EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012AP0406

Is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, u revoka tad-Direttiva 2004/39/KE ***I Emendi adottati mill-Parlament Ewropew tas- 26 ta' Ottubru 2012 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li tirrevoka d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (riformulazzjoni) (COM(2011)0656 – C7-0382/2011 – 2011/0298(COD))
DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li tirrevoka d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Test b’relevanza għaż-ŻEE
ANNESS I
ANNESS II
ANNESS IIA
ANNESS IIB

ĠU C 72E, 11.3.2014, p. 123–241 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 72/123


Il-Ġimgħa 26 ta’ Ottubru 2012
Is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, u revoka tad-Direttiva 2004/39/KE ***I

P7_TA(2012)0406

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew tas-26 ta' Ottubru 2012 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li tirrevoka d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (riformulazzjoni) (COM(2011)0656 – C7-0382/2011 – 2011/0298(COD)) (1)

2014/C 72 E/22

(Proċedura leġislattiva ordinarja: riformulazzjoni)

[Emenda 1 sakemm mhux indikat mod ieħor]

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW (2)

għall-proposta tal-Kummissjoni


(1)  Il-każ kien riferut lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi kkunsidrat skont it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 57(2) (A7-0306/2012).

(2)  Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▐.


Il-Ġimgħa 26 ta’ Ottubru 2012
DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li tirrevoka d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(riformulazzjoni)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Id-Direttiva Nru 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji (4) ġiet emendata sostanzjalment bosta drabi. Peress li għandhom isiru iktar emendi, din għandha tiġi rriformulata fl-interessi taċ-ċarezza.

(2)

Id-Direttiva 93/22/KEE tal-Kunsill tal-10 ta' Mejju 1993 dwar is-servizzi tal-investiment fil-kamp tat-titoli (5) fittxet li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li fuqhom id-ditti u l-banek tal-investiment awtorizzati setgħu jipprovdu servizzi speċifiċi jew jistabbilixxu friegħi fl-Istati Membri l-oħra fuq il-bażi ta' awtorizzazzjoni u superviżjoni mill-pajjiż tad-domiċilju. Għal dan il-għan, din id-Direttiva mmirat li tarmonizza l-awtorizzazzjoni inizjali u r-rekwiżiti operazzjonali għad-ditti tal-investiment inklużi r-regoli tal-kondotta tal-operat. Ipprovdiet ukoll għall-armonizzazzjoni ta' wħud mill-kundizzjonijiet li jirregolaw l-operat tas-swieq regolati.

(3)

Dawn l-aħħar snin iktar investituri saru attivi fis-swieq finanzjarji u qegħdin jiġu offruti sett saħansitra iktar kumpless u mifrux fil-wisa' rigward servizzi u strumenti. Minħabba dawn l-iżviluppi, il-qafas legali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġbor fih il-firxa sħiħa tal-attivitajiet orjentati lejn l-investitur. Għal dan il-għan, huwa meħtieġ li jiġi pprovdut il-grad ta' armonizzazzjoni meħtieġ sabiex joffri lill-investituri livell għoli ta' protezzjoni u sabiex id-ditti tal-investiment jitħallew jipprovdu servizzi fl-Unjoni Ewropea kollha, ġaladarba hi suq uniku, fuq il-bażi tas-superviżjoni tal-pajjiż tad-domiċilju. Minħabba dan ta' hawn fuq, id-Direttiva 93/22/KEE nbidlet bid-Direttiva 2004/39/KE.

(4)

Il-kriżi finanzjarja kixfet dgħufijiet fil-funzjonament u t-trasparenza tas-swieq finanzjarji. L-evoluzzjoni tas-swieq kixfet il-ħtieġa li jissaħħaħ il-qafas għar-regolamentazzjoni tas-swieq ta' strumenti finanzjarji , anke meta n-negozjar f'dawn is-swieq iseħħ barra l-Borża, sabiex iżid it-trasparenza, itejjeb il-protezzjoni tal-investituri, isaħħaħ il-fiduċja, jindirizza l-oqsma mhux regolati, jiżgura li s-superviżuri jingħataw setgħat xierqa biex iwettqu l-kompiti tagħhom.

(5)

Hemm qbil fost il-korpi regolatorji fuq livell internazzjonali li dgħufijiet fil-governanza korporattiva f'numru ta' istituzzjonijiet finanzjarji, inkluż in-nuqqas ta' skrutinju fihom, kienu kawża ewlenija tal-kriżi finanzjarja. Teħid eċċessiv u imprudenti tar-riskji jista' jwassal għall-falliment ta' istituzzjonijiet finanzjarji individwali u problemi sistemiċi fl-Istati Membri u globalment. Kondotta skorretta ta' ditti li jipprovdu servizzi lill-klijenti tista' twassal għad-detriment tal-investitur u nuqqas ta' fiduċja fl-investitur. Biex jindirizzaw l-effett potenzjalment detrimentali tad-dgħufijiet fl-arranġamenti tal-governanza korporattiva, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom ikunu supplimentati minn prinċipji iktar dettaljati u standards minimi. Dawn il-prinċipji u l-istandards għandhom japplikaw billi jqisu n-natura, l-iskala, u l-kumplessità tad-ditti tal-investiment. Minkejja r-responsabilitajiet tal-azzjonisti biex jiġi żgurat li l-bordijiet iwettqu r-responsabilitajiet tagħhom b'mod xieraq, il-miżuri involuti għandhom jinkludu limiti fuq in-numru ta' karigi ta' direttur li għandu jkollhom id-diretturi tal-istituzzjonijiet finanzjarji. Dawk il-miżuri għandhom jiġu applikati b'mod li jqis id-domandi ta' ġestjoni effikaċi tal-istituzzjonijiet ta' dan it-tip, waqt li jippermettu wkoll, fejn ikun xieraq, li d-diretturi tad-ditti ta' dan it-tip ikomplu b'mod partikulari jaġixxu bħala diretturi ta' organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ f'konformità mar-responsabilità soċjali korporattiva.

(6)

Il-Grupp ta' Livell Għoli għas-Superviżjoni Finanzjarja fl-Unjoni Ewropea stieden lill-Unjoni Ewropea biex tiżviluppa sett iktar armonizzat ta' regolamenti finanzjarji. Fil-kuntest tal-arkitettura superviżorja Ewropea futura, il-Kunsill Ewropew tat-18 u d-19 ta' Ġunju 2009 enfasizza wkoll il-ħtieġa li jkun stabbilit ktieb tar-regoli wieħed applikabbli għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha fis-Suq Uniku.

(7)

Fid-dawl ta' dak ta' hawn fuq, id-Direttiva 2004/39/KE issa hija parzjalment miktuba mill-ġdid bħala din id-Direttiva l-ġdida u parzjalment postha ttieħed minn Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR]. Flimkien, iż-żewġ strumenti legali għandhom jiffurmaw il-qafas legali li jirregolaw ir-rekwiżiti applikabbli għad-ditti tal-investiment, swieq regolati, fornituri ta' servizzi ta' rapportar ta' dejta u ditti ta' pajjiż terz li jipprovdu servizzi jew attivitajiet ta' investiment fl-Unjoni Ewropea . Din id-Direttiva għandha għalhekk tinqara flimkien mar-Regolament. Din id-Direttiva għandha tinkludi dispożizzjonijiet li jirregolaw l-awtorizzazzjoni tal-kummerċ, l-akkwiżizzjoni ta' parteċipazzjoni kwalifikattiva, l-eżerċizzju tal-libertà tal-istabbiliment u tal-libertà li tipprovdi servizzi, il-kundizzjonijiet operatorji għad-ditti tal-investiment biex jiżguraw protezzjoni tal-investitur, is-setgħat tal-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri oriġinali u ospitanti, is-sistema tas-sanzjonijiet. Billi l-objettiv ewlieni u s-suġġett ta' din il-proposta huwa li jiġu armonizzati d-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-oqsma msemmija, il-proposta għandha tissejjes fuq l-Artikolu 53(1) tat-Tratta dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-forma ta' Direttiva huwa xieraq sabiex jippermetti li d-dispożizzjonijiet implimentattivi fl-oqsma koperti minn din id-Direttiva, meta meħtieġ, jiġu addattati għal kwalunkwe speċifikitajiet eżistenti tas-suq partikolari u s-sistema legali f'kull Stat Membru.

(8)

Huwa xieraq li jiġu inklużi fil-lista tal-istrumenti finanzjarji ▐ derivattivi tal-komoditajiet u oħrajn li huma kkostitwiti u nnegozjati b'mod li joħolqu kwistjonijiet regolatorji meta mqabbla mal-istrumenti finanzjarji tradizzjonali. Il-kuntratti tal-assigurazzjoni fir-rigward tal-attivitajiet tal-klassijiet stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 2009/138/KE tal-25 ta' Novembru 2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (6), jekk isiru ma' intrapriżi tal-assigurazzjoni, intrapriżi tar-riassigurazzjoni, intrapriżi tal-assigurazzjoni ta' pajjiżi terzi jew intrapriżi tar-riassigurazzjoni ta' pajjiżi terzi, ma jikkostitwixxux derivati jew kuntratti tad-derivati għall-finijiet ta' din id-Direttiva.

(9)

Seħħet firxa ta' prattiċi frodulenti fi swieq sekondarji spot f'kwoti tal-emissjonijiet (EUA) li tista' thedded il-fiduċja fl-iskemi tal-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet, imwaqqfa permezz tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità (7), u qed jittieħdu miżuri li jsaħħu s-sistema ta' reġistri tal-EUA u l-kundizzjonijiet għall-ftuħ ta' kont biex isir kummerċ ta' EUAs. Biex ikun hemm tisħiħ tal-integrità u salvagwardja tal-funzjonament effiċjenti ta' dawk is-swieq, inkluż is-superviżjoni komprensiva tal-attività tan-negozjar, huwa xieraq li jkun ikkumplimentati l-miżuri meħuda skont id-Direttiva 2003/87/KE billi l-kwoti tal-emissjonijiet jinġiebu b'mod sħiħ fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u u tar-Regolament (UE) Nru …/… [MAR] ▐. B'kuntrast, huwa xieraq li jiġi ċċarat li t-tranżazzjonijiet spot tal-kambju jaqgħu barra mill-ambitu tad-Direttiva anki jekk id-derivattivi tal-munita jkunu inklużi.

(10)

L-għan ta' din id-Direttiva huwa li jiġu koperti l-intrapriżi li x-xogħol jew il-kummerċ regolari tagħhom huwa li jipprovdu servizzi tal-investiment u/jew li jwettqu attivitajiet tal-investiment fuq bażi professjonali. L-ambitu tagħha ma għandux għalhekk ikopri kull persuna b'attività professjonali differenti.

(11)

Huwa meħtieġ li jiġi stabbilit reġim regolatorju komprensiv li jirregola t-twettiq tat-tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji b'mod irrispettiv mill-metodi tal-kummerċ użati sabiex jiġu konklużi dawn it-tranżazzjonijiet sabiex tiġi żgurata kwalità għolja ta' twettiq ta' tranżazzjonijiet tal-investituri u jinżammu l-integrità u l-effikaċja ġenerali tas-sistema finanzjarja. Għandu jiġi pprovdut qafas koerenti u sensittiv għar-riskji sabiex jirregola t-tipi ewlenin ta' arranġamenti għat-twettiq fuq l-ordni attivi bħalissa fis-swieq finanzjarji Ewropej. Huwa meħtieġ li tiġi rrikonoxxuta d-dehra ta' ġenerazzjoni ġdida ta' sistemi organizzati tal-kummerċ spalla ma' spalla mas-swieq regolati li għandhom jiġu ssoġġettati għall-obbligi maħsuba sabiex jippreservaw il-funzjonament effiċjenti u bl-ordni tas-swieq finanzjarji u biex jiżguraw li tali sistemi tan-negozjar organizzat ma jibbenefikawx mil-lakuni regolatorji .

(12)

Iċ-ċentri ta' negozjar kollha, jiġifieri s-swieq regolati, il-faċilitajiet ta' kummerċ multilaterali (MTFs), u l-faċilitajiet organizzati tan-negozjar (OTFs), għandhom iressqu regoli trasparenti li jirregolaw l-aċċess għall-faċilità. Madankollu, filwaqt li s-swieq regolati u l-MTFs għandhom jibqgħu suġġetti għal rekwiżiti simili ▐ fir-rigward ta' lil min jistgħu jaċċettaw bħala membru jew parteċipant, l-OTFs għandhom ikunu kapaċi jiddeterminaw u jirrestrinġu l-aċċess ibbażat inter alia fuq ir-rwol u l-obbligi li huma jkollhom l-operaturi tagħhom b'rabta mal-klijenti tagħhom. ▐ Il-parteċipanti tas-suq għandhom ikunu jistgħu jeżerċitaw l-għażla fir-rigward ta' liema kategorija tal-parteċipant tas-suq li magħha l-ordnijiet tagħhom jinteraġixxu diment li dan isir b'mod miftuħ u trasparenti u ma jinvolvix diskriminazzjoni min-naħa tal-operatur tal-pjattaforma.

(13)

▐ Internalizzaturi sistematiċi għandhom jiġu definiti bħala ditti tal-investiment li, fuq bażi regolari, frekwenti u sistematika jinnegozjaw f'isimhom stess billi jeżekwixxu ordnijiet tal-klijenti barra suq regolat, MTF jew OTF f'sistema bilaterali . Biex jiżgura l-applikazzjoni oġġettiva u effettiva ta' din id-definizzjoni għad-ditti tal-investiment, kwalunkwe kummerċ bilaterali li jsir mal-klijenti għandu jkun rilevanti u l-kriterji kwantitattivi għandhom jikkumplimentaw il-kriterji kwalitattivi għall-identifikazzjoni tad-ditti tal-investiment meħtieġa li jirreġistraw bħala internalizzaturi sistematiċi, stipulati fl-Artikolu 21 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 tal-10 ta' Awwissu 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-obbligi tad-ditti tal-investiment, ir-rappurtar tat-tranżazzjonijiet, it-trasparenza tas-suq, id-dħul tal-istrumenti finanzjarji fil-kummerċ, u t-termini definiti għall-għanijiet ta' dik id-Direttiva (8). Filwaqt li ċ-ċentri tan-negozjar huma faċilitajiet li fihom l-interessi multipli tax-xiri u l-bejgħ ta' partijiet terzi jinteraġixxu fis-sistema, internalizzatur sistematiku ma għandux ikun permess li jġib flimkien interessi tax-xiri u l-bejgħ tal-partijiet terzi bl-istess mod, mil-lat funzjonali, bħal ċentru ta' negozjar .

(14)

Il-persuni li jamministraw l-assi u l-intrapriżi tagħhom stess, li ma jipprovdux servizzi ta' investiment u/jew iwettqu attivitajiet oħra għajr li jinnegozjaw f'isimhom stess m'għandhomx ikunu koperti minn din id-Direttiva għajr jekk ma jkunux ġeneraturi tas-suq, membri jew parteċipanti f'suq regolat jew f'MTF, jew sakemm ma jkunux iwettqu l-ordnijiet tal-klijenti billi jinnegozjaw f'isimhom stess. B'mod ta' eċċezzjoni, persuni li jittrattaw għal rashom fi strumenti finanzjarji bħala membri jew parteċipanti ta' suq regolat jew MTF, inkluż bħala nies li joħolqu s-suq b'rabta ma' derivati ta' komoditajiet, kwoti tal-emissjonijiet, jew derivattivi tagħhom, bħala attività anċillari għall-kummerċ ewlieni tagħhom, li fuq bażi ta' grupp la hija l-provvista ta' servizzi finanzjarji fit-tifsira ta' din id-Direttiva u lanqas ta' servizzi bankarji fit-tifsira tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta' kreditu (9), ma għandhiex tkun koperta mill-ambitu ta' din id-Direttiva. Il-kriterju tekniku għal meta attività hija anċillari għat-tali kummerċ ewlieni għandu jkun ikkjarifikat fi standards tekniċi regolatorji, filwaqt li jitqiesu l-kriterji speċifiċi f'din id-Direttiva li għandhom jinkludu l-iskala tal-attività u safejn inaqqsu r-riskji li jirriżultaw min-negozju ewlieni . Ittrattar ta' persuna għal rasha billi tesegwixxi l-ordnijiet tal-klijent għandha tinkludi ditti li jeżegwixxu ordnijiet minn klijenti differenti billi tqabbilhom fuq bażi mqabbel ta' prinċipal (negozjar dahar ma' dahar - back to back), li għandu jitqies bħala aġir bħala prinċipali u għandu jkun suġġett għad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li tkopri kemm l-eżekuzzjonijiet ta' ordnijiet f'isem il-klijenti kif ukoll l-ittrattar minn persuni għal rashom. L-eżekuzzjoni tal-ordnijiet ta' strumenti finanzjarji bħala attività anċillari bejn żewġ persuni li l-kummerċ tagħhom, fuq bażi ta' grupp, la huwa l-provvista ta' servizzi finanzjarji fit-tifsira ta' din id-Direttiva u lanqas ta' servizzi bankarji fit-tifsira tad-Direttiva 2006/48/KE ma għandux jitqies bħala ttrattar ta' persuna għaliha nnifisha billi teżegwixxi l-ordnijiet tal-klijenti.

(15)

Ir-referenzi għall-persuni fit-test għandhom jiġu mifhuma li jinkludu kemm il-persuni fiżiċi u kemm il-persuni ġuridiċi.

(16)

Għandhom jiġu esklużi l-intrapriżi tal-assigurazzjoni jew tas-sigurtà li l-attivitajiet tagħhom huma suġġetti għall-monitoraġġ xieraq mill-awtoritajiet kompetenti tas-superviżjoni prudenzjali u li huma suġġetti għad-Direttiva 2009/138/KE barra ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-prodotti tal-assigurazzjoni użati bħala mezzi ta' investiment . L-investimenti spiss jinbiegħu lill-klijenti fil-forma ta' kuntratti ta' assigurazzjoni bħala alternattiva jew sostitut għall-istrumenti finanzjarji regolati fl-ambitu ta' din id-Direttiva. Bil-għan li tingħata protezzjoni konsistenti lill-klijenti mhux professjonali, huwa importanti li l-investimenti fl-ambitu ta' kuntratti ta' assigurazzjoni jkunu suġġetti għall-istess qadi tal-istandards tal-kummerċ, partikolarment dawk relatati mal-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, restrizzjonijiet għall-inċentivi, u regoli dwar l-iżgurar tal-idoneità tal-konsulenza jew l-adegwatezza tal-bejgħ mingħajr konsulenza. Ir-rekwiżiti dwar il-protezzjoni tal-investituri u dwar il-kunflitti ta' interess f'din id-Direttiva għandhom għalhekk jiġu applikati b'mod ugwali għal dawk l-investimenti offruti bħala kuntratti ta' assigurazzjoni u għandha tiġi żgurata l-koordinazzjoni bejn din id-Direttiva u liġi rilevanti oħra inkluża d-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 2002 dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni  (10) .

(17)

Il-persuni li ma jipprovdux servizzi għall-partijiet terzi imma li l-kummerċ tagħhom jikkonsisti f'li jipprovdu biss servizzi ta' investiment għall-intrapriżi prinċipali tagħhom, għas-sussidjarji tagħhom jew għal sussidjarji oħra tal-intrapriżi prinċipali tagħhom, ma għandhomx jiġu koperti minn din id-Direttiva.

(18)

Il-persuni li jipprovdu servizzi ta' investiment fuq bażi inċidentali biss waqt attività professjonali għandhom jiġu esklużi wkoll mill-ambitu ta' din id-Direttiva, sakemm din l-attività tkun irregolata u r-regoli rilevanti ma jipprojbixxux il-provvediment, fuq bażi inċidentali, tas-servizzi ta' investiment.

(19)

Il-persuni li jipprovdu servizzi ta' investiment li jikkonsistu b'mod esklussiv fl-amministrazzjoni ta' skemi tal-parteċipazzjoni tal-impjegati u li għalhekk ma jipprovdux servizzi ta' investiment lil partijiet terzi, ma għandhomx ikunu koperti minn din id-Direttiva.

(20)

Jeħtieġ li jiġu esklużi mill-ambitu ta' din id-Direttiva l-banek ċentrali u l-korpi l-oħra li jwettqu funzjonijiet simili kif ukoll il-korpi pubbliċi inkarigati mill-ġestjoni tad-dejn pubbliku jew li jintervjenu fiha, liema kunċett ikopri l-investiment ta' dawn, bl-eċċezzjoni tal-korpi li huma tal-Istat fl-intier tagħhom jew f'parti minnhom li r-rwol tagħhom huwa kummerċjali jew marbut mal-akkwist tal-ishma.

(21)

Biex jikkjarifika s-sistema ta' eżenzjonijiet għas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ), korpi oħra nazzjonali li jwettqu funzjonijiet simili u l-korpi li jintervjenu fl-immaniġġar tad-dejn pubbliku, huwa xieraq li dawn l-eżenzjonijiet ikunu limitati għall-korpi u l-istituzzjonijiet li jwettqu l-funzjonijiet tagħhom b'konformità mal-liġi ta' Stat Membru wieħed jew b'konformità mal-leġislazzjoni tal-Unjoni Ewropea kif ukoll ta' korpi internazzjonali li huwa membru tagħhom Stat Membru wieħed jew iktar.

(22)

Jeħtieġ li jiġu esklużi mill-ambitu ta' din id-Direttiva l-intrapriżi ta' investiment kollettiv u l-fondi tal-pensjonijiet, sewwa jekk ikkoordinati fil-livell tal-Unjoni Ewropea u sewwa jekk le, u d-depożitarji jew l-amministraturi ta' dawn l-intrapriżi, ġaladarba huma suġġetti għal regoli speċifiċi adattati direttament għall-attivitajiet tagħhom.

(22a)

Sabiex is-suq komuni jiffunzjona tajjeb fl-elettriku u l-gass naturali, u sabiex jitwettqu l-funzjonijiet tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni (TSOs) skont id-Direttiva 2009/72/KE (11), id-Direttiva 2009/73/KE (12), ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 (13), ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 (14) jew il-kodiċi ta' network u l-linji gwida adottati skont dawn ir-Regolamenti, jeħtieġ li t-TSOs jiġu eżentati meta joħorġu d-drittijiet ta' trażmissjoni, fil-forma ta' drittijiet ta' trażmissjoni fiżika jew drittijiet ta' trażmissjoni finanzjarja, u meta jipprovdu pjattaforma għal kummerċ sekondarju.

(23)

Sabiex tibbenefika mill-eżenzjonijiet minn din id-Direttiva, il-persuna interessata għandha tikkonforma fuq bażi kontinwa mal-kundizzjonijiet stabbiliti għal dawn l-eżenzjonijiet. B'mod partikulari, jekk persuna tipprovdi servizzi tal-investiment, jew twettaq attivitajiet tal-investiment u tkun eżentata minn din id-Direttiva minħabba li dawn is-servizzi jew attivitajiet ikunu sekondarji għall-kummerċ ewlieni tagħha, meta kkunsidrati fuq il-bażi ta' grupp, hija ma għandhiex tibqa' koperta iktar bl-eżenzjoni li għandha x'taqsam mas-servizzi sekondarji meta l-provvediment ta' dawn is-servizzi jew attivitajiet jieqaf milli jkun sekondarju għall-kummerċ ewlieni tagħha.

(24)

Il-persuni li jipprovdu s-servizzi ta' investiment u/jew li jwettqu attivitajiet tal-investiment koperti minn din id-Direttiva għandhom ikunu suġġetti għal awtorizzazzjoni mill-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom sabiex jiġu protetti l-investituri u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja.

(25)

L-istituzzjonijiet ta' kreditu li huma awtorizzati skont id-Direttiva 2006/48/KE ma għandux ikollhom bżonn ta' awtorizzazzjoni oħra skont din id-Direttiva sabiex jipprovdu servizzi ta' investiment jew iwettqu attivitajiet tal-investiment. Meta istituzzjoni ta' kreditu tiddeċiedi li tipprovdi servizzi ta' investiment jew li twettaq attivitajiet ta' investiment, l-awtoritajiet kompetenti, qabel ma jagħtu awtorizzazzjoni, għandhom jivverifikaw illi din tikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din id-Direttiva.

(26)

Depożiti strutturati ħarġu bħala forma ta' prodott ta' investiment iżda mhumiex koperti taħt kwalunkwe leġislazzjoni għall-protezzjoni tal-investituri fuq livell tal-Unjoni Ewropea , filwaqt li investimenti strutturati oħrajn huma koperti minn tali atti leġislattivi. Huwa xieraq għalhekk li tissaħħaħ il-fiduċja tal-investituri u li jsir trattament regolatorju li jikkonċerna d-distribuzzjoni iktar uniformi ta' prodotti ta' investiment mhux professjonali offruti flimkien biex tiżgura livell xieraq ta' protezzjoni tal-investitur madwar l-Unjoni Ewropea . Għal dan il-għan, huwa xieraq li d-depożiti strutturati jkunu inklużi fl-ambitu ta' din id-Direttiva. F'dan ir-rigward, huwa meħtieġ li jkun ikkjarifikat li minħabba li d-depożiti strutturati huma forma ta' prodott ta' investiment, huma ma jinkludux depożiti sempliċi marbuta biss ma' rati ta' interess, bħall-Euribor jew il-Libor, anki jekk ir-rati tal-interess huma predeterminati, jew jekk humiex fissi jew varjabbli. Tali depożiti sempliċi jaqgħu għalhekk barra mill-ambitu ta' din id-Direttiva.

(27)

Biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-investituri fl-Unjoni Ewropea , huwa xieraq li jkunu limitati l-kundizzjonijiet li fihom l-Istati Membri jistgħu jeskludu l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għal persuni li jipprovdu servizzi ta' investiment lill-klijenti li, bħala riżultat, mhumiex protetti taħt din id-Direttiva. B'mod partikolari, huwa xieraq li l-Istati Membri jintalbu japplikaw ir-rekwiżiti għall-inqas analogi għal dawk stipulati f'din id-Direttiva għal dawk il-persuni, notevolment fil-fażi ta' awtorizzazzjoni, fil-valutazzjoni tar-reputazzjoni u l-esperjenza tagħhom u tal-adattabilità ta' kwalunkwe azzjonist, fir-reviżjoni tal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni inizjali u s-superviżjoni kontinwa kif ukoll tat-twettiq tal-obbligi kummerċjali.

(28)

Fil-każijiet meta ditta tal-investiment tipprovdi servizz wieħed jew iktar ta' investiment mhux koperti bl-awtorizzazzjoni tagħha, jew twettaq attività waħda jew iktar ta' investiment mhux koperti bl-awtorizzazzjoni tagħha, fuq bażi mhux regolari, ma għandhiex ikollha bżonn ta' awtorizzazzjoni addizzjonali skont din id-Direttiva.

(29)

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, il-kummerċ tar-riċeviment u t-trażmissjoni tal-ordnijiet għandu jinkludi wkoll li jinġiebu flimkien żewġ investituri jew iktar biex b'hekk isseħħ tranżazzjoni bejn dawn l-investituri.

(30)

Ditti tal-investiment u istituzzjonijiet tal-kreditu li jqassmu strumenti finanzjarji maħruġa minnhom stess għandhom ikunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva meta huma jipprovdu konsulenza dwar investiment lill-klijenti tagħhom. Biex tkun eliminata l-inċertezza u tissaħħaħ il-protezzjoni tal-investitur, huwa xieraq li jsir provvediment għall-applikazzjoni ta' din id-Direttiva meta, f'suq primarju, ditti tal-investiment u istituzzjonijiet ta' kreditu jqassmu strumenti finanzjarji maħruġa minnhom stess mingħajr ma jipprovdu kwalunkwe konsulenza. Għal dan il-għan, id-definizzjoni tas-servizz tal-eżekuzzjoni ta' ordnijiet f'isem il-klijenti għandha tkun estiża.

(31)

Il-prinċipji tal-għarfien reċiproku u tas-superviżjoni tal-Istat Membru tad-domiċilju jeħtieġu illi l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ma għandhomx jikkonċedu jew għandhom jirtiraw awtorizzazzjoni meta fatturi bħalma huma l-kontenut tal-programmi tal-operat, id-distribuzzjoni ġeografika jew l-attivitajiet attwalment imwettqa jindikaw biċ-ċar illi ditta tal-investiment tkun għażlet is-sistema legali ta' Stat Membru bil-għan li tevadi l-istandards iktar stretti fis-seħħ fi Stat Membru ieħor li ġewwa t-territorju tiegħu tkun beħsiebha twettaq jew tkun tassew twettaq il-parti l-kbira tal-attivitajiet tagħha. Ditta tal-investiment li hija persuna ġuridika għandha tkun awtorizzata fl-Istat Membru li fih ikollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha. Ditta tal-investiment li mhix persuna ġuridika għandha tkun awtorizzata fl-Istat Membru li fih ikollha l-uffiċċju prinċipali tagħha. B'żieda ma' dan, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi l-uffiċċju prinċipali tad-ditta tal-investiment irid dejjem ikun fl-Istat Membru tad-domiċilju tagħha u li hija tkun topera verament minn hemm.

(32)

Id-Direttiva 2007/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 fir-rigward ta' regoli proċedurali u kriterja ta' evalwazzjoni għall-valutazzjoni prudenzjali tal-akkwiżizzjonijiet u ż-żieda fil-parteċipazzjonijiet fis-settur finanzjarju (15) pprovdiet kriterja dettaljata għall-valutazzjoni prudenzjali ta' akkwiżizzjonijiet proposti f'ditta tal-investiment u għal proċedura għall-applikazzjoni tagħhom. Biex jipprovdu ċertezza legali, kjarifiki u riżultati li jistgħu jkunu mbassra minn qabel fir-rigward tal-proċess tal-valutazzjoni, kif ukoll tar-riżultat tiegħu, huwa xieraq li l-kriterja u l-proċess ta' valutazzjoni prudenzjali jkunu konformi ma' dawk stipulati fid-Direttiva 2007/44/KE. B'mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-adattabilità tal-akkwirent propost u r-raġunar finanzjarju tal-akkwiżizzjoni proposta skont dawn il-kriterja kollha li ġejjin: ir-reputazzjoni tal-akkwirent propost; ir-reputazzjoni u l-esperjenza ta' kwalunkwe persuna li se tmexxi l-operat tad-ditta tal-investiment; ir-raġunar finanzjarju tal-akkwirent propost; jekk id-ditta tal-investiment hijiex se tkun tista' tkun konformi mar-rekwiżiti prudenzjali bbażati fuq din id-Direttiva u direttivi oħrajn, notevolment, fuq id-Direttivi 2002/87/KE (16) u 2006/49/KE (17); jekk l-akkwist iżidx il-kunflitti ta' interessi; jekk hemmx raġunijiet ta' suspett li sar jew kien hemm attentat li jsir iffinanzjar permezz ta' ħasil ta' flus jew ta' terroriżmu fit-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2005/60/KE (18), jew jekk l-akkwiżizzjoni proposta jistax iżid ir-riskju ta' dan.

(33)

Ditta tal-investiment awtorizzata fl-Istat Membru tad-domiċilju tagħha għandha tkun intitolata tipprovdi servizzi ta' investiment jew twettaq attivitajiet ta' investiment fl-Unjoni Ewropea kollha mingħajr il-ħtieġa li tfittex awtorizzazzjoni separata mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru li fih tixtieq tipprovdi dawn is-servizzi jew twettaq dawn l-attivitajiet.

(34)

Ġaladarba ċerti ditti tal-investiment huma eżentati minn ċerti obbligi imposti mid-Direttiva 2006/49/KE, huma għandhom ikunu obbligati jżommu jew ammont minimu ta' kapital jew assigurazzjoni tal-indennità professjonali jew għaqda tat-tnejn. L-aġġustamenti tal-ammonti ta' din l-assigurazzjoni jridu jqisu l-aġġustamenti magħmula fil-qafas tad-Direttiva 2002/92/KE. Dan it-trattament partikulari għall-għanijiet tal-adegwatezza tal-kapital għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kull deċiżjoni li tirrigwarda t-trattament xieraq ta' dawn id-ditti skont il-bidliet ġejjiena tal-liġi tal-Unjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tal-kapital.

(35)

Ġaladarba l-ambitu tar-regolazzjoni prudenzjali għandu jkun limitat għal dawk l-entitajiet li, bis-saħħa li jżommu portafoll tan-negozjar fuq bażi professjonali, jirrappreżentaw sors tar-riskju tal-kontroparti lill-parteċipanti l-oħra tas-suq, l-entitajiet li jinnegozjaw f'isimhom stess fl-istrumenti finanzjarji, inklużi dawk id-derivattivi tal-komoditajiet koperti minn din id-Direttiva, kif ukoll dawk li jipprovdu servizzi ta' investiment fid-derivattivi tal-komoditajiet lill-klijenti tal-kummerċ prinċipali tagħhom fuq bażi sekondarja għall-kummerċ ewlieni tagħhom meta kkunsidrati fuq il-bażi ta' grupp, sakemm dan il-kummerċ prinċipali ma jkunx il-provvediment ta' servizzi ta' investiment fit-tifsira ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu esklużi mill-ambitu ta' din id-Direttiva.

(36)

Sabiex jiġu protetti d-dritt tas-sjieda ta' investitur u drittijiet oħra simili rigward it-titoli u d-drittijiet tiegħu rigward il-fondi fdati lil ditta, dawn id-drittijiet għandhom b'mod partikulari jinżammu distinti minn dawk tad-ditta. Madankollu, dan il-prinċipju ma għandux jipprevjeni lid-ditta milli tagħmel kummerċ għaliha nfisha imma f'isem l-investitur, meta dan ikun meħtieġ min-natura nfisha tat-tranżazzjoni u l-investitur jaqbel, per eżempju fis-self tal-istokkijiet.

(37)

Ir-rekwiżiti li jikkonċernaw il-protezzjoni tal-assi tal-klijent huma għodda kruċjali għall-protezzjoni tal-klijenti fil-provvista tas-servizzi u tal-attivitajiet. Dawn ir-rekwiżiti jistgħu jkunu esklużi meta l-pussess sħiħ tal-fondi u tal-istrument finanzjarju huwa trasferit għal ditta tal-investiment biex ikopri kwalunkwe obbligi preżenti jew futuri, attwali jew kontinġenti jew prospettivi. Din il-possibilità wiesgħa tista' toħloq inċertezza u tipperikola l-effikaċja tar-rekwiżiti li jikkonċernaw is-salvagwardja tal-assi tal-klijent. Għalhekk, għall-inqas meta jkunu involuti l-assi tal-klijenti mhux professjonali, huwa xieraq li tkun limitata l-possibilità tad-ditti tal-investiment li jikkonkludu arranġamenti ta' kollateral finanzjarju ta' trasferiment tat-titolu kif iddefinit f'Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2002 dwar arranġamenti ta' kollateral finanzjarju (19), għall-fini tal-aċċertament jew altriment tal-kopertura tal-obbligi tagħhom.

(38)

Huwa meħtieġ li jissaħħaħ ir-rwol tal-korpi maniġerjali ta' ditti tal-investiment biex jiżguraw immaniġġar tajjeb u prudenti tad-ditti, il-promozzjoni tal-integrità tas-suq u l-interessi tal-investituri. Fl-interess ta' approċċ koerenti għall-governanza korporattiva, huwa mixtieq li r-rekwiżiti għad-ditti ta' investiment jiġu allinjati kemm jista' jkun ma' dawk inklużi fid-Direttiva …/…/UE [CRD IV] u biex jiġi żgurat li tali rekwiżiti jkunu proporzjonati għan-natura, skala u kumplessità tan-negozju tagħhom. Biex jiġu evitati l-kunflitti ta' interessi, membru eżekuttiv tal-korp maniġerjali ta' ditti ta' investiment m'għandux ikun ukoll membru eżekuttiv tal-korp maniġerjali ta' ċentru ta' negozjar imma jista' jkun membru mhux eżekuttiv ta' tali korp maniġerjali, per eżempju sabiex jipprovdi l-parteċipazzjoni tal-utenti fit-teħid tad-deċiżjonijiet. Il-korp maniġerjali ta' ditta tal-investiment għandu dejjem jikkommetti ħin biżżejjed u jkollu l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza adegwati sabiex ikun kapaċi jifhem il-operat tad-ditta tal-investiment u r-riskju ewlieni tagħha. Biex jevitaw raġunar fi grupp u jiffaċilitaw l-isfida kritika, bordijiet maniġerjali ta' ditti tal-investiment għandhom ikun differenti biżżejjed fir-rigward ta' età, ġeneru, provenjenza, edukazzjoni u sfond professjonali biex jippreżentaw firxa varja ta' fehmiet u esperjenzi. Il-bilanċ fil-ġeneru huwa ta' importanza partikolari biex jiżgura rappreżentazzjoni adegwata tar-realtà demografika. Fejn tiġi pprattikata, ir-rappreżentanza tal-impjegati fil-korp maniġerjali għandha wkoll tidher bħala mod pożittiv għat-titjib tad-diversità, billi żżid perspettiva fundamentali u għarfien ġenwin ta' kif taħdem internament l-istituzzjoni. Barra minn hekk, il-mekkaniżmi huma bżonnjużi biex jiżguraw li l-membri tal-korpi maniġerjali jistgħu jitqiesu responsabbli f'każ ta' mmaniġġjar ħażin serju.

(39)

Biex ikollu sorveljanza u kontroll effettiv fuq l-attivitajiet tad-ditta tal-investiment, il-korp maniġerjali għandu jkun responsabbli u jagħti rendikont għall-istrateġija ġenerali tad-ditta tal-investiment, billi jqis il-kummerċ u l-profil tar-riskju tad-ditta tal-investiment. Il-korp maniġerjali għandu jieħu responsabilitajiet ċari matul iċ-ċiklu tal-operat tad-ditta tal-investiment, tal-oqsma tal-identifikazzjoni u d-definizzjoni tal-miri strateġiċi tad-ditta, tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni interna tagħha, inkluż il-kriterja tal-għażla u t-taħriġ tal-persunal, tad-definizzjoni tal-linji ta' politika ġenerali li jirregolaw il-provvista tas-servizzi u tal-attivitajiet, inkluż ir-remunerazzjoni tal-persunal responsabbli mill-bejgħ u l-approvazzjoni ta' prodotti ġodda għad-distribuzzjoni lill-klijenti. Il-monitoraġġ perjodiku u l-ivvalutar tal-miri strateġiċi tad-ditti tal-investiment, l-organizzazzjoni interna tagħhom u l-linji ta' politika tagħhom għall-provvista tas-servizzi u l-attivitajiet għandhom jiżguraw il-kapaċità kontinwa tagħhom li joffru maniġġar tajjeb u prudenti, fl-interess tal-integrità tas-swieq u tal-protezzjoni tal-investituri.

(40)

Il-firxa dejjem tespandi tal-attivitajiet li ħafna ditti tal-investiment jidħlu għalihom b'mod simultanju żiedet il-potenzjal għall-kunflitti ta' interess bejn dawn l-attivitajiet differenti u l-interessi tal-klijenti tagħhom. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprovduti regoli sabiex jiġi żgurat illi dawn il-kunflitti ma jaffettwawx b'mod negattiv l-interessi tal-klijenti tagħhom.

(42)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE tal-10 ta' Awwissu 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' rekwiżiti organizzazzjonali u kundizzjonijiet operatorji għad-ditti tal-investiment u termini definiti għall-għanijiet ta' dik id-Direttiva (20) tippermetti lill-Istati Membri li jeħtieġu, fil-kuntest tar-rekwiżiti organizzazzjonali għad-ditti tal-investiment, l-irrekordjar ta' konversazzjonijiet fuq it-telefon jew ta' komunikazzjonijiet elettroniċi li jinvolvu ordnijiet tal-klijent. L-irrekordjar ta' konversazzjonijiet telefoniċi jew ta' komunikazzjonijiet elettroniċi li jinvolvi ordnijiet tal-klijent huwa kompatibbli mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u huwa ġustifikat sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-investitur, biex tittejjeb is-sorveljanza tas-suq u tiżdied iċ-ċertezza legali fl-interessi tad-ditti tal-investiment u l-klijenti tagħhom. L-importanza tat-tali rekords hija wkoll imsemmija fil-konsulenza teknika lill-Kummissjoni, maħruġa mill-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli fid-29 ta' Lulju 2010. Għal dawn ir-raġunijiet, huwa xieraq li din id-Direttiva tipprovdi l-prinċipji ta' sistema ġenerali li tikkonċerna l-irrekordjar ta' konversazzjonijiet fuq it-telefon jew ta' komunikazzjonijiet elettroniċi li jinvolvu l-ordnijiet tal-klijent. Għall-komunikazzjonijiet bejn il-klijenti mhux professjonali u l-istituzzjonijiet finanzjarji, huwa xieraq li l-Istati Membri jitħallew jirrikonoxxu minflok rekords miktubin adegwati ta' tali komunikazzjonijiet għall-istituzzjonijiet finanzjarji stabbiliti u fergħat li jinsabu fi ħdan it-territorju tagħhom.

(43)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rispett għad-dritt tal-protezzjoni tad-data personali skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni tal-individiwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u tal-moviment ħieles tat-tali data (21) u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (22) li jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali li jsir b'applikazzjoni ta' din id-Direttiva . Din il-protezzjoni għandha, b'mod partikolari, testendi għall-irrekordjar tat-telefon u rrekordjar elettroniku. L-ipproċessar tad-data personali mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (AETS) stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (23) fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva hu soġġett għar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (24).

(44)

L-użu tat-teknoloġija informatika tan-negozjar evolva b'mod sinifikanti fl-aħħar deċennju u issa huwa użat b'mod estensiv mill-parteċipanti tas-suq. Ħafna parteċipanti tas-suq issa jagħmlu użu minn negozjar algoritmiku fejn algoritmu tal-kompjuter jiddetermina awtomatikament aspetti ta' ordni bi ftit jew mingħajr intervent uman. Sottokategorija speċifika ta' negozjar algoritmiku huwa kummerċ ta' frekwenza għolja fejn sistema tal-kummerċ tanalizza dejta jew sinjali mis-suq b'veloċità għolja , normalment f'millisekondi jew mikrosekondi, u mbagħad tibgħat jew taġġorna numri kbar ta' ordnijiet f'perjodu qasir ta' żmien bi tweġiba għal dik l-analiżi. In-negozjar ta' frekwenza għolja tipikament isir minn negozjanti li jużaw il-kapital tagħhom infushom biex jinnegozjaw u iktar milli huwa strateġija minnu nnifsu ta' spiss jista' jinvolvi l-użu ta' teknoloġija sofistikata biex ikunu implimentati strateġiji iktar tradizzjonali bħall-ġenerazzjoni tas-suq jew l-arbitraġġ.

(45)

Bi qbil mal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tas-superviżoni finanzjarja tal-Unjoni Ewropea ta' Ġunju 2009, u biex tikkontribwixxi għat-twaqqif ta' ktieb tar-regoli wieħed għas-swieq finanzjarji tal-Unjoni, tgħin biex tkompli tiżviluppa kamp kompetittiv ekwu għall-Istati Membri u l-parteċipanti tas-suq, issaħħaħ il-protezzjoni tal-investitur u ttejjeb is-superviżjoni u l-infurzar, l-Unjoni Ewropea impenjat ruħaha li timminimizza, fejn huwa xieraq, id-diskrezzjonijiet disponibbli lill-Istati Membri fil-liġi tal-Unjoni Ewropea dwar is-servizzi finanzjarji. Barra l-introduzzjoni f'din id-Direttiva ta' sistema komuni għall-irrekordjar ta' konversazzjonijiet fuq it-telefon jew ta' komunikazzjonijiet elettroniċi li jinvolvu ordnijiet tal-klijent, huwa xieraq li titnaqqas il-possibilità tal-awtoritajiet kompetenti li jiddelegaw kompiti superviżorji f'ċerti każijiet, biex jiġu limitati d-diskrezzjonijiet fir-rekwiżiti applikabbli għal aġenti marbuta u għar-rapportar mill-fergħat. Madankollu, filwaqt li l-awtoritajiet kompetenti għandhom ir-responsabilitajiet skont din id-Direttiva biex jissalvagwardjaw il-protezzjoni tal-investitur, f'din id-Direttiva m'hemm xejn li jżomm lill-Istati Membri milli jinnominaw l-awtoritajiet flimkien mal-awtoritajiet kompetenti biex jipprovdu monitoraġġ addizzjonali ta' swieq biex tiżdied il-protezzjoni tal-investituri mhux professjonali.

(46)

L-avvanzi tekniċi ppermettew negozjar bi frekwenza għolja u evoluzzjoni tal-mudelli tan-negozju. In-negozjar bi frekwenza għolja jiġi ffaċilitat mill-kolokazzjoni tal-faċilitajiet tal-parteċipanti fis-suq fi qrubija fiżika għall-magna ta' korrispondenza ta' ċentru ta' negozjar. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ta' negozjar ordinati u ġusti hu essenzjali li ċ-ċentri ta' negozjar jipprovdu s-servizzi ta' kolokazzjoni ta' dan it-tip fuq bażi mhux diskriminatorja, ġusta u trasparenti. L-użu tat-teknoloġija informatika tan-negozjar bi frekwenza għolja żied il-veloċità, il-kapaċità u l-kumplessità ta' kif jinnegozjaw in-negozjaturi. Għen ukoll lill-parteċipanti tas-suq biex jiffaċilitaw l-aċċess dirett mill-klijenti tagħhom għal swieq permezz tal-użu tal-faċilitajiet tan-negozjar tagħhom, permezz ta' aċċess dirett jew sponsorizzat għas-suq . It-teknoloġija tan-negozjar ipprovdiet benefiċċji għas-suq u għall-parteċipanti tas-suq b'mod ġenerali bħal parteċipazzjoni usa' fis-swieq, jista' jiġi argumentat iktar likwidità, għalkemm jibqa' d-dubji dwar kemm verament hemm likwidità pprovduta, inqas firxa, inqas volatilità fuq terminu qasir u l-mezzi biex jintlaħqu tiswir tal-prezz u eżekuzzjoni aħjar tal-ordnijiet għall-klijenti. Madankollu, it-teknoloġija tan-negozjar ta' frekwenza għolja tat bidu wkoll għal numru ta' riskji potenzjali bħaż-żieda fir-riskju tat-tagħbija żejda tas-sistema minħabba volumi kbar ta' ordnijiet, riskji li negozjar algoritmiku jiġġenera ordnijiet duplikati jew żbaljati jew malfunzjonanti b'tali mod li jistgħu jwasslu għal suq diżordinat. Barra minn hekk, hemm ir-riskju ta' sistemi ta' negozjar algoritmiku li jirreaġixxu b'mod esaġerat għal avvenimenti oħra tas-suq li jista' jħarrax il-volatilità jekk hemm problema preeżistenti fis-suq. Negozjar algoritmiku jew negozjar ta' frekwenza għolja , bħal kull forma oħra ta' negozjar, jista' jirrendi ruħu għal ċerti forom ta' mġiba abbużiva jekk ma jkunx użat b'mod tajjeb li għandha tkun ipprojbita skont ir-Regolament (UE) Nru …/… . [MAR il-ġdid]. Negozjar ta' frekwenza għolja jista' wkoll, minħabba l-vantaġġ tal-informazzjoni pprovdut għal negozjaturi ta' frekwenza għolja, jikkonvinċi l-investituri li jagħżlu li jwettqu negozju f'postijiet fejn jistgħu jevitaw l-interazzjoni man-negozjaturi ta' frekwenza għolja. Huwa xieraq li l-istrateġiji tan-negozjar ta' frekwenza għolja li jiddependu fuq ċerti karatteristiċi speċifikati jiġu soġġetti għal skrutinju regolatorju partikolari. Filwaqt li dawn huma b'mod predominanti strateġiji li jiddependu fuq in-negozjar f'isimhom stess, tali skrutinju għandu japplika wkoll fejn l-eżekuzzjoni tal-istrateġija tan-negozjar tkun strutturata b'tali mod li tevita l-eżekuzzjoni li ssir f'isimha stess.

(47)

Dawn ir-riskji potenzjali mill-użu dejjem jiżdied tat-teknoloġija jittaffew l-aħjar minn kombinazzjoni ta' kontrolli tar-riskju speċifiċi diretti lejn ditti li jipparteċipaw f'negozjar algoritmiku jew ta' frekwenza għolja u miżuri oħra diretti lejn operaturi taċ-ċentrikollha tan-negozjar li huma aċċessati mit-tali ditti. Dawn għandhom jirriflettu u jibnu fuq il-linji gwida tekniċi maħruġa mill-AETS fi Frar 2012 dwar sistemi u kontrolli f'ambjent ta' negozjar awtomatizzat għal pjattaformi ta' negozjar, ditti tal-investiment u awtoritajiet kompetenti (AETS/2012/122) sabiex tissaħħaħ ir-reżiljenza tas-swieq fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi. Huwa mixtieq li jkun żgurat li d-ditti għan-negozjar ta' frekwenza għolja jkunu awtorizzati meta huma membru dirett ta' ċentru ta' negozjar. Dan għandu jiżgura li huma jkunu suġġetti għar-rekwiżiti organizzativi skont id-Direttiva u jkunu supervizzati kif xieraq. F'dan ir-rigward, l-AETS għandha tiżvolġi rwol ta' koordinament importanti fid-definizzjoni tad-daqs ta' funzjonament xieraq biex jiġu żgurati swieq ordnati f'livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-ordnijiet kollha għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli ta' riskju xierqa mill-bidu nett. Għalhekk huwa wkoll xieraq li tintemm il-prattika tal-aċċess sponsorizzat u skopert biex jiġi evitat ir-riskju li d-ditti b'kontrolli insuffiċjenti mwaqqfa joħolqu kundizzjonijiet tas-suq diżordinati u biex jiġi żgurat li l-parteċipanti tas-suq ikunu jistgħu jiġu identifikati u jkunu responsabbli għal kwalunkwe kundizzjoni diżordinata li għaliha jkunu responsabbli. Huwa wkoll neċessarju li jkun possibbli li jiġu identifikati biċ-ċar il-flussi tal-ordnijiet li ġejjin min-negozjar ta' frekwenza għolja. L-AETS għandha wkoll tkompli timmonitorja l-iżviluppi fit-teknoloġija u l-metodi użati għall-aċċess taċ-ċentri ta' negozjar u għandha tkompli tipprepara linji gwida biex tiżgura li r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva jkunu jistgħu jkomplu jiġu applikati b'mod effettiv fid-dawl tal-prattiki l-ġodda.

(48)

Kemm id-ditti kif ukoll iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jiżguraw li jkun hemm miżuri b'saħħithom f'posthom biex jiżguraw li n-negozjar bi frekwenza għolja u awtomatizzat ma joħloqx suq diżordinat u ma jistax jintuża għal għanijiet abbużivi. Postijiet tan-negozjar għandhom jiżguraw ukoll li s-sistemi tan-negozjar tagħhom huma reżiljenti u ttestjati tajjeb biex jitrattaw ma' żieda fil-flussi tal-ordnijiet jew stress tas-suq u li hemm salvaviti fis-seħħ fiċ-ċentrikollha tan-negozjar biex iwaqqfu temporanjament il-kummerċ jekk ikun hemm movimenti f'daqqa mhux mistennija fil-prezzijiet.

(48a)

Hemm bżonn ukoll li jiġi żgurat li l-istrutturi tal-miżati taċ-ċentri ta' negozjar ikunu trasparenti, mhux diskriminatorji u ġusti u li ma jkunux strutturati b'tali mod li jippromwovu kundizzjonijiet ta' suq diżordinat. Huwa għalhekk xieraq li jiġi żgurat li l-istrutturi tal-miżati taċ-ċentri ta' negozjar joffru inċentiv għal proporzjon aktar baxx tal-messaġġi tas-sistemi biex isir negozjar b'miżati ogħla li japplikaw għal prattiki bħall-kanċellazzjoni ta' volumi jew proporzjonijiet għoljin ta' ordnijiet li jistgħu joħolqu tali kundizzjonijiet diżordinati u li jeħtieġu liċ-ċentri ta' negozjar li jżidu l-kapaċità tal-infrastruttura mingħajr ma neċessarjament ikunu ta' benefiċċju għal parteċipanti tas-suq oħrajn.

(49)

Minbarra miżuri marbuta mal-negozjar algoritmiku u ta' frekwenza għolja huwa xieraq li jiġu pprojbiti aċċess sponsorizzat u skopert u jiġu inklużi kontrolli marbuta mad-ditti tal-investiment li jipprovdu aċċess tas-suq dirett għal swieq għall-klijenti ▐. Huwa wkoll xieraq li ditti li jipprovdu aċċess dirett għas-suq jiżguraw li persuni li jagħmlu użu mis-servizz huma kkwalifikati biżżejjed u li jkunu imposti kontrolli tar-riskju fuq l-użu tas-servizz. Huwa xieraq li rekwiżiti organizzazzjonali dettaljati rigward dawn il-forom ġodda ta' kummerċ għandhom ikunu preskritti b'iktar dettall f'atti delegati. Barra s-setgħat tal-AETS biex tipprepara linji gwida aġġornati dwar forom differenti tal-aċċess għas-swieq u l-kontrolli assoċjati, dan għandu jiżgura li r-rekwiżiti jistgħu jkunu emendati fejn meħtieġ biex jittrattaw ma' iktar innovazzjoni u żviluppi f'dan il-qasam.

(50)

Hemm multitudni ta' postijiet tan-negozjar li bħalissa qed joperaw fl-Unjoni, li numru minnhom qed jinnegozjaw strumenti identiċi. Biex ikunu indirizzati r-riskji potenzjali għall-interessi tal-investituri huwa meħtieġ li jkunu formalizzati u iktar ikkoordinati l-proċessi fuq il-konsegwenzi għall-kummerċ f'postijiet oħra jekk ċentruwieħed jiddeċiedi li jissospendi jew ineħħi strument finanzjarju mill-kummerċ. Fl-interess taċ-ċertezza legali u biex ikunu indirizzati b'mod adegwat il-kunflitti ta' interess fid-deċiżjoni li jkunu sospiża jew imneħħija strumenti mill-kummerċ, għandu jkun żgurat li jekk suq regolat wieħed jew MTF jieqaf jinnegozja minħabba nuqqas ta' kxif ta' informazzjoni dwar min joħroġ l-istrument jew dwar l-istrument finanzjarju, l-oħrajn isegwu dik id-deċiżjoni. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jkun formalizzat u mtejjeb b'mod ulterjuri l-iskambju tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni fost iċ-ċentri ta' negozjar f'każijiet ta' kundizzjonijiet eċċezzjonali b'rabta ma' strument partikolari li huwa nnegozjat f'postijiet differenti. Dan għandu jinkludi arranġamenti li jżommu ċ-ċentri ta' negozjar milli jużaw informazzjoni trażmessa fil-kuntest ta' sospensjoni jew tneħħija ta' strument min-negozjar għal raġunijiet kummerċjali.

(51)

Iktar investituri saru attivi fis-swieq finanzjarji u huma offruti sett usa u iktar kumpless ta' servizzi u strumenti u, fid-dawl ta' dawn l-iżviluppi, huwa meħtieġ li jkun ipprovdut grad ta' armonizzazzjoni li joffri lill-investituri livell għoli ta' protezzjoni madwar l-Unjoni Ewropea . Meta kienet adotta d-Direttiva 2004/39/KE, id-dipendenza dejjem tiżdied tal-investituri fuq rakkomandazzjonijiet personali ħtieġet li tinkludi l-provvista ta' konsulenza dwar investiment bħala servizz ta' investiment suġġett għall-awtorizzazzjoni u għal qadi speċifiku tal-obbligi tal-kummerċ. Ir-relevanza kontinwa tar-rakkomandazzjonijiet personali għall-klijenti u l-kumplessità dejjem tiżdied tas-servizzi u l-istrumenti teħtieġ il-qadi ta' obbligi tal-kummerċ biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-investituri.

(51a)

Filwaqt li l-qadi msaħħaħ tal-obbligi tal-kummerċ għal servizzi konsultattivi huwa neċessarju, mhuwiex biżżejjed biex tiġi żgurata l-protezzjoni xierqa tal-investitur. B'mod partikulari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta d-ditti ta' investiment ifasslu prodotti ta' investiment jew depożiti strutturati għall-bejgħ lill-klijenti professjonali u mhux, dawk il-prodotti jitfasslu biex jissodisfaw il-bżonnijiet u l-karatteristiċi ta' suq fil-mira identifikat fi ħdan il-kategorija rilevanti ta' klijenti. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditta ta' investiment tieħu passi raġonevoli biex tiżgura li l-prodott ta' investiment jiġi kkummerċjalizzat u mqassam lill-klijent fi ħdan il-grupp fil-mira. Madankollu, dan m'għandux ineħħi r-responsabilità minn fuq id-distributuri ta' partijiet terzi fejn jikkumerċjalizzaw jew iqassmu l-prodott barra mill-grupp fil-mira mingħajr għarfien jew kunsens tad-ditta li tkun iddisinnjat il-prodott. Il-produtturi għandhom ukoll jirrevedu perjodikament ir-rendiment tal-prodotti tagħhom, biex jivvalutaw jekk ir-rendiment tal-prodotti kienx bi qbil mad-disinn tagħhom u biex jistabbilixxu jekk is-suq fil-mira tagħhom għall-prodott jibqax korrett. L-investituri għandhom bżonn ukoll informazzjoni xierqa dwar il-prodotti u b'mod partikolari informazzjoni fuq bażi konsistenti dwar l-impatt kumulattiv tal-livelli differenti ta' tariffi fuq ir-redditu tal-investiment. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 80(8) tad-Direttiva 2006/48/KE għandhom jitqiesu f'dan ir-rigward.

