz ta’ dan il-Ftehim u abbażi tar-reċiproċità, proċeduri mgħaġġla u effettivi għall-identifikazzjoni u r-ritorn sikur u ordinat ta’ persuni li ma jissodisfawx, jew li ma għadhomx jissodisfaw, il-kundizzjonijiet ta’ dħul, preżenza jew residenza fit-territorji tat-Turkija jew wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, u biex jiffaċilitaw it-tranżitu ta’ dawn il-persuni bi spirtu ta’ kooperazzjoni,

    JENFASIZZAW li dan il-Ftehim għandu jkun bla ħsara għad-drittijiet, l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-Unjoni, l-Istati Membri tagħha u t-Turkija li jirriżultaw mil-liġi internazzjonali u, b’mod partikolari, mill-Konvenzjoni Ewropea tal-4 ta’ Novembru 1950 għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Konvenzjoni tat- 28 ta’ Lulju 1951 dwar l-Istatus tar-Refuġjati,

    JENFASIZZAW li dan il-Ftehim għandu jkun bla ħsara għad-drittijiet u l-garanziji proċedurali għal persuni li huma suġġetti għal proċeduri ta' ritorn jew li japplikaw għal ażil fi Stat Membru, kif inhu stabbilit fl-istrumenti legali rispettivi tal-Unjoni Ewropea.

    JENFASIZZAW li dan il-Ftehim għandu jkun bla ħsara għad-dispożizzjoni tal-Ftehim tat-12 ta' Settembru tal-1963 li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, il-protokolli addizzjonali tiegħu, id-deċiżjoni relevanti tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni kif ukoll il-każistika relevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

    JENFASIZZAW li l-persuni li jkollhom permess ta' residenza fit-tul mogħti skont it-termini tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE li jikkonċerna l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul jibbenefikaw minn protezzjoni msaħħa kontra l-espulsjoni skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva.

    JENFASIZZAW li dan il-Ftehim huwa msejjes fuq il-prinċipji ta' responsabbiltà konġunta, solidarjetà u sħubija ndaqs fil-ġestjoni tal-flussi migratorji bejn it-Turkija u l-Unjoni u li f'dan il-kuntest l-Unjoni tinsab lesta li tagħti riżorsi finanzjarji sabiex tgħin lit-Turkija jimplimentah.

    JIKKUNSIDRAW li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, li jaqa’ fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma japplikawx għar-Renju Unit u l-Irlanda, kemm-il darba ma jagħżlux li jipparteċipaw skont il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja Anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    JIKKUNSIDRAW li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, li jaqa’ taħt l-iskop tat-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma japplikawx għar-Renju tad-Danimarka, skont il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka Anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    FTIEHMU KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Definizzjonijiet

    Għall-fini ta’ dan il-Ftehim:

    (a)          'Partijiet Kontraenti' għandha tfisser it-Turkija u l-Unjoni;

    (b)          'Persuna ta' Nazzjonalità Torka' għandha tfisser kwalunkwe persuna ta' nazzjonalità Torka f'konformità ma' din il-leġiżlazzjoni;

    (c)          'Persuna b’nazzjonalità ta’ Stat Membru' għandha tfisser kull persuna li jkollha n-nazzjonalità ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea;

    (d)          'Stat Membru' għandha tfisser kwalunkwe Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, għajr ir-Renju tad-Danimarka;

    (e)          'Persuna b’nazzjonalità ta’ pajjiż terz' tfisser kwalunkwe persuna ta' nazzjonalità li ma tkunx dik tat-Turkija jew ta’ wieħed mill-Istati Membri;

    (f)           'Persuna apolida' tfisser kwalunkwe persuna li ma jkollha n-nazzjonalità tal-ebda pajjiż;

    (g)          'Permess ta' residenza' għandha tfisser permess uffiċjali ta’ kwalunkwe tip maħruġ mit-Turkija jew minn wieħed mill-Istati Membri li jintitola lill-persuna għal residenza fit-territorju tagħha/tiegħu. Dan ma jinkludix permessi temporanji biex il-persuna tibqa’ fit-territorju tal-istati msemmija b'rabta mal-ipproċessar ta’ applikazzjoni għal ażil jew applikazzjoni għall-permess ta' residenza;

    (h)          'Viża' għandha tfisser awtorizzazzjoni maħruġa jew deċiżjoni meħuda mit-Turkija jew minn wieħed mill-Istati Membri li hija meħtieġa għad-dħul, jew għat-tranżitu, fit-territorju tagħha/tiegħu. Dan ma għandux jinkludi l-viża ta’ tranżitu fl-ajruport;

    (i)           'Pajjiż Rikjedenti' għandu jfisser l-Istat (it-Turkija jew wieħed mill-Istati Membri) li jissottometti applikazzjoni għal riammissjoni skont l-Artikolu 8 jew applikazzjoni għal tranżitu skont l-Artikolu 15 ta’ dan il-Ftehim;

    (j)           'Stat Mitlub’ għandu jfisser l-Istat (it-Turkija jew wieħed mill-Istati Membri) indirizzat b’talba għal riammissjoni skont l-Artikolu 8 jew applikazzjoni għal tranżitu skont l-Artikolu 15 ta’ dan il-Ftehim;

    (k)          'Awtorità Kompetenti' għandha tfisser kwalunkwe awtorità nazzjonali tat-Turkija jew ta' wieħed mill-Istati Membri fdata bl-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim kif inhu indikat fil-protokoll ta' implimentazzjoni f'konformità mal-Artikolu 20(1) lit. (a) tiegħu;

    (l)           'Persuna li tirrisjedi mingħajr awtorizzazzjoni' għandha tfisser persuna li, f'konformità mal-proċeduri relevanti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, ma tissodisfax jew ma għadhiex tissodisfa l-kundizzjonijiet fis-seħħ għal dħul, preżenza, jew residenza fit-territorju tar-Repubblika tat-Turkija jew ta' wieħed mill-Istati Membri;

    (m)         'Tranżitu' għandha tfisser il-passaġġ ta’ persuna b'nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna apolida mit-territorju tal-Istat Mitlub meta jkun qed jivvjaġġa mill-Istat Rikjedenti għall-pajjiż tad-destinazzjoni;

    (n)          'Riammissjoni' għandha tfisser it-trasferiment mill-Istat Rikjedenti u l-ammissjoni mill-Istat Mitlub ta’ persuni (persuni ta' nazzjonalità tal-Istat Mitlub, persuni ta' nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi) li jkunu nstabu deħlin, preżenti jew residenti illegalment fl-Istat Rikjedenti, skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim;

    (o)          'Post fejn tinqasam il-fruntiera' għandha tfisser il-post magħżul mill-Istati Membri u mit-Turkija għall-fini tal-qsim tal-fruntieri rispettivi tagħhom;

    (p)          'Reġjun fil-fruntiera' tal-Istat Rikjedenti għandha tfisser iż-żona fit-territorju li testendi sa 20 kilometru ‘l ġewwa mill-fruntiera esterna tal-Istat Rikjedenti, indipendentement mill-fatt jekk il-fruntiera tkun kondiviża jew le bejn l-Istat Rikjedenti u l-Istat Mitlub kif ukoll il-portijiet fosthom iż-żoni doganali u l-ajruporti internazzjonali tal-Istat Rikjedenti.

    Artikolu 2

    Kamp ta' applikazzjoni

    1.           Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim għandhom japplikaw għall-persuni li ma jissodisfawx, jew li ma għadhom jissodisfaw, il-kundizzjonijiet għal dħul, preżenza jew residenza fit-territorji tat-Turkija jew ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

    2.           L-applikazzjoni tal-Ftehim preżenti, inkluż il-Paragrafu 1 aktar 'il fuq, għandha tkun bla ħsara għall-istrumenti enumerati fl-Artikolu 18.

    3.           Il-Ftehim preżenti ma għandux japplika għal persuna b'nazzjonalità ta' pajjiż terz jew għal persuni apolidi msemmija fl-Artikoli 4 u 6 li jkunu telqu mit-territorju tal-Istat Mitlub aktar minn ħames snin qabel ma l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Rikjedenti jkunu saru jafu b'tali persuni, kemm-il darba ma jkunux jistgħu jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet meħtieġa għar-riammissjoni fl-Istat Mitlub kif stipulati mill-Artikoli 4 u 6 permess ta' dokumenti enumerati fl-Anness 3.

    Taqsima I

    Obbligi ta’ riammissjoni tat-Turkija

    Artikolu 3

    Riammissjoni ta' persuni b'nazzjonalità tal-Istati Membri

    1.           It-Turkija għandha tirriammetti, meta ssir applikazzjoni minn Stat Membru u mingħajr ebda formalità ulterjuri min-naħa ta' dak l-Istat Membru għajr dawk previsti f'dan il-ftehim, il-persuni kollha li ma jissodisfawx, jew ma jkunux għadhom jissodisfaw, il-kundizzjonijiet fis-seħħ skont il-liġi ta' dak l-Istat Membru jew skont il-liġi tal-Unjoni Ewropea għal dħul, preżenza, jew residenza fit-territorju tal-Istat Membru rikjedenti jekk, f'konformità mal-Artikolu 9, ikun stabbilit li dawn ikunu persuni ta' nazzjonalità Torka.

    2.           It-Turkija għandha tirriammetti wkoll:

    – tfal minorenni mhux miżżewġa tal-persuni msemmija fil-Paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, indipendentement mill-post tat-twelid jew in-nazzjonalità tagħhom, kemm-il darba ma jkollhomx dritt indipendenti ta' residenza fl-Istat Membru rikjedenti jew jekk l-imsemmi dritt indipendenti jkun japplika għall-ġenitur l-ieħor li jkollu l-kustodja legali tat-tfal ikkonċernati;

    – konjuġi tal-persuni msemmija fil-Paragrafu 1, li jkollhom nazzjonalità oħra, kemm-il darba jkollhom id-dritt li jidħlu, jkollhom permanenza jew li jirċievu d-dritt li jidħlu u jkollhom permanenza fit-territorju tat-Turkija, kemm-il darba ma jkollhomx id-dritt indipendenti ta’ residenza fl-Istat Membru rikjedenti jew minbarra jekk it-Turkija tagħti prova li, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha, iż-żwieġ inkwistjoni ma jkunx rikonoxxut legalment.

