EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012AR0065

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Proposti leġiżlattivi dwar ir-riforma tal-politika agrikola komuni u l-iżvilupp rurali wara l-2013”

ĠU C 225, 27.7.2012, p. 174–199 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 225/174

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Proposti leġiżlattivi dwar ir-riforma tal-politika agrikola komuni u l-iżvilupp rurali wara l-2013”

2012/C 225/14

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

iqis li l-proposti tal-Kummissjoni għadhom wisq ’il bogħod minn riforma fil-fond tal-Politika Agrikola Komuni li hija indispensabbli għall-preżervazzjoni tal-agrikoltura Ewropea u t-territorji rurali;

iqis li l-Kummissjoni qed tagħmel żball strateġiku billi tiffoka fuq il-ġestjoni tal-kriżijiet a posteriori għad-detriment ta’ regolazzjoni tas-swieq li tibda mill-aktar livell baxx;

jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tikkunsidra t-tneħħija tas-sistemi differenti ta’ kwoti;

iqis li hu essenzjali li jerġa’ jiġi bbilanċjat il-poter fi ħdan il-katina alimentari favur il-produtturi;

iqis li huwa vitali li ssir reviżjoni tal-politika kummerċjali tal-Unjoni Ewropea għas-settur agrikolu;

iqis essenzjali l-ibbilanċjar mill-ġdid tal-għajnuniet iżda jemmen li l-proposta tal-Kummissjoni mhijiex biżżejjed għat-trasferiment tal-kompetittività lejn l-irziezet żgħar u ta’ daqs medju;

jitlob li l-Kummissjoni tnaqqas il-limiti għad-degressività għal EUR 100 000 f’għajnuna, b’limitu massimu ta’ EUR 200 000 kull razzett;

jitlob li titwaqqaf skeda provviżorja għall-konverġenza totali fil-livell Ewropew;

jitlob li l-istrument favur żoni li qegħdin jiffaċċjaw limitazzjonijiet naturali u speċifiċi jkun jista’ jintuża mill-Istati Membri sa 10 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali;

iqis li huwa kruċjali li jiġu riservati biżżejjed fondi tal-FAEŻR għall-iżvilupp ta’ infrastrutturi lokali fiż-żoni rurali, u li l-awtoritajiet rurali jiġu garantiti aċċess għall-fondi tal-politika ta’ koeżjoni taħt il-FEŻR, fil-qafas tal-politika globali tal-iżvilupp rurali;

jirrakkomanda li tiġi applikata aktar sussidjarjetà fil-qafas tar-riforma biex tiġi garantita aktar flessibbiltà lill-Istati Membri u lir-reġjuni;

jixtieq li l-possibbiltà li jiġi introdott il-pagament għall-prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent twassal għall-implimentazzjoni ta’ kuntratti territorjali ffirmati b’mod konġunt bejn l-awtoritajiet reġjonali u l-gruppi tal-bdiewa;

jitlob li r-rappreżentanti tat-territorji rurali jkunu involuti bis-sħiħ fit-tfassil tal-kuntratti ta’ sħubija

Relatur

Is-Sur René SOUCHON (FR/PSE), President tal-Kunsill Reġjonali tal-Auvergne

Dokumenti ta’ referenza

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-pagamenti diretti lill-bdiewa skont skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-Politika Agrikola Komuni - COM(2011) 625 final/2

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS Unika) - COM(2011) 626 final/2

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżżvilupp Rurali (FAEŻR) – COM(2011) 627 final/2

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament, l-immaniġġjar u l-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni - COM(2011) 628 final/2

Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jiddetermina miżżuri dwar l-iffissar ta’ ċerti għajnuniet u rifużżjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli

COM(2011) 629 final

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 dwar l-applikazzjoni ta’ pagamenti diretti lill-bdiewa fir-rigward tas-sena 2013 - COM(2011) 630 final

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tar-reġim tal-iskema ta’ pagament uniku u ta’ appoġġ għal min ikabbar id-dwieli - COM(2013) 631 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Prijoritajiet tal-Politika Agrikola Komuni (PAK)

1.

japprova l-għanijiet stabbiliti mill-Kummissjoni Ewropea għall-Politika Agrikola Komuni tal-futur fir-rigward tal-ġestjoni sostenibbli tar-riżżorsi naturali, is-sigurtà tal-ikel, il-preżżenza tal-agrikoltura fit-territorji Ewropej kollha, l-iżżvilupp reġjonali bbilanċjat, il-kompetittività tal-agrikoltura Ewropea kollha u s-semplifikazzjoni tal-PAK;

2.

madankollu jqis li l-proposti tal-Kummissjoni jinsabu wisq ’il bogħod minn riforma fil-fond tal-Politika Agrikola Komuni li hija assolutament indispensabbli għall-preżżervazzjoni tal-agrikoltura Ewropea u t-territorji rurali, liema riforma għandha tqis il-ħtiġijiet tal-intrapriżżi agrikoli Ewropej bħalma jipprevedi t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) filwaqt li tiggarantixxi trattament ġust għall-bdiewa Ewropej kollha;

3.

iqis li l-Politika Agrikola Komuni, kif prevista fit-TFUE, għandha tippermetti lill-popolazzjoni rurali tgawdi mill-istess kwalità ta’ ħajja bħall-bqija tas-soċjetà. Dan l-għan għandu jkun akkumpanjat minn miżżuri li jistabbilizzaw is-suq, sabiex jiġi assigurat prezz regolari għall-produtturi, filwaqt li fl-istess ħin jiġu assigurati prezzijiet raġonevoli għall-konsumaturi;

4.

iqis essenzjali l-ibbilanċjar mill-ġdid tal-għajnuniet iżżda jemmen li l-proposta tal-Kummissjoni mhijiex biżżejjed għat-trasferiment tal-kompetittività lejn l-irziezet żgħar u ta’ daqs medju, iż-żoni li jiffaċċjaw limitazzjonijiet naturali u r-reġjuni insulari kif ukoll lejn ċerti setturi fraġli, u jixtieq li jitqiesu kriterji oħra biex jiġi żgurat dan l-ibbilanċjar mill-ġdid, b’mod partikolari l-impjieg;

5.

jirrakkomanda li l-prinċipju tas-sussidjarjetà jiġi applikat aktar fil-qafas tar-riforma biex tiġi garantita aktar flessibbiltà għall-Istati Membri jew għar-reġjuni;

6.

b’mod partikolari jqis li huwa importanti li, għall-bdiewa, jiġu ssemplifikati r-regoli amministrattivi tal-implimentazzjoni tal-politika agrikola komuni, iżda jemmen li din is-semplifikazzjoni m’għandhiex tiġi tradotta f’uniformità qawwija fil-kriterji li jridu jitqiesu, peress li dan imur kontra l-ispeċifiċitajiet lokali u reġjonali;

7.

iqis essenzjali li l-Politika Agrikola Komuni tkun tista’ tippromovi iktar il-kwalità tal-prodotti agrikoli, b’mod partikolari dawk li jiġu prodotti b’tikketta uffiċjali ta’ kwalità. Għalhekk jitlob li l-Kummissjoni Ewropea tassigura rabtiet aħjar bejn il-Politika Agrikola Komuni u l-politika dwar il-kwalità;

Regolazzjoni tas-swieq

8.

iqis li l-miżuri dwar ir-regolazzjoni tas-swieq proposti mill-Kummissjoni huma diżappuntanti u bla dubju jirrappreżentaw pass lura għall-iżvilupp tal-Politika Agrikola Komuni. Filwaqt li l-istabbilizzazzjoni tas-swieq ġiet imniżżla fit-Trattat ta’ Lisbona, il-Kummissjoni ma tipproponi l-ebda mekkaniżmu effikaċi għall-kontroll pubbliku tal-produzzjoni;

9.

iqis li l-Kummissjoni qed tagħmel żball strateġiku billi tiffoka fuq il-ġestjoni tal-kriżijiet wara li jseħħu għad-detriment ta’ regolament li jaħdem fuq dak li jiġri qabel biex il-volatilità tal-prezzijiet tiġi miġġielda b’mod effikaċi u bl-inqas spejjeż;

10.

jitlob lill-Kummissjoni biex, wara li joħorġu r-riżultati tal-istudji ġodda tal-impatt, terġa’ tikkunsidra li tneħħi d-diversi sistemi ta’ kwoti u tad-drittijiet għall-produzzjoni (zokkor, ħalib u drittijiet għat-tħawwil tad-dwieli), l-iktar fil-każ taż-żoni żvantaġġati u b’mod partikolari ż-żoni muntanjużi;

11.

jitlob li l-Kummissjoni tissalvagwardja l-mekkaniżmi ta’ preferenza Komunitarja (1) u tiffoka fuq id-dispożizzjonijiet ta’ intervent u ħżin (pubbliku u privat);

12.

iqis li sabiex jinkiseb l-għan tas-sigurtà alimentari stabbilit mill-Kummissjoni għall-Politika Agrikola Komuni tal-futur, huwa essenzjali li jerġa’ jiġi bbilanċjat il-poter fi ħdan il-katina alimentari favur il-produtturi;

13.

iqis li r-reviżjoni tal-politika kummerċjali tal-Unjoni Ewropea hija essenzjali għas-settur agrikolu, li m’għandux jintuża bħala munita ta’ skambju li minnha jiggwadanja biss l-iżvilupp tal-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi fis-setturi tal-industrija u s-servizzi;

14.

iqis li l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, li jikkonsisti f’EUR 2,5 biljun, mhuwiex adegwat sabiex jindirizza l-konsegwenzi li jġibu magħhom il-ftehimiet kummerċjali dwar is-settur agrikolu. B’mod partikolari, m’għandux l-għan li jtaffi l-impatt prevedibbli tal-ftehimiet kummerċjali bilaterali li qed jiġu negozjati bħalissa;

Konverġenza

15.

iqis li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, filwaqt li jirrispettaw il-qafas istituzzjonali ta’ kull Stat Membru, għandhom kull dritt li jipparteċipaw fl-implimentazzjoni tal-PAK taħt l-ewwel pilastru, peress li l-involviment tal-livell reġjonali jagħmilha possibbli li l-appoġġ jiġi allokat b’mod aktar effettiv, b’konformità mal-ispeċifiċitajiet soċjali, ambjentali, agronomiċi u territorjali tal-agrikoltura, u b’hekk jiġi assigurat użu aktar effiċjenti tal-fondi;

16.

jilqa’ b’sodisfazzjon li l-proposti tal-Kummissjoni jabbandunaw ir-referenzi storiċi li kienu jirrappreżentaw sistema inugwali u inġusta ta’ tqassim tal-appoġġ fost il-bdiewa;

17.

iqis madankollu li t-tqassim tal-għajnuniet propost mill-Kummissjoni xorta għadu inugwali wisq fir-rigward tal-Istati Membri l-ġodda u speċjalment fir-rigward tal-Istati Baltiċi li jirċievu l-aktar pagamenti diretti baxxi fl-Unjoni Ewropea, u jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma tispeċifikax l-iskadenzi għall-konverġenza bejn l-Istati Membri. Il-kundizzjonijiet u l-iskadenza għandhom iqisu l-ispejjeż tal-produzzjoni f’kull Stat Membru;

18.

jixtieq li l-konverġenza tal-pagamenti bażiċi fi ħdan kull Stat Membru titwettaq b’mod progressiv iżda fi żmien raġonevoli li jikkunsidra wkoll is-sitwazzjonijiet inizjali differenti fl-Istati Membri, u li l-konverġenza totali fil-livell Ewropew tkun koperta minn skeda provviżorja;

Degressività u limiti massimi

19.

jitlob li l-Kummissjoni tnaqqas il-limiti għad-degressività għal EUR 100 000 f’għajnuna, b’limitu massimu ta’ EUR 200 000 għal kull razzett, billi jitnaqqsu s-salarji effettivament imħallsin u ddikjarati, inkluża r-rimunerazzjoni għax-xogħol tal-intraprenditur;

20.

jitlob lill-Kummissjoni li l-fondi li jirriżultaw minn dan it-tnaqqis progressiv ikunu jistgħu jiġu ddedikati għall-miżuri u l-azzjonijiet li jiddeċiedi l-Istat Membru għat-territorju tiegħu;

Akkoppjar

21.

iqis li huwa vitali li jinżamm l-akkoppjar tal-għajnuna għal ċerti produzzjonijiet jew għal għadd ta’ reġjuni fraġli biex jinżamm livell sodisfaċenti ta’ produzzjoni u ta’ ħolqien ta’ valur;