(52)

Biex tingħata l-informazzjoni kollha rilevanti lill-investituri, huwa xieraq li d-ditti tal-investiment li jipprovdu konsulenza dwar l-investiment biex jikkjarifikaw il-bażi tal-konsulenza li jipprovdu, notevolment il-firxa ta' prodotti li jikkunsidraw meta jipprovdu rakkomandazzjonijiet personali lill-klijenti, l-ispiża tal-konsulenza jew, fejn l-ispiża tat-tariffi u l-inċentivi ma jistgħux jiġu aċċertati qabel l-għoti tal-konsulenza, il-mod li bih tiġi kkalkulata l-ispiża, kemm jekk jipprovdu konsulenza dwar investiment tingħata flimkien mal-aċċettazzjoni jew ir-riċezzjoni ta' inċentivi minn partijiet terzi kif ukoll jekk id-ditti tal-investiment jipprovdu lill-klijenti b'valutazzjoni perjodika dwar l-addattabilità tal-istrumenti finanzjarji rrakkomandati lilhom. Huwa xieraq ukoll li d-ditti tal-investiment jintalbu jispjegaw lill-klijenti tagħhom ir-raġunijiet tal-konsulenza pprovduta lilhom. Il-linji gwida mill-AETS jistgħu jkunu utli billi tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva u konsistenti ta' dawn id-dispożizzjonijiet. Biex jiddefinixxu iktar il-qafas regolatorju għall-provvista tas-servizz ta' konsulenza dwar investiment, filwaqt li fl-istess ħin iħallu l-għażla għad-ditti tal-investiment u l-klijenti, huwa xieraq li jkunu stabbiliti kundizzjonijiet għall-provvista ta' dan is-servizz meta d-ditti jinfurmaw lill-klijenti li l-konsulenza qed tingħata flimkien mal-aċċettazzjoni jew ir-riċezzjoni ta' inċentivi minn partijiet terzi . Meta tkun qed tipprovdi mmaniġġjar ta' portafolli diskrezzjonali , id-ditta ta' investiment għandha , qabel ma jsir il-ftehim, tinforma lill-klijent dwar l-iskala mistennija ta' inċentivi, u r-rapporti perjodiċi għandhom jiżvelaw l-inċentivi kollha mħallsa jew irċevuti . Minħabba l-bżonn li jiġi żgurat li inċentivi ta' partijiet terzi ma jżommux lid-ditta tal-investiment milli taġixxi fl-aħjar interessi tal-klijent, għandu jkun previst li, taħt ċerti kundizzjonijiet, tkun permessa projbizzjoni fuq ir-riċeviment ta' tali inċentivi jew ikunu meħtieġa li jiġu trasferiti fuq il-klijent.

(52a)

Biex il-konsumaturi jiġu protetti ulterjorment, jixraq ukoll li jiġi żgurat li d-ditti tal-investiment ma jirrimunerawx jew ma jivvalutawx ir-rendiment tal-persunal tagħhom stess b'mod li jkun f'kuntrast mad-dmir tad-ditti li jaġixxu fl-aħjar interessi tal-klijenti tagħhom. Ir-remunerazzjoni tal-persunal li jbigħ jew joffri konsulenza dwar l-investimenti għandha għalhekk ma tkunx dipendenti biss fuq il-miri tal-bejgħ jew il-profitti għad-ditta minn strument finanzjarju speċifiku għax din toħloq inċentivi biex titwassal l-informazzjoni li ma tkunx ġusta, ċara u li tqarraq u biex isiru rakkomandazzjonijiet li mhumiex fl-aħjar interessi tal-klijenti.

(52b)

Minħabba l-kumplessità tal-prodotti tal-investiment u l-innovazzjoni kontinwa fid-disinn tagħhom, huwa wkoll importanti li jiġi żgurat li l-persunal li joffri konsulenza dwar prodotti tal-investiment jew li jbigħhom lill-klijenti mhux professjonali jkollu livell xieraq ta' għarfien u kompetenza fir-rigward tal-prodotti offruti. Ditti tal-investiment għandhom bżonn jippermettu biżżejjed ħin u riżorsi għall-persunal tagħhom biex jilħqu dan l-għarfien u l-kompetenza u biex ikunu applikati fl-għoti ta' servizzi lill-klijenti.

(53)

Ditti tal-investiment huma permessi li jipprovdu servizzi ta' investiment li jikkonsistu biss fl-eżekuzzjoni u/jew fl-irċevuta u t-trasmissjoni tal-ordni tal-klijent, mingħajr il-ħtieġa li tinkiseb informazzjoni rigward l-għarfien u l-esperjenza tal-klijent biex tkun ivvalutata l-idoneità tas-servizz jew tal-istrument għall-klijent. Minħabba li dawn is-servizzi jwasslu għal tnaqqis rilevanti tal-protezzjonijiet tal-klijenti, huwa xieraq li jkunu mtejba l-kundizzjonijiet għall-provvista tagħhom. B'mod partikolari, huwa xieraq li tkun eskluża l-possibilità li dawn is-servizzi jkunu pprovduti flimkien mas-servizz anċillari li jikkonsisti fl-għoti ta' kreditu jew self lill-investituri biex jippermettilhom jagħmlu tranżazzjoni li fiha hija involuta d-ditta tal-investiment, minħabba li dan iżid il-kumplessità tat-tranżazzjoni u jagħmel l-għarfien tar-riskju involut iktar diffiċli. Huwa wkoll xieraq li jkunu definiti aħjar il-kriterji għall-għażla tal-istrumenti finanzjarji li għandhom jintrabtu magħhom dawn is-servizzi sabiex ikunu esklużi l-istrumenti finanzjarji, li jinkludi derivat sakemm dak id-derivat ma jżidx ir-riskju lill-klijent, jew jinkorpora struttura li tagħmilha diffiċli għall-klijent li jifhem ir-riskju involut.

(54)

Prattiki ta' bejgħ inkroċjat huma stratġija komuni għall-fornituri tas-servizzi finanzjarji mhux professjonali fl-Unjoni Ewropea . Dawn jistgħu jipprovdu benefiċċji għall-klijenti mhux professjonali imma jistgħu ukoll jirrappreżentaw prattiki fejn l-interess tal-klijent ma jitqiesx adegwatement. Pereżempju, ċerti forom ta' prattiki ta' bejgħ inkroċjat, notevolment prattiki ta' konfezzjoni (tying) fejn żewġ servizzi finanzjarji jew aktar jinbiegħu flimkien f'pakkett u tal-anqas wieħed minn dawk is-servizzi ma jkunx disponibbli separatement, jistgħu jgħawġu l-kompetizzjoni u jaffettwaw negattivament il-mobilità tal-klijenti u l-abilità tagħhom li jagħmlu għażliet informati. Eżempju ta' prattiki ta' konfezzjoni jista' jkun il-ftuħ neċessarju ta' kontijiet kurrenti meta jitforna servizz ta' investiment lil klijent mhux professjonali. Filwaqt li prattiki ta' gruppar (bundling), fejn żewġ servizzi finanzjarji jew aktar jinbiegħu flimkien f'pakkett, imma kull servizzi minnhom jista' wkoll jinxtara separatement, minkejja li jistgħu wkoll jgħawġu l-kompetizzjoni u jaffettwaw negattivament il-mobilità tal-klijenti u l-abilità tagħhom li jagħmlu għażliet informati, tal-anqas iħallu l-għażla ħielsa lill-klijent u għalhekk jistgħu jkunu ta' riskju iżgħar għall-konformità tad-ditti tal-investiment mal-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva. L-użu ta' tali prattiki għandu jiġi vvalutat bir-reqqa sabiex tiġi promossa l-kompetizzjoni u l-għażla tal-konsumatur.

(55)

Għandu jiġi kkunsidrat li jiġi pprovdut servizz fuq l-inizjattiva ta' klijent għajr jekk il-klijent jiddomandah bi tweġiba għal komunikazzjoni ppersonalizzata minn, jew f'isem, id-ditta lil dan il-klijent partikulari, li jkun fiha stedina jew tkun maħsuba li tinfluwenza lill-klijent rigward strument finanzjarju speċifiku jew tranżazzjoni speċifika. Servizz jista' jiġi kkunsidrat li jiġi pprovdut fuq l-inizjattiva tal-klijent minkejja li l-klijent jiddomandah fuq il-bażi ta' kull komunikazzjoni li jkun fiha promozzjoni jew offerta ta' strumenti finanzjarji magħmula b'kull mezz li min-natura nfisha tagħha tkun ġenerali u tkun indirizzata lill-pubbliku jew lil grupp jew kategorija ikbar ta' klijenti jew ta' klijenti potenzali.

(56)

Wieħed mill-għanijiet ta' din id-Direttiva huwa li jiġu protetti l-investituri. Il-miżuri sabiex jiġu protetti l-investituri għandhom jiġu adattati għall-karatteristiċi speċifiċi ta' kull waħda mill-kategoriji tal-investituri (investituri fil-livell tal-konsumaturi, professjonali u kontropartijiet). Madankollu, sabiex jittejjeb il-qafas regolatorju li japplika għall-għoti ta' servizzi, irrispettivament mill-kategorija ta' klijenti involuti, huwa xieraq li wieħed jagħmilha ċara li l-prinċipji li wieħed jaġixxi b'mod onest, b'mod ġust u b'mod professjonali u l-obbligu li wieħed ikun ċar u ġust u li ma jqarraqx b'ħaddieħor japplikaw għar-relazzjoni mal-klijenti kollha.

(57)

B'deroga mill-prinċipju tal-awtorizzazzjoni, tas-superviżjoni u tal-infurzar tal-obbligi rigward l-operat tal-friegħi min-naħa tal-pajjiz tad-domiċilju, huwa xieraq illi l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tassumi r-responsabbiltà sabiex tinforza ċerti obbligi speċifikati f'din id-Direttiva fejn jidħol il-kummerċ imwettaq permezz ta' fergħa ġewwa t-territorju fejn tkun il-fergħa, minħabba li dik l-awtorità tkun l-eqreb waħda għall-fergħa u tkun f'pożizzjoni aħjar sabiex tikxef il-ksur tar-regoli li jirregolaw l-operat tal-fergħa u tintervjeni f'każ li jkun hemm it-tali ksur.

(58)

Huwa meħtieġ li jiġi impost obbligu effettiv "tal-aħjar twettiq" sabiex ikun żgurat li d-ditti tal-investiment iwettqu l-ordnijiet tal-klijent fuq termini li jkunu l-iktar favorevoli għall-klijent. Dan l-obbligu għandu japplika għad-ditti li jkollhom obbligi kuntrattwali jew tal-aġenzija lejn il-klijent.

(58a)

Biex isir kontribut lil bażi usa' tal-azzjonisti fl-Unjoni, għandu jitjieb il-qafas ta' eżekuzzjoni għall-investituri mhux professjonali, sabiex dawn ikunu jistgħu jaċċedu għal firxa wiesgħa ta' postijiet tal-eżekuzzjoni attwalment disponibbli fl-Unjoni. Għandhom jitqiesu l-progressi teknoloġiċi għall-monitoraġġ tal-obbligu tal-eżekuzzjoni fl-applikazzjoni tal-qafas ta' eżekuzzjoni.

(59)

Biex jitjiebu l-kundizzjonijiet li fihom id-ditti tal-investiment jaqdu l-obbligu tagħhom li jesegwixxu ordnijiet fl-iktar termini favorevoli għall-klijenti tagħhom b'konformità ma' din id-Direttiva, huwa xieraq li ċ-ċentrital-eżekuzzjoni jkunu rekwiżiti jagħmlu disponibbli għall-pubbliku d-dejta marbuta mal-kwalità tal-eżekuzzjoni tat-tranżazzjonijiet f'kull post.

(60)

Informazzjoni pprovduta minn ditti tal-investiment lill-klijenti b'rabta mal-linji ta' politika tagħhom dwar l-eżekuzzjoni tal-ordni hija ħafna drabi ġenerika u standard u ma tippermettix lill-klijenti jifhmu kif se ssir it-tranżazzjoni u jivverifikaw il-konformità tad-ditti mal-obbligi tagħhom li jesegwixxu ordnijiet fl-iktar termini favorevoli għall-klijenti tagħhom. Biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-investitur, huwa xieraq li jkunu speċifikati l-prinċipji li jikkonċernaw l-informazzjoni mogħtija minn ditti tal-investiment lill-klijenti tagħhom fuq il-linji ta' politika dwar l-eżekuzzjonijiet tal-ordnijiet u li jiġi rikjest li d-ditti jippubblikaw, fuq bażi ta' kull tliet xhur , għal kull klassi ta' strumenti finanzjarji, il-ħames postijiet ta' eżekuzzjoni fejn eżekwixxew l-aktar ordnijiet tal-klijent fis-sena preċedenti u jqisu dik l-informazzjoni u l-informazzjoni ppubblikata milċ-ċentri ta' negozjar dwar il-kwalità tal-eżekuzzjoni fil-politiki tagħhom dwar l-aħjar eżekuzzjoni .

(62)

Il-persuni li jipprovdu servizzi ta' investiment f'isem iktar minn ditta waħda tal-investiment ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala aġenti marbuta imma bħala ditti tal-investiment meta jidħlu fid-definizzjoni pprovduta f'din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni ta' ċerti persuni li jistgħu jkunu eżentati.

(63)

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt li l-aġenti marbuta jidħlu għal attivitajiet koperti minn Direttivi oħra u għal attivitajiet li għandhom x'jaqsmu magħhom rigward servizzi jew prodotti finanzjarji mhux koperti minn din id-Direttiva, inkluż f'isem il-partijiet tal-istess grupp finanzjarju.

(64)

Il-kundizzjonijiet sabiex jitwettqu attivitajiet 'il barra mill-bini tad-ditta tal-investiment (il-bejgħ bieb bieb) ma għandhomx ikunu koperti minn din id-Direttiva.

(65)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ma għandhomx jirreġistraw jew għandhom jirtiraw ir-reġistrazzjoni meta l-attivitajiet attwalment imwettqa jindikaw biċ-ċar illi aġent marbut ikun għażel is-sistema legali ta' Stat Membru bil-għan li jevadi l-istandards iktar stretti fis-seħħ fi Stat Membru ieħor li ġewwa t-territorju tiegħu jew ikun beħsiebu jwettaq jew ikun tassew iwettaq il-parti l-kbira tal-attivitajiet tiegħu.

(66)

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, il-kontropartijiet eliġibbli għandhom jiġu meqjusa li jaġixxu bħala klijenti.