    3.           It-Turkija għandha tirriammetti wkoll persuni li, f'konformità mal-leġiżlazzjoni Torka, jkunu ġew imċaħħda, jew li rrinunzjaw in-nazzjonalità tat-Turkija minn meta jkunu daħlu fit-territorju ta’ Stat Membru, kemm-il darba dawn il-persuni ma jkunux ġew tal-inqas imwiegħda n-naturalizzazzjoni minn dak l-Istat Membru.

    4.           Wara li t-Turkija tkun tat tweġiba pożittiva għall-applikazzjoni ta' riammissjoni jew, fejn xieraq, wara l-iskadenza tal-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 11(2), l-uffiċċju konsulari kompetenti tat-Turkija għandu, irrispettivament mir-rieda tal-persuna li tkun ser tiġi riammessa, fi żmien tlett ijiem ta' xogħol toħroġ id-dokument tal-ivvjaġġar meħtieġ għar-ritorn tal-persuna li tkun ser tiġi riammessa b'perjodu ta' validità ta' tliet xhur. Fil-każ li ma jkunx hemm uffiċċju konsolari tat-Turkija fi Stat Membru jew jekk it-Turkija, fi żmien tlett ijiem ta' xogħol, ma tkunx ħarġet id-dokument tal-ivvjaġġar, it-tweġiba għall-applikazzjoni ta' riammissjoni għandha titqies bħala d-dokument tal-ivvjaġġar meħtieġ għar-riammissjoni tal-persuna kkonċernata.

    5.           Jekk, għal xi raġunijiet ta' dritt jew ta' fatt, il-persuna kkonċernata ma tkunx tista tiġi ttrasferita fi żmien il-perjodu ta' validità tad-dokument tal-ivvjaġġar maħruġ inizjalment, l-uffiċċju konsolari kompetenti tat-Turkija għandu, fi żmien tlett ijiem ta' xogħol, joħroġ dokument tal-ivvjaġġar ġdid bl-istess tul ta' żmien bħala perjodu ta' validità. Fil-każ li ma jkunx hemm uffiċċju konsolari tat-Turkija fi Stat Membru jew jekk it-Turkija, fi żmien tlett ijiem ta' xogħol, ma tkunx ħarġet id-dokument tal-ivvjaġġar, it-tweġiba għall-applikazzjoni ta' riammissjoni għandha titqies bħala d-dokument tal-ivvjaġġar meħtieġ għar-riammissjoni tal-persuna kkonċernata.

    Artikolu 4

    Riammissjoni ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz u persuni apolidi

    1.           It-Turkija għandha tirriammetti, wara applikazzjoni minn Stat Membru u mingħajr ebda formalità oħra min-naħa ta' dak l-Istat Membru għajr dawk previsti f’dan il-Ftehim, il-persuni kollha ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuni apolidi li ma jkunux jissodisfaw, jew li ma jkunux għadhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dħul, il-preżenza jew ir-residenza fit-territorju tal-Istat Membru rikjedenti kemm-il darba, f'konformità mal-Artikolu 10, jiġi stabbilit li tali persuni:

    (a) ikollhom fil-pussess tagħhom, meta ssir is-sottomissjoni tal-applikazzjoni ta' riamissjoni, viża valida maħruġa mit-Turkija mad-dħul f'territorju ta' Stat Membru direttament mit-territorju tat-Turkija; jew

    (b) ikollhom fil-pussess tagħhom permess ta' residenza maħruġ mit-Turkija; jew

    (c) ikunu daħlu illegalment u direttament fit-territorju tal-Istati Membri wara permanenza, jew tranżitu fit-territorju tat-Turkija.

    2.           L-obbligu ta' riammissjoni prevista f’Paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu m’għandux japplika jekk:

    (a) il-persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna apolida tkun biss fi tranżitu bl-ajru minn ajruport internazzjonali tat-Turkija; jew

    (b) lil persuna b'nazzjonalità ta' pajjiż terz jew persuna apolida, l-Istat Membru rikjedenti jkun ħarġilha viża li tkun intużat mill-persuna għad-dħul fit-territorju tal-Istat Membru rikjedenti jew permess ta' residenza qabel jew wara ma tidħol fit-territorju, kemm-il darba dik il-persuna jkollha fil-pussess tagħha viża jew permess ta' residenza maħruġ mit-Turkija, li jkollu perjodu ta' validità itwal, jew

    (c) il-persuna b'nazzjonalità ta' pajjiż terz jew persuna apolida tibbenefika minn aċċess mingħajr viża fit-territorju tal-Istat Membru rikjedenti.

    3.           Wara li t-Turkija tkun tat tweġiba pożittiva għall-applikazzjoni ta' riammissjoni jew, fejn xieraq, wara li jiskadu l-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 11(2), l-awtoritajiet Torok, jekk neċessarju, fi żmien tlett ijiem, lill-persuna li r-riammissjoni tagħha tkun ġiet aċċettata joħorġulha "dokument tal-ivvjaġġar ta' emerġenza għall-barranin" meħtieġ għar-ritorn tagħha b'perjodu ta' validità ta' mill-anqas tliet xhur. Jekk it-Turkija ma jkollhiex uffiċċju konsolari fi Stat Membru jew jekk it-Turkija ma tkunx ħarġet id-dokument tal-ivvjaġġar fi żmien tlett ijiem, hija għandha titqies bħala li aċċettat l-użu tad-dokument tal-ivvjaġġar standard tal-UE għall-finijiet tal-espulsjoni.[1]

    4.           Jekk, għal xi raġunijiet ta' dritt jew ta' fatt, il-persuna kkonċernata ma tkunx tista’ tiġi ttrasferita fi żmien il-perjodu ta' validità tad-"dokument tal-ivvjaġġar ta' emerġenza għall-barranin" maħruġ inizjalment, l-awtoritajiet Torok għandhom, fi żmien tlett ijiem ta' xogħol, jestendu l-validità tad-"dokument tal-ivvjaġġar ta' emerġenza għall-barranin" jew, fejn meħtieġ, joħorġu "dokument tal-ivvjaġġar ta' emerġenza għall-barranin" ġdid bl-istess perjodu ta' validità. Jekk it-Turkija ma jkollhiex uffiċċju konsolari fi Stat Membru jew jekk it-Turkija ma tkunx ħarġet id-dokument tal-ivvjaġġar fi żmien tlett ijiem, hija għandha titqies bħala li aċċettat l-użu tad-dokument tal-ivvjaġġar standard tal-UE għall-finijiet tal-espulsjoni.[2]

    Taqsima II

    Obbligi ta’ Riammissjoni tal-Unjoni

    Artikolu 5

    Riammissjoni ta' persuni b'nazzjonalità tal-Istati Membri

    1.           Stat Membru għandu jirriammetti, wara applikazzjoni mit-Turkija u mingħajr ebda formalità oħra min-naħa tat-Turkija għajr dawk previsti f’dan il-ftehim, il-persuni li ma jkunux jissodisfaw, jew li ma jkunux għadhom jissodisfaw, il-kundizzjonijiet fis-seħħ fir-rigward tal-preżenza, jew residenza, fit-territorju tat-Turkija kemm-il darba, f'konformità mal-Artikolu 9, jiġi stabbilit li jkunu persuni b'nazzjonalità ta' dak l-Istat Membru.

    2.           Stat Membru għandu wkoll jirriammetti:

    – tfal minorenni mhux miżżewġa tal-persuni msemmija fil-Paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, indipendentement mill-post tat-twelid jew in-nazzjonalità tagħhom, għajr jekk dawn ikollhom dritt indipendenti ta' residenza fit-Turkija jew jekk l-imsemmi dritt indipendenti jkun japplika għall-ġenitur l-ieħor li jkollu l-kustodja legali tat-tfal ikkonċernati;

    – konjuġi, b'nazzjonalità oħra, tal-persuni msemmija fil-Paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, kemm-il darba jkollhom id-dritt li jidħlu, jkollhom permanenza jew li jirċievu d-dritt li jidħlu u jkollhom permanenza fit-territorju tal-Istat Membru mitlub, għajr jekk ikollhom dritt indipendenti ta’ residenza fit-Turkija jew jekk l-Istat Membru mitlub jagħti prova li, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu, iż-żwieġ inkwistjoni ma jkunx rikonoxxut legalment.

    3.           Stat Membru għandu jirriametti wkoll persuni li, skont il-leġiżlazzjoni tiegħu, jkunu ġew imċaħħda, jew li jkunu ċaħdu n-nazzjonalità ta’ Stat Membru sa minn meta jkunu daħlu fit-territorju tat-Turkija, għajr jekk dawn il-persuni ma jkunux tal-anqas ġew imwiegħda n-naturalizzazzjoni mit-Turkija.

    4.           Wara li l-Istat Membru mitlub jkun ta tweġiba pożittiva għall-applikazzjoni ta' riammissjoni jew, fejn xieraq, wara l-iskadenza tal-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 11(2), il-missjoni diplomatika jew l-uffiċċju konsulari kompetenti ta' dak l-Istat Membru għandu/għandha, irrispettivament mir-rieda tal-persuna li tkun ser tiġi riammessa, fi żmien tlett ijiem ta' xogħol joħroġ id-dokument tal-ivvjaġġar meħtieġ għar-ritorn tal-persuna li tkun ser tiġi riammessa b'perjodu ta' validità ta' tliet xhur. Fil-każ li ma jkunx hemm missjoni diplomatika jew uffiċċju konsolari ta' Stat Membru fit-Turkija jew jekk l-Istat Membru mitlub, fi żmien tlett ijiem ta' xogħol, ma jkunx ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar, it-tweġiba għall-applikazzjoni ta' riammissjoni għandha titqies bħala d-dokument tal-ivvjaġġar meħtieġ għar-riammissjoni tal-persuna kkonċernata.