22.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu l-passi meħtieġa biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħtu appoġġ akkoppjat lill-bdiewa filwaqt li jiddeterminaw huma stess liema huma s-setturi agrikoli li qed jiffaċċjaw id-diffikultajiet u li huma partikolarment importanti għal raġunijiet ekonomiċi, soċjali jew ambjentali; jisteden ukoll lill-Kummissjoni sabiex issaħħaħ id-dispożizzjonijiet dwar l-akkoppjar fiż-żoni li qegħdin jiffaċċjaw limitazzjonijiet naturali fiż-żoni insulari u fiż-żoni ultraperiferiċi, waqt li jitqiesu, apparti l-produzzjonijiet diġà msemmija fl-abbozz għal Regolament, il-produzzjonijiet agrikoli li jintużaw f’fergħat relatati mat-tikketti uffiċjali ta’ kwalità, fosthom l-agrikoltura organika;

23.

huwa tal-fehma li biex l-istrateġiji Ewropej għall-istabbilizzazzjoni tas-swieq agrikoli jiksbu sustanza mingħajr ma jinħolqu sistemi artifiċjali ta’ appoġġ fl-ambitu tat-tieni pilastru, ikun tajjeb li jitnedew miżuri għall-ġestjoni tar-riskji li jridu jiġu eliminati mill-iżvilupp rurali;

Prattiki agrikoli li jibbenefikaw il-klima u l-ambjent

24.

iqis neċessarja l-bidla fil-mudell agrikolu Ewropew mixtieqa mill-Kummissjoni bħala parti minn approċċ aktar ekoloġiku, iżda l-għadd ta’ miżuri għal approċċ iktar ekoloġiku huwa riġidu wisq biex jiġu pprovduti soluzzjonijiet adatti għall-bżonnijiet reġjonali/lokali u b’hekk isir kontribut bl-aħjar mod possibbli għall-ksib tal-għanijiet tal-UE2020;

25.

iqis li l-progress lejn modi sostenibbli ta’ produzzjoni għall-agrikoltura Ewropea kif ukoll l-adattament tagħha għat-tibdil fil-klima għandhom jiġu akkumpanjati minn appoġġ akbar favur l-innovazzjoni agronomika fir-rigward ta’ applikazzjonijiet innovattivi. L-isforz tal-Unjoni Ewropea għal ekonomija sostenibbli innovattiva jeħtieġ sinerġija ikbar bejn il-politika tal-agrikoltura u s-sajd, il-politika tal-klima u l-enerġija, il-politika reġjonali u l-politika dwar ir-riċerka. F’dan il-kuntest, il-KtR jenfasizza l-bżonn ta’ riċerka dwar l-ikel u l-potenzjal ta’ applikazzjonijiet innovattivi fis-settur tal-prodotti ta’ oriġini organika;

26.

iqis li l-miżuri proposti mill-Kummissjoni mhumiex adatti għax huma wisq ġeneralizzati u għalhekk jappella għal aktar sussidjarjetà sabiex dawn il-miżuri jiġu implimentati kemm jista’ jkun qrib tar-realtajiet agronomiċi, ambjentali u soċjoekonomiċi lokali, billi l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu fdati bit-tnedija u l-ġestjoni tal-miżuri agroambjentali mmirati, u billi jingħataw il-possibbiltà li jimplimentaw kuntratti territorjali ffirmati b’mod konġunt mal-bdiewa jew ir-rappreżentanti tagħhom. Barra minn hekk, iqis li hemm bżonn li jinħolqu l-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-irziezet kollha, permezz ta’ reviżjoni wiesgħa tat-tipi ta’ miżuri li jistgħu jittieħdu;

27.

iqis li l-bdiewa li kisbu ċertifikazzjoni agroambjentali rikonoxxuta mill-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw totalment mill-appoġġ fil-kuntest ta’ approċċ aktar ekoloġiku, bil-kundizzjoni li r-rekwiżiti relatati ma’ dawn il-proċessi jkunu rigorużi u jkunu soġġetti għal rikonoxximent uffiċjali mill-Kummissjoni Ewropea, sabiex tiġi assigurata bażi ta’ rekwiżiti minimi ekwivalenti fl-Istati Membri kollha;

28.

iqis li l-limitu ta’ 7 % għall-art agrikola li trid tinbidel f’art b’interess ekoloġiku, u b’hekk issir art li ma tkunx produttiva, jista’ jidher għoli wisq f’għadd ta’ sitwazzjonijiet partikolari; jitlob lill-Kummissjoni biex tkun aktar flessibbli u li r-reġjuni jingħataw il-possibbiltà li jistabbilixxu din ir-rata abbażi tal-ispeċifiċitajiet lokali tagħhom, fost l-oħrajn il-possibbiltà li jinkludu żoni permanenti għar-ragħa;

29.

jitlob li l-Kummissjoni tipproponi, permezz ta’ strumenti adatti, l-implimentazzjoni ta’ “pjan dwar il-proteini” fil-livell Ewropew biex tippromovi l-iżvilupp tal-uċuħ tar-raba’ biż-żerriegħa taż-żejt u bil-legumi, sabiex tiġi assigurata l-awtonomija fil-proteini għall-irziezet, jitnaqqas l-użu ta’ fertilizzanti nitroġeni u titjieb il-fertilità tal-ħamrija;

30.

jitlob lill-Kummissjoni tibdel id-definizzjoni ta’ “bwar permanenti” li tidher fil-proposta, u li din id-definizzjoni tinżamm kif inhi bħalissa mingħajr ma ssir referenza għall-predominanza tal-ħxejjex;

Żoni b’limitazzjonijiet naturali

31.

jitlob li jkun obbligatorju għall-Istati Membri kollha l-mekkaniżmu favur iż-żoni maħkuma minn limitazzjonijiet naturali u speċifiċi. Dan il-mekkaniżmu b’hekk ikun jifforma t-tielet livell ta’ għajnuna separat, komplementari għall-pagament bażiku u għall-għajnuna għal approċċ aktar ekoloġiku;

32.

jitlob biex il-mekkaniżmu favur iż-żoni maħkuma minn limitazzjonijiet naturali u speċifiċi jkun jista’ jintuża mill-Istati Membri ’l fuq minn 10 % tal-limitu nazzjonali annwali;

33.

jitlob li d-definizzjoni taż-żoni b’limitazzjonijiet naturali u speċifiċi tkun estiża biex tinkludi kriterji ta’ koeżjoni territorjali u ta’ ppjanar tat-territorju sabiex jitqiesu fatturi bħall-għeluq jew l-aċċess għall-infrastrutturi, il-fraġilità tal-ekosistemi, b’konformità mar-rakkomandazzjonijiet preċedenti li saru mill-Kumitat tar-Reġjuni (2);

Attività agrikola ġdida

34.

iqis li l-proposta tal-Kummissjoni għal għajnuna speċifika komplementari għall-pagamenti bażiċi, maħsuba għall-bdiewa żgħażagħ, tmur fid-direzzjoni t-tajba iżda mhijiex biżżejjed u għandha tiġi żviluppata bħala miżura fakultattiva;

35.

jappella lill-Kummissjoni sabiex tintroduċi aktar il-volontarjat, sabiex tiġi promossa l-attività agrikola ġdida;

36.

iqis li l-problema ta’ attività agrikola ġdida hija fuq kollox marbuta mad-diffikultajiet ta’ aċċess għall-art jew għal self mill-bank, u għalhekk jitlob li l-Istati Membri, b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, jitħeġġu sabiex jimplimentaw miżuri ta’ garanzija għall-art u għall-banek;

Bdiewa attivi u bdiewa żgħar

37.

jitlob li l-Kummissjoni tiddefinixxi b’aktar preċiżjoni l-kunċett ta’ bidwi attiv sabiex il-pagamenti diretti ma jingħatawx lill-persuni naturali jew legali li ma jipparteċipawx fil-ġestjoni u l-ħidma ta’ razzett;

38.

iqis pertinenti l-proposta tal-Kummissjoni li tirrikonoxxi l-istatus speċifiku ta’ bidwi żgħir peress li l-agrikoltura tirrappreżenta parti sinifikanti ħafna tal-impjieg rurali f’diversi pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u jqis li din l-iskema tgħin fis-semplifikazzjoni tal-Politika Agrikola Komuni, iżda jixtieq li l-livell minimu ta’ appoġġ jitla’ għal EUR 1 000;

Żvilupp Rurali

39.

jilqa’ l-proposta għal Qafas Strateġiku Komuni għall-Fondi Strutturali kollha, inkluż il-FAEŻR;

40.

iqis li l-implimentazzjoni tal-Qafas Strateġiku Komuni tista’ tirrappreżenta opportunità sabiex it-tqassim f’żoni applikat fil-qasam tal-politika ta’ koeżjoni jiġi estiż għall-politika tal-iżvilupp rurali. Din l-estensjoni tmur fid-direzzjoni ta’ armonizzazzjoni aħjar tal-livelli ta’ kofinanzjament. Għaldaqstant jitlob lill-Kummissjoni biex teżamina l-konsegwenzi ta’ din l-estensjoni;

41.

iqis li r-rieda tal-Kummissjoni li tintegra l-iżvilupp rurali fl-Istrateġija Ewropa 2020, u li tintegraha bħala parti mill-Qafas Strateġiku Komuni ġdid flimkien mal-FEŻR, l-FSE, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-EMFF, tirrappreżenta opportunità għal żvilupp armonjuż u integrat taż-żoni rurali. F’għadd ta’ Stati Membri tal-UE, iż-żoni rurali ma jfissrux biss agrikoltura, iżda huma wkoll żoni ta’ negozji żgħar u djar;

42.

għalhekk jemmen li huwa essenzjali li, minn naħa, jiġu riservati l-fondi adegwati fil-FAEŻR għall-iżvilupp tal-infrastrutturi lokali fiż-żoni rurali, u min-naħa l-oħra, li jiġi garantit li l-awtoritajiet rurali jkollhom aċċess għall-fondi tal-politika ta’ koeżjoni, fi ħdan il-FEŻR, fil-qafas ta’ politika globali tal-iżvilupp rurali;

43.

huwa tal-fehma li d-definizzjoni ta’ żoni żvantaġġati għandha tissejjes fuq kriterji oġġettivi komuni u komparabbli implimentati fil-livell tal-Unjoni Ewropea. Jemmen li għal dan il-għan, għandha tintuża d-definizzjoni l-ġdida taż-żoni żvantaġġati li, madankollu, għandha tiġi estiża għal kriterji oħra biex twieġeb għall-ħtiġijiet u l-ispeċifiċitajiet taż-żoni rurali fil-livell Ewropew;

44.

jinnota li ftit li xejn hemm sinerġija bejn is-sitt prijoritajiet stabbiliti u bejnhom u l-ħdax-il objettiv tematiku tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni, u li din l-istruttura l-ġdida la taqbel mar-Regolament attwali, li għandu struttura bbażata fuq erba’ assi, u lanqas ma tiffaċilita approċċ integrat mal-fondi l-oħra taħt Qafas Strateġiku Komuni;

45.

jitlob għalhekk li l-Kummissjoni tistabbilixxi strateġija Ewropea għall-iżvilupp reġjonali, li tista’ tiġi adattata għal kull Stat Membru fil-qafas ta’ kuntratti ta’ sħubija fil-livelli reġjonali;

46.

jappoġġja l-possibbiltà ta’ trasferiment sa 10 % tal-Fondi mill-ewwel pilastru għat-tieni pilastru;

47.

jilqa’ b’sodifazzjon il-fatt li r-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni l-ġdid jipprovdi regoli komuni applikabbli għall-FAEŻR u l-FEŻR, il-FSE, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-EMFF, u huwa tal-fehma li dan huwa pass ’il quddiem kruċjali sabiex jiġu żgurati approċċi territorjali integrati mwettqa b’mod konġunt bejn dawn il-fondi kollha;

48.

iqis essenzjali li r-Regolament dwar l-Iżvilupp Rurali jipparteċipa billi jintroduċi aktar dinamiżmu fl-impjiegi mhux agrikoli fiż-żoni rurali, iżda jqis essenzjali wkoll li jitqiesu l-problemi rurali mill-Fondi Strutturali kollha, u jitħasseb bl-iżviluppi relatati mal-appoġġ li l-Unjoni Ewropea rriżervat għaż-żoni rurali, li mhumiex imniżżlin fir-Regolament FAEŻR il-ġdid;

49.

iħoss li mhuwiex għaqli li jiġi inkluż mekkaniżmu ta’ ġestjoni tar-riskji fl-iżvilupp rurali u jitlob għalhekk li l-Kummissjoni tirtira din il-miżura mir-Regolament billi minflok tiffavorixxi miżuri ta’ regolazzjoni fl-ewwel pilastru;