(67)

Il-kriżi finanzjarja uriet limiti fil-kapaċità ta' klijenti professjonali li japprezzaw ir-riskju tal-investiment tagħhom. Filwaqt li għandu jkun ikkonfermat li r-regoli għal-kondotta tal-operat għandhom ikunu infurzati fir-rigward ta' dawk l-investituri li l-iktar jinħtieġu protezzjoni, huwa xieraq li jkunu kkalibrati aħjar ir-rekwiżiti applikabbli għall-kategoriji differenti tal-klijenti. Għal dan il-għan, huwa xieraq li xi rekwiżiti ta' informazzjoni u rapportar ikunu estiżi għar-relazzjoni ma' kontropartijiet eliġibbli. B'mod partikolari, ir-rekwiżiti rilevanti għandhom ikunu marbuta mas-salvagwardja tal-istrumenti finanzjarji u l-flus tal-klijent u rekwiżiti tar-rapportar li jikkonċernaw strumenti finanzjarji u tranżazzjonijiet iktar kumplessi. Biex ikunu riflessi aħjar il-funzjonijiet tal-muniċipilitajiet u tal-awtoritajiet pubbliċi lokali, li mhux suppost ikunu qed iwettqu negozju mill-istrumenti spekulattivi, huwa xieraq li teskludihom b'mod ċar mil-lista ta' kontropartijiet eliġibbli u ta' klijenti li huma kkunsidrati li huma professjonali filwaqt li xorta tippermetti li dawn il-klijenti jitolbu trattament professjonali daqs klijenti professjonali fejn jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet riġidi stabbiliti mill-Istati Membri .

(68)

Rigward it-tranżazzjonijiet imwettqa bejn il-kontropartijiet eliġibbli, l-obbligu li jiġu żvelati ordnijiet tal-klijenti b'limitu tal-prezz għandu japplika biss meta l-kontroparti tibgħat b'mod espliċitu ordni b'limitu tal-prezz lil ditta tal-investiment biex din twettaq din l-ordni.

(70)

Id-ditti tal-investiment għandhom ilkoll ikollhom l-istess opportunitajiet li jingħaqdu mas-swieq regolati fl-Unjoni Ewropea kollha jew li jkollhom aċċess għalihom. Tkun xi tkun il-manjiera li biha t-tranżazzjonijiet ikunu organizzati fl-Istati Membri fil-preżent, huwa importanti illi jiġu aboliti r-restrizzjonijiet tekniċi u legali dwar l-aċċess għas-swieq regolati.

(71)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-finalizzazzjoni tat-tranżazzjonijiet li jaqsmu l-fruntieri, huwa xieraq li jiġi pprovvdut l-aċċess għas-sistemi tal-ikklerjar u s-saldu fl-Unjoni Ewropea kollha mid-ditti tal-investiment, irrispettivament minn jekk it-tranżazzjonijiet ikunux ġew konklużi pemezz tas-swieq regolati fl-Istat Membru konċernat jew le. Id-ditti tal-investiment li jixtiequ jipparteċipaw direttament fis-sistemi tas-saldu ta' Stati Membri oħra għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti operazzjonali u kummerċjali rilevanti għas-sħubija u mal-miżuri prudenzjali sabiex isostnu l-funzjonament bla xkiel u bl-ordni tas-swieq finanzjarji.

(72)

L-għoti ta' servizzi minn ditti ta' pajjiż terz fl-Unjoni Ewropea huwa suġġett għal reġimi u rekwiżiti nazzjonali. Dawn ir-reġimi huma differenzjati ħafna u d-ditti awtorizzati b'konformità magħhom ma jgawdux il-libertà li jipprovdu servizzi u d-dritt tal-istabbiliment fi Stati Membri oħra minbarra dak fejn huma stabbiliti. Huwa xieraq li jkun introdott qafas regolatorju komuni fuq livell tal-Unjoni Ewropea għal ditti ta' pajjiżi terzi, inkluż kemm id-ditti tal-investiment kif ukoll l-operaturi tas-suq . Sabiex tiġi provduta bażi għal ditti ta' pajjiżi terzi li jibbenefikaw minn passaport li jippermettihom jipprovdu servizzi tal-investiment u jwettqu attivitajiet tal-investiment mal-UE kollha, ir-reġim għandu jarmonizza l-qafas frammentat eżistenti, tiżgura ċertezza u trattament unformi ta' ditti ta' pajjiż terz li jaċċessaw l-Unjoni Ewropea , jiżgura li titwettaq valutazzjoni ta' ekwivalenza effettiva mill-Kummissjoni , billi tingħata prijorità lill-valutazzjoni tal-akbar sħab u żoni tan-negozju tal-UE fl-ambitu tal-programm G-20, b'rabta mal-qafas regolatorju u superviżorju tal-pajjiżi terzi u għandu jiddisponi għal livell kumparabbli ta' protezzjonijiet lill-investituri fl-UE li jkunu qed jirċievu servizzi pprovduti minn ditti ta' pajjiż terz.

(73)

Il-provvista ta' servizzi lil klijenti mhux professjonali jew lill-klijenti li għażlu li jirrinunzjaw għal ċerti protezzjonijiet biex jiġu ttrattati bħala klijenti professjonali għandha dejjem teħtieġ l-istabbiliment ta' fergħa fl-Unjoni Ewropea . L-istabbiliment tal-fergħa għandu jkun soġġett għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni fl-Unjoni Ewropea . Għadu jkun hemm arranġamenti xierqa ta' kooperazzjoni bejn l-awtorità kompetenti kkonċernata u l-awtorità kompetenti fil-pajjiż terz. Kapital inizjali biżżejjed għandu jkun għad-dispożizzjoni ħielsa tal-fergħa. Kif tkun awtorizzata l-fergħa għandha tkun suġġetta għal superviżjoni fl-Istat Membru fejn hija stabbilita l-fergħa; id-ditta ta' pajjiż terz għandha tkun kapaċi tipprovdi servizzi fi Stati Membri oħrajn permezz tal-fergħa awtorizzata u supervizzata, suġġetta għal proċedura ta' notifika. Il-forniment ta' servizzi fl-Unjoni mingħajr fergħat għandu jkun limitat għall-kontrapartijiet eliġibbli u għal klijenti professjonali oħra barra dawk li rrinunzjaw il-protezzjonijiet sabiex jiġu trattati bħala klijenti professjonali . Barra meta pprovdut biss fuq inizjattiva esklużiva tal-klijent stess, għandu jkun soġġett għal reġistrazzjoni mal-AETS u għas-superviżjoni fil-pajjiż terz. Għadu jkun hemm fis-seħħ arranġamenti xierqa ta' kooperazzjoni bejn l-AETS u l-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż terz.

(74)

Id-dispożizzjoni ta' din id-Direttiva li tirregola l-provvista tas-servizzi jew attivitajiet tal-investiment minn ditti ta' pajjiż terz fl-Unjoni Ewropea ma għandhiex taffettwa l-possibilità għal persuni stabbiliti fl-Unjoni li jirċievu servizzi ta' investiment minn ditti ta' pajjiż terz b'inizjattiva esklussiva tagħhom stess. Fejn ditta ta' pajjiż terz tipprovdi servizzi fuq l-inizjattiva esklussiva ta' persuna stabbilita fl-Unjoni, is-servizzi ma għandhomx ikunu meqjusa bħala pprovduti fit-territorju tal-Unjoni. Fejn ditta ta' pajjiż terz tissoliċita klijenti jew klijenti potenzjali fl-Unjoni jew tippromwovi jew tirreklama servizzi ta' investiment jew attivitajiet flimkein mas-servizzi anċillari fl-Unjoni, ma għandux ikun meqjus bħala servizz ipprovdut bl-inizjattiva esklussiva tal-klijent.

(75)

L-awtorizzazzjoni għal ħidma f'suq regolat għandha testendi għall-attivitajiet kollha li għandhom x'jaqsmu direttament mal-wiri, l-ipproċessar, it-twettiq, il-konferma u r-rapportar tal-ordnijiet mill-punt li fih dawn l-ordnijiet jiġu rċevuti mis-suq regolat sal-punt li fih jiġu trażmessi għall-finalizzazzjoni sussegwenti, u għall-attivitajiet li għandhom x'jaqsmu mad-dħul tal-istrumenti finanzjarji fil-kummerċ. Din għandha tinkludi wkoll it-tranżazzjonijiet konklużi permezz ta' dawk maħtura bħala ġeneraturi tas-suq mis-suq regolat, li jitwettqu skont is-sistemi tagħhom u skont ir-regoli li jirregolaw dawn is-sistemi. Minħabba l-importanza tal-ġeneraturi tas-suq għall-funzjonament ordinat u effiċjenti tas-swieq, iċ-ċentri ta' negozjar għandu jkollhom ftehimiet bil-miktub imwaqqfin b'ġeneraturi tas-suq li jiċċaraw l-obbligi tagħhom u li jiżguraw li fiċ-ċirkustanzi kollha barra dawk eċċezzjonali, huma jissodisfaw l-impenn tagħhom li jipprovdu likwidità għas-suq. Mhux it-tranżazzjonijiet kollha konklużi mill-membri jew mill-parteċipanti tas-suq regolat, tal-MTF jew tal-OTF għandhom jiġu kkunsidrati bħala konklużi ġewwa s-sistemi ta' suq regolat, ta' MTF jew ta' OTF. It-tranżazzjonijiet li l-membri jew il-parteċipanti jikkonkludu fuq bażi bilaterali u li ma jikkonformawx mal-obbligi kollha stabbiliti għal suq regolat, għal MTF jew għal OTF skont din id-Direttiva għandhom jiġu kkunsidrati bħala tranżazzjonijiet konklużi 'l barra minn suq regolat, minn MTF jew minn OTF għall-għanijiet tad-definizzjoni ta' internalizzatur sistematiku. F'dan il-każ għandu japplika l-obbligu tad-ditti tal-investiment li jippubblikaw kwotazzjonijiet sodi jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva.

(76)

Il-forniment ta' servizzi ta' dejta ewlenija tas-suq li huma ta' importanza kbira għall-utenti biex ikunu kapaċi jiksbu ħarsa ġenerali kif mixtieq tal-attività tan-negozjar madwar is-swieq tal-Unjoni Ewropea u għall-awtoritajiet kompetenti biex jirċievu informazzjoni eżatta u komprensiva dwar tranżazzjonijiet rilevanti għandha tkun suġġetta għall-awtorizzazzjoni u r-regolamentazzjoni biex tiżgura livell meħtieġ ta' kwalità.

(77)

L-introduzzjoni ta' arranġamenti ta' pubblikazzjoni approvati għandha ttejjeb il-kwalità tal-informazzjoni dwar it-trasparenza tan-negozjar ippubblikata fl-ispazju OTC u tikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex tiżgura li t-tali dejta tkun ippubblikata b'tali mod li jiffaċilita l-konsolidazzjoni tagħha ma' dejta ppubblikata minn postijiet tan-negozjar.

(78)

Issa li ġiet implimentata struttura ta' suq li tippermetti l-kompetizzjoni bejn diversi postijiet tan-negozjar, hu essenzjali li kemm jista' jkun malajr jibda jiffunzjona tejp konsolidat effikaċi u komprensiv . L-introduzzjoni ta' soluzzjoni kummerċjali għal tejp konsolidat għall-ekwitajiet u strumenti bħall-ekwità għandha tikkontribwixxi għal suq Ewropew iktar integrat u biex tagħmilha iktar faċli għall-parteċipanti tas-suq biex jiksbu aċċess għal ħarsa konsolidata lejn l-informazzjoni dwar it-trasparenza tas-suq li tkun disponibbli. Is-soluzzjoni prevista hija bbażata fuq l-awtorizzazzjoni ta' fornituri li jaħdmu f'parametri predefiniti u ssorveljati, biex jiġi żgurat li data tas-swieq konsistenti u preċiża tkun disponibbli , li huma f'kompetizzjoni bejniethom sabiex jiksbu soluzzjonijiet sofistikati u innovativi ħafna, li jservu lis-suq bl-aħjar mod possibbli. Sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp bikri ta' tejp konsolidat vijabbli, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati li jispeċifikaw ċerti dettalji dwar l-obbligu ta' informazzjoni fuq il-fornituri ta' tejps konsolidati kemm jista' jkun malajr. Billi jintalab lill-fornituri ta' tejps konsolidati (CTPs) kollha biex jikkonsolidaw id-data APA kollha, se tiġi żgurata l-kompetizzjoni fil-qasam tas-servizzi lill-klijent u mhux fir-rigward tal-wisa' tad-data koperta. Madankollu, huwa xieraq li tiġi prevista issa soluzzjoni pubblika li trid tiġi żviluppata jekk is-soluzzjoni kummerċjali ma twassalx għall-għoti fil-ħin ta' tejp konsolidat effettiv u komprensiv .

(79)

Ir-reviżjoni tad-Direttiva 2006/49/KE għandha tiffissa r-rekwiżiti kapitali minimi li magħhom għandhom jikkonformaw is-swieq regolati sabiex jiġu awtorizzati u, hija u tagħmel dan, għandha tqis in-natura speċifika tar-riskji assoċjati ma' dawn is-swieq.

(80)

L-operaturi ta' suq regolat għandhom ikunu kapaċi wkoll joperaw MTF skont id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din id-Direttiva.

(81)

Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li jirrigwardaw l-ammissjoni tal-istrumenti għall-kummerċ skont ir-regoli infurzati mis-suq regolat għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 2001 fuq l-ammissjoni tat-titoli għal-listi ta' stock exchange uffiċjali u fuq informazzjoni li għandha tkun ippubblikata fuq dawk it-titoli (25). Suq regolat ma għandux jiġi pprevenut milli japplika rekwiżiti iktar stretti għall-emittenti tat-titoli jew tal-istrumenti li jkun qiegħed jikkunsidra għall-ammissjoni għan-negozjar minn dawk imposti skont din id-Direttiva.

(82)

L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jinnominaw awtoritajiet kompetenti differenti sabiex jinfurzaw l-obbligi mifruxa fil-wisa' stabbiliti f'din id-Direttiva. Dawn l-awtoritajiet għandhom ikunu ta' natura pubblika li tiggarantixxi l-indipendenza tagħhom mill-atturi ekonomiċi u tevita l-kunflitti ta' interess. B'konformità mal-liġijiet nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-finanzjament ix-xieraq tal-awtorità kompetenti. In-nomina tal-awtoritajiet pubbliċi ma għandhiex teskludi delega taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti.