    5.           Jekk għal raġunijiet legali jew fattwali, il-persuna kkonċernata ma tkunx tista' tiġi ttrasferita matul il-perjodu ta’ validità tad-dokument tal-ivvjaġġar li nħareġ inizjalment, il-missjoni diplomatika jew l-uffiċċju konsolari kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandha/għandu toħroġ/joħroġ dokument tal-ivjaġġar ġdid bl-istess perjodu ta’ validità fi żmien tlett ijiem ta' xogħol. Fil-każ li ma jkunx hemm missjoni diplomatika jew uffiċċju konsolari ta' Stat Membru fit-Turkija jew jekk l-Istat Membru mitlub, fi żmien tlett ijiem ta' xogħol, ma jkunx ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar, it-tweġiba għall-applikazzjoni ta' riammissjoni għandha titqies bħala d-dokument tal-ivvjaġġar meħtieġ għar-riammissjoni tal-persuna kkonċernata.

    Artikolu 6

    Riammissjoni ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz u persuni apolidi

    1.           Stat Membru għandu jirriammetti, wara applikazzjoni mit-Turkija u mingħajr ebda formalità oħra min-naħa tat-Turkija għajr dawk previsti f’dan il-Ftehim, il-persuni b'nazzjonalità ta' pajjiż terz jew il-persuni apolidi li ma jkunux jissodisfaw, jew li ma jkunux għadhom jissodisfaw, il-kundizzjonijiet fis-seħħ fir-rigward tad-dħul, tal-preżenza, jew residenza, fit-territorju tat-Turkija kemm-il darba, f'konformità mal-Artikolu 10, jiġi stabbilit li tali persuni:

    (a) ikollhom fil-pussess tagħhom, meta tiġi sottomessa l-applikazzjoni ta' riammissjoni, viża valida maħruġa mill-Istat Membru mad-dħul fit-territorju tat-Turkija direttament mit-territorju tal-Istat Membru mitlub; jew

    (b) ikollhom permess ta' residenza maħruġ mill-Istat Membru mitlub; jew

    (c) ikunu daħlu illegalment u direttament fit-territorju tat-Turkija wara permanenza, jew tranżitu fit-territorju tal-Istat Membru mitlub.

    2.           L-obbligu ta' riammissjoni prevista f’Paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu m’għandux japplika jekk:

    (a) il-persuna b'nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna apolida tkun biss fi tranżitu bl-ajru minn Ajruport Internazzjonali tal-Istat Membru mitlub; jew

    (b) lil persuna b'nazzjonalità ta' pajjiż terz jew persuna apolida, it-Turkija tkun ħarġitilha viża li tkun intużat mill-persuna għad-dħul fit-territorju Tork jew permess ta' residenza qabel jew wara ma tidħol fit-territorju, għajr jekk dik il-persuna jkollha fil-pussess tagħha viża jew permess ta' residenza maħruġ mill-Istat Membru mitlub, li jkollu perjodu ta' validità itwal, jew

    (c) il-persuna b'nazzjonalità ta' pajjiż terz jew persuna apolida tibbenefika minn aċċess mingħajr viża fit-territorju tat-Turkija.

    3.           L-obbligu ta’ riammissjoni fil-Paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu huwa għall-Istat Membru li jkun ħareġ il-viża jew l-awtorizzazzjoni ta’ residenza. Jekk żewġ Stati Membri jew aktar ikunu ħarġu viża jew awtorizzazzjoni jew permess ta’ residenza, l-obbligu ta’ riammissjoni fil-Paragrafu 1 ikun tal-Istat Membru li jkun ħareġ id-dokument b’perjodu ta’ validità itwal jew, jekk wieħed jew bosta minnhom ikunu diġà skadew, id-dokument li jkun għadu validu. Jekk id-dokumenti kollha jkunu diġà skadew, l-obbligu tar-riammissjoni fil-Paragrafu 1 ikun tal-Istat Membru li jkun ħareġ id-dokument bl-aktar skadenza reċenti. Jekk ma jkunux jistgħu jiġu ppreżentati tali dokumenti, l-obbligu ta’ riammissjoni fil-Paragrafu 1 jkun tal-Istat Membru tal-aħħar ħruġ.

    4.           Wara li l-Istat Membru jkun ta tweġiba pożittiva għall-applikazzjoni ta' riammissjoni jew, fejn xieraq, wara li jiskadu l-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 11(2), l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom, jekk neċessarju, fi żmien tlett ijiem, lill-persuna li r-riammissjoni tagħha tkun ġiet aċċettata joħorġulha d-dokument tal-ivvjaġġar meħtieġ għar-ritorn tagħha b'perjodu ta' validità ta' mill-anqas tliet xhur. Jekk l-Istat Membru ma jkollux missjoni diplomatika jew uffiċċju konsolari fit-Turkija jew jekk l-Istat Membru ma jkunx ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar fi żmien tlett ijiem, huwa għandu jitqies bħala li aċċetta l-użu tad-dokument tal-ivvjaġġar standard tal-UE għall-finijiet tal-espulsjoni.[3]

    5.           Jekk, għal xi raġunijiet ta' dritt jew ta' fatt, il-persuna kkonċernata ma tkunx tista tiġi ttrasferita fi żmien il-perjodu ta' validità tad-dokument tal-ivvjaġġar maħruġ inizjalment, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom fi żmien tlett ijiem ta' xogħol, jestendu l-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar jew, fejn meħtieġ, joħorġu dokumenti tal-ivvjaġġar ġodda bl-istess perjodu ta' validità. Jekk l-Istat Membru ma jkollux misssjoni diplomatika jew uffiċċju konsolari fit-Turkija jew jekk l-Istat Membru ma jkunx ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar fi żmien tlett ijiem, huwa għandu jitqies bħala li aċċetta l-użu tad-dokument tal-ivvjaġġar standard tal-UE għall-finijiet tal-espulsjoni.[4]

    Taqsima III

    Proċedura ta’ Riammissjoni

    Artikolu 7

    Prinċipji

    1.           L-Istati Membri u t-Turkija għandhom jagħmlu kull sforz biex jirritornaw persuna li ssir referenza għaliha fl-Artikoli 4 u 6 direttament lejn il-pajjiż tal-oriġini. Għal dan il-fini, il-modalitajiet tal-applikazzjoni ta' dan il-Paragrafu għandhom jiġu deċiżi f'konformità mal-Artikolu 19(1)(b). Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Paragrafu ma għandhomx japplikaw għal każijiet fejn il-proċedura aċċelerata tkun applikabbli f'konformità mal-Paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

    2.           Suġġett għall-Paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, kull trasferiment ta’ persuna li tkun ser tiġi riammessa abbażi ta’ wieħed mill-obbligi li jinsabu fl-Artikoli 3 sa 6, għandu jeħtieġ is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni ta’ riammissjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Mitlub.

    3.           Jekk il-persuna li tkun ser tiġi riammessa jkollha fil-pussess tagħha dokument tal-ivvjaġġar validu jew karta tal-identità valida u, fil-każ ta' persuni b'nazzjonalità ta' pajjiż terz jew persuna apolida, viża valida użata mill-persuna għall-fini ta' dħul fit-territorju tal-Istat Mitlub jew permess ta' residenza tal-Istat Mitlub, it-trasferiment ta' tali persuna għandu jseħħ mingħajr mal-Istat Rikjedenti jkollu jressaq applikazzjoni ta' riammissjoni jew notifika bil-miktub msemmija fl-Artikolu 12(1) lill-awtorità kompetenti tal-Istat Mitlub.

    Is-Subparagrafu preċedenti ma għandux ikun ta' ħsara għad-dritt tal-awtoritajiet relevanti li jivverifikaw l-identità tal-persuni riammessi fil-fruntiera.

    4.           Bla ħsara għall-Paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, jekk persuna tinqabad mill-Istat Rikjedenti fir-reġjun tal-fruntiera wara li tkun daħlet illegalment u direttament mit-territorju tal-Istat Mitlub, l-Istat Rikjedenti jkun jista’ jissottometti applikazzjoni ta' riammissjoni fi żmien tlett ijiem minn meta tinqabad il-persuna (proċedura aċċelerata).

    Artikolu 8

    Kontenut tal-applikazzjoni ta' riammissjoni

    1.           Sa fejn ikun possibbli, kull applikazzjoni ta' riammissjoni għandha jkollha l-informazzjoni li ġejja:

    (a) id-dettalji tal-persuna li tkun ser tiġi riammessa (pereżempju l-ismijiet, il-kunjomijiet, id-data tat-twelid, u – fejn possibbli – il-post tat-twelid, u l-aħħar post ta’ residenza) u, fejn applikabbli, id-dettalji tat-tfal minorenni mhux miżżewġa u/jew tal-konjugi;

    (b) fil-każ ta’ persuni ta’ nazzjonalità proprja, indikazzjoni tal-mezzi li bihom tkun ser tingħata prova jew evidenza prima facie tan-nazzjonalità kif inhu stabbilit fl-Annessi 1 u 2 rispettivament;

    (c) fil-każ ta’ persuna b’nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi u ta’ persuni apolidi, indikazzjoni tal-mezzi li bihom tkun ser tingħata prova jew evidenza prima facie tal-kundizzjonijiet għar-riammissjoni ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi kif inhu previst fl-Annessi 3 u 4 rispettivament;

    (d) ritratt tal-persuna li tkun ser tiġi riammessa.

    2.           Sa fejn ikun possibbli, l-applikazzjoni ta' riammissjoni għandha jkollha wkoll l-informazzjoni li ġejja:

    (a) dikjarazzjoni li tindika li l-persuna li tkun ser tiġi ttrasferita jista’ jkollha bżonn għajnuna jew kura, kemm-il darba l-persuna kkonċernata tkun tat il-kunsens espliċitu tagħha għal din l-istqarrija;

    (b) kull miżura oħra ta’ protezzjoni jew sigurtà, jew informazzjoni dwar is-saħħa tal-persuna, li tista’ tkun meħtieġa fil-każ individwali ta’ trasferiment.

    3.           Bla ħsara għall-Artikolu 7(3), kull applikazzjoni ta' riammissjoni għandha ssir bil-miktub u għandha tintuża formola komuni mehmuża mal-Anness 5 ta' dan il-Ftehim.

    4.           L-applikazzjoni ta' riammissjoni tista' titressaq permezz ta' kwalunkwe mezz ta' komunikazzjoni fosthom mezzi elettroniċi eż, faks, posta elettronika eċċ.