50.

jilqa’ b’sodisfazzjon kbir il-fatt li d-dispożizzjonijiet tal-LEADER issa twessgħu biex ikopru wkoll il-fondi l-oħra permezz ta’ approċċ ġdid ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-atturi lokali li ser jiżgura twettiq integrat tal-istrateġiji ta’ żvilupp lokali u jiġi appoġġjat mill-aktar fondi adatti;

51.

jiġbed l-attenzjoni għar-rwol partikolari li jaqdu l-bdiewa u ż-żoni rurali f’żoni ’l bogħod mill-bliet fil-promozzjoni ta’ soluzzjonijiet li jilħqu l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 u jqis li ż-żoni agrikoli ’l bogħod mill-bliet għandhom vantaġġi u limitazzjonijiet speċifiċi li jiġġustifikaw l-implimentazzjoni tas-sottoprogrammi tematiċi fil-kuntest tat-tieni pilastru;

Governanza

52.

iqis li huwa essenzjali li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, bħala kofinanzjaturi, jingħataw ir-rwol ċentrali ta’ msieħba mal-awtoritajiet ġestjonali fl-implimentazzjoni tar-Regolament dwar l-Iżvilupp Rurali, meta jitqies li approċċ ibbażat fuq proġetti lokali u reġjonali huwa aktar effikaċi u aktar effiċjenti fl-użu tal-fondi Ewropej;

53.

iqis li l-implimentazzjoni ta’ qafas ta’ governanza f’diversi livelli – Ewropew, nazzjonali u reġjonali – hija kundizzjoni indispensabbli għar-riformulazzjoni b’suċċess tal-Politika Agrikola Komuni wara l-2013;

54.

jitlob li r-rappreżentanti tat-territorji rurali jiġu involuti bis-sħiħ fit-tħejjija tal-kuntratti ta’ sħubija;

55.

iqis li l-possibbiltà li jiġu implimentati sottoprogrammi għal żoni speċifiċi bħaż-żoni muntanjużi u r-reġjuni insulari, jew għal setturi speċifiċi, hija proposta interessanti iżda tista’ toffri valur miżjud ġenwin biss jekk is-sottoprogrammi jiġu previsti flimkien fir-Regolamenti dwar il-Fondi Strutturali sabiex il-firxa ta’ miżuri tal-iżvilupp reġjonali testendi għall-istrumenti kollha ta’ finanzjament tal-UE u jekk dawn is-sottoprogrammi jiġu akkumpanjati mill-awtoritajiet lokali u reġjonali;

56.

jitlob li rappreżentant tal-awtoritajiet lokali u reġjonali jkun jagħmel parti mill-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali li ser jassisti lill-Kummissjoni fl-adozzjoni tal-atti delegati. B’mod aktar ġenerali, jitlob reviżjoni tal-għamla tal-gruppi konsultattivi tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, sabiex ikun assigurat li dawn il-gruppi jkunu aktar rappreżentattivi tad-dinja rurali;

Baġit

57.

iqis li għall-perjodu 2014-2020, il-baġit ta’ EUR 435,6 biljun previst fil-qafas finanzjarju multiannwali għall-PAK, bħala politika integrata, għandu jiġi kkonfermat f’termini reali, kemm jekk ikun fl-ewwel pilastru jew fit-tieni pilastru fid-dawl tal-isfidi sinifikanti li ser jiffaċċja s-settur agroalimentari fis-snin li ġejjin;

58.

madankollu jitħasseb dwar il-kuntest tal-kriżi tad-dejn pubbliku fil-livell Ewropew u dwar it-theddida li tista’ tirriżulta għall-baġit tal-Politika Agrikola Komuni tal-futur u jqis li huwa aktar u aktar meħtieġ li jinżamm finanzjament ambizzjuż għall-PAK futura.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

COM(2011) 626 final/2

Emenda 1

Tibdil tal-Artikolu 21(3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

3.   Meta jkunu qed ifasslu l-istrateġiji tagħhom, l-Istati Membri għandhom jagħmlu lista ta’ prodotti mis-setturi tal-frott u l-ħxejjex, tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati, u tal-banana li għandhom ikunu eliġibbli skont l-iskemi rispettivi tagħhom. Madankollu, din il-lista m’għandhiex tinkludi prodotti esklużi minn miżuri adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati skont il-punt (a) tal-Artikolu 22(2)(a). L-Istati Membri għandhom jagħżżlu l-prodotti tagħhom abbażżi ta’ kriterji oġġettivi li jistgħu jinkludu l-istaġjonalità, id-disponibbiltà tal-prodott jew l-aspetti ta’ tħassib dwar l-ambjent. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri jistgħu jagħtu preferenza lil prodotti li joriġinaw fl-Unjoni.

3.   Meta jkunu qed ifasslu l-istrateġiji tagħhom, l-Istati Membri għandhom jagħmlu lista ta’ prodotti mis-setturi tal-frott u l-ħxejjex, tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati, u tal-banana li għandhom ikunu eliġibbli skont l-iskemi rispettivi tagħhom. Madankollu, din il-lista m’għandhiex tinkludi prodotti esklużżi minn miżżuri adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati skont il-punt (a) tal-Artikolu 22(2)(a). L-Istati Membri għandhom jagħżżlu l-prodotti tagħhom abbażżi ta’ kriterji oġġettivi li jistgħu jinkludu l-istaġjonalità, id-disponibbiltà tal-prodott jew l-aspetti ta’ tħassib dwar l-ambjent. F’dan ir-rigward, .

Raġuni

Trid tiġi applikata s-sistema ta’ preferenza Komunitarja biex jiġu promossi l-produzzjonijiet Ewropej minflok dawk minn pajjiżżi terzi.

Emenda 2

Punt ġdid qabel l-Artikolu 101

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Raġuni

Ħafna studji għandhom tendenza juru li l-abbandun tad-drittijiet tat-tħawwil (“Studju dwar l-impatti soċjoekonomiċi u territorjali tal-liberalizzazzjoni tad-drittijiet tat-tħawwil tal-vinji”. Studju AREV-MOISA, Marzu 2012) u tal-kwoti jfisser li jkun hemm aktar tħawwil f’ċerti territorji, b’numru ta’ konsegwenzi ekonomiċi, territorjali u ambjentali li mhumiex evalwati tajjeb mill-Kummissjoni.

Emenda 3

Tibdil tal-Artikolu 108(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Organizzazzjonijiet interprofessjonali

1   L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu, meta jintalbu, organizzazzjonijiet interprofessjonali fi kwalunkwe settur minn dawk elenkati fl-Artikolu 1(2) li:

(a)

ikunu kostitwiti minn rappreżentanti ta’ attivitajiet ekonomiċi marbutin mal-produzzjoni, il-kummerċ u/jew l-ipproċessar ta’ prodotti f’settur wieħed jew aktar;

(b)

ikunu fformati fuq l-inizjattiva tal-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet kollha jew ta’ xi wħud minnhom li jikkostitwuhom;

(c)

isegwu għan speċifiku, li jista’ jinkludi mill-anqas wieħed mill-objettivi li ġejjin:

(i)

li jittejbu l-għarfien u t-trasparenza tal-produzzjoni u tas-suq, li jinkludi l-pubblikazzjoni ta’ dejta ta’ statistika dwar il-prezzijiet, il-volumi u t-tul ta’ żmien tal-kuntratti li jkunu ġew konklużi qabel, u billi tiġi pprovduta analiżi tal-iżviluppi potenzjali fis-suq għall-ġejjieni fuq livell reġjonali u nazzjonali;

(ii)

l-għoti ta’ għajnuna għall-koordinazzjoni aħjar tal-mod kif il-prodotti jitqiegħdu fis-suq, b’mod partikolari permezz ta’ riċerka u studji dwar is-suq;

(iii)

it-tfassil ta’ forom standard ta’ kuntratti kompatibbli mar-regoli tal-Unjoni;

(iv)

l-isfruttar b’mod aktar estiż tal-potenzjal tal-prodotti;

(v)

l-għoti tal-informazzjoni u t-twettiq tar-riċerka meħtieġa biex il-produzzjoni tiġi rrazzjonalizzata, imtejba u aġġustata biex il-prodotti jkunu aktar adatti għall-esiġenzi tas-suq u għall-gosti u l-aspettattivi tal-konsumatur, b’mod partikolari fir-rigward tal-kwalità tal-prodott, inkluż il-karatteristiċi partikolari ta’ prodotti li jkollhom denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, u l-protezzjoni tal-ambjent;

(vi)

ir-riċerka ta’ metodi kif jista’ jiġi ristrett l-użu ta’ prodotti għas-saħħa tal-annimali u l-protezzjoni tal-pjanti u prodotti oħra u li jiġu żgurati l-kwalità tal-prodott u l-konservazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma;

(vii)

l-iżvilupp ta’ metodi u strumenti biex titjieb il-kwalità tal-prodott fl-istadji kollha tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni;

(viii)

l-isfruttar tal-potenzjal tal-biedja organika u li tingħata protezzjoni u promozzjoni lil din it-tip ta’ biedja, kif ukoll lil denominazzjonijiet ta’ oriġini, tikketti tal-kwalità u indikazzjonijiet ġeografiċi;

(ix)

il-promozzjoni ta’ produzzjoni sostenibbli u integrata u ta’ metodi ta’ produzzjoni li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent u li ssir riċerka dwarhom;

(x)

li jiġi mħeġġeġ il-konsum tal-prodotti tajbin għas-saħħa u li tingħata informazzjoni dwar il-ħsara relatata ma’ tendenzi ta’ konsum perikolużi;

(xi)

it-twettiq ta’ azzjonijiet ta’ promozzjoni, l-aktar f’pajjiżi terzi.

Organizzazzjonijiet interprofessjonali

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu, meta jintalbu, organizzazzjonijiet interprofessjonali fi kwalunkwe settur minn dawk elenkati fl-Artikolu 1(2) li:

(a)

ikunu kostitwiti minn rappreżentanti ta’ attivitajiet ekonomiċi marbutin mal-produzzjoni, il-kummerċ u/jew l-ipproċessar ta’ prodotti f’settur wieħed jew aktar;

(b)

ikunu fformati fuq l-inizjattiva tal-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet kollha jew ta’ xi wħud minnhom li jikkostitwuhom;

(c)

isegwu għan speċifiku, li jista’ jinkludi mill-anqas wieħed mill-objettivi li ġejjin:

(i)

li jittejbu l-għarfien u t-trasparenza tal-produzzjoni u tas-suq, li jinkludi l-pubblikazzjoni ta’ dejta ta’ statistika dwar il-prezzijiet, il-volumi u t-tul ta’ żmien tal-kuntratti li jkunu ġew konklużi qabel, u billi tiġi pprovduta analiżi tal-iżviluppi potenzjali fis-suq għall-ġejjieni fuq livell reġjonali u nazzjonali;

(ii)

l-għoti ta’ għajnuna għall-koordinazzjoni aħjar tal-mod kif il-prodotti jitqiegħdu fis-suq, b’mod partikolari permezz ta’ riċerka u studji dwar is-suq;

(iii)

it-tfassil ta’ forom standard ta’ kuntratti kompatibbli mar-regoli tal-Unjoni;

(iv)

l-isfruttar b’mod aktar estiż tal-potenzjal tal-prodotti;

(v)

l-għoti tal-informazzjoni u t-twettiq tar-riċerka meħtieġa biex il-produzzjoni tiġi rrazzjonalizzata, imtejba u aġġustata biex il-prodotti jkunu aktar adatti għall-esiġenzi tas-suq u għall-gosti u l-aspettattivi tal-konsumatur, b’mod partikolari fir-rigward tal-kwalità tal-prodott, inkluż il-karatteristiċi partikolari ta’ prodotti li jkollhom denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, u l-protezzjoni tal-ambjent;

(vi)

ir-riċerka ta’ metodi kif jista’ jiġi ristrett l-użu ta’ prodotti għas-saħħa tal-annimali u l-protezzjoni tal-pjanti u prodotti oħra u li jiġu żgurati l-kwalità tal-prodott u l-konservazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma;

(vii)

l-iżvilupp ta’ metodi u strumenti biex titjieb il-kwalità tal-prodott fl-istadji kollha tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni;

(viii)

l-isfruttar tal-potenzjal tal-biedja organika u li tingħata protezzjoni u promozzjoni lil din it-tip ta’ biedja, kif ukoll lil denominazzjonijiet ta’ oriġini, tikketti tal-kwalità u indikazzjonijiet ġeografiċi;

(ix)

il-promozzjoni ta’ produzzjoni sostenibbli u integrata u ta’ metodi ta’ produzzjoni li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent u li ssir riċerka dwarhom;

(x)

li jiġi mħeġġeġ il-konsum tal-prodotti tajbin għas-saħħa u li tingħata informazzjoni dwar il-ħsara relatata ma’ tendenzi ta’ konsum perikolużi;

(xi)

it-twettiq ta’ azzjonijiet ta’ promozzjoni.