(83)

Is-summit tal-G20 f'Pittsburgh fil-25 ta' Settembru 2009 qabel li jtejjeb ir-regolamentazzjoni, il-funzjonament u t-trasparenza tas-swieq finanzjarji ta' komoditajiet biex jindirizza l-volatilità eċċessiva tal-prezz tal-komoditajiet. Il-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ottubru 2009 dwar Funzjonament Aħjar tal-Katina tal-Provvista tal-Ikel fl-Ewropa, u tat-2 ta' Frar 2011 dwar It-Trattament tal-Isfidi fis-Swieq tal-Komoditajiet u tal-Materja Prima spjegaw miżuri li għandhom ikunu kkunsidrati fil-kuntest tar-reviżjoni tad-Direttiva 2004/39/KE. F'Settembru 2011, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli ppubblikat il-Prinċipji għar-Regolamentazzjoni u s-Superviżjoni tas-Swieq tad-Derivattivi tal-Komoditajiet. Dawn il-prinċipji ntlaqgħu mis-samit G20 f'Cannes fl-4 ta' Novembru 2011 li talab għal regolaturi tas-suq biex ikun hemm setgħat tal-maniġment f'pożizzjonijiet formali, inkluża s-setgħa biex jitwaqqfu limiti ta' pożizzjoni ex ante kif inhu xieraq.

(84)

Is-setgħat disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu kkumplimentati bis-setgħat espliċiti li jakkwistaw informazzjoni minn kwalunkwe persuna rigward id-daqs u l-iskop ta' pożizzjoni f'kuntratti tad-derivati marbuta ma' komoditajiet u li l-persuna tintalab tieħu passi biex tnaqqas id-daqs tal-pożizzjoni fil-kuntratti tad-derivati.

(85)

Għandhom jingħataw setgħat espliċiti liċ-ċentri ta' negozjar u lill-awtoritajiet kompetenti biex jillimitaw il-kapaċità ta' kwalunkwe persuna jew klassi ta' persuni biex jidħlu f'kuntratt tad-derivati jew ikollhom tali kuntratti b'rabta ma' komodità , ibbażati fuq standards tekniċi determinati mill-AETS, u biex inkella jiġu mmaniġġjati l-pożizzjonijiet b'tali mod li titħeġġeġ l-integrità tas-suq għad-derivattiv u l-komodità bażika mingħajr ma tiġi limitata mingħajr bżonn il-likwidità . L-applikazzjoni ta' limitu għandha tkun possibbli kemm fil-każ ta' tranżazzjonijiet individwali u pożizzjonijiet mibni maż-żmien. Fil-każ tal-aħħar partikolarment, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li dawn il-limiti ta' pożizzjoni huma mhux diskriminatorji, spjegati b'mod ċar, iqisu l-ispeċifiċità tas-suq ikkonċernat, u huma meħtieġa biex jiżguraw l-integrità u l-funzjonament tajjeb tas-suq. Tali limiti m'għandhomx japplikaw għal pożizzjonijiet li oġġettivament inaqqsu r-riskji direttament relatati mal-attivitajiet kummerċjali fir-rigward tal-komodità. Sabiex jiġu evitati impatti mhux intenzjonati fis-swieq għall-komodità bażika mir-regolamentazzjoni tad-direttivi, huwa wkoll xieraq li tiġi ċċarata d-distinzjoni bejn spot contract u l-kuntratti futuri.

(86)

Barra mis-setgħat magħmula disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti, iċ-ċentri ta' negozjar kollha li joffru kummerċ fid-derivati tal-komoditajiet għandu jkollhom limiti xierqa u arranġamenti xierqa oħrajn għall-ġestjoni tal-pożizzjonijiet skont kemm ikun hemm bżonn biex jappoġġaw il-likwidità, jipprevjenu l-abbuż tas-suq, u jiżguraw li l-ipprezzar u l-kundizzjonijiet ta' saldu ordanati. Tali arranġamenti jistgħu jinkludu, pereżempju l-identifikazzjoni ta' konċentrazzjonijiet kbar ta' pożizzjonijiet partikolarment ftit qabel is-saldu, limiti tal-pożizzjonijiet, limiti għall-movimenti tal-prezz, l-impożizzjoni tal-likwidazzjoni jew tat-trasferiment ta' pożizzjonijiet miftuħa, is-sospensjoni tan-negozjar, l-alterazzjoni tat-termini u tal-kundizzjonijiet tl-konsenja, il-kanċellazzjoni tan-negozjar u t-talba tal-intenzjonijiet tal-konsenja. L-AETS għandha żżomm u tippubblika lista li tinkludi sommarji tat-tali miżuri kollha fis-seħħ. Il-limiti għandhom jiġu applikati b'mod konsistenti u jqisu l-karatteristiċi speċifiċi tas-suq inkwistjoni. Dawn għandhom jiġu stipulati ċarament fir-rigward ta' għal min japplikaw u kwalunkwe eżenzjoni għalihom kif ukoll għal-livelli minimi kwantitattivi rilevanti li jikkonstitwixxu l-limiti jew li jistgħu jixkattaw obbligi oħra. Minħabba l-fatt li l-ebda ċentru ta' negozjar ma jista' jkollu l-pożizzjonijiet aggregati meħuda mill-membri jew parteċipanti tiegħu fis-suq sħiħ huwa wkoll xieraq li tkun permessa l-ispeċifikazzjoni tal-kontrolli permezz ta' standards tekniċi regolatorji inkluż bil-ħsieb li jiġi evitat kwalunkwe effett diverġenti tal-limiti jew arranġamenti applikabbli għal kuntratti komparabbli fuq ċentri differenti.

(87)

Iċ-ċentri fejn ikunu nnegozjati l-iktar derivati likwidi ta' komoditajiet għandhom jippubblikaw analiżi statistika miġbura darba fil-ġimgħa tal-pożizzjonijiet meħuda minn tipi differenti ta' parteċipanti tas-suq, inkluż il-klijenti ta' dawk li mhux qed jinnegozjaw f'isimhom. Analiżi statistika komprensiva u dettaljata kemm skont it-tip kif ukoll skont l-identità tal-parteċipant tas-suq għandha tkun komunikata lill-awtorità kompetenti jekk din tkun rekwiżita, billi jitqiesu, fejn hu applikabbli, ir-rekwiżiti tar-rappurtar diġà imposti skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa (26) .

(89)

Huwa mixtieq li jkun iffaċilitat l-aċċess għall-kapital għal intrapriżi żgħar u medji u li jkun iffaċilitat l-iżvilupp ta' swieq speċjalizzati li jimmiraw li jaqdu l-ħtiġijiet ta' emittenti żgħar u medji. Dawn is-swieq li huma ġeneralment operati skont din id-Direttiva bħala MTFs huma iktar magħrufa bħala swieq tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, swieq tat-tkabbir jew swieq żgħar. Il-ħolqien fi ħdan il-kategorija MTF ta' sottokategorija ġdida ta' suq tat-tkabbir tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u r-reġistrazzjoni ta' dawn iss-swieq għandha żżid il-viżibilità u l-profil u tgħin l-iżvilupp ta' standards regolatorji pan-Ewropej komuni għal dawk is-swieq. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-mod kif tiġi pprovduta liġi futura li trawwem u tippromwovi aktar l-użu ta' dan is-suq bħala klassi ġdida ta' assi li tkun attraenti għall-investituri. Ir-regolamentazzjonijiet tas-suq tal-UE l-oħra kollha għandhom ikunu aġġornati biex inaqqsu l-piżijiet amministrattivi u jagħtu aktar inċentivi għall-elenkar tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju fis-suq tat-tkabbir tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.

(90)

Ir-rekwiżiti li japplikaw għal din il-kategorija ġdida tas-swieq jeħtieġ li jipprovdu biżżejjed flessibilità biex ikunu kapaċi jqisu l-firxa preżenti ta' mudelli ta' swieq li għamlu suċċess li jeżistu madwar l-Ewropa. Huma jeħtieġu li jsibu bilanċ tajjeb bejn il-manteniment ta' livell għoli ta' protezzjoni tal-investitur, li huwa essenzjali biex irawwem il-fiduċja tal-investitur f'emittenti fuq dawn is-swieq, filwaqt li jnaqqsu piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa għall-emittenti fuq dawk is-swieq. Huwa propost li iktar dettalji dwar ir-rekwiżiti ta' swieq tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju bħal dawk marbuta mal-kriterja għall-ammissjoni tal-kummerċ ikunu iktar preskritti f'atti delegati jew standards tekniċi.

(91)

Minħabba l-importanza li s-swieq eżistenti li qed jagħmlu suċċess ma jkunux affettwati b'mod ħażin għandha tibqa' l-għażla għall-operaturi tas-suq immirati lejn emittenti tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju biex jagħżlu li jkomplu joperaw it-tali suq skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva mingħajr ma jfittxu reġistrazzjoni bħala suq tat-tkabbir tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.

(92)

Kull tagħrif kunfidenzjali rċevut mill-punt ta' kuntatt ta' Stat Membru permezz tal-punt ta' kuntatt ta' Stat Membru ieħor m'għandux jitqies bħala purament domestiku.

(93)

Huwa meħtieġ li tittejjeb il-konverġenza tal-poteri għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti sabiex titwitta t-triq lejn intensità ekwivalenti tal-infurzar fis-suq finanzjarju integrat kollu. Sett minimu komuni tal-poteri mżewweġ ma' riżorsi adegwati għandu jiggarantixxi l-effikaċja superviżorja.

(94)

Fid-dawl tal-impatt sinifikanti u s-sehem tas-suq miksub minn MTFs varji, huwa xieraq li jkun żgurat li jkunu stabbiliti arranġamenti ta' kooperazzjoni adegwati bejn l-awtorità kompetenti tal-MTF u dik tal-ġuriżdizzjoni li fiha qed tipprovdi s-servizz l-MTF. Biex ikunu antiċipati kwalunkwe żviluppi simili, dan għandu jkun estiż għall-OTFs.

(95)

Sabiex tkun żgurata l-konformità tad-ditti tal-investiment u s-swieq regolati, dawk li jikkontrollaw effikaċement il-kummerċ tagħhom u l-membri tad-ditti tal-investiment u l-korp maniġerjali tas-swieq regolati mal-obbligi li joħorġu minn din id-Direttiva u mir-Regolament [UE) Nru …/… [MiFIR] u biex ikun żgurat li huma suġġetti għal trattament simili madwar l-Unjoni Ewropea , l-Istati Membri għandhom jintalbu biex jipprovdu sanzjonijiet amministrattivi u miżuri li huma effettivi, proporzjonati u dissważivi. Għalhekk, sanzjonijiet amministrattivi u miżuri stipulati mill-Istati Membri għandhom jissodisfaw ċerti rekwiżiti essenzjali b'rabta ma' destinatarji, kriterja li għandhom jitqiesu fl-applikazzjoni ta' sanzjoni jew miżuri, pubblikazzjoni, setgħat ewlenin ta' sanzjonar u livelli ta' sanzjonijiet amminisrattivi pekunarji.

(96)

Partikolarment, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħat li jimponu sanzjonijiet pekunarji li huma għolja biżżejjed biex jibbilanċjaw il-benefiċċji mistennija u li jkunu dissważivi anki għall-istituzzjonijiet ikbar u l-mexxejja tagħhom.

(97)

Biex tkun żgurata applikazzjoni konsistenti tas-sanzjonijiet madwar l-Istati Membri, fid-determinazzjoni tat-tip ta' sanzjonijiet amministrattivi jew miżuri u l-livell ta' sanzjonijiet amministrattivi pekunarji, l-Istati Membri għandhom ikunu rekwiżiti jiżguraw li fid-determinazzjoni tat-tip ta' sanzjonijiet amministrattivi jew miżuri u l-livell ta' sanzjonijiet amministrattivi pekunarji, l-awtoritajiet kompetenti jqisu ċ-ċirkustanzi kollha rilevanti.

(98)

Biex ikun żgurat li s-sanzjonijiet ikollhom effett diżwassiv fuq il-pubbliku ġenerali, is-sanzjonijiet għandhom normalment ikunu ppubblikati, għajr f'ċerti ċirkustanzi definiti tajjeb.

(99)

Biex ikun identifikat ksur potenzjali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikollhom is-setgħat investigatorji meħtieġa, u għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi effettivi u affidabbli biex jinkoraġġixxu r-rapportar ta' ksur potenzjali jew attwali , inkluża l-protezzjoni tal-impjegati li jirrapportaw dwar ksur fl-istituzzjoni tagħhom stess . Dawn il-mekkaniżmi għandhom ikunu bla ħsara għas-salvagwardji xierqa tal-persuni akkużati. Għandhom ikunu stabbiliti proċeduri xierqa li jiżguraw id-dritt tal-persuna rrappurtata għad-difiża u li jinstemgħu qabel l-adozzjoni ta' deċiżjoni finali li tikkonċerna lilhom kif ukoll tad-dritt li jfittxu rimedju quddiem tribunal kontra d-deċiżjoni li tikkonċerna lilhom.

(100)

Din id-Direttiva għandha tirreferi kemm għas-sanzjonijiet amministrattivi kif ukoll għall-miżuri biex tkopri l-azzjonijiet kollha applikati wara li jitwettaq ksur, u li huma intenzjonati li jipprevjenu ksur ieħor, irrespittivament mill-kwalifika tagħhom bħala sanzjoni jew bħala miżura fil-liġi nazzjonali.

(101)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għal kwalunkwe dispożizzjonijiet fid-dritt tal-Istati Membri marbuta mas-sanzjonijiet kriminali. Mingħajr preġudizzju għas-sistemi legali tal-Istati Membri, huma għandhom jiżguraw li fejn huwa allegat li membru tal-bord maniġerjali ta' ditta tal-investiment jew operatur tas-suq kiser id-dispożizzjonijiet ta' jew ikkometta offiża fi kwistjonijiet li jaqgħu fl-ambitu ta' din id-Direttiva jew tar-Regolament (UE) Nru …/ [MiFIR] huwa jista' jiġi soġġett personalment għal proċedimenti kriminali jew ċivili.

(102)

Bil-ħsieb li jiġu protetti l-klijenti u mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-klijenti li jressqu l-azzjoni tagħhom quddiem il-qrati, huwa xieraq li l-Istati Membri jiżguraw li korpi pubbliċi u privati jkunu stabbiliti bil-ħsieb li jsolvu t-tilwim barra mill-qorti, li jikkooperaw sabiex isolvu t-tilwim transfruntier, billi jqisu r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 98/257/KE tat-30 ta' Marzu 1998 dwar il-prinċipji li japplikaw għall-korpi responsabbli għas-soluzzjoni bonarja tal-kontroversji rigward it-tilwim tal-konsumaturi [titlu mhux uffiċjali] (27) u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2001/310/KE tal-4 ta' April 2001 dwar il-prinċipji għall-korpi ta' barra l-qrati li huma involuti fir-riżoluzzjoni kunsenswali tat-tilwim tal-konsumaturi (28). Meta jkunu qegħdin jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet dwar il-proċeduri tal-ilmenti u tar-riparazzjoni għas-soluzzjoni barra mill-qorti, l-Istati Membri għandhom jiġu inkoraġġiti li jużaw il-mekkaniżmi eżistenti ta' koperazzjoni li jaqsam il-fruntieri, b'mod partikolari in-Network tal-Ilmenti dwar is-Servizzi Finanzjarji (il-FIN-Net).