    5.           Bla ħsara għall-Artikolu 11(2), it-tweġiba għal applikazzjoni ta' riammissjoni trid tingħata bil-miktub.

    Artikolu 9

    Evidenza dwar in-nazzjonalità

    1.           Il-prova dwar in-nazzjonalità skont l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 5(1) tista’, b’mod partikolari, tingħata permezz tad-dokumenti elenkati fl-Anness 1 ta’ dan il-Ftehim. Jekk jiġu ppreżentati tali dokumenti, l-Istati Membri jew it-Turkija, rispettivament, għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jirrikonoxxu n-nazzjonalità. Il-prova ta’ nazzjonalità ma tistax tingħata permezz ta’ dokumenti foloz.

    2.           Evidenza prima facie tan-nazzjonalità skont l-Arikolu 3(1) u l-Artikolu 5(1) għandha tingħata partikolarment permezz tad-dokumenti elenkati fl-Anness 2 ta’ dan il-Ftehim, anke jekk il-perjodu ta’ validità tagħhom ikun skada. Jekk jiġu ppreżentati tali dokumenti, l-Istati Membri u t-Turkija għandhom iqisu, għall-fini ta' dan il-Ftehim, in-nazzjonalità bħala waħda stabbilita, għajr jekk wara investigazzjoni u fil-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 11, l-Istat Mitlub juri xorta oħra. L-evidenza prima facie dwar in-nazzjonalità ma tistax tingħata permezz ta’ dokumenti foloz.

    3.           Jekk ma jkun jista’ jiġi ppreżentat l-ebda wieħed mid-dokumenti elenkati fl-Annessi 1 jew 2, ir-rappreżentanzi diplomatiċi u konsolari kompetenti tal-Istat Mitlub għandhom, fuq talba jagħmlu l-arranġamenti biex issir intervista lill-persuna li tkun ser tiġi riammessa mingħajr dewmien żejjed, fi żmien sebat ijiem ta’ xogħol mill-jum li fih issir it-talba, sabiex tiġi stabbilita n-nazzjonalità tagħha.          Jekk fl-Istat Mitlub ma jkun hemm l-ebda rappreżentanza diplomatika jew konsolari fl-Istat Rikjedenti, dak tal-aħħar għandu jagħmel l-arranġamenti meħtieġa sabiex issir intervista lill-persuna li tkun ser tiġi riammesa mingħajr dewmien żejjed, sa mhux aktar tard minn sebat ijiem ta' xogħol mill-jum li fih issir it-talba. Il-proċedura għal dawn l-intervisti tista’ tkun stabbilita fil-Protokolli ta’ implimentazzjoni previsti fl-Artikolu 20 ta’ dan il-Ftehim.

    Artikolu 10

    Evidenza dwar persuni b'nazzjonalità ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi

    1.           Il-prova dwar il-kondizzjonijiet ta’ riammissjoni ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi li hija stabbilita fl-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 6(1) għandha tingħata, b’mod partikolari, permezz tal-evidenza elenkata fl-Anness 3 ta’ dan il-Ftehim. Il-prova tal-kundizzjonijiet għar-riammissjoni ma tistax tingħata permezz ta' dokumenti foloz.

    2.           Il-prova prima facie dwar il-kundizzjonijiet ta' riammissjoni ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi skont l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 6(1) għandha tingħata b’mod partikolari permezz tal-evidenza elenkata fl-Anness 4 ta’ dan il-Ftehim; ma tistax tingħata permezz ta’ dokumenti foloz. Meta tali evidenza prima facie tiġi ppreżentata, l-Istati Membri u t-Turkija għandhom iqisu li dawn il-kundizzjonijiet ġew stabbiliti, għajr jekk wara investigazzjoni u fil-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 11, l-Istat Mitlub juri xorta oħra.

    3.           L-illegalità tad-dħul, il-preżenza jew ir-residenza għandha tkun stabbilita permezz ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar tal-persuna kkonċernata fejn la jkun hemm inkluża l-viża meħtieġa u lanqas permess ta' residenza għat-territorju tal-Istat Rikjedenti. Dikjarazzjoni bil-miktub mill-Istat Rikjedenti li l-persuna kkonċernata tkun instabet mingħajr id-dokumenti tal-ivvjaġġar, il-viża jew il-permess ta’ residenza meħtieġa għandha wkoll tkun ta’ evidenza prima facie tad-dħul, il-preżenza jew ir-residenza illegali.

    Artikolu 11

    Limiti ta’ żmien

    1.           L-applikazzjoni ta' riammissjoni għandha tiġi sottomessa lill-awtorità kompetenti tal-Istat Mitlub fi żmien massimu ta’ sitt xhur minn meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Rikjedenti tkun kisbet għarfien li persuna b'nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna apolida ma tkunx tissodisfa, jew ma tkunx għada tissodisfa, il-kundizzjonijiet fis-seħħ għad-dħul, il-preżenza jew ir-residenza.

    Jekk il-persuna b'nazzjonalità ta' pajjiż terz jew il-persuna apolida tidħol fit-territorju tal-Istat Rikjedenti qabel il-jum li fih jibdew japplikaw l-Artikoli 4 u 6 f'konformità mal-Artikolu 24(3), il-limiti ta' żmien msemmija fis-sentenza preċedenti tibda tiddekorri fil-jum li fih jibdew japplikaw l-Artikoli 4 u 6.

    Fejn ikun hemm ostakli ta' dritt jew ta' fatt għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni fil-ħin, il-limitu ta' żmien għandu, fuq talba tal-Istat Rikjedenti, jiġi estiż iżda biss sakemm l-ostakli ma jkunux għadhom fis-seħħ.

    2.           It-tweġiba għal applikazzjoni ta' riammissjoni għandha ssir bil-miktub:

    – fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol jekk l-applikazzjoni tkun saret skont il-proċedura aċċelerata (Artikolu 7(4));

    – mingħajr dewmien żejjed, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn massimu ta' 25 jum kalendarju fil-każi l-oħra kollha, għajr għal każijiet li fir-rigward tagħhom il-perjodu inizjali ta' detenzjoni fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Rikjedenti jkun iqsar, u f'dan il-każ japplika li l-perjodu li ssemma l-aħħar. Fejn ikun hemm ostakli ta' dritt jew ta' fatt biex it-tweġiba għall-applikazzjoni ssir fiż-żmien, il-limitu taż-żmien jista’, fuq talba u bl-ispjegazzjoni tar-raġunijiet, jiġi estiż sa 60 jum kalendarju, għajr jekk il-perjodu massimu ta' detenzjoni fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Rikjedenti jkun inqas minn jew indaqs għal 60 jum.

    Dan il-limitu taż-żmien jibda jgħodd mid-data tal-irċevuta tat-talba ta' riammissjoni. Jekk ma jkunx hemm tweġiba f’dan il-limitu ta’ żmien, it-trasferiment jitqies li jkun ġie miftiehem.

    It-tweġiba għal applikazzjoni ta' riammissjoni tista' titressaq bi kwalunkwe mezz ta' komunikazzjoni fosthom mezzi elettroniċi eż, faks, posta elettronika eċċ.

    3.           Wara li jkun intlaħaq ftehim jew, fejn xieraq, wara li jiskadu t-termini ta' żmien stabbiliti fil-Paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-persuna kkonċernata għanda tiġi ttrasferita fi żmien tliet xhur. Fuq talba tal-Istat Rikjedenti, dan it-terminu ta' żmien jista’ jiġi estiż biż-żmien meħtieġ biex jiġu indirizzati l-ostakli legali jew prattiċi.

    4.           Ir-raġunijiet tar-rifjut tat-talba ta' riammissjoni għandhom jingħataw bil-miktub.

    Artikolu 12

    Modalitajiet tat-trasferiment u mezzi ta’ trasport

    1.           Bla ħsara għall-Artikolu 7(3), qabel ma jirritornaw persuna, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Rikjedenti għandhom javżaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Mitlub tal-anqas 48 siegħa qabel dwar id-data ta' trasferiment, il-punt ta' dħul, l-iskorti possibbli u informazzjoni oħra relevanti għat-trasferiment.

    2.           It-trasport jista’ jsir bl-ajru, bl-art jew bil-baħar. Ir-ritorn bl-ajru ma għandux jiġi ristrett għall-użu tal-linji nazzjonali tat-Turkija jew tal-Istati Membri u jista’ jseħħ bl-użu ta’ titjiriet skedati jew titjiriet charter. Fil-każ ta’ ritorn bl-iskorta, dawn l-iskorti ma għandhomx ikunu limitati għal persuni awtorizzati tal-Istat Rikjedenti, kemm-il darba jkunu persuni awtorizzati mit-Turkija jew minn kwalunkwe Stat Membru.

    Artikolu 13

    Riammissjoni bi żball

    L-Istat Rikjedenti għandu jieħu lura lil kwalunkwe persuna riammessa mill-Istat Mitlub, jekk jiġi stabbilit, fi żmien tliet xhur wara t-trasferiment tal-persuna kkonċernata, li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 3 sa 6 ta’ dan il-Ftehim ma jkunux ġew issodisfati.

    F'tali każijiet, u bl-eċċezzjoni tal-kosti kollha tat-trasport tal-persuna inkwistjoni li jitħallsu mill-Istat Rikjedenti kif imsemmi fil-Paragrafu preċedenti, id-dispożizzjonijiet proċedurali ta' dan il-Ftehim għanhom japplikaw mutatis mutandis u għandha tingħata l-informazzjoni kollha li tkun disponibbli dwar l-identità u n-nazzjonalità reali tal-persuna li tkun ser tittieħed lura.

    Taqsima IV

    Operazzjonijiet ta’ Tranżitu

    Artikolu 14

    Prinċipji ta' tranżitu

    1.           L-Istati Membri u t-Turkija għandhom jillimitaw it-tranżitu ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi għal każijiet fejn tali persuni ma jkunux jistgħu jintbagħtu lura direttament lejn l-Istat ta’ destinazzjoni.

    2.           It-Turkija għandha tippermetti t-tranżitu ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi jekk Stat Membru jitlob dan, u Stat Membru għandu jawtorizza t-tranżitu ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi jekk it-Turkija titlob dan, jekk jiġi żgurat il-fatt li jsir il-vjaġġ lejn Stati ta’ tranżitu oħrajn possibbli u r-riammissjoni tal-Istat ta' destinazzjoni.