Raġuni

Huwa indispensabbli li s-suq ikollu referenza rigward il-prezzijiet, billi jiġu integrati diversi fatturi, anke jekk, ovvjament, din ir-referenza m’għandhiex għalfejn tiġi applikata b’mod vinkolanti. Il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli li jiġu mill-UE m’għandhiex issir b’mod prijoritarju fil-pajjiżi terzi; huwa essenzjali li ssir ukoll fis-suq intern, appuntu fejn il-prodotti importati minn pajjiżi terzi jpoġġu l-pressjoni fuq l-offerta.

Emenda 4

Tibdil tal-Artikolu 112

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Miżżuri biex jitħaffef l-aġġustament ta’ provvista għall-esiġenzi tas-suq

Filwaqt li titqies il-ħtieġa li tiġi stimulata azzjoni mill-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 106 sa 108 biex jitħaffef l-aġġustament tal-provvista għall-esiġenzi tas-suq, bl-eċċezzjoni ta’ azzjoni relatata ma’ rtirar mis-suq, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160, fir-rigward tas-setturi tal-pjanti ħajjin, laħam taċ-ċanga u vitella, laħam tal-majjal, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħożż, bajd u laħam tat-tjur dwar miżżuri:

(a)

biex titjieb il-kwalità;

(b)

biex tiġi promossa l-organizzazzjoni aħjar tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni;

(c)

biex titħaffef ir-reġistrazzjoni ta’ xejriet fil-prezzijiet tas-suq;

(d)

biex ikun jista’ jsir tbassir għal żżmien qasir u fit-tul abbażżi tal-mezzi tal-produzzjoni użżati.

Miżżuri biex jitħaffef l-aġġustament ta’ provvista għall-esiġenzi tas-suq

Filwaqt li titqies il-ħtieġa li tiġi stimulata azzjoni mill-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 106 sa 108 biex jitħaffef l-aġġustament tal-provvista għall-esiġenzi tas-suq, bl-eċċezzjoni ta’ azzjoni relatata ma’ rtirar mis-suq, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 160, fir-rigward tas-setturi dwar miżuri:

(a)

biex titjieb il-kwalità;

(b)

biex tiġi promossa l-organizzazzjoni aħjar tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni;

(c)

biex titħaffef ir-reġistrazzjoni ta’ xejriet fil-prezzijiet tas-suq;

(d)

biex ikun jista’ jsir tbassir għal żmien qasir u fit-tul abbażi tal-mezzi tal-produzzjoni użati.

Raġuni

Hemm bżonn li l-leġislazzjoni Ewropea tippermetti l-istrumenti kollha possibbli biex dawn il-miżuri jkunu jistgħu japplikaw għas-setturi kollha, peress li dawn il-kwistjonijiet jolqtu lis-setturi kollha u mhux biss lil parti minnhom, u li huma parti essenzjali mill-funzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali f’kull settur.

Emenda 5

Tibdil tal-Artikolu 117

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Regoli ġenerali

1.   Bla preġudizzju għall-każijiet fejn liċenzja ta’ importazzjoni jew ta’ esportazzjoni tkun meħtieġa skont dan ir-Regolament, l-importazzjoni għal rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera jew l-esportazzjoni ta’ prodott agrikolu wieħed jew aktar lejn l-Unjoni jew ’il barra minnha jistgħu jkunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja, filwaq li titqies il-ħtieġa għal liċenzji għall-immaniġġjar tas-swieq konċernati u, b’mod partikolari, għall-monitoraġġ tal-kummerċ fil-prodotti konċernati.

2.   Il-liċenzji għandhom jinħarġu mill-Istati Membri lil kwalunkwe applikant, irrispettivament mill-post tagħhom fejn ikunu stabbiliti fl-Unjoni, sa kemm xi att adottat skont l-Artikolu 43(2) tat-Trattat ma jipprovdix mod ieħor, u bla preġudizzju għal miżuri adottati għall-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu.

3.   Il-liċenzji għandhom ikunu validi mal-Unjoni kollha.

Il-prodotti Ewropej destinati għall-kummerċjalizzazzjoni għandhom ikunu konformi ma’ standards ta’ kwalità, u għaldaqstant għandhom jirrispettaw kundizzjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel, tat-traċċabbiltà, dawk marbutin ma’ kwistjonijiet ta’ saħħa, saħħa tal-pjanti, ambjent u benesseri tal-annimali li huma obbligatorji għall-produtturi tal-Unjoni. Dawn l-istandards għandhom japplikaw għar-relazzjonijiet esterni in ġenerali, speċjalment fil-ftehimiet ma’ pajjiżi terzi.

Emenda 6

Tibdil tal-Artikolu 131

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Miżuri ta’ salvagwardja

1.   Il-miżuri ta’ salvagwardja kontra importazzjonijiet fl-Unjoni għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni, suġġetti għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, skont ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (3) u (KE) Nru 625/2009 tas-7 ta’ Lulju 2009 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (4).

2.   Salv li ma jkunx ipprovdut mod ieħor skont kwalunkwe att ieħor tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u kwalukwe att ieħor tal-Kunsill, skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri ta’ salvagwardja kontra importazzjonijiet fl-Unjoni pprovduti fi ftehimiet internazzjonali u konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat.

3.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tieħu miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq inizjattiva proprja. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2).

Fejn il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, hija għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tieħu deċiżjoni dwarha fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara li tkun irċeviet it-talba. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2).

Għal raġunijiet ta’ urġenza ġustifikati b’mod xieraq, il-Kummissjoni għandha tadotta immedjatament atti ta’ implimentazzjoni applikabbli skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 162(3).

Il-miżuri adottati għandhom jiġu kkomunikati lill-Istati Membri u għandhom jidħlu fis-seħħ immedjatament.

4.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tirrevoka jew temenda miżuri ta’ salvagwardja tal-Unjoni adottati skont il-paragrafu 3. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 162(2).

5.   Għandhom jiġu adottati miżuri ta’ salvagwardja, b’mod partikolari, meta l-prodotti agrikoli importati minn pajjiżi terzi ma jiggarantixxux is-sigurtà tal-ikel u t-traċċabbiltà u ma jirrispettawx il-kundizzjonijiet kollha tas-saħħa, l-ambjent u l-benesseri tal-annimali stabbiliti għas-suq intern, meta jkun hemm sitwazzjonijiet ta’ kriżi fis-swieq jew meta jiġu identifikati każijiet fejn ma jkunux rispettati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-liċenzji ta’ importazzjoni fir-rigward tal-prezz, il-kwantità jew l-iskeda. Dan il-kontroll tal-kundizzjonijiet stabbiliti għall-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli għandu jsir permezz ta’ sistema integrata ta’ kontroll f’ħin reali fuq l-importazzjonijiet tal-UE.

Raġuni

Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri flessibbli ta’ kontroll fil-fruntieri tal-Unjoni sabiex f’każijiet urġenti jkun hemm prevenzjoni u l-qbid ta’ importazzjonijiet ta’ prodotti agrikoli li jistgħu jwasslu għal kompetizzjoni inġusta mal-prodotti tal-UE jew għal żbilanċi fis-suq intern.

Emenda 7

Tibdil tal-Artikolu 144

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Eċċezzjonijiet għall-objettivi tal-PAK u tal-bdiewa u l-assoċjazzjonijiet tagħhom

1.   L-Artikolu 101(1) tat-Trattat m’għandux japplika għall-ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki msemmija fl-Artikolu 143ta’ dan ir-Regolament meħtieġa għall-kisba tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-Trattat.

B’mod partikolari, l-Artikolu 101(1) tat-Trattat m’għandux japplika għal ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki ta’ bdiewa, assoċjazzjonijiet ta’ bdiewa, jew assoċjazzjonijiet ta’ assoċjazzjonijiet bħal dawn, jew ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuti skont l-Artikolu 106 ta’ dan ir-Regolament, jew assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuti skont l-Artikolu 107 ta’ dan ir-Regolament, li jikkonċernaw il-produzzjoni jew il-bejgħ ta’ prodotti agrikoli jew l-użu ta’ faċilitajiet konġunti għall-ħażna, trattament jew ipproċessar ta’ prodotti agrikoli, u li bihom ma jkunx hemm obbligu li jintalbu prezzijiet identiċi, sa kemm minħabba f’hekk ma tiġix eskluża l-kompetizzjoni jew ikun hemm periklu biex jintlaħqu l-objettivi tal-Artikolu 39 tat-Trattat.

2.   Wara li tikkonsulta lill-Istati Membri u tisma’ lill-impriżi jew l-assoċjazzjonijiet tal- impriżi kkonċernati u kwalunkwe persuna oħra naturali jew legali li hi tqis xierqa, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa unika, soġġett għal reviżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja, biex tiddetermina, billi tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, Deċiżjoni li għandha tkun ippubblikata, liema ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki jissodisfaw il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 1.

Il-Kummissjoni għandha timpenja ruħha li tistabbilixxi dan jew fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq it-talba ta’ awtorità kompetenti ta’ Stat Membru jew ta’ impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi interessati.

3.   Il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandha tagħti l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni. Hija għandha tikkonsidra l-interessi leġittimi tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom.

Eċċezzjonijiet għall-objettivi tal-PAK u tal-bdiewa u l-assoċjazzjonijiet tagħhom

1.   L-Artikolu 101(1) tat-Trattat m’għandux japplika għall-ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki msemmija fl-Artikolu 143ta’ dan ir-Regolament meħtieġa għall-kisba tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-Trattat.

B’mod partikolari, l-Artikolu 101(1) tat-Trattat m’għandux japplika

għal ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki ta’ bdiewa, assoċjazzjonijiet ta’ bdiewa, jew assoċjazzjonijiet ta’ assoċjazzjonijiet bħal dawn, jew ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuti skont l-Artikolu 106 ta’ dan ir-Regolament, jew assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuti skont l-Artikolu 107 ta’ dan ir-Regolament, li jikkonċernaw il-produzzjoni jew il-bejgħ ta’ prodotti agrikoli jew l-użu ta’ faċilitajiet konġunti għall-ħażna, trattament jew ipproċessar ta’ prodotti agrikoli, u li bihom ma jkunx hemm obbligu li jintalbu prezzijiet identiċi, sa kemm minħabba f’hekk ma tiġix eskluża l-kompetizzjoni jew ikun hemm periklu biex jintlaħqu l-objettivi tal-Artikolu 39 tat-Trattat

.

2.   Wara li tikkonsulta lill-Istati Membri u tisma’ lill-impriżi jew l-assoċjazzjonijiet tal- impriżi kkonċernati u kwalunkwe persuna oħra naturali jew legali li hi tqis xierqa, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa unika, soġġett għal reviżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja, biex tiddetermina, billi tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, Deċiżjoni li għandha tkun ippubblikata, liema ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki jissodisfaw il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 1.

Il-Kummissjoni għandha timpenja ruħha li tistabbilixxi dan jew fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq it-talba ta’ awtorità kompetenti ta’ Stat Membru jew ta’ impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi interessati.

3.   Il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandha tagħti l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni. Hija għandha tikkonsidra l-interessi leġittimi tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom.

Raġuni

Ir-relazzjonijiet u n-negozjati kuntrattwali li jsiru fl-ewwel fażi tal-katina tal-provvista agroalimentari għandhom ikunu eżentati mir-regoli tal-kompetizzjoni. Dan jikseb importanza saħansitra akbar fis-setturi tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u tal-frott u l-ħaxix (dan tal-aħħar wara l-Emendi għall-Artikoli 105(2) u 105(3) tad-dokument COM 626) li huma regolati mill-istess OKS uniku. Aħna nemmnu li din l-eċċezzjoni hija kompatibbli perfettament meta jitqiesu l-possibbiltajiet ta’ eżenzjoni mniżżla fl-Artikolu 101(3) tat-Trattat u tal-garanziji previsti fl-Artikolu 144(b) u 144(c) kif emendati. Min-naħa l-oħra hemm bżonn li jkun permess li, taħt ċerti kundizzjonijiet, ikun possibbli li jiġu stabbiliti livelli ta’ referenza għall-prezzijiet tas-suq li jridu jitqiesu matul il-proċess ta’ kummerċjalizzazzjoni. Iridu jitqiesu l-ispejjeż ta’ produzzjoni, l-offerta, id-domanda, l-evoluzzjoni tal-prezzijiet, u fatturi oħra storiċi, strutturali jew ċikliċi li jaffettwaw il-prezzijiet. L-għan li jiġu stabbiliti livelli ta’ prezzijiet mhuwiex li jiġu imposti kundizzjonijiet obbligatorji, iżda li l-operaturi jqisuhom meta jkunu qed jieħdu deċiżjonijiet dwar ix-xiri u l-bejgħ.

