This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012HB0020
Recommendation of the European Central Bank of 14 September 2012 to the Council of the European Union on the external auditors of the Central Bank of Ireland (ECB/2012/20)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 14 ta’ Settembru 2012 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland (BĊE/2012/20)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 14 ta’ Settembru 2012 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland (BĊE/2012/20)
ĠU C 286, 22.9.2012, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 286/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-14 ta’ Settembru 2012
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland
(BĊE/2012/20)
2012/C 286/01
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni li għandu bħalissa l-Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland intemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2011. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2012. |
(3) |
Il-Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland għażel lil RSM Farrell Grant Sparks bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2012 sa 2016, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrakkomandat illi RSM Farrell Grant Sparks għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland għas-snin finanzjarji 2012 sa 2016.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-14 ta’ Settembru 2012.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI