EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012JC0012

Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jissospendi l-applikazzjoni ta’ ċerti miżuri restrittivi stipulati fir-Regolament (KE) Nru 194/2008 li jġedded u jsaħħaħ il-miżuri restrittivi fir-rigward ta’ Burma/il-Mjanmar

/* JOIN/2012/012 final - 2012/0101 (NLE) */

52012JC0012

Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jissospendi l-applikazzjoni ta’ ċerti miżuri restrittivi stipulati fir-Regolament (KE) Nru 194/2008 li jġedded u jsaħħaħ il-miżuri restrittivi fir-rigward ta’ Burma/il-Mjanmar /* JOIN/2012/012 final - 2012/0101 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/2008 tal-25 ta’ Frar 2008 li jġedded u jsaħħaħ il-miżuri restrittivi fir-rigward ta’ Burma/il-Mjanmar[1] jipprevedi għal ċerti miżuri restrittivi, li jinkludu restrizzjonijiet fuq ċerti importazzjonijiet minn u esportazzjonijiet lejn Burma/il-Mjanmar, l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ta’ ċerti individwi u entitajiet u restrizzjonijiet fuq l-iffinanzjar ta’ ċerti intrapriżi.

(2) Bi tweġiba għall-iżviluppi reċenti f’Burma/il-Mjanmar, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/…/PESK immodifikat id-Deċiżjoni 2010/232/PESK dwar miżuri restrittivi kontra Burma/il-Mjanmar sabiex tipprovdi għas-sospensjoni, sat-30 ta’ April 2013, tal-miżuri restrittivi kollha ħlief l-embargo fuq l-armi u l-embargo fuq tagħmir li jista’ jintuża għar-repressjoni interna.

(3) Għalhekk, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea, jipproponu li r-Regolament (KE) Nru 194/2008 jiġi mmodifikat biex jissospendi l-biċċa l-kbira tal-miżuri restrittivi.

2012/0101 (NLE)

Proposta Konġunta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jissospendi l-applikazzjoni ta’ ċerti miżuri restrittivi stipulati fir-Regolament (KE) Nru 194/2008 li jġedded u jsaħħaħ il-miżuri restrittivi fir-rigward ta’ Burma/il-Mjanmar

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/…/PESK ta’ ... ta’ April 2012[2] li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/232/PESK dwar miżuri restrittivi kontra Burma/il-Mjanmar[3],

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mill-Kummissjoni Ewropea u mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)       Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/2008 tal-25 ta’ Frar 2008 li jġedded u jsaħħaħ il-miżuri restrittivi fir-rigward ta’ Burma/il-Mjanmar[4] jipprevedi għal ċerti miżuri, li jinkludu restrizzjonijiet fuq ċerti importazzjonijiet minn u esportazzjonijiet lejn Burma/il-Mjanmar, l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ta’ ċerti individwi u entitajiet u restrizzjonijiet fuq l-iffinanzjar ta’ ċerti intrapriżi.

(2)       Bi tweġiba għall-iżviluppi reċenti f’Burma/il-Mjanmar, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/…/PESK immodifikat id-Deċiżjoni 2010/232/PESK sabiex tipprovdi għas-sospensjoni, sat-30 ta’ April 2013, tal-miżuri restrittivi kollha ħlief l-embargo fuq l-armi u l-embargo fuq tagħmir li jista’ jintuża għar-repressjoni interna.

(3)       Ir-Regolament (KE) Nru 194/2008 għandu għalhekk jiġi mmodifikat skont dan biex jissospendi l-applikazzjoni tal-biċċa l-kbira tal-miżuri restrittivi.

(4)       Is-sospensjoni tal-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi għandha tiġi interpretata bħala li tippermetti r-rilaxx tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi li kienu ffriżati f’konformità mar-Regolament, mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjoni tal-Artikoli 2, 5, 7(3), 8, 11, 15(2), 15(3) u 15(7) tar-Regolament (KE) Nru 194/2008 hi sospiża sat-30 ta’ April 2013.

L-applikazzjoni tal-Artikolu 7(5) tar-Regolament (KE) Nru 194/2008 hi sospiża sat-30 ta’ April 2013 safejn dan jirreferi għall-Artikolu 7(3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

[1]               ĠU L 66, 10.3.2008, p. 1.

[2]               ĠU L …, …. 2012, p. ….

[3]               ĠU L 105, 27.4.2010, p. 22.

[4]               ĠU L 66, 10.3.2008, p. 1.

Top