Emenda 8

Tibdil tal-Artikolu 155(5)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

5.   L-Unjoni għandha tipprovdi finanzjament parzjali ekwivalenti għal 50 % tal-infiq imġarrab mill-Istati Membri għall-miżuri msemmija paragrafu 1.

Madankollu, fir-rigward tas-setturi tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella, ħalib u prodotti tal-ħalib, laħam tal-majjal u laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż, l-Unjoni għandha tipprovdi finanzjament parzjali ekwivalenti għal 60 % ta’ tali nfiq meta tkun qed tikkumbatti l-marda tal-ilsien u d-dwiefer.

Aħna nqisu li hemm bżonn li l-programmi għall-ġlieda, il-prevenzjoni u l-qerda tal-mard tal-annimali, inkluż fil-programmi approvati ta’ kull Stat Membru, għandhom jaqgħu taħt l-istess sistema tal-miżuri kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer u li għandhom jirċievu 60 % f’termini ta’ fondi mill-Unjoni.

COM(2011) 625 final/2

Emenda 9

Tibdil tal-Artikolu 9(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Ma għandu jingħata ebda pagament dirett lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi, jew lil gruppi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, fejn japplika wieħed minn dawk li ġejjin:

a)

l-ammont annwali tal-pagamenti diretti huwa inqas minn 5 % tal-irċevuti totali li nkisbu minn attivitajiet mhux agrikoli fis-sena fiskali l-aktar riċenti; jew

b)

iż-żoni agrikoli tagħhom huma fil-biċċa l-kbira żoni miżmuma b’mod naturali fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni u ma jwettqux l-attività minima stabbilita mill-Istati Membri skont l-Artikolu 4(1)(c) f’dawk iż-żoni.

Ma għandu jingħata ebda pagament dirett lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi, jew lil gruppi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, fejn japplika wieħed minn dawk li ġejjin:

a)

b)

iż-żoni agrikoli tagħhom huma fil-biċċa l-kbira żoni miżmuma b’mod naturali fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni u ma jwettqux l-attività minima stabbilita mill-Istati Membri skont l-Artikolu 4(1)(c) f'dawk iż-żoni.

Emenda 10

Emenda tal-Artikolu 11(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-ammont ta’ pagamenti diretti li għandu jingħata lil bidwi skont dan ir-Regolament f’sena kalendarja partikolari għandu jitnaqqas kif ġej:

L-ammont ta’ pagamenti diretti li għandu jingħata lil bidwi skont dan ir-Regolament f’sena kalendarja partikolari għandu jitnaqqas kif ġej:

Raġuni

Peress li l-pagamenti għall-appoġġ ta’ prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent huma marbuta mal-att ta’ produzzjoni, il-fatt li jitqiesu fil-miżuri ta’ digressjoni u ta’ limitu huwa ġġustifikat anke mill-bżonn li l-għajnuna titqassam b’mod aktar ekwu.

Emenda 11

Tibdil tal-Artikolu 14(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Flessibbiltà bejn il-pilastri

1.   Qabel l-1 ta’ Awwissu 2013, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli appoġġ addizzjonali għal miżuri skont l-ipprogrammar dwar l-iżvilupp rurali ffinanzjat skont il-FAEŻR kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru […] [RDR], sa 10 % tal-limiti nazzjonali annwali tagħhom għas-snin kalendarji mill-2014 sal-2019 kif stipulat fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

B’riżultat ta’ dan, l-ammont korrispondenti ma għandux jibqa’ disponibbli għall-għoti tal-pagamenti diretti.

Id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun innotifikata lill-Kummissjoni sad-data msemmija f’dak is-subparagrafu.

Il-perċentwali nnotifikat skont it-tieni subparagrafu għandu jkun l-istess għas-snin imsemmija fl-ewwel subparagrafu.

Flessibbiltà bejn il-pilastri

1.   Qabel l-1 ta’ Awwissu 2013, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli appoġġ addizzjonali għal miżuri skont l-ipprogrammar dwar l-iżvilupp rurali ffinanzjat skont il-FAEŻR kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru […] [RDR], sa 10 % tal-limiti nazzjonali annwali tagħhom għas-snin kalendarji mill-2014 sal-2019 kif stipulat fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Raġuni

Meta jiġu allokati riżorsi għall-iżvilupp rurali, jagħmel sens li dawn jitqassmu skont il-kriterji ta’ distribuzzjoni stabbiliti taħt it-tieni pilastru. Din is-sistema għandha tkun flessibbli. Pereżempju, jekk jiġi stabbilit “reġjun tal-pjanuri tal-Lombardija” b’livell massimu nazzjonali, jista’ jkun interessanti li r-reġjuni koperti jallokaw parti mir-riżorsi għall-programmi ta’ żvilupp rurali rispettivi tagħhom, sabiex iwettqu l-politiki settorjali tagħhom.

Emenda 12

Tibdil tal-Artikolu 22(3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-Istati Membri li jagħmlu użu mill-possibbiltà pprovduta fil-paragrafu 2 għandhom jużaw il-parti tal-limitu massimu li tibqa’ wara l-applikazzjoni ta’ dak il-paragrafu biex iżidu l-valur tad-drittijiet għall-pagament f’każijiet fejn il-valur totali tad-drittijiet għall-pagament miżmum minn bidwi skont l-iskema ta’ pagament bażiku kkalkulat skont il-paragrafu 2 ikun anqas mill-valur totali tad-drittijiet għall-pagament, inklużi drittijiet speċjali, li l-bidwi kellu fil-31 ta’ Diċembru 2013, skont l-iskema ta’ pagament uniku skont ir-Regolament (KE) Nru 73/2009. Għal dan il-għan, il-valur tal-unità nazzjonali jew reġjonali ta’ kull wieħed mid-drittijiet għall-pagament tal-bidwi konċernat għandu jiżdied b’sehem tad-differenza bejn il-valur totali tad-drittijiet għall-pagament skont l-iskema ta’ pagament bażiku kkalkulat skont il-paragrafu 2 u l-valur totali tad-drittijiet għall-pagament, inklużi drittijiet speċjali, li l-bidwi kellu fil-31 ta’ Diċembru 2013 skont l-iskema ta’ pagament uniku skont ir-Regolament (KE) Nru 73/2009.

Għall-kalkolu taż-żieda, Stat Membru jista’ jqis ukoll l-appoġġ mogħti fis-sena kalendarja 2013 skont l-Artikoli 52, 53(1) u 68(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, bil-kundizzjoni li l-Istat Membru ma jkunx iddeċieda li japplika l-appoġġ akkoppjat volontarju skont it-Titolu IV ta’ dan ir-Regolament għas-setturi rilevanti.

Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, bidwi jitqies li jkollu drittijiet għall-pagament fil-31 ta’ Diċembru 2013 fejn id-drittijiet għall-pagament ikunu ġew allokati jew ittrasferiti definittivament sa dik id-data.

3.   L-Istati Membri li jagħmlu użu mill-possibbiltà pprovduta fil-paragrafu 2 għandhom jużaw il-parti tal-limitu massimu li tibqa’ wara l-applikazzjoni ta’ dak il-paragrafu biex iżidu l-valur tad-drittijiet għall-pagament f’każijiet fejn il-valur totali tad-drittijiet għall-pagament miżmum minn bidwi skont l-iskema ta’ pagament bażiku kkalkulat skont il-paragrafu 2 ikun anqas mill-valur totali tad-drittijiet għall-pagament, inklużi drittijiet speċjali, li l-bidwi kellu 2013, skont l-iskema ta’ pagament uniku skont ir-Regolament (KE) Nru 73/2009. Għal dan il-għan, il-valur tal-unità nazzjonali jew reġjonali ta’ kull wieħed mid-drittijiet għall-pagament tal-bidwi konċernat għandu jiżdied b’sehem tad-differenza bejn il-valur totali tad-drittijiet għall-pagament skont l-iskema ta’ pagament bażiku kkalkulat skont il-paragrafu 2 u l-valur totali tad-drittijiet għall-pagament, inklużi drittijiet speċjali, li l-bidwi kellu fil-31 ta’ Diċembru 2013 skont l-iskema ta’ pagament uniku skont ir-Regolament (KE) Nru 73/2009.

Għall-kalkolu taż-żieda, Stat Membru jista’ jqis ukoll l-appoġġ mogħti fis-sena kalendarja 2013 skont l-Artikoli 52, 53(1) u 68(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, bil-kundizzjoni li l-Istat Membru ma jkunx iddeċieda li japplika l-appoġġ akkoppjat volontarju skont it-Titolu IV ta’ dan ir-Regolament għas-setturi rilevanti.

Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, bidwi jitqies li jkollu drittijiet għall-pagament fil-31 ta’ Diċembru 2013 fejn id-drittijiet għall-pagament ikunu ġew allokati jew ittrasferiti definittivament sa dik id-data.

Raġuni

L-emenda tintroduċi bidla fl-Artikolu 22(3). Meta jiġu stabbiliti l-allokazzjonijiet għall-2014, ser ikun hemm mekkaniżmi għat-trasferiment ta’ allokazzjonijiet minn bdiewa mhux attivi għal dawk attivi. Id-data tal-31 ta’ Diċembru tista’ twassal għal frodi. Jaqbel li l-allokazzjonijiet jiġu stabbiliti fuq il-bażi tas-sett ta’ allokazzjonijiet użati għall-pagament tat-talba unika tal-2013.

Emenda 13

Tibdil tal-Artikolu 22(5)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Mhux aktar tard mis-sena ta’ talba 2019, id-drittijiet kollha għall-pagament fi Stat Membru jew, fil-każ tal-applikazzjoni tal-Artikolu 20, f’reġjun, għandu jkollhom valur ta’ unità uniformi.

Mhux aktar tard mis-sena ta’ talba 2019, id-drittijiet kollha għall-pagament fi Stat Membru jew, fil-każ tal-applikazzjoni tal-Artikolu 20, f’reġjun, għandu jkollhom valur ta’ unità uniformi.

Raġuni

Il-Kummissjoni tipproponi li jkun hemm konverġenza fi ħdan l-Istati Membri, iżda ma tippreċiża l-ebda skadenza jew mod għal konverġenza bejn l-Istati Membri.

Emenda 14

Punt ġdid qabel l-Artikolu 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Emenda 15

Punt ġdid qabel l-Artikolu 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Emenda 16

Tibdil tal-Artikolu 29(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Regoli ġenerali

1.   Il-bdiewa intitolati għal pagament skont l-iskema ta’ pagament bażiku msemmi fil-Kapitolu 1 għandhom jirrispettaw għall-ettari eliġibbli tagħhom kif iddefiniti fl-Artikolu 25(2) il-prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent li ġejjin:

(a)

li jkollhom tliet uċuħ tar-raba’ differenti fir-raba’ li jinħarat tagħhom meta r-raba’ li jinħarat tal-bidwi jkopri aktar minn 3 ettari u ma jkunx użat kollu għall-produzzjoni ta’ ħaxix (miżrugħ jew naturali), jitħalla kollu mistrieħ jew ikkultivat kollu b’uċuħ tar-raba’ taħt l-ilma għal parti kbira tas-sena;

(b)

li jżommu l-bwar permanenti eżistenti fl-impriża tagħhom; u

(c)

li jkollhom erja b’fokus ekoloġiku fiż-żona agrikola tagħhom.

Regoli ġenerali

1.   Il-bdiewa intitolati għal pagament skont l-iskema ta’ pagament bażiku msemmi fil-Kapitolu 1 għandhom jirrispettaw għall-ettari eliġibbli tagħhom kif iddefiniti fl-Artikolu 25(2) il-prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent li ġejjin:

(a)

li jkollhom tliet uċuħ tar-raba’ differenti fir-raba’ li jinħarat tagħhom meta r-raba’ li jinħarat tal-bidwi jkopri aktar minn 3 ettari u ma jkunx użat kollu għall-produzzjoni ta’ ħaxix (miżrugħ jew naturali), jitħalla kollu mistrieħ jew ikkultivat kollu b’uċuħ tar-raba’ taħt l-ilma għal parti kbira tas-sena;

(b)

li jżommu l-bwar permanenti eżistenti fl-impriża tagħhom; u u

(c)

li jkollhom erja b’fokus ekoloġiku fiż-żona agrikola tagħhom.

