This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012JC0031
Joint Proposal for a COUNCIL REGULATION amending Regulation (EU) No 101/2011 of 4 February 2011 concerning restrictive measures directed against certain persons, entities and bodies in view of the situation in Tunisia
Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 101/2011 tal-4 ta’ Frar 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija
Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 101/2011 tal-4 ta’ Frar 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija
/* JOIN/2012/031 final - 2012/0318 (NLE) */
Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 101/2011 tal-4 ta’ Frar 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija /* JOIN/2012/031 final - 2012/0318 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI (1)
Fil-31 ta Jannar 2011, il-Kunsill
adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK dwar miżuri
restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl
tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (2)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/..../PESK
ta' .... tipprevedi emenda għad-derogi stipulati fl-Artikolu 1
tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK biex tespandi l-kamp ta'
applikazzjoni tagħhom biex dawn ikunu jippermettu r-rilaxx ta' fondi u
riżorsi ekonomiċi fejn dawn ikunu meħtieġa biex jissodisfaw
deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva mogħtija fl-UE,
jew deċiżjoni ġudizzjarja infurzabbli fi Stat Membru. (3)
Biex tagħti effett lil din
id-Deċiżjoni hija meħtieġa emenda għar-Regolament
tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 tal-4 ta’ Frar 2011 dwar
miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet u korpi
fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija. (4)
L-Artikolu 9 tar-Regolament (UE)
Nru 101/2011 jikkonċerna l-iskambju tal-informazzjoni bejn persuni,
entitajiet u korpi biex jiffaċilita l-konformità mar-Regolament.
B'konformità mal-Artikolu 9(2), kull informazzjoni li tingħata jew
tasal għandha tintuża biss għall-iskopijiet li għalihom
ingħatat jew twasslet. Din l-emenda tagħmilha ċara li dan ma
jwaqqafx lill-Istati Membri milli jaqsmu din l-informazzjoni mat-Tuneżija
u ma' Stati Membri oħra skont il-liġi nazzjonali biex jgħinu
l-irkupru ta' assijiet approprjati bla dritt f'ċerti ċirkostanzi. (5)
Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni
għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea
jipproponu li jemendaw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 101/2011 skont
dan. 2012/0318 (NLE) Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 101/2011
tal-4 ta’ Frar 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra
ċerti persuni u entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni
fit-Tuneżija
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215
tiegħu, Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2011/72/PESK tal-31 ta’ Jannar 2011 dwar miżuri
restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl
tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija[1], Wara li kkunsidra l-proposta konġunta
mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u
l-Politika ta’ Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea, Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kunsill
(UE) Nru 101/2011 tal-4 ta' Frar 2011, dwar miżuri
restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet u korpi fid-dawl
tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija[2]
jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill
2011/72/PESK. (2) Id-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2012/..../PESK ta' .... tipprevedi emenda
għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK biex tippermetti
r-rilaxx ta' fondi u riżorsi ffriżati fejn dawn ikunu
meħtieġa biex jissodisfaw deċiżjoni ġudizzjarja jew
amministrattiva mogħtija fl-UE, jew deċiżjoni ġudizzjarja
infurzabbli fi Stat Membru. (3) L-Artikolu 9
tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 jikkonċerna
l-informazzjoni li għandha tiġi skambjata ,minn persuni, entitajiet u
korpi mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, li għandha tiġi
kkomunikata lill-Kummissjoni, biex tiffaċilita l-konformità
mar-Regolament. B'konformità mal-Artikolu 9(2), kull informazzjoni li
tingħata jew tasal għandha tintuża biss għall-iskopijiet li
għalihom ingħatat jew twasslet. Dan ma għandux iwaqqaf
lill-Istati Membri milli jaqsmu din l-informazzjoni mat-Tuneżija u ma'
Stati Membri oħra skont il-liġi nazzjonali fejn ikun
meħtieġ u għar-raġuni waħdanija biss li jgħinu
fl-irkupru ta' assijiet approprjati bla dritt. (4) Ir-Regolament (UE)
Nru 101/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (UE) Nru 101/2011 huwa
emendat kif ġej: (1)
L-Artikolu 5 għandu jinbidel b’ dan li
ġej: "Artikolu 5 1. B'deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet
kompetenti tal-Istati Membri, kif indikat fil-websajts elenkati
fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew
riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk jiġu ssodisfatti
l-kundizzjonijiet li ġejjin: (a) il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi
huma s-suġġett ta' deċiżjoni arbitrali mogħtija qabel
id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp
imsemmi fl-Artikolu 2 ikun ġie elenkat fl-Anness I, jew ta'
deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva mogħtija fl-UE,
jew deċiżjoni ġudizzjarja infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat,
qabel jew wara dik id-data; (b) il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi se
jintużaw esklussivament biex jintlaħqu l-pretensjonijiet żgurati
minn tali garanzija jew rikonoxxuti bħala validi f'tali sentenza,
fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw
id-drittijiet ta' persuni li jkollhom tali pretensjonijiet; (c) id-deċiżjoni mhijiex
għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika,
entità jew korp elenkat(a) fl-Anness I; (d) ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma
jmurx kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat. 2. L-awtorità kompetenti għandha tinforma
lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni
dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija skont dan l-Artikolu." Artikolu 2 (2)
Wara l-Artikolu 9 (2) għandu jkun
miżjud il-paragrafu 3 li ġej: "3. Il-paragrafu 2 ma għandux
iwaqqaf lill-Istati Membri milli jaqsmu din l-informazzjoni skont il-liġi
nazzjonali tagħhom, mat-Tuneżija u ma' Stati Membri oħra fejn
ikun meħtieġ u għar-raġuni waħdanija biss li
jgħinu fl-irkupru ta' assijiet approprjati bla dritt. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol
fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot
fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 28., 2.2.2011, p. 62. [2] ĠU L 31, 5.2.2011,
p. 1.