(103)

Kull skambju jew trasmissjoni tat-tagħrif bejn l-awtoritajiet kompetenti, awtoritajiet oħra, korpi jew persuni għandhom ikunu skont ir-regoli dwar it-trasferiment tal-informazzjoni personali lil pajjiżi terzi kif stabilit fid-Direttiva 95/46/KE. Kwalunkwe skambju jew trażmissjoni tad-dejta personali min-naħa tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (l-AETS) ma' pajjiżi terzi għandu jsir skont ir-regoli dwar it-trasferiment tad-dejta personali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

(104)

Huwa meħtieġ li jiġu rrinfurzati d-dispożizzjonijiet dwar l-iskambju tat-tagħrif bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u li jiġu msaħħa d-dmirijiet tal-assistenza u l-kooperazzjoni li għandhom jagħtu lil xulxin. Minħabba l-attività transfruntiera li qiegħda dejjem tiżdied, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lil xulxin it-tagħrif rilevanti sabiex jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom, sabiex jiżguraw l-infurzar effettiv ta' din id-Direttiva, inkluż f'sitwazzjonijiet meta l-kontravenzjonijiet jew il-kontravenzjonijiet issuspettati jistgħu jkunu ta' tħassib għall-awtoritajiet f'żewġ Stati Membri jew iktar. Fl-iskambju tat-tagħrif, hija meħtieġa segretezza stretta professjonali sabiex jiġu żgurati t-trażmissjoni bla xkiel ta' dan it-tagħrif u l-protezzjoni ta' drittijiet partikulari.

2.

(106)

Is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tad-dettalji li jikkonċernaw eżenzjonijiet, l-ispeċifikazzjoni ta' ċerti definizzjonijiet , il-kriterji għall-valutazzjoni tal-akkwisti proposti tad-ditta tal-investiment, ir-rekwiżiti organizzazzjonali għad-ditti tal-investiment, l-immaniġġjar tal-kunflitti ta' interess, il-qadi ta' obbligi kummerċjali fil-provvista ta' servizzi finanzjarji, l-eżekuzzjoni ta' ordnijiet fl-iktar termini favorevoli għall-klijent, l-ittrattar tal-ordnijiet tal-klijent, it-tranżazzjonijiet mal-kontropartijiet eliġibbli, is-swieq tat-tkabbir tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, il-kundizzjonijiet għall-valutazzjoni tal-kapital inizjali tal-istituzzjonijiet finanzjarji ta' pajjiżi terzi, il-miżuri li jikkonċernaw ir-resiljenza tas-sistema, is-salvaviti u n-negozjar elettroniku, l-ammissjoni ta' strumenti finanzjarji għan-negozjar, is-sospensjoni u t-tneħħija ta' strumenti finanzjarji min-negozjar, il-livelli limitu għar-rapportar tal-pożizzjonijiet miżmuma minn kategoriji ta' negozjanti, il-kjarifika ta' x'jikkostitwixxi bażi kummerċjali raġonevoli għal APA biex tiġi ppubblikata l-informazzjoni, għas-CTPs biex jipprovdu l-aċċess għal data streams u għal mekkaniżmu ta' rapportar approvat (ARM) biex tiġi rrapportata l-informazzjoni, il-kjarifika tad-dettalji tal-obbligu ta' informazzjoni dwar CTP, il-kooperazzjoni bejn l-obbligu ta' informazzjoni dwar CTP, u l-awtoritajiet kompetenti. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, fil-preparazzjoni u t-tfassil tal-atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u adegwata tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(107)

Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat għandhom jirrigwardaw l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-ekwivalenza effettiva fir-rigward ta' oqfsa legali u ta' superviżjoni ta' pajjiżi terzi għall-forniment ta' servizzi minn ditti minn pajjiżi terzi u dawn għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (29).

(108)

L-istandards tekniċi fis-servizzi finanzjarji għandhom jiżguraw armonizzazzjoni konsistenti u protezzjoni adegwata tad-depożitanti, l-investituri u l-konsumaturi fl-Unjoni Ewropea kollha. Bħala korp b'kompetenza esperta speċjalizzata għolja, ikun effiċjenti u xieraq li l-AETS tiġi fdata bl-elaborazzjoni tal-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji u implimentattivi li ma jkunux jinvolvu għażliet ta' politika, biex jitressqu lill-Kummissjoni. Biex tkun żgurata protezzjoni koerenti ta' investituri u konsumaturi fis-setturi kollha tas-servizzi finanzjarji, l-AETS, sal-punt possibbli, għandha tiżvolġi l-kompiti tagħha billi tikkoopera mill-qrib maż-żewġ Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħra fil-qafas tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej.

(109)

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-AETS li jispeċifikaw il-kriterji biex jiġi stabbilit jekk attività hiex anċillari għall-attività kummerċjali ewlenija, skont l-Artikolu 7 rigward il-proċeduri għall-għoti u r-rifjut ta' talbiet għall-awtorizzazzjoni ta' ditti tal-investiment, skont l-Artikoli 9 u 48 rigward ir-rekwiżiti għall-korpi maniġerjali, skont l-Artikolu 12 rigward l-akkwiżizzjoni ta' parteċipazzjonijiet kwalifikattivi, skont l-Artikolu 27 rigward l-obbligu li jiġu eżegwiti ordnijiet fuq patti l-aktar favorevoli għall-klijenti, skont l-Artikoli 34 u 54 rigward il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni, skont l-Artikolu 36 rigward il-libertà li jitforġdid is-servizzi u l-attivitajiet tal-investiment, skont l-Artikolu 37 rigward l-istabbiliment ta' fergħa, skont l-Artikolu 44 rigward il-forniment ta' servizzi minn ditti ta' pajjiżi terzi, rigward il-limiti fuq in-numru ta' kuntratti ta' ċerti derivati ta' komodità u li jispeċifika ulterjorment il-kontrolli tal-pożizzjoni applikabbli għal derivati oħra ta' komodità, rigward proċeduri għall-għoti u r-rifjut ta' talbiet għall-awtorizzazzjoni tal-fornituri tas-servizzi tar-rapportar tad-dejta, ▐ rigward ir-rekwiżiti organizzazzjonali għall-APAs u CTPs u ▐ rigward il-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti. Il-Kummissjoni għandha tadotta dawk l-istandards tekniċi regolatorji permezz ta' atti ddelegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE u skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 .

(110)

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi żviluppati mill-AETS rigward il-proċeduri għall-għoti u r-rifjut ta' talbiet għall-awtorizzazzjoni ta' ditti tal-investiment, rigward l-akkwist ta' parteċipazzjonijiet kwalifikattivi, rigward il-proċess tan-negozjar għall-finalizzazzjoni tat-tranżazzjonjiet fl-MTF u l-OTF, rigward is-sospensjoni jew it-tneħħija ta' strumenti min-negozjar, rigward il-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi u l-attivitajiet tal-investiment, rigward l-istabbiliment ta' fergħa, rigward il-forniment ta' servizzi minn ditti ta' pajjiżi terzi, rigward ir-rapportar tal-pożizzjonijiet minn kategoriji ta' negozjanti, rigward is-sottomissjoni ta' informazjzoni lill-AETS, rigward l-obbligu ta' kooperazzjoni, rigward il-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti, rigward l-iskambju tal-informazzjoni u rigward il-konsultazzjoni qabel l-awtorizzazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta dawk l-istandards tekniċi implimentattivi permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-TFUE u skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

(111)

Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta l-funzjonament ta' faċilitajiet organizzati ta' negozjar, il-funzjonament tas-sistema għas-swieq tat-tkabbir tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, l-impatt tar-rekwiżiti li jirrigwardjaw negozjar awtomatizzat u ta' frekwenza għolja, l-esperjenza bil-mekkaniżmu għall-projbizzjoni ta' ċerti prodotti jew prattiċi u l-impatt tal-miżuri li jirrigwardjaw swieq ta' derivati ta' komoditajiet.

(112)

L-għan li jinħoloq suq finanzjarju integrat, li fih l-investituri jiġu protetti b'mod effettiv u li fih jiġu ssalvagwardjati l-effikaċja u l-integrità tas-suq ġenerali, jeħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti regolatorji komuni li jkollhom x'jaqsmu mad-ditti tal-investiment kulfejn dawn ikunu awtorizzati fl-Unjoni Ewropea u li jirregolaw il-funzjonament tas-swieq regolati u ta' sistemi oħra tal-kummerċ sabiex l-opaċità jew id-diżordni f'suq jiġu pprevenuti milli jimminaw l-operat effiċjenti tas-sistema finanzjarja Ewropea kollha. Ġaladarba dan il-għan jista' jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif iddikjarat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif iddikjarat f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dan il-għan.

(113)

L-istabbiliment ta' consolidated tape għall-istrumenti nonazzjonarji jitqies aktar diffiċli biex jiġi implimentat mill-consolidated tape għall-istrumenti azzjonarji u l-fornituri potenzjali għandhom ikunu kapaċi li jiksbu esperjenza dwar dan tal-aħħar qabel jippruvaw jibnu l-oħra. Sabiex jiġi ffaċilitat l-istabbiliment xieraq tal-consolidated tape għall-istrumenti finanzjarji nonazzjonarji, huwa għalhekk xieraq li jkun hemm dispożizzjoni għal data estiża għall-applikazzjoni tal-miżuri nazzjonali li jittrasponu d-dispożizzjonijiet rilevanti. Madankollu, huwa xieraq li tiġi prevista issa soluzzjoni pubblika li trid tiġi żviluppata jekk is-soluzzjoni kummerċjali ma twassalx għall-għoti fil-ħin ta' consolidated tape effettiv u komprensiv.

(113a)

Sabiex jiġi żviluppat aktar il-qafas tal-Unjoni li jirregola t-titoli, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta għal regolament dwar il-liġi tat-titoli li jispeċifika b'mod ulterjuri d-definizzjoni ta' kustodja u amministrazzjoni tal-istrumenti finanzjarji, u għandha wkoll, flimkien mal-AETS, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, tħeġġeġ il-ħidma fuq l-istandardizzazzjoni ta' identifikaturi u messaġġi sabiex tkun permessa analiżi tat-tranżazzjoni f'ħin kważi reali u l-identifikazzjoni ta' strutturi ta' prodotti kumplessi, bħal dawk li fihom derivati jew riakkwist.

(114)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari id-dritt tal-protezzjoni tad-dejta personali, il-libertà tat-twettiq ta' negozju, id-dritt tal-protezzjoni tal-konsumatur, id-dritt għal rimedju effikaċi u għal proċess ġust, id-dritt li ma tkunx prosegwit u penalizzat darbtejn għall-istess ksur u għandha tiġi implimentata skont dawk id-drittijiet u prinċipji.

(114a)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

IT-TITOLU I

DEFINIZZJONIJIET U KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għad-ditti tal-investiment, is-swieq regolati, il-fornituri tas-servizzi ta' rappurtar tad-dejta u d-ditti ta' pajjiż terz li jipprovdu servizzi jew attivitajiet tal-investiment fl-Unjoni Ewropea .

2.   Din id-Direttiva tistabbilixxi rekwiżiti b'rabta ma' li ġej:

(a)

awtorizzazzjoni u kundizzjonijiet operatorji għad-ditti tal-investiment;

(b)

forniment ta' servizzi jew ativitajiet ta' investiment minn ditti ta' pajjiż terz bl-istabiliment ta' fergħa;

(c)

awtorizzazzjoni u operat tas-swieq regolati;

(d)

awtorizzazzjoni u operat tal-fornituri tas-servizz ta' rapportar tad-dejta; u

(e)

superviżjoni, kooperazzjoni u infurzar mill-awtoritajiet kompetenti.

3.   Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għall-istituzzjonijiet ta' kreditu awtorizzati skont id-Direttiva 2006/48/KE, meta jipprovdu servizz wieħed ta' investiment jew iktar u/jew iwettqu attivitajiet ta' investiment u għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti ta' investiment meta jkunu qed ibiegħu depożiti lill-klijenti minbarra dawk b'rata ta' redditu li hija stabbilita skont rata tal-interess jew ikunu qed jagħtuhom pariri dwarhom (depożiti strutturati).

3a.     Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll għall-intrapriżi tal-assigurazzjoni u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni, inklużi intermedjarji ta' assigurazzjoni marbuta, awtorizzati jew irreġistrati skont, rispettivament, id-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (30), id-Direttiva 2002/92/KE jew id-Direttiva 2009/138/KE, meta jbiegħu jew jagħtu pariri lill-klijenti fir-rigward ta' investimenti bbażati fuq l-assigurazzjoni:

l-Artikolu 16(3);

l-Artikoli 23 sa 26; u

L-Artikoli 69 sa 80 u 83 sa 91, fejn huwa neċessarju, għall-finijiet li jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti li jagħtu effett lill-artikoli msemmija fl-ewwel u t-tieni inċiż fir-rigward tal-investimenti bbażati fuq l-assigurazzjoni.

Artikolu 2

L-eżenzjonijiet

1.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal:

(a)

l-intrapriżi tal-assigurazzjoni jew l-intrapriżi li jwettqu attivitajiet tal-assigurazzjoni mill-ġdid jew tar-retroċessjoni msemmija fid-Direttiva 2009/138/KE, mingħajr ħsara għall-Artikolu 1(3a) ;

(b)

il-persuni li jipprovdu servizzi ta' investiment b'mod esklużiv għall-intrapriżi prinċipali tagħhom, għas-sussidjarji tagħhom jew għal sussidjarji oħra tal-intrapriżi prinċipali tagħhom;

(c)

il-persuni li jipprovdu servizz ta' investiment meta dan is-servizz jiġi pprovdut f'manjiera inċidentali fil-kors ta' attività professjonali u li din l-attività tkun irregolata mid-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji ▐;

(d)

il-persuni li ma jipprovdu l-ebda servizzi ta' investiment għajr in-negozjar f'isimhom stess, għajr jekk

(i)

ikunu ġeneraturi tas-suq;

(ii)

ikunu membri jew parteċipanti f'suq regolat jew f'MTF jew ikollhom aċċess tas-suq dirett għal ċentru ta' negozjar ;

(iia)

ikunu involuti f'negozjar algoritmiku;