   B’deroga għall-punt 1, dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jiġu adattati għall-bdiewa f’kuntratt territorjali hekk kif previst fl-Artikolu 29, li jagħmel possibbli t-tnaqqis tal-użu ta’ inputs (fertilizzanti, prodotti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pjanti, eċċ.) u tal-kwantitajiet ta’ ilma għall-irrigazzjoni, sabiex jitjieb il-ħżin tal-karbonju fl-artijiet u jitnaqqsu r-riskji ta’ erożjoni u ta’ salinizzazzjoni.

Emenda 17

Tibdil tal-Artikolu 29(4)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

4.   Il-bdiewa li jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 fir-rigward ta’ biedja organika għandhom ikunu intitolati ipso facto għall-pagament imsemmi f’dan il-Kapitolu.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika biss għall-unitajiet ta’ impriża li jintużaw għall-produzzjoni organika skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007.

Emenda 18

Tibdil tal-Artikolu 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba’

1.   Fejn ir-raba’ li jinħarat tal-bidwi jkopri aktar minn 3 ettari u ma jkunx użat kollu għall-produzzjoni ta’ ħaxix (miżrugħ jew naturali), jitħalla kollu mistrieħ jew ikkultivat kollu b’uċuħ tar-raba’ taħt l-ilma għal parti kbira tas-sena, il-kultivazzjoni tar-raba’ li jinħarat għandha tkun magħmula minn tal-anqas tliet uċuħ tar-raba’ differenti. Ebda wieħed minn dawk l-uċuħ tar-raba’ ma għandu jkopri anqas minn 5 % tar-raba’ li jinħarat u dak ewlieni ma għandux ikopri aktar minn 70 % tar-raba’ li jinħarat.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 li jistipula d-definizzjoni ta’ “uċuħ tar-raba’” u r-regoli dwar l-applikazzjoni tal-kalkolu preċiż tal-ishma tal-uċuħ tar-raba’ differenti.

Emenda 19

Tibdil tal-Artikolu 32(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-bdiewa għandhom jiżguraw li tal-anqas 7 % tal-ettari eleġibbli tagħhom kif definiti fl-Artikolu 25(2), esklużi żoni ta’ bwar permanenti, huma erjas b’fokus ekoloġiku bħala art li titħalla mistrieħa, terrazzi, iż-żamma ta’ karatteristiċi ta’ pajsaġġ, strixex ta’ lqugħ u żoni afforestati kif imsemmi fl-Artikolu 25(2)(b)(ii).

Il-bdiewa għandhom jiżguraw li tal-anqas 7 % tal-ettari eleġibbli tagħhom huma erjas b’fokus ekoloġiku bħala art li titħalla mistrieħa, terrazzi, iż-żamma ta’ karatteristiċi ta’ pajsaġġ, strixex ta’ lqugħ, u żoni afforestati.

Raġuni

Mil-lat agronomiku u ambjentali, id-daqs tal-intrapriżi mhuwiex livell pertinenti sabiex tiġi stabbilita r-rata ta’ erja b’attenzjoni ekoloġika u huwa vinkolanti għall-bdiewa. Din ir-rata trid tiġi stabbilita fuq skala ta’ grupp ta’ intrapriżi jew fuq skala ta’ reġjuni agrikoli żgħar, permezz ta’ strument li jgħaqqad flimkien u li jippermetti li tintlaħaq rata globali medja.

Emenda 20

Tibdil tal-Artikolu 33(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 33

Dispożizzjonijiet finanzjarji

1.   Biex jiffinanzjaw il-pagament imsemmi f’dan il-Kapitolu, l-Istati Membri għandhom jużaw 30 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali stabbilit fl-Anness II.

Il-fatt li jiġu previsti livelli differenti ta’ fondi għal approċċi aktar ekoloġiċi għandu jiżgura flessibbiltà u sussidjarjetà akbar fl-implimentazzjoni.

Emenda 21

Tibdil tal-Artikolu 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Regoli ġenerali

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu pagament lill-bdiewa intitolati għal pagament skont l-iskema ta’ pagament bażiku msemmija fil-Kapitolu 1 u li l-impriżi tagħhom ikunu jinsabu għalkollox jew parzjalment f’żoni b’restrizzonijiet naturali denominati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru […] [RDR].

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħtu l-pagament imsemmi fil-paragrafu 1 liż-żoni kollha li jkunu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak il-paragrafu jew, alternattivament, abbażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, li jillimitaw il-pagament għal xi wħud miż-żoni msemmijin fl-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru […] [RDR].

3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 u għall-applikazzjoni tad-dixxiplina finanzjarja, it-tnaqqis progressiv u l-limiti massimi, it-tnaqqis lineari kif imsemmi fl-Artikolu 7, u kull tnaqqis u esklużjoni imposti skont l-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) Nru […] [HZR], il-pagament imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jingħata fuq bażi annwali għal kull ettaru eleġibbli li jinsab fiż-żoni li għalihom l-Istati Membri jiddeċiedu li jagħtu pagament skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u għandu jingħata mal-attivazzjoni tad-drittijiet għall-pagament fuq dawk l-ettari fil-pussess tal-bidwi kkonċernat.

4.   Il-pagament għal kull ettaru msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun ikkalkulat billi l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 35 ikun diviż bl-għadd ta’ ettari eliġibbli ddikjarati skont l-Artikolu 26(1) li jinsabu fiż-żoni li l-Istati Membri jkunu ddeċidew li jagħtuhom pagament skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

5.   L-Istati Membri jistgħu japplikaw il-pagament imsemmi f’dan il-Kapitolu f’livell reġjonali skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-paragrafu.

F’dak il-każ, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu r-reġjuni skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji bħal dawk tal-karatteristiċi ta’ restrizzjonijiet naturali tagħhom u kundizzjonijiet agronomiċi.

Stat Membru għandu jaqsam il-limitu massimu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 35(1) bejn ir-reġjuni skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji.

Il-pagament f’livell reġjonali għandu jkun ikkalkulat billi l-limitu massimu reġjonali kkalkulat skont it-tielet subparagrafu jkun diviż bl-għadd ta’ ettari eliġibbli ddikjarati skont l-Artikolu 26(1) li jinsabu fiż-żoni li l-Istati Membri ddeċidew li jagħtuhom pagament skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

5.   -Istati Membri jistgħu japplikaw il-pagament imsemmi f’dan il-Kapitolu f’livell reġjonali skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-paragrafu.

F’dak il-każ, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu r-reġjuni skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji bħal dawk tal-karatteristiċi ta’ restrizzjonijiet naturali tagħhom u kundizzjonijiet agronomiċi.

Stat Membru għandu jaqsam il-limitu massimu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 35(1) bejn ir-reġjuni skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji.

Il-pagament f’livell reġjonali għandu jkun ikkalkulat billi l-limitu massimu reġjonali kkalkulat skont it-tielet subparagrafu jkun diviż bl-għadd ta’ ettari eliġibbli ddikjarati skont l-Artikolu 26(1) li jinsabu fiż-żoni li l-Istati Membri ddeċidew li jagħtuhom pagament skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Raġuni

Permezz tal-emenda, tkun tista’ ssir applikazzjoni fuq bażi reġjonali taħt l-Artikolu 20.

Emenda 22

Tibdil tal-Artikolu 35(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sal-1 ta’ Awwissu 2013, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw sa 5 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali tagħhom stabbilit fl-Anness II biex jiffinanzjaw il-pagament imsemmi fl-Artikolu 34.

Sal-1 ta’ Awwissu 2013, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw sa  % tal-limitu massimu nazzjonali annwali tagħhom stabbilit fl-Anness II biex jiffinanzjaw il-pagament imsemmi fl-Artikolu 34.

Raġuni

Għall-perjodu 2007-2013, l-appoġġ għaż-żoni żvantaġġati huwa ta’ EUR 12,6 biljun. Jekk l-ammont propost jiġi rduppjat, sa 10 % tal-pakketti nazzjonali, jiġifieri EUR 31,7 biljun, dan ikun ifisser ibbilanċjar mill-ġdid sinifikanti favur iż-żoni żvantaġġati jew iż-żoni b’limitazzjonijiet naturali.

Emenda 23

Tibdil tal-Artikolu 36(1) u (2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   L-Istati Membri għandhom jagħtu pagament annwali lill-bdiewa żgħażagħ li huma intitolati għal pagament skont l-iskema ta’ pagament bażiku msemmija fil-Kaptiolu 1.

2.   Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, “bdiewa żgħażagħ”, għandha tfisser:

a)

persuni fiżiċi li qed jistabbilixxu impriża agrikola għall-ewwel darba bħala kap tal-impriża, jew li jkunu diġà stabbilixxew lilhom infushom fil-ħames snin qabel l-applikazzjoni għall-iskema ta’ pagament bażiku msemmija fl-Artikolu 73(1) tar-Regolament (UE) Nru […] [HZR], u

b)

ikollhom inqas minn 40 sena fl-età fil-mument meta jissottomettu l-applikazzjoni msemmija fil-punt (a).

1.   L-Istati Membri għandhom jagħtu pagament annwali li huma intitolati għal pagament skont l-iskema ta’ pagament bażiku msemmija fil-Kaptiolu 1.

2.   Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, “”, għandha tfisser

persuni fiżiċi li qed jistabbilixxu impriża agrikola għall-ewwel darba bħala kap tal-impriża, jew li jkunu diġà stabbilixxew lilhom infushom fil-ħames snin qabel l-applikazzjoni għall-iskema ta’ pagament bażiku msemmija fl-Artikolu 73(1) tar-Regolament (UE) Nru […] [HZR]

.

Emenda 24

Tibdil tal-Artikolu 38(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(1) L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ akkoppjat lill-bdiewa skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan Kapitolu. L-appoġġ akkoppjat jista’ jingħata lis-setturi u l-produzzjonijiet li ġejjin ta’: ċereali, żrieragħ taż-żjut, uċuħ tar-raba’ li fihom il-proteini, legumi tal-qamħ, kittien, ross, ġewż, patata b’karboidrati, ħalib u prodotti tal-ħalib, żrieragħ, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż, ċanga u vitella, żejt taż-żebbuġa, dud tal-ħarir, foraġġ niexef, ħops, pitravi, kannamiela u ċikwejra, frott u ħxejjex u msajġar b’rotazzjoni qasira.

(…)

(1) L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ akkoppjat lis-setturi u l-produzzjonijiet li ġejjin ta’: ċereali, żrieragħ taż-żjut, uċuħ tar-raba’ li fihom il-proteini, legumi tal-qamħ, kittien, ross, ġewż, patata b’karboidrati, ħalib u prodotti tal-ħalib, żrieragħ, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż, ċanga u vitella, żejt taż-żebbuġa, dud tal-ħarir, foraġġ niexef, ħops, pitravi, kannamiela u ċikwejra, frott u ħxejjex u msajġar b’rotazzjoni qasira, .

Raġuni

L-akkoppjar tal-għajnuna huwa neċessarju mil-lat ekonomiku u territorjali sabiex jiġu ggarantiti l-livelli ta’ produzzjoni tal-industriji kkonċernati.

Emenda 25

Tibdil tal-Artikolu 38(4)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

4.   L-appoġġ akkoppjat jista’ jingħata biss sakemm ikun meħtieġ biex jinħoloq inċentiv għaż-żamma ta’ livelli attwali ta’ produzzjoni fir-reġjuni kkonċernati.

4.   L-appoġġ akkoppjat jista’ jingħata biss sakemm ikun meħtieġ biex jinħoloq inċentiv għaż-żamma ta’ livelli attwali ta’ produzzjoni fir-reġjuni kkonċernati.

Raġuni

L-akkoppjar tal-għajnuna huwa neċessarju mil-lat ekonomiku u territorjali sabiex jiġu ggarantiti l-livelli ta’ produzzjoni taż-żoni kkonċernati.

Emenda 26

Tibdil tal-Artikolu 38(5)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Regoli ġenerali

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ akkoppjat lill-bdiewa skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan Kapitolu.

