Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012JC0004

    Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 356/2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja

    /* JOIN/2012/04 final - 2012/0057 (NLE) */

    52012JC0004

    Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 356/2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja /* JOIN/2012/04 final - 2012/0057 (NLE) */


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    (1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 356/2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja[1] jimponi miżuri restrittivi kontra l-persuni, l-entitajiet u l-korpi identifikati fl-Anness I ta' ma' dak ir-Regolament, skont ir-Riżoluzzjoni 1844 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

    (2) Fit-22 ta' Frar 2012, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2036 (2012), li permezz tagħha jikkonferma l-valutazzjoni tiegħu, fil-paragrafu 23, li l-esportazzjoni tal-faħam tal-kannol mis-Somalja tista' tkun ta' theddida għall-paċi, għas-sigurtà jew għall-istabbiltà tas-Somalja u jiddeċiedi li l-Kumitat tas-Sanzjonijiet stabbilit permezz tar-Riżoluzzjonijiet 751(1992) u 1907(2009) jistgħu jindikaw individwi u entitajiet li huma involuti f'tali kummerċ bħala li huma suġġetti għall-miżuri stabbiliti bir-Riżoluzzjoni 1844.

    (3) Il-Kunsill laħaq ftehim politiku biex jadotta Deċiżjoni ġdida tal-PESK li temenda d-Deċiżjoni 2010/231/PESK biex tipprovdi, inter alia, għall-impożizzjoni fl-Unjoni ta' miżuri restrittivi kontra dawk identifikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bħala li huma involuti f'tali kummerċ.

    (4) Din il-miżura taqa’ fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, għalhekk, sabiex tiġi implimentata hemm bżonn ta’ azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

    (5) Barra minn hekk, ir-Riżoluzzjoni 2002 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ċċarat l-eżenzjoni, li diġa tinsab fir-Regolament (UE) Nru 356/2010, li tippermetti li jsiru disponibbli fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħrajn meħtieġa biex tiġi żgurata l-kunsinna fil-ħin ta’ għajnuna umanitarja meħtieġa urġentement fis-Somalja, min-Nazzjonijiet Uniti, mill-aġenziji jew il-programmi speċjalizzati tagħha, mill-organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti li jipprovdu għajnuna umanitarja, jew mis-sħab implimentattivi tagħhom. Din il-kjarifika għandha tiġi inkluża fir-Regolament.

    (6) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 356/2010 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    2012/0057 (NLE)

    Proposta Konġunta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 356/2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215(1) u (2) tiegħu

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK tas-26 ta' April 2010 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja[2],

    Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 356/2010 tas-26 ta' April 2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja[3] jimponi miżuri restrittivi kontra l-persuni, entitajiet u korpi identifikati fl-Anness I ta' ma’ dak ir-Regolament, skont ir-Riżoluzzjoni 1844 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

    (2) Fit-22 ta' Frar 2012, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2036 (2012), li permezz tagħha jikkonferma l-valutazzjoni tiegħu, fil-paragrafu 23, li l-esportazzjoni tal-faħam tal-kannol mis-Somalja tista' tkun ta' theddida għall-paċi, għas-sigurtà jew għall-istabbiltà tas-Somalja u jiddeċiedi li l-Kumitat tas-Sanzjonijiet stabbiliti permezz tar-Riżoluzzjonijiet 751(1992) u 1907(2009) jistgħu jidentifikaw individwi u entitajiet li huma involuti f'tali kummerċ bħala li huma suġġetti għall-miżuri stabbiliti mir-Riżoluzzjoni 1844.

    (3) Fi ... ta' Marzu 2012 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/.../PESK, li temenda d-Deċiżjoni 2010/231/PESK biex tipprovdi, inter alia, għall-impożizzjoni fl-Unjoni ta' miżuri restrittivi kontra dawk identifikati mil-Kumitat tas-Sanzjonijiet bħala li huma involuti f'tali kummerċ.

    (4) Din il-miżura taqa’ fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, għalhekk, sabiex tiġi implimentata hemm bżonn ta’ azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

    (5) Barra minn hekk, ir-Riżoluzzjoni 2002 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ċċarat l-eżenzjoni, li diġa tinsab fir-Regolament (UE) Nru 356/2010, li tippermetti li jsiru disponibbli fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħrajn meħtieġa biex tiġi żgurata l-kunsinna fil-ħin ta’ għajnuna umanitarja meħtieġa urġentement fis-Somalja, min-Nazzjonijiet Uniti, mill-aġenziji jew il-programmi speċjalizzati tagħha, mill-organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti li jipprovdu għajnuna umanitarja, jew mis-sħab implimentattivi tagħhom. Din il-kjarifika għandha tiġi inkluża fir-Regolament.