    3.           It-tranżitu jista’ jiġi rrifjutat mit-Turkija jew minn Stat Membru:

    (a) jekk il-persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna apolidi tkun f’riskju li tkun suġġetta għal tortura jew trattament inuman jew degradanti jew il-piena tal-mewt jew persekuzzjoni minħabba r-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, is-sħubija f’xi grupp soċjali partikolari jew il-konvinzjoni politika tagħha fl-Istat ta’ destinazzjoni jew Stat ieħor ta’ tranżitu; jew

    (b) jekk il-persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna apolidi tkun suġġetta għal sanzjonijiet kriminali fl-Istat mitlub jew f’xi Stat ieħor ta’ tranżitu; jew

    (c) minħabba raġunijiet ta’ saħħa pubblika, sigurtà domestika, ordni pubblika jew interessi oħra nazzjonali tal-Istat Mitlub.

    4.           It-Turkija jew Stat Membru jistgħu jirrevokaw kull awtorizzazzjoni maħruġa jekk jinqalgħu jew jitfaċċaw iċ-ċirkostanzi li saret referenza għalihom fil-Paragrafu 3, li jżommu milli ssir l-operazzjoni ta’ tranżitu, jew jekk il-vjaġġ lejn id-destinazzjoni lejn Stati possibbli ta’ tranżitu jew ir-riammissjoni mill-Istat ta’ destinazzjoni ma jibqgħux żgurati. F’dan il-każ, l-Istat Rikjedenti għandu jieħu lura lill-persuna b'nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, kif meħtieġ u mingħajr dewmien.

    Artikolu 15

    Proċedura ta' tranżitu

    1.           L-applikazzjoni għall-operazzjonijiet ta’ tranżitu għandha titressaq lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Mitlub bil-miktub u għandu jkollha l-informazzjoni li ġejja:

    (a) it-tip ta’ tranżitu (bl-ajru, bil-baħar jew bl-art), Stati oħra possibbli ta’ tranżitu u d-destinazzjoni finali ppjanata;

    (b) id-dettalji tal-persuna kkonċernata (pereżempju l-isem, il-kunjom, kunjom xbubitha, l-ismijiet l-oħra użati/li bihom kienet magħrufa jew psewdonimi, id-data tat-twelid is-sess u – fejn possibbli – il-post tat-twelid, in-nazzjonalità, il-lingwa, it-tip u n-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar);

    (c) il-post tad-dħul ippjanat, il-ħin tat-trasferiment u l-użu ta' skorti;

    (d) dikjarazzjoni li fil-fehma tal-Istat Rikjedenti, il-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 14(2) jkunu ssodisfati, u li ma tkun magħrufa ebda raġuni għal rifjut skont l-Artikolu 14(3).

    Formola komuni li għandha tintuża fl-applikazzjonijiet ta’ tranżitu tinsab mehmuża mal-Anness 6 ta’ dan il-Ftehim.

    L-applikazzjoni ta' tranżitu tista' titressaq permezz ta' kwalunkwe mezz ta' komunikazzjoni fosthom mezzi elettroniċi eż, faks, posta elettronika eċċ.

    2.           Fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol wara li tiġi rċevuta l-applikazzjoni bil-miktub, l-Istat Mitlub għandu jinforma bil-miktub lill-Istat Rikjedenti dwar l-ammissjoni, jikkonferma l-post tad-dħul u l-ħin ippjanat tal-ammissjoni, jew jinfurmah dwar ir-rifjut ta' ammissjoni u r-raġunijiet għal tali rifjut. Jekk ma tingħata ebda tweġiba fi żmien estiż ħamest ijiem ta' xogħol, it-tranżitu ikun meqjus li jkun ġie miftiehem.

    It-tweġiba għal applikazzjoni ta' tranżitu tista' titressaq bi kwalunkwe mezz ta' komunikazzjoni fosthom mezzi elettroniċi eż, faks, posta elettronika eċċ.

    3.           Jekk l-operazzjoni ta’ tranżitu ssir bl-ajru, il-persuna li tkun ser tiġi riammessa u l-iskorti possibbli għandhom jiġu eżentati milli jkollhom viża ta’ tranżitu tal-ajruport.

    4.           L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Mitlub għandhom, wara konsultazzjonijiet reċiproċi, jgħinu fl-operazzjonijiet ta’ tranżitu, b’mod partikolari permezz ta’ sorveljanza tal-persuni kkonċernati u l-għoti ta’ kumditajiet xierqa għal dan il-fini.

    Taqsima V

    Kosti

    Artikolu 16

    Kosti tat-trasport u t-tranżitu

    Bla ħsara għall-Artikolu 23 u bla ħsara għad-dritt tal-awtoritajiet kompetenti li jirkupraw il-kosti assoċjati mar-riammissjoni mingħand il-persuna li tkun ser tiġi riammessa, fosthom il-persuni msemmija fl-Artikolu 3(2) u 5(2) jew partijiet terzi, il-kosti kollha tat-trasport li jiġu mġarrba b'rabta mal-operazzjonijiet ta' riammissjoni u tranżitu skont dan il-Ftehim sal-post fejn tinqasam il-fruntiera tal-Istat Mitlub għal talbiet konformi mat-Taqsimiet I u II ta' dan il-Ftehim; jew sal-fruntiera tal-Istat ta' destinazzjoni finali għal talbiet konformi mat-Taqsima IV tal-Ftehim, għandhom jitħallsu mill-Istat Rikjedenti.

    Taqsima VI

    Protezzjoni tad-dejta u l-klawsola ta' nuqqas ta' effett

    Artikolu 17

    Protezzjoni tad-dejta

    Il-komunikazzjoni ta’ dejta personali għandha sseħħ biss jekk komunikazzjoni bħal din tkun meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim mill-awtoritajiet kompetenti tat-Turkija jew Stat Membru skont il-każ. L-ipproċessar u t-trattament ta’ dejta personali f’każ partikolari għandhom ikunu suġġetti għal-liġijiet domestiċi tat-Turkija u, fejn il-kontrollur ikun awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, għad-disposizzjonijet tad-Direttiva 95/46/KE u għal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru adottata skont din id-Direttiva. Addizzjonalment japplikaw ukoll il-prinċipji li ġejjin:

    (a) id-dejta personali għandha tiġi proċessata b’mod ġust u legali;

    (b) id-dejta personali għandha tinġabar għall-iskop speċifikat, espliċitu u leġittimu tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim u ma tiġix ipproċessata aktar mill-awtorità li tikkomunikaha jew mill-awtorità li tirċeviha b’mod mhux kompatibbli ma’ dan l-iskop;

    (c) id-dejta personali għandha tkun adegwata, relevanti u mhux eċċessiva fir-rigward tal-għan li għalih tinġabar u/jew tiġi ipproċessata aktar; b’mod partikolari, id-dejta personali kkomunikata tista’ tkun biss dwar dan li ġej:

    – id-dettalji tal-persuna li tkun ser tiġi ttrasferita (eż. ismijiet, kunjomijiet, xi ismijiet preċedenti, l-ismijiet l-oħra użati/li bihom kienet magħrufa jew psewdonimi, is-sess, l-istat ċivili, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità kurrenti u preċedenti);

    – il-passaport, il-karta tal-identità jew il-liċenzja tas-sewqan (in-numru, il-perjodu ta’ validità, id-data tal-ħruġ, l-awtorità tal-ħruġ, il-post tal-ħruġ),

    – il-postijiet ta’ waqfien temporanju u itinerarji,

    – informazzjoni oħra meħtieġa biex tiġi identifikata l-persuna li tkun ser tiġi trasferita jew biex jiġu eżaminati r-rekwiżiti għar-riammissjoni skont dan il-Ftehim;

    (d) id-dejta personali għandha tkun eżatta u, fejn meħtieġ, tinżamm aġġornata;

    (e) id-dejta personali għandha tinżamm b’mod li jippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-dejta għal mhux iktar mill-perjodu neċessarju għall-fini li għalih tkun inġabret id-dejta jew li kompliet tiġi pproċessata;

    (f) kemm l-awtorità li tikkomunika kif ukoll l-awtorità li tirċeviha għandhom jieħdu kull pass raġonevoli biex jiżguraw kif xieraq il-korrezzjoni, it-tħassir jew l-imblukkar tad-dejta personali fejn l-ipproċessar tagħha ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari għaliex dik id-dejta ma tkunx xierqa, adegwata, preċiża jew għaliex tkun eċċessiva fir-rigward tal-fini tal-ipproċessar. Dan jinkludi n-notifika ta’ kwalunkwe rettifika, tħassir jew imblukkar għall-Parti l-oħra;

    (g) fuq talba, l-awtorità li tirċievi għandha tinforma lill-awtorità li tikkomunika dwar l-użu tad-dejta kkomunikata u r-riżultati miksuba minnha;

    (h) id-dejta personali tista’ tkun komunikata biss lill-awtoritajiet kompetenti. Komunikazzjoni ulterjuri lil entitajiet oħrajn teħtieġ kunsens minn qabel tal-awtorità li tikkomunika kompetenti;

    (i) l-awtorità li tikkomunika u l-awtorità li tirċievi huma obbligati li jirreġistraw bil-miktub il-komunikazzjoni u l-wasla ta' dejta personali.