L-appoġġ akkoppjat jista’ jingħata lis-setturi u l-produzzjonijiet li ġejjin ta’: ċereali, żrieragħ taż-żjut, uċuħ tar-raba’ li fihom il-proteini, legumi tal-qamħ, kittien, ross, ġewż, patata b’karboidrati, ħalib u prodotti tal-ħalib, żrieragħ, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż, ċanga u vitella, żejt taż-żebbuġa, dud tal-ħarir, foraġġ niexef, ħops, pitravi, kannamiela u ċikwejra, frott u ħxejjex u msajġar b’rotazzjoni qasira.

2.   L-appoġġ akkoppjat jista’ jingħata biss lil setturi jew lil reġjuni ta’ Stat Membru fejn tipi speċifiċi ta’ biedja jew setturi agrikoli speċifiċi jgħaddu minn ċerti diffikultajiet u jkunu partikolarment importanti għal raġunijiet ekonomiċi u/jew soċjali u/jew ambjentali.

3.   B’deroga mill-paragrafu 2, l-appoġġ akkoppjat jista’ jingħata wkoll lill-bdiewa li, fil-31 ta’ Diċembru 2013, ikollhom drittijiet għall-pagament mogħtija skont is-Sezzjoni 2 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu III u l-Artikolu 71m tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u skont l-Artikolu 60 u r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009; u li ma jkollhomx ettari eliġibbli biex ikunu attivati d-drittijiet għall-pagament skont l-iskema ta’ pagament bażiku kif imsemmi fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament.

4.   L-appoġġ akkoppjat jista’ jingħata biss sakemm ikun meħtieġ biex jinħoloq inċentiv għaż-żamma ta’ livelli attwali ta’ produzzjoni fir-reġjuni kkonċernati.

5.   L-appoġġ akkoppjat għandu jieħu l-għamla ta’ pagament annwali u għandu jingħata f’limiti kwantitattivi definiti u jkun ibbażat fuq żoni u rendimenti fissi jew fuq għadd fiss ta’ annimali.

6.   Kull appoġġ akkoppjat mogħti skont dan l-Artikolu għandu jkun konsistenti ma’ miżuri u politiki oħra tal-Unjoni.

7.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 rigward:

(a)

il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-appoġġ imsemmi f’dan Kapitolu,

(b)

regoli dwar konsistenza ma’ miżuri oħra tal-Unjoni u dwar l-akkumulazzjoni tal-appoġġ.

Regoli ġenerali

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ akkoppjat lill-bdiewa skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan Kapitolu.

L-appoġġ akkoppjat jista’ jingħata lis-setturi u l-produzzjonijiet li ġejjin ta’: ċereali, żrieragħ taż-żjut, uċuħ tar-raba’ li fihom il-proteini, legumi tal-qamħ, kittien, ross, ġewż, patata b’karboidrati, ħalib u prodotti tal-ħalib, żrieragħ, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż, ċanga u vitella, żejt taż-żebbuġa, dud tal-ħarir, foraġġ niexef, ħops, pitravi, kannamiela u ċikwejra, frott u ħxejjex u msajġar b’rotazzjoni qasira.

2.   L-appoġġ akkoppjat jista’ jingħata biss lil setturi jew lil reġjuni ta’ Stat Membru fejn tipi speċifiċi ta’ biedja jew setturi agrikoli speċifiċi jgħaddu minn ċerti diffikultajiet u jkunu partikolarment importanti għal raġunijiet ekonomiċi u/jew soċjali u/jew ambjentali.

3.   B’deroga mill-paragrafu 2, l-appoġġ akkoppjat jista’ jingħata wkoll lill-bdiewa li, fil-31 ta’ Diċembru 2013, ikollhom drittijiet għall-pagament mogħtija skont is-Sezzjoni 2 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu III u l-Artikolu 71m tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u skont l-Artikolu 60 u r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009; u li ma jkollhomx ettari eliġibbli biex ikunu attivati d-drittijiet għall-pagament skont l-iskema ta’ pagament bażiku kif imsemmi fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament.

4.   L-appoġġ akkoppjat jista’ jingħata biss sakemm ikun meħtieġ biex jinħoloq inċentiv għaż-żamma ta’ livelli attwali ta’ produzzjoni fir-reġjuni kkonċernati.

5.   

   L-appoġġ akkoppjat għandu jieħu l-għamla ta’ pagament annwali u għandu jingħata f’limiti kwantitattivi definiti u jkun ibbażat fuq żoni u rendimenti fissi jew fuq għadd fiss ta’ annimali.

.   Kull appoġġ akkoppjat mogħti skont dan l-Artikolu għandu jkun konsistenti ma’ miżuri u politiki oħra tal-Unjoni.

.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 rigward:

(a)

il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-appoġġ imsemmi f’dan Kapitolu,

(b)

regoli dwar konsistenza ma’ miżuri oħra tal-Unjoni u dwar l-akkumulazzjoni tal-appoġġ.

Raġuni

Permezz tal-emenda, tkun tista’ ssir applikazzjoni fuq bażi reġjonali taħt l-Artikolu 20.

Emenda 27

Tibdil tal-Artikolu 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Regoli ġenerali

1.   Il-bdiewa li għandhom drittijiet għall-pagament allokati fl-2014 skont l-Artikolu 21 u li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi li hemm provvediment għalihom fl-Artikolu 10(1) jistgħu jagħżlu li jipparteċipaw fi skema simplifikata taħt kundizzjonajiet stipulati f’dan it-Titolu, minn issa 'l quddiem imsejħa “skema għall-bdiewa żgħar”.

2.   Il-pagamenti taħt l-iskema għall-bdiewa żgħar għandhom jissostitwixxu l-pagamenti li għandhom jingħataw skont it-Titoli III u IV.

3.   Il-bdiewa li jipparteċipaw fl-iskema għall-bdiewa żgħar għandhom ikunu eżenti mill-prattiki agrikoli stabbiliti skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu III.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ebda pagament ma jingħata lill-bdiewa li għalihom ikun stabbilit li, mid-data tal-pubblikazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni għal dan ir-Regolament, ikunu qasmu l-impriża tagħhom bl-għan waħdieni li jibbenefikaw mill-iskema għall-bdiewa żgħar. Dan għandu japplika wkoll għall-bdiewa li l-impriżi tagħhom ikunu r-riżultat ta’ qsim bħal dan.

Emenda 28

Tibdil tal-Artikolu 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-bdiewa li jixtiequ jipparteċipaw fl-iskema għall-bdiewa żgħar għandhom jippreżentaw applikazzjoni sal-15 ta’ Ottubru 2014.

Il-bdiewa li ma japplikawx għall-parteċipazzjoni fl-iskema għall-bdiewa żgħar sal-15 ta’ Ottubru 2014 jew li jiddeċiedu li jirtiraw minnha wara dik id-data jew li jintagħżlu għall-appoġġ skont l-Artikolu 20(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru […] [RDR], ma għandux jibqagħlhom id-dritt li jipparteċipaw f'dik l-iskema.

Il-bdiewa li jixtiequ jipparteċipaw fl-iskema għall-bdiewa żgħar għandhom jippreżentaw applikazzjoni sal-15 ta’ Ottubru 2014.

Il-bdiewa li ma japplikawx għall-parteċipazzjoni fl-iskema għall-bdiewa żgħar sal-15 ta’ Ottubru 2014 jew li jiddeċiedu li jirtiraw minnha wara jew li jintagħżlu għall-appoġġ skont l-Artikolu 20(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru […] [RDR], ma għandux jibqagħlhom id-dritt li jipparteċipaw f’dik l-iskema.

COM(2011) 627 final/2

Emenda 29

Tibdil tal-Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-FAEŻR għandu jikkontribwixxi għall-Istrateġija Ewropa 2020 billi jippromwovi l-iżvilupp rurali sostenibbli fl-Unjoni b’mod kumplimentari mal-istrumenti l-oħra tal-politika agrikola komuni (iktar ’il quddiem “PAK”), mal-politika ta’ koeżjoni u mal-politika komuni tas-sajd. Huwa għandu jikkontribwixxi għal settur agrikolu tal-Unjoni li jkun innovattiv, iżjed bilanċjat fil-livell territorjali u ambjentali, li ma jagħmilx ħsara lill-klima u li jkun reżistenti.

Fil-livell tal-Unjoni Ewropea hemm bżonn ta’ strateġija ta’ żvilupp rurali. Din l-istrateġija hija nieqsa mill-proposti tal-Kummissjoni. Din għandha tiġi implimentata minn kull Stat Membru fil-kuntest tal-kuntratti ta’ sħubija u bbażata fuq il-ħtieġa għal żvilupp territorjali bbilanċjat.

Emenda 30

Tibdil tal-Artikolu 5(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(1)   it-trawwim tat-trasferiment tal-għarfien u l-innovazzjoni fl-agrikoltura, il-forestrija u ż-żoni rurali, b’enfasi fuq l-oqsma li ġejjin:

(a)

it-trawwim tal-innovazzjoni u l-bażi tal-għarfien fiż-żoni rurali;

(b)

it-tisħiħ tar-rabtiet bejn l-agrikoltura u l-forestrija u r-riċerka u l-innovazzjoni;

(c)

it-trawwim tat-tagħlim tul il-ħajja u t-taħriġ vokazzjonali fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija.

Dan l-isforz favur ir-riċerka fl-agrikoltura huwa intiż biex tittejjeb il-kompetittività tal-agrikoltura Ewropea fuq żmien twil, kemm mil-lat ekonomiku kif ukoll dak ekoloġiku. Dan l-isforz huwa r-rispons qawwi min-naħa tal-agrikolturi u taċ-ċittadini Ewropej li qed jitolbu ikel tajjeb għas-saħħa u ta’ kwalità u li jixtiequ l-preservazzjoni tal-ambjent. Sabiex jitqiesu aħjar ir-riżorsi naturali u t-tibdil fil-klima, l-allokazzjoni ta’ 10 % għall-innovazzjoni tirrappreżenta EUR 1,45 biljun fis-sena fil-livell tal-UE. Għal finijiet ta’ tqabbil, it-30 % allokati għall-approċċi aktar ekoloġiċi taħt l-ewwel pilastru jirrappreżenta EUR 13,6 biljun. Ir-rispons għall-isfida li jirrappreżenta l-ambjent jeħtieġ aktar riċerka fl-innovazzjoni agrikola. Dan l-isforz addizzjonali huwa partikolarment meħtieġ biex tiġi indirizzata l-isfida tat-tibdil fil-klima, li l-konsegwenzi tagħha ser iwasslu għal ċaqliq taż-żoni ta’ produzzjoni tradizzjonali.

Emenda 31

Tibdil tal-Artikolu 5(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(2)   it-titjib tal-kompetittività tat-tipi kollha ta’ agrikoltura u t-titjib tal-vijabbiltà tal-azjendi agrikoli, b’enfasi fuq l-oqsma li ġejjin:

(a)

l-iffaċilitar tar-ristrutturar tal-azjendi agrikoli li jiffaċċjaw problemi strutturali ewlenin, speċjalment azjendi agrikoli b’livell baxx ta’ parteċipazzjoni fis-suq, azjendi agrikoli orjentati lejn is-suq f’setturi partikolari u azjendi agrikoli li jeħtieġu diversifikazzjoni agrikola;

(b)

l-iffaċilitar tat-tiġdid ġenerazzjonali fis-settur agrikolu.

(2)   it-titjib tal-kompetittività tat-tipi kollha ta’ agrikoltura u t-titjib tal-vijabbiltà tal-azjendi agrikoli, b’enfasi fuq l-oqsma li ġejjin:

(a)

l-iffaċilitar tar-ristrutturar u azjendi agrikoli;

(b)

l-iffaċilitar tat-tiġdid ġenerazzjonali fis-settur agrikolu;

Emenda 32

Tibdil tal-Artikolu 5(6)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(6)   il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, it-tnaqqis tal-faqar u l-iżvilupp ekonomiku fiż-żoni rurali, b’enfasi fuq l-oqsma li ġejjin:

(a)

l-iffaċilitar tad-diversifikazzjoni, il-ħolqien ta’ intrapriżi żgħar ġodda u l-ħolqien tal-impjiegi;

(b)

it-trawwim tal-iżvilupp lokali fiż-żoni rurali;

(c)

it-titjib fl-aċċessibbiltà għat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT), fl-użu u l-kwalità tagħhom fiż-żoni rurali.

(6)   il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, it-tnaqqis tal-faqar u l-iżvilupp ekonomiku fiż-żoni rurali, b’enfasi fuq l-oqsma li ġejjin:

(a)

tad-diversifikazzjoni, il-ħolqien ta’ intrapriżi ġodda u tal-impjiegi;

(b)

it-trawwim tal-iżvilupp lokali fiż-żoni rurali;

(c)

it-titjib fl-aċċessibbiltà għat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni, fl-użu u l-kwalità tagħhom

.