    (6) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 356/2010 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (UE) Nru 356/2010 huwa emendat kif ġej:

    (1)        Il-Paragrafu 3 tal-Artikolu 2 jiġi sostitwit mill-paragrafu li ġej:

    "3.     L-Anness I ikun jikkonsisti minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi identifikati mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet skont l-UNSCR 1844 (2008) bħala:

    – (a) li huma involuti jew li jipprovdu appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Somalja, inklużi atti li jheddu l-Ftehim ta’ Djibouti tat-18 ta’ Awwissu 2008 jew il-proċess politiku, jew li jheddu lill-Istituzzjonijiet Federali ta’ Tranżizzjoni (TFIs) jew lill-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM) bil-forza,

    – (b) li aġixxew bi ksur tal-embargo fuq l-armi u ta’ miżuri relatati kif imsemmi fl-Artikolu 1;

    – (c) li jostakolaw il-kunsinna tal-għajnuna umanitarja lis-Somalja, l-aċċess għaliha jew id-distribuzzjoni tagħha;

    – (d) li huma mexxejja politiċi jew militari li qed jirreklutaw jew jużaw tfal f’konflitti armati fis-Somalja bi ksur tad-dritt internazzjonali applikabbli; jew

    – (e) li huma responsabbli għal ksur tad-dritt internazzjonali applikabbli fis-Somalja li jinvolvi li jimmiraw għall-persuni ċivili, inklużi tfal u nisa, f’sitwazzjonijiet ta’ konflitti armati, inklużi l-qtil u l-mankament, il-vjolenza sesswali u dik ibbażat fuq il-ġeneru tal-persuna, l-attakki fuq skejjel u sptarijiet, u l-ħtif u l-ispostament furzat; jew

    – (f) li jinvolvu fil-kummerċ tal-faħam tal-kannol."

    (2)        Il-Paragrafu 1 tal-Artikolu 4 jiġi sostitwit mill-paragrafu li ġej:

    "1.     L-Artikolu 2(1) u (2) ma japplikawx għat-tpoġġija ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi meħtieġa biex tiġi żgurata l-kunsinna fil-ħin ta’ għajnuna umanitarja meħtieġa urġentement fis-Somalja min-Nazzjonijiet Uniti, mill-aġenziji jew il-programmi speċjalizzati tagħha, mill-organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti li jipprovdu għajnuna umanitarja, jew mis-sħab implimentattivi tagħhom, inklużi NGOs finanzjati b’mod bilaterali jew multilaterali li jipparteċipaw fl-Appell Konsolidat tan-NU għas-Somalja.”

    (3)        L-Anness II għandu jiġi sostitwit bit-test fl-Anness ta’ ma’ dan ir-Regolament

    Artikolu 2.

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmula fi Brussel,

                                                                           Għall-Kunsill

                                                                           Il-President

    ANNESS

    "Anness II

    Websajts li jipprovdu tagħrif dwar l-awtoritajiet kompetenti u indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

    Il-BELĠJU

    http://www.diplomatie.be/eusanctions

    Il-BULGARIJA

    http://www.mfa.government.bg

    IR-REPUBBLIKA ĊEKA

    http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

    ID-DANIMARKA

    http://um.dk/da/politik-og-diplomati/retsorden/sanktioner/

    IL-ĠERMANJA

    http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html

    L-ESTONJA

    http://www.vm.ee/est/kat_622/

    L-IRLANDA

    http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id = 28519

    IL-GREĊJA

    http://www1.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html

    SPANJA

    http://www.maec.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones%20Internacionales/Paginas/ Sanciones_%20Internacionales.aspx

    FRANZA

    http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

    L-ITALJA

    http://www.esteri.it/UE/deroghe.html

    ĊIPRU

    http://www.mfa.gov.cy/sanctions

    IL-LATVJA

    http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

    IL-LITWANJA

    http://www.urm.lt/sanctions

    IL-LUSSEMBURGU

    http://www.mae.lu/sanctions

    L-UNGERIJA

    http://www.kormany.hu/download/5/35/50000/ENSZBT-ET-szankcios-tajekoztato.pdf

    MALTA

    http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp

    IL-PAJJIŻI L-BAXXI

    http://www.minbuza.nl/sancties

    L-AWSTRIJA

    http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id = 12750&LNG = en&version=

    IL-POLONJA

    http://www.msz.gov.pl

    IL-PORTUGALL

    http://www.min-nestrangeiros.pt

    IR-RUMANIJA

    http://www.mae.ro/index.php?unde=doc&id=32311&idlnk=1&cat=3

    IS-SLOVENJA

    http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika_in_mednarodno_pravo/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

    IS-SLOVAKKJA

    http://www.foreign.gov.sk

    IL-FINLANDJA

    http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

    L-ISVEZJA

    http://www.ud.se/sanktioner

    IR-RENJU UNIT

    www.fco.gov.uk/competentauthorities

    Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Is-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI)

    L-Uffiċċju tas-SEAE 02/309

    B-1049 Bruxelles/Brussel (il-Belġju)

    L-indirizz elettroniku: relex-sanctions@ec.europa.eu "

    [1]               ĠU L 105, 27.04.2010, p. 1.

    [2]               ĠU L 105, 27.04.2010, p. 17.

    [3]               ĠU L 105, 27.04.2010, p. 1.

    Top