Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012DP0001

    Is-saħħa numerika tal-kumitati permanenti Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat- 18 ta' Jannar 2012 dwar is-saħħa numerika tal-kumitati permanenti

    ĠU C 227E, 6.8.2013, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.8.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 227/35


    L-Erbgħa 18 ta’ Jannar 2012
    Is-saħħa numerika tal-kumitati permanenti

    P7_TA(2012)0001

    Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Jannar 2012 dwar is-saħħa numerika tal-kumitati permanenti

    (2013/C 227 E/08)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti,

    wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tiegħu tal-15 ta’ Lulju 2009 (1) u tal-14 ta' Diċembru 2011 (2) dwar is-saħħa numerika tal-kumitati permanenti,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 183 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    1.

    Iddeċieda li jemenda n-numru ta’ membri tal-kumitati parlamentari kif ġej:

     

    Kumitat għall-Affarijiet Barranin: 76 membru

     

    Kumitat għall-Iżvilupp: 30 membru

     

    Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali: 31 membru

     

    Kumitat għall-Baġits: 43 membru

     

    Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit: 30 membru

     

    Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji: 48 membru

     

    Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali: 49 membru

     

    Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel: 69 membru

     

    Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija: 61 membru

     

    Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur: 41 membru

     

    Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu: 47 membru

     

    Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali: 50 membru

     

    Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali: 44 membru

     

    Kumitat għas-Sajd: 25 membru

     

    Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni: 31 membru

     

    Kumitat għall-Affarijiet Legali: 25 membru

     

    Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern: 60 membru

     

    Kumitati għall-Affarijiet Kostituzzjonali: 24 membru

     

    Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi: 35 membru

     

    Kumitat għall-Petizzjonijiet: 35 membru,

    u li jemenda n-numru ta’ membri tas-sottokumitati parlamentari kif ġej:

     

    Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem: 31 membru

     

    Sottokumitat għas-Sigurtà u d-Difiża: 31 membru;

    2.

    Iddeċieda, b'referenza għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tad-9 ta' Lulju 2009 dwar il-kompożizzjoni tal-Bureaux tal-Kumitati, li l-Bureaux tal-Kumitati jista' jkollhom sa erba' viċi-presidenti;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.


    (1)  ĠU C 224 E, 19.8.2010, p. 34.

    (2)  Testi adottati, P7_TA(2011)0570.


    Top