Emenda 33

Tibdil tal-Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Programmi ta’ Żvilupp Rurali

1.   l-FAEŻR għandu jaġixxi fl-Istati Membri permezz ta’ programmi ta’ żvilupp rurali. Dawn il-programmi għandhom jimplimentaw strateġija għall-iżvilupp rurali li tilħaq il-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali permezz ta’ sett ta’ miżuri definiti fit-Titolu III, li biex jitwettqu, se tintalab l-għajnuna tal-FAEŻR.

2.   Stat Membru jista’ jissottometti progamm wieħed għat-territorju kollu tiegħu jew inkella sett ta’ programmi reġjonali.

3.   L-Istati Membri li jkollhom programmi reġjonali jistgħu jissottomettu wkoll qafas nazzjonali għall-approvazzjoni li jkun fih elementi komuni għal dawn il-programmi mingħajr allokazzjoni baġitarja separata.

Permezz ta’ din l-emenda, tinżamm il-programmazzjoni reġjonali diretta għall-iżvilupp rurali, fl-istess waqt li ċerti miżuri jkomplu jiġu applikati fil-livell nazzjonali (pereżempju dawk previsti għall-pakkett tal-ġestjoni tar-riskju (Artikolu 37)), sabiex jiġi garantit li l-implimentazzjoni tagħhom tkun aktar effikaċi, minħabba l-ħtieġa għal riżorsi kbar biżżejjed u proċeduri ta’ implimentazzjoni uniformi li ma jfixklux il-kompetizzjoni. Permezz tal-esklużjoni reċiproka bejn il-miżuri implimentati permezz tal-programmi nazzjonali u dawk reġjonali, il-Kummissjoni tkun tista’ tiżgura li l-miżuri u l-fondi ma jirkbux fuq xulxin.

Emenda 34

Tibdil tal-Artikolu 8(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   L-Istati Membri jistgħu jinkludu sottoprogrammi tematiċi fil-programmi ta’ żvilupp rurali tagħhom, li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali, indirizzati biex jindirizzaw ħtiġijiet speċifiċi identifikati, b’mod partikolari b’rabta ma’:

(a)

bdiewa żgħażagħ;

(b)

azjendi agrikoli żgħar kif imsemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 20(2);

(c)

żoni bil-muntanji kif imsemmija fl-Artikolu 33(2);

(d)

ktajjen tal-provvista qosra.

Lista indikattiva ta’ miżuri u tipi ta’ operazzjonijiet ta’ rilevanza partikolari għal kull sottoprogramm tematiku hija stabbilita fl-Anness III.

ktajjen tal-provvista qosra;

;

Lista indikattiva ta’ miżuri u tipi ta’ operazzjonijiet ta’ rilevanza partikolari għal kull sottoprogramm tematiku hija stabbilita fl-Anness III.

Emenda 35

Tibdil tal-Artikolu 21(3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-investimenti taħt il-paragrafu 1 għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ meta l-operazzjonijiet rilevanti jiġu implimentati skont il-pjanijiet għall-iżvilupp tal-muniċipalitajiet fiż-żoni rurali u s-servizzi bażiċi tagħhom, fejn jeżistu tali pjanijiet, u għandhom ikunu konsistenti ma’ kwalunkwe strateġija ta’ żvilupp lokali jekk tkun teżisti.

L-investimenti taħt il-paragrafu 1 għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ meta l-operazzjonijiet rilevanti jiġu implimentati skont il-pjanijiet għall-iżvilupp tal-muniċipalitajiet fiż-żoni rurali u s-servizzi bażiċi tagħhom, konsistenti ma’ kwalunkwe strateġija ta’ żvilupp lokali.

Raġuni

Fi kwalunkwe każ, dawn l-investimenti għandhom ikunu konformi mal-pjani relatati mal-iżvilupp tal-muniċipalitajiet rurali u s-servizzi bażiċi tagħhom, b’mod li jiġi ggarantit l-użu effikaċi tal-investimenti u l-integrazzjoni tagħhom fl-iżvilupp tal-muniċipalitajiet.

Emenda 36

Tibdil tal-Artikolu 29(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-pagamenti agroambjentali u tal-klima għandhom jingħataw lil bdiewa, gruppi ta’ bdiewa u partijiet oħra responsabbli mill-ġestjoni tal-art li jimpenjaw ruħhom, fuq bażi volontarja, li jwettqu operazzjoni li tikkonsisti f’impenji agroambjentali klimatiċi wieħed jew aktar fuq l-art agrikola. Meta jkun debitament ġustifikat biex jintlaħqu objettivi ambjentali, il-pagamenti agroambjentali klimatiċi jistgħu jingħataw lil partijiet oħra responsabbli mill-ġestjoni tal-art jew gruppi ta’ partijiet oħra responsabbli mill-ġestjoni tal-art.

Il-pagamenti agroambjentali u tal-klima għandhom jingħataw lil bdiewa, gruppi ta’ bdiewa u partijiet oħra responsabbli mill-ġestjoni tal-art li jimpenjaw ruħhom, fuq bażi volontarja, li jwettqu operazzjoni li impenji agroambjentali klimatiċi wieħed jew aktar. Meta jkun debitament ġustifikat biex jintlaħqu objettivi ambjentali, il-pagamenti agroambjentali klimatiċi jistgħu jingħataw lil partijiet oħra responsabbli mill-ġestjoni tal-art jew gruppi ta’ partijiet oħra responsabbli mill-ġestjoni tal-art.

Raġuni

Ir-restrizzjoni għal miżuri “fuq l-art agrikola” għandha titneħħa, għax tipperikola b’mod serju għanijiet ambjentali u klimatiċi essenzjali. Din tkun partikolarment problematika pereżempju f’każ ta’ żoni għar-ragħa li ma jitqiesux bħala art agrikola, u l-applikazzjoni ta’ miżuri agroambjentali fuq għadajjar, torbieri jew żoni fil-qrib.

Emenda 37

Tibdil tal-Artikolu 46(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

In-nefqa eliġibbli għandha tkun limitata għal:

(a)

il-kostruzzjoni, l-akkwist, inkluż il-kiri, jew it-titjib tal-proprjetà immobbli;

(b)

ix-xiri jew ix-xiri bil-kiri ta’ makkinarju u tagħmir ġdid inkluż softwer tal-kompjuter sal-valur fis-suq tal-ass;

(c)

l-ispejjeż ġenerali relatati man-nefqa msemmija fil-punti (a) u (b), bħal tariffi tal-perit, tal-inġinier u dawk tal-konsultazzjoni, studji tal-fattibbiltà, l-akkwist ta’ privattivi jew liċenzji.

()

l-ispejjeż ġenerali relatati man-nefqa msemmija fil-punti (a) u (b), bħal tariffi tal-perit, tal-inġinier u dawk tal-konsultazzjoni, studji tal-fattibbiltà, l-akkwist ta’ privattivi jew liċenzji.

Emenda 38

Tibdil tal-Artikolu 64(4)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tagħmel tqassim annwali skont l-Istat Membru tal-ammonti msemmija fil-paragrafu 1, wara tnaqqis tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 2 u b’kunsiderazzjoni għat-trasferiment tal-fondi msemmija fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru DP/2012. Meta tkun qed tagħmel it-tqassim annwali, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra:

(a)

Kriterji oġġettivi marbuta mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 4; u

(b)

il-prestazzjoni tal-passat.

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tagħmel tqassim annwali skont l-Istat Membru tal-ammonti msemmija fil-paragrafu 1, wara tnaqqis tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 2 u b’kunsiderazzjoni għat-trasferiment tal-fondi msemmija fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru DP/2012. Meta tkun qed tagħmel it-tqassim annwali, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra:

(a)

Kriterji oġġettivi marbuta mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 4;

(b)

il-prestazzjoni tal-passat

Emenda 39

Tibdil tal-Artikolu 64(6)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet tal-allokazzjoni tar-riserva ta’ prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) Nru [CSF/2012], id-dħul assenjat disponibbli miġbur skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru HR/2012 tal-FAEŻR, għandu jiżdied mal-ammonti msemmija fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru [CSF/2012]. Huwa għandu jkun allokat lill-Istati Membri b’mod proporzjonat għas-sehem tal-ammont totali tal-appoġġ mill-FAEŻR.

COM(2011) 628 final

Emenda 40

Tibdil tal-Artikolu 34(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm, ammont inizjali ta’ prefinanzjament għall-perjodu sħiħ ta’ programmazzjoni għandu jitħallas lill-Kummissjoni. Dan għandu jirrappreżenta 4 % tal-kontribuzzjoni mill-FAEŻR lill-programm konċernat. Dan jista’ jinqasam fuq massimu ta’ tliet pagamenti skont id-disponibbiltà baġitarja. L-ewwel pagament għandu jirrappreżenta 2 % tal-kontribuzzjoni tal-FAEŻR lill-programm ikkonċernat.

Wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm, ammont inizjali ta’ prefinanzjament għall-perjodu sħiħ ta’ programmazzjoni għandu jitħallas lill-Kummissjoni. Dan għandu jirrappreżenta  % tal-kontribuzzjoni mill-FAEŻR lill-programm konċernat. Dan jista’ jinqasam fuq massimu ta’ tliet pagamenti skont id-disponibbiltà baġitarja. L-ewwel pagament għandu jirrappreżenta 2 % tal-kontribuzzjoni tal-FAEŻR lill-programm ikkonċernat.

Raġuni

Meta titqies l-importanza u l-effikaċja kbira tal-miżuri fiż-żoni rurali (FAEŻR), l-ammont tal-prefinanzjament għall-parteċipazzjoni tal-FAEŻR fil-programm ta’ żvilupp rurali kkonċernat għandu jinżamm fil-livell attwali ta’ 7 %. L-Artikolu 34(1) tal-prosposta għal regolament finanzjarju jipprevedi biss prefinanzjament ta’ 4 %. Dan it-tnaqqis daqstant ovvju tal-likwidità fil-livell tal-programm iwassal għal dewmien mhux mixtieq fl-implimentazzjoni tal-programmi favur iż-żoni rurali u żieda konsiderevoli fil-burokrazija marbuta mal-prefinanzjament.

Emenda 41

Tibdil tal-Artikolu 43(4)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tnaqqis u sospensjonijiet fl-ambitu ta’ dan l-Artikolu għandhom ikun mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 17, 20 u 21 tar-Regolament (UE) Nru CR/xxx.

Is-sospensjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 17 u 20 tar-Regolament (UE) Nru CR/xxx għandhom jiġu applikati wara l-proċedura stipulata fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Tnaqqis u sospensjonijiet fl-ambitu ta’ dan l-Artikolu għandhom ikun mingħajr preġudizzju għall-Artikol 17 tar-Regolament (UE) Nru CR/xxx.

Is-sospensjonijiet imsemmijin fl-Artikol 17 tar-Regolament (UE) Nru CR/xxx għandhom jiġu applikati wara l-proċedura stipulata fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Raġuni

Rigward il-miżuri tal-FAEŻR, il-Qafas Strateġiku Komuni għall-Fondi Strutturali, inklużi l-FAEŻR u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd, jipprevedi l-possibbiltà ta’ tnaqqis jekk ma jintlaħqux il-kundizzjonijiet ex-ante (Artikolu 17), kif ukoll li jintrefa’ 5 % ta’ riserva ta’ prestazzjoni, li l-allokazzjoni tagħha hija soġġetta għat-twettiq tal-għanijiet stabbiliti (Artikoli 18, 20 u 21). Dawn ir-regoli għandhom jitneħħew għax iżidu bil-wisq il-piż burokratiku mingħajr ma jwasslu għal progress. Ir-rifjut ta’ dawn id-dispożizzjonijiet jaqbel ukoll mal-pożizzjoni espressa mill-KtR dwar l-abbozz ta’ opinjoni tiegħu dwar il-Qafas Strateġiku Komuni (QSK) għall-Fondi Strutturali.

Brussell, 4 ta’ Mejju 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Mercedes BRESSO

(1)  “Il-ġejjieni tal-PAK wara l-2013”, Kumitat tar-Reġjuni, René Souchon, 2010. CdR 127/2010 fin.

(2)  “Għajnuna lill-bdiewa f’żoni bi żvantaġġi naturali”, Kumitat tar-Reġjuni, Luis Durnwalder, 2010. CdR 314/2009 fin.

(3)  ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1.

(4)  ĠU L 185, 17.7.2009, p. 1.

Top