    Artikolu 18

    Klawsola ta’ nuqqas ta’ effett

    1.           Dan il-ftehim għandu jkun bla ħsara għad-drittijiet, l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-Unjoni, l-Istati Membri u t-Turkija li jirriżultaw mil-liġi lnternazzjonali fosthom minn konvenzjonijiet internazzjonali li jkunu parteċipanti fihom, b’mod partikolari:

    – il-Konvenzjoni tat-28 ta’ Lulju 1951 dwar l-Istatus tar-Refuġjati kif emendata bil-Protokoll tal-31 ta’ Jannar 1967 dwar l-Istat tar-Refuġjati,

    – il-Konvenzjoni Ewropea tal-4 ta’ Novembru 1950 dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali,

    – il-konvenzjonijiet internazzjonali li jiddeterminaw l-Istat responsabbli li jeżamina l-applikazzjonijiet għall-ażil li jkunu ġew sottomessi,

    – il-Konvenzjoni tal-10 ta’ Diċembru 1984 kontra t-Tortura u Trattament jew Kastig ieħor Kiefer, Inuman jew Degradanti,

    – fejn applikabbli, il-Konvenzjoni Ewropea tat-13 ta' Diċembru 1955 dwar l-Istabbiliment,

    – mill-konvenzjonijiet internazzjonali dwar l-estradizzjoni u t-tranżitu,

    – il-konvenzjonijiet u l-ftehimiet internazzjonali multilaterali dwar ir-riammissjoni ta’ persuni ta’ nazzjonalità barranija;

    2.           Il-Ftehim preżenti għandu jirrispetta bis-sħiħ id-drittijiet u l-obbligi, fosthom dawk ta' dawk li jkunu, jew kienu, residenti u jaħdmu legalment fit-territorju ta' wieħed mill-Partijiet, previsti mid-dispożizzjonijiet tal-Ftehim tat-12 ta' Settembru 1963 li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, il-protokolli addizzjonali tiegħu, id-deċiżjonijiet relevanti tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni kif ukoll il-każistika relevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

    3.           L-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim preżenti għandha ssir mingħajr ħsara għad-drittijiet u l-garanziji proċedurali kif stabbiliti fid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2008/115/KE dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment[5] partikolarment fir-rigward tal-aċċess tagħhom għal parir legali, informazzjoni, sospensjoni temporanja tal-infurzar ta' deċiżjonijiet ta' ritorn u aċċess għal rimedji legali.

    4.           L-applikazzjoni tal-Ftehim preżenti għandu jkun bla ħsara għad-drittijiet u l-garanziji proċedurali tal-persuni li japplikaw għall-ażil kif previst fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/9/KE tistabbilixxi standards minimi għall-akkoljenza ta' dawk li jfittxu ażil[6] u fid-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta' rifuġjat[7] u partikolarment fir-rigward tad-dritt li persuna tibqa' fi Stat Membru sakemm tiġi eżaminata l-applikazzjoni tagħha.

    5.           L-applikazzjoni tal-Ftehim preżenti għandha tkun bla ħsara għad-drittijiet u l-garanziji proċedurali ħal persuni li jkollhom fil-pussess tagħhom permess ta' residenza fit-tul skont it-termini tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul.

    6.           L-applikazzjoni tal-Ftehim preżenti għandha tkun bla ħsara għad-drittijiet u l-garanziji proċedurali għal persuni li jingħataw residenza skont it-termini tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja.

    7.           Xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jipprevjeni r-ritorn ta’ persuna taħt arranġamenti formali jew informali oħrajn.

    Taqsima VII

    Implimentazzjoni u applikazzjoni

    Artikolu 19

    Kumitat konġunt tar-riammissjoni

    1.           Il-Partijiet Kontraenti għandhom jipprovdu assistenza reċiproka fl-applikazzjoni u l-interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Għal dan il-għan, għandhom jaħtru kumitat konġunt tar-riammissjoni (minn hawn 'il quddiem magħruf bħala "il-kumitat") li, b'mod partikolari, ser ikollu l-kompitu:

    (a) li jwettaq monitoraġġ tal-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim;

    (b) li jiddeċiedi dwar l-arranġamenti neċessarji għall-applikazzjoni b’mod uniformi ta’ dan il-Ftehim;

    (c) li jkollu skambju regolari ta’ informazzjoni dwar il-Protokolli ta’ implimentazzjoni mfassla mill-Istati Membri individwali u mit-Turkija skont l-Artikolu 20;

    (d) li jagħmel rakkomandazzjonijiet għal emendi għal dan il-Ftehim u l-annessi tiegħu.

    2.           Id-deċiżjonijiet tal-kumitat għandhom ikunu vinkolanti għall-Partijiet Kontraenti wara li ssir kull proċedura interna meħtieġa mitluba mil-liġi tal-Partijiet Kontraenti.

    3.           Il-kumitat għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tat-Turkija u tal-Unjoni; l-Unjoni għandha tiġi rrappreżentata mill-Kummissjoni, megħjuna minn esperti mill-Istati Membri.

    4.           Il-Kumitat għandu jiltaqa’ meta meħtieġ fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet Kontraenti.

    5.           Il-Kumitat għandu jistabbilixxi r-regoli proċedurali tiegħu.

    Artikolu 20

    Protokolli ta' Implimentazzjoni

    1.           Fuq talba ta’ Stat Membru jew tat-Turkija, it-Turkija u Stat Membru għandhom iħejju Protokoll ta’ implimentazzjoni li fost l-oħrajn ikopri regoli dwar:

    (a) il-ħatra tal-awtoritajiet kompetenti, il-postijiet fejn tinqasam il-fruntiera u l-iskambju ta’ punti ta’ kuntatt;

    (b) il-kundizzjonijiet ta’ ritorni skortati, inkluż it-tranżitu ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi bi skorta;

    (c) il-mezzi u d-dokumenti addizzjonali ma' dawk elenkati fl-Annessi 1 sa 4 ta’ dan il-ftehim;

    (d) il-modalitajiet għar-riammissjoni bi proċedura aċċelerata;

    (e) il-proċedura għal intervisti.

    2.           Il-Protokolli ta’ Implimentazzjoni msemmija fil-Paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ biss wara li jiġi nnotifikat il-kumitat tar-riammissjoni imsemmi fl-Artikolu 19.

    3.           It-Turkija taqbel li tapplika kull dispożizzjoni ta’ Protokoll ta’ implimentazzjoni mfassal ma’ Stat Membru wieħed ukoll fir-relazzjonijiet tiegħu ma’ kwalunkwe Stat Membru ieħor, fuq talba ta’ dan tal-aħħar u suġġett għall-fattibilità prattika tal-applikazzjoni tiegħu għat-Turkija.

    L-Istati Membri jaqblu li japplikaw kull dispożizzjoni ta’ Protokoll ta’ implimentazzjoni mfassal bejn it-Turkija u kwalunkwe Stat Membru ieħor ukoll fir-relazzjonijiet tagħhom mat-Turkija, fuq talba ta’ dan tal-aħħar u suġġett għall-fattibilità prattika tal-applikazzjoni tiegħu għall-Istati Membri.

    Artikolu 21

    Relazzjoni tal-Istati Membri ma’ ftehimiet jew arranġamenti bilaterali dwar ir-riammissjoni

    Bla ħsara għall-Artikolu 24(3), id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim għandhom ikollhom preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet ta’ kwalunkwe strument vinkolanti dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni li jkun ġie jew jista’ jiġi konkluż, skont l-Artikolu 20, bejn Stati Membri individwali u t-Turkija, u dan safejn id-dispożizzjonijiet ta’ dan tal-aħħar ikunu inkompatibbli ma’ dawk ta’ dan il-Ftehim.

    Taqsima VIII

    dispożizzjonijiet finali

    Artikolu 22

    Applikazzjoni territorjali

    1.           Suġġett għall-Paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, dan il-Ftehim għandu japplika għat-territorju fejn japplika t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif inhuwa definit fl-Artikolu 52 ta' dak it-Trattat u l-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għat-territorju tar-Repubblika tat-Turkija.

    2.           Dan il-Ftehim ma għandux japplika għat-territorju tar-Renju tad-Danimarka.

    Artikolu 23

    Assistenza teknika

    Iż-żewġ partijiet jaqblu li jimplimentaw dan il-Ftehim skont il-prinċipji ta' responsabbiltà konġunta, solidarjetà u sħubija ndaqs fil-ġestjoni tal-flussi migratorji bejn it-Turkija u l-Unjoni.

    F'dan il-kuntest, l-Unjoni hija impenjata li toffri d-disponibbiltà ta' riżorsi finanzjarji sabiex tgħin lit-Turkija fl-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim skont id-dikjarazzjoni konġunta mehmuża dwar l-assistenza teknika. Meta jsir dan, ser tingħata attenzjoni partikolari għall-bini ta' istituzzjonijiet u kapaċitajiet. Tali appoġġ għandu jingħata fil-kuntest tal-prijoritajiet eżistenti u ġejjiena miftiehma b'mod konġunt mill-Unjoni Ewropea u t-Turkija.

    Artikolu 24

    Dħul fis-seħħ, tul ta' żmien u terminazzjoni

    1.           Dan il-Ftehim għandu jiġi rratifikat jew approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri rispettivi tagħhom.

    2.           Suġġett għall-Paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data li fiha l-Partijiet Kontraenti jinnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri li saret referenza għalihom fl-ewwel Paragrafu ta’ dan l-Artikolu ġew konklużi.

    3.           L-obbligi mfissra fl-Artikoli 4 u 6 ta’ dan il-Ftehim għandhom jibdew japplikaw biss tliet snin wara d-data li saret referenza għaliha fil-Paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Matul dak il-perjodu ta’ tliet snin, dawn għandhom japplikaw biss għall-persuni apolidi u persuni b'nazzjonalità ta' pajjiżi terzi li magħhom it-Turkija kkonkludiet trattati bilaterali jew arranġamenti dwar ir-riammissjoni. Matul dak il-perjodu ta' tliet snin, il-ftehimiet bilaterali eżistenti dwar ir-riammissjoni bejn l-Istati Membri individwali u t-Turkija għandhom jibqgħu japplikaw fil-parijiet relevanti tagħhom.

    4.           Dan il-Ftehim ġie konkluż għal perjodu miftuħ.

    5.           Kull Parti Kontraenti tista' tiddenunzja dan il-Ftehim billi tinnotifika lill-Parti Kontraenti l-oħra b’mod uffiċjali. Dan il-Ftehim ma għandux jibqa’ japplika sitt xhur wara d-data ta' tali notifika.

    Artikolu 25

    Annessi

    L-Annessi 1 sa 6 għandhom jifformaw parti integrali ta’ dan il-Ftehim.

    Magħmul fi ............ fil-........ jum ta’ ........... fis-sena Elfejn u għaxra b'duplikat bl-ilsien Bulgaru, Ċek, Daniż, Olandiż, Ingliż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, il-Grieg, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, is-Sloven, Ispanjol, Isvediż u Tork, b’kull test ikun ugwalment awtentiku.

    Għall-Unjoni Ewropea || Għat-Turkija

    (…) || (…)

    ANNESS 1

    Lista komuni ta' dokumenti li l-preżentazzjoni tagħhom hija kkunsidrata bħala prova taċ-ċitadinanza

    (Artikoli 3(1), 5(1) u 9(1))

    Fejn l-Istat Mitlub ikun jew wieħed mill-Istati Membri jew it-Turkija:

    – passporti ta' kwalunkwe tip

    – laissez-passer maħruġ mill-Istat Mitlub,

    – karti tal-identità ta' kwalunkwe tip (li jinkludu dawk temporanji u provviżorji),

    – kotba tas-servizz militari u karti tal-identità militari,

    – kotba tar-reġistrazzjoni tal-baħħara u karti tas-servizz ta’ kaptani;

    – ċertifikati taċ-ċittadinanza u dokumenti uffiċjali oħrajn li jsemmu jew li jindikaw iċ-ċittadinanza,

    Fejn l-Istat Mitlub ikun it-Turkija:

    – il-konferma ta' identità b’riżultat ta' tfittxija magħmula fis-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża[8],

    – fil-każ ta' Stati Membri li ma jużawx is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża, l-identifikazzjoni pożittiva tiġi stabbilita mir-rekords tal-applikazzjonijiet għal viża dawk l-Istati Membri.

    ANNESS 2

    Lista komuni ta' dokumenti li l-preżentazzjoni tagħhom hija kkunsidrata bħala prova prima facie tan-nazzjonalità

    (Artikoli 3(1), 5(1) u 9(2))

    – fotokopji ta’ kwalunkwe dokument imniżżel fl-Annes 1 ta’ dan il-Ftehim,

    – liċenzji tas-sewqan jew fotokopji tagħhom,

    – ċertifikati tat-twelid jew fotokopji tagħhom,

    – karti tal-identità tal-kumpanija jew fotokopji tagħhom,

    – dikjarazzjonijiet bil-mitkub mingħand xhieda,

    – dikjarazzjonijiet bil-miktub magħmula mill-persuna kkonċernata u l-lingwa mitkellma minnu jew minnha, fosthom permezz ta’ riżultat ta’ test uffiċjali,

    – kwalunkwe dokument ieħor li jista' jgħin biex tiġi stabbilita ċ-ċittadinanza tal-persuna kkonċernata, fosthom dokumenti b'ritratti maħruġa mill-awtoritajiet bħala sostituzzjoni tal-passaport

    – dokumenti mniżżla fl-Anness 1 li l-validità tagħhom tkun skadiet,

    – informazzjoni preċiża mogħtija minn awtoritajiet uffiċjali u kkonfermati mill-Parti l-oħra

    ANNESS 3

    Lista komuni ta' dokumenti li huma kkunsidrati bħala prova tal-kundizzjonijiet għar-riammissjoni ta' persuni b'nazzjonalità ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi

    (Artikoli 4(1), 6(1) u 10(1))

    – viża u/jew permess ta’ residenza maħruġ mill-Istat Mitlub,

    – timbri tad-dħul/tluq jew approvazzjoni simili fid-dokument tal-ivvjaġġar anke f'dokument tal-ivvjaġġar falz tal-persuna kkonċernata jew evidenza oħra tad-dħul/ħruġ (eż. fotografika),

    – dokumenti, ċertifikati u kontijiet ta’ kwalunkwe tip (pereżempju kontijiet tal-lukandi, karti tal-appuntament għal tobba/dentisti, karti ta’ dħul għal istituzzjonijiet pubbliċi/privati, ftehimiet tal-kiri tal-karozzi, irċevuti tal-karti tal-kreditu, eċċ.) li juru b’mod ċar li l-persuna kkonċernata kienet fuq permanenza fit-territorju tal-Istat Mitlub,

    – biljetti bl-isem u/jew listi tal-passiġġiera ta’ passaġġi bl-ajru, bil-ferrovija, bil-kowċ jew bil-vapur li juru l-preżenza u l-itinerarju tal-persuna kkonċernata fit-territorju tal-Istat Mitlub;

    – informazzjoni li turi li l-persuna kkonċernata użat is-servizzi tal-posta jew aġenzija tal-ivvjaġġar,

    – dikjarazzjonijiet uffiċjali bil-miktub magħmula, b’mod partikolari, mill-impjegati ta' awtorità tal-fruntieri u xhieda oħrajn li jistgħu jixhdu li l-persuna kkonċernata tkun qasmet il-fruntiera,

    – dikjarazzjoni uffiċjali bil-miktub tal-persuna kkonċernata fi proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi.

    ANNESS 4

    Lista komuni ta' dokumenti li huma kkunsidrati bħala evidenza prima facie tal-kundizzjonijiet għar-riammissjoni ta' persuni b'nazzjonalità ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi

    (Artikoli 4(1), 6(1) u 10(2))

    – deskrizzjoni maħruġa mill-awtoritajiet relevanti tal-Istat Rikjedenti, tal-post u ċ-ċirkostanzi li l-persuna kkonċernata tkun ġiet interċettata fihom wara li tkun daħlet fit-territorju ta’ dak l-Istat;

    – informazzjoni dwar l-identità u/jew permanenza ta’ persuna li tkun ġiet pprovduta minn Organizzazzjoni internazzjonali (eż. il-UNHCR);

    – rapporti/konferma ta’ informazzjoni minn membri tal-familja, sħab fil-vjaġġ, eċċ.;

    – dikjarazzjoni bil-miktub tal-persuna kkonċernata.

    ANNESS 5

    || [Emblema tar-Repubblika tat-Turkija] ||

    || ..............................................................………… ................................................................……….…......…….…......……….… || .................................................................…….. (Post u data)

    || (It-titolu tal-awtorità rikjedenti) ||

    Referenza: .............................................……………

    Lil

    .....................................................……….… ||

    ....................................................……….… ......................................................………… (It-titolu tal-awtorità mitluba) ||

    q      PROĊEDURA AĊĊELERATA (Artikolu 7(4))

    q      TALBA GĦALL-INTERVISTA (Artikolu 9(3))

    APPLIKAZZJONI TA' RIAMMISSJONI skont l-Artikolu 8 tal-Ftehim ta' ........... bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar r-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

    A. Dettalji personali 1. Isem sħiħ (agħmel linja taħt il-kunjom): ...........................................................……………………………… 2. Kunjom xebba: ...........................................................……………………………… 3. Data u post tat-twelid: ...........................................................……………………………… || Ritratt

    4. Sess u deskrizzjoni fiżika (tul, kulur tal-għajnejn, marki distintivi eċċ.):

    ………………………………………………………………………………...................………………….

    5. Magħruf/a ukoll/wkoll bħala (ismijiet preċedenti, ismijiet oħra użati/li magħruf/a bihom jew psewdonimi):

    ..............................................................................................................………..................………………….

    6. Nazzjonalità u lingwa:

    ................................................................................................................………...................………………

    7. Stat ċivili:                        ð miżżewweġ/miżżewġa    ð ġuvni/xebba              ð divorzjat/a            ð armel/armla

    Jekk miżżewweġ/miżżewġa: isem il-konjuġi      ................................................................................................................………...................………………

    Ismijiet u etajiet tat-tfal (jekk hemm)  ................................................................................................................………...................………………

    ................................................................................................................………...................………………

    8. L-aħħar indirizz fl-Istat Mitlub:

    ...........................................................................................................................................................................................

    B. Dettalji Personali tal-Konjuġi (jekk applikabbli)

    1. Isem sħiħ (agħmel linja taħt il-kunjom):                             ..........................................................................................................................................................................................

    2. Kunjom xebba:                                                                      ..........................................................................................................................................................................................

    3. Data u post tat-twelid:                                                         ..........................................................................................................................................................................................

    4. Sess u deskrizzjoni fiżika (tul, kulur tal-għajnejn, marki distintivi eċċ.):                                                                            ..........................................................................................................................................................................................

    5. Magħruf/a ukoll/wkoll bħala (ismijiet preċedenti, ismijiet oħra użati/li magħruf/a bihom jew psewdonimi):               ..........................................................................................................................................................................................

    6. Nazzjonalità u lingwa:                                                          ..........................................................................................................................................................................................

    C. Dettalji personali tal-Ulied (Jekk applikabbli)

    1. Isem sħiħ (agħmel linja taħt il-kunjom):                             ..........................................................................................................................................................................................

    2. Data u post tat-twelid:                                                          ..........................................................................................................................................................................................

    3. Sess u deskrizzjoni fiżika (tul, kulur tal-għajnejn, marki distintivi eċċ.):  …………………………………………………………………………………………...................………………….

    4. Nazzjonalità u lingwa:      …………………………………………………………………………………………...................………………….

    D. Ċirkostanzi speċjali b'rabta maĊ-ĊESSJONARJU

    1. Stat ta’ saħħa

    (eż. referenza possibbli għal kura medika; isem Latin ta’ mard li jittieħed):

    …………………………………………………………………………………………...................………………….

    2. Indikazzjoni ta’ persuna partikolarment perikoluża

    (eż. suspettata b'reat gravi; imġiba aggressiva):

    …………………………………………………………………………………………...................………………….

    E. Mezzi ta’ evidenza mehmuża

    1. .................................................................………… (Nru tal-Passaport) || ......................................................................………… (data u post tal-ħruġ)

    …….................................................................………… (awtorità tal-ħruġ) || ......................................................................……….. (data tal-iskadenza)

    2. .................................................................………… (Nru. tal-Karta tal-Identità) || ......................................................................………… (data u post tal-ħruġ)

    …....................................................................………… (awtorità tal-ħruġ) || ......................................................................………… (data tal-iskadenza)

    3. .................................................................………… (Nru tal-liċenzja tas-sewqan) || ......................................................................………... (data u post tal-ħruġ)

    …....................................................................………… (awtorità tal-ħruġ) || ......................................................................………… (data tal-iskadenza)

    4. .................................................................………… (Nru ta’ dokument uffiċjali ieħor) || ......................................................................………… (data u post tal-ħruġ)

    …....................................................................………… (awtorità tal-ħruġ) || ......................................................................………… (data tal-iskadenza)

    F. Kummenti

    ....................................................................................................................................................................……………

    ....................................................................................................................................................................……………

    ....................................................................................................................................................................……………

    ....................................................................................................................................................................……………

    ....................................................................................................................................................................……………

    ....................................................................................................................................................................……………

    ...................................................

    (Firma) (Siġill/timbru)

    ANNESS 6

    || [Emblema tar-Repubblika tat-Turkija] ||

    || ..............................................................………… ................................................................……….…......…….…......……….… || .................................................................…….. (Post u data)

    || (It-titolu tal-awtorità rikjedenti) ||

    Referenza: .............................................……………

    Lil

    .....................................................……….… ||

    ....................................................……….… ......................................................………… (It-titolu tal-awtorità mitluba) ||

    APPLIKAZZJONI TA’ TRANŻITU skont l-Artikolu 15 tal-Ftehim ta' ........... bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar r-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

    A. Dettalji personali 1. Isem sħiħ (agħmel linja taħt il-kunjom): ...........................................................……………………………… 2. Kunjom xebba: ...........................................................……………………………… 3. Data u post tat-twelid: ...........................................................……………………………… || Ritratt

    4. Sess u deskrizzjoni fiżika (tul, kulur tal-għajnejn, marki distintivi eċċ.):

    …………………………………………………………………………………………...................………………….

    6. Magħruf/a ukoll/wkoll bħala (ismijiet preċedenti, ismijiet oħra użati/li magħruf/a bihom jew psewdonimi):

    …………………………………………………………………………………………...................………………….

    7. Nazzjonalità u lingwa:

    …………………………………………………………………………………………...................………………….

    8. Tip u numru tad-dokument tal-ivvjaġġar:

    …………………………………………………………………………………………...................………………….

    B. Operazzjoni ta’ tranżitu

    1. Tip ta’ tranżitu

    q bl-ajru || q bl-art || q bil-baħar

    2. Stat tad-destinazzjoni finali

    …………………………………………………………………………………………...................………………….

    3. Stati oħrajn fejn possibbilment ikun hemm tranżitu

    …………………………………………………………………………………………...................………………….

    4. Post tal-qsim tal-fruntieri propost, data, ħin tat-trasferiment u skorti possibbli

    …………………………………………………………………………………………...................………………….

    …………………………………………………………………………………………...................………………….

    …………………………………………………………………………………………...................………………….

    5. L-ammissjoni garantita fi kwalunkwe Stat ieħor ta’ tranżitu u fl-Istat tad-destinazzjoni finali (Artikolu 14 Paragrafu 2)

    q iva || q le

    6. Għarfien ta' kwalunkwe raġuni biex ikun rifjutat it-tranżitu (Artikolu 14 Paragrafu 3)

    q iva || q le

    C. Kummenti

    …………………………………………………………………………………………...................………………….

    …………………………………………………………………………………………...................………………….

    …………………………………………………………………………………………...................………………….

    …………………………………………………………………………………………...................………………….

    …………………………………………………………………………………………...................………………….

    …………………………………………………………………………………………...................………………….

    …………………………………………………………………………………………...................………………….

    …………………………………………………………………………………………...................………………….

    …………………………………………………………………………………………...................………………….

    …………………………………………………………………………………………...................………………….

    ...................................................

    (Firma) (Siġill/timbru)

    Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-politika tal-viża

    Il-Partijiet Kontraenti jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom fil-qasam tal-politika tal-viża u f'oqsma relatati, bil-għan li jippromwovu aktar il-kuntatti bejn il-persuni, l-ewwel nett permezz tal-iżgurar tal-applikazzjoni effiċjenti tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea maħruġa fid-19 ta' Frar tal-2009 fil-kawża C-228/06 Mehmet Soysal, Ibrahim Savatli vs ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u sentenzi relevanti oħrajn dwar id-drittijiet ta' Fornituri ta' servizzi Torok imsejsa fuq il-Protokoll Addizzjonali tat-23 ta' Novembru tal-1970 anness mal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija.

    Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 7(1)

    Il-Partijiet jaqblu li sabiex jagħtu prova ta' "kull sforz biex isir ir-ritorn tal-persuna mesmmija fl-Artikoli 4 u 6 direttament lejn il-pajjiż tal-oriġini", l-Istat Rikjedenti, filwaqt li jressaq applikazzjoni ta' riammissjoni lill-Istat Mitlub, fl-istess waqt għandu jressaq ukoll applikazzjoni ta' riammissjoni lill-pajjiżi tal-oriġini. L-Istat Mitlub għandu jwieġeb sal-iskadenza msemmija fl-Artikolu 11(2). L-Istat Rikjedenti jinforma lill-Istat Mitlub jekk sadanittant ikun irċieva tweġiba pożittiva dwar l-applikazzjoni ta' riammissjoni mingħand il-pajjiż tal-oriġini. Jekk il-pajjiż tal-orġini tal-persuna inkwistjoni ma jkunx jista' jiġi ddeterminat u għaldaqstant ma tkunx tista' titressaq applikazzjoni ta' riammissjoni lill-pajjiż tal-oriġini, ir-raġunijiet ta' din is-sitwazzjoni għandhom jiġu ddikjarati fl-applikazzjoni ta' riammissjoni li titressaq lill-Istat Mitlub.

    Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-assistenza teknika

    It-Turkija u l-Unjoni Ewropea qablu li jintensifikaw il-koperazzjoni tagħhom biex jindirizzaw l-isfida komuni tal-ġestjoni tal-flussi migratorji u, b'mod partikolari, biex jittrattaw l-immigrazzjoni irregolari. Billi jagħmlu dan, it-Turkija u l-Unjoni Ewropea ser jesprimu l-impenn tagħhom għall-kondiviżjoni tal-piżijiet internazzjonali, is-solidarjetà, ir-responsabbiltà konġunta u l-komprensjoni komuni.

    Din il-kooperazzjoni ser tqis ir-realtajiet ġeografiċi u ser tibni fuq l-isforzi tat-Turkija bħala pajjiż kandidat li għaddej bin-negozjati. Hija ser tqis id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/157/KE tat-18 ta’ Frar 2008 dwar il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-kundizzjonijiet li jinsabu fis-Sħubija għall-Adeżjoni mar-Repubblika tat-Turkija u l-Programm Nazzjonali tat-Turkija għall-Adozzjoni tal-Acquis tal-UE tal-2008, fejn it-Turkija taċċetta u hija ppreparata li timplimenta l-acquis kollu tal-UE dwar dan il-qasam meta taderixxi mal-Unjoni Ewropea.

    F'dan il-kuntest, l-Unjoni Ewropea hija impenjata li toffri d-disponibblità ta' assistenza finanzjarja msaħħa sabiex tgħin lit-Turkija fl-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim.

    Waqt li jsir dan, għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-bini ta' istituzzjonijiet u kapaċitajiet li jsaħħu l-kapaċità tat-Turkija li tipprevjeni d-dħul, il-permanenza u l-ħruġ ta' migranti irregolari li jinsabu fit-territorju tagħha, kif ukoll għall-kapaċità ta' akkoljenza tagħha għall-migranti irregolari li jiġu interċettati. Fost l-oħrajn, dan jista' jinkiseb permezz tax-xiri ta' tagħmir għas-sorveljanza tal-fruntieri, il-ħolqien ta' ċentri ta' akkoljenza u strutturi tal-pulizija tal-fruntiera, u appoġġ għal attivitajiet ta' taħriġ, f'rispett sħiħ għar-regoli kurrenti li jirregolaw l-assistenza esterna tal-UE.

    Sabiex jingħata appoġġ kontinwu għall-implimentazzjoni sħiħa u effettiva ta' dan il-Ftehim, l-assistenza finanzjarja tal-UE, fosthom programm ta' appoġġ tas-settur fil-qasam tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri u l-migrazzjoni, ser tiġi żviluppata skont il-modalitajiet li ser jiġu ddefiniti mal-awtoritajiet Torok u, wara l-2013, fi ħdan u f'konformità mal-perspettivi finanzjarji tal-UE li jmiss.

    Dikjarazzjoni Konġunta dwar id-Danimarka

    Il-Partijiet Kontraenti jieħdu nota li dan il-Ftehim ma japplikax għat-territorju tar-Renju tad-Danimarka, u lanqas għall-persuni ta’ nazzjonalità tar-Renju tad-Danimarka. F’ċirkostanzi bħal dawn ikun xieraq li t-Turkija u d-Danimarka jikkonkludu ftehim ta’ riammissjoni skont l-istess termini ta’ dan il-Ftehim.

    Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Islanda u n-Norveġja

    Il-Partijiet Kontraenti jieħdu nota tar-relazzjoni mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u l-Islanda u n-Norveġja, b’mod partikolari bis-saħħa tal-Ftehim tat-18 ta’ Mejju 1999 dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn il-pajjiżi mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen. F’tali ċirkostanzi ikun xieraq li t-Turkija tikkonkludi l-ftehim ta' riammissjoni mal-Islanda u n-Norveġja skont l-istess termini ta’ dan il-Ftehim.

    Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Isvizzera

    Il-Partijiet Kontraenti jieħdu nota tar-relazzjoni mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera, partikolarment bis-saħħa tal-Ftehim dwar l-assoċjazzjoni tal-Isvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2008. F’tali ċirkostanzi ikun xieraq li t-Turkija tikkonkludi ftehim ta' riammissjoni mal-Isvizzera skont l-istess termini ta’ dan il-Ftehim.

    Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-Prinċipat ta' Liechtenstein

    Il-Partijiet Kontraenti jieħdu nota tar-relazzjoni mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta' Liechtenstein, partikolarment bis-saħħa tal-Ftehim dwar l-assoċjazzjoni tal-Prinċipat ta' Liechtenstein mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, li daħal fis-seħħ fid-19 ta’ Diċembru 2011. F’tali ċirkostanzi ikun xieraq li t-Turkija tikkonkludi ftehim ta' riammissjoni mal-Prinċipat ta' Liechtenstein skont l-istess termini ta’ dan il-Ftehim.

    [1]               Skont il-formola stabbilita fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-UE tat-30 ta’ Novembru 1994.

    [2]               Idem.

    [3]               Idem.

    [4]               Idem.

    [5]               ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98.

    [6]               ĠU L 31, 6.2.2003, p. 18.

    [7]               ĠU L 326, 13.12.2005, p. 13

    [8]               Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' dejta bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS), ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60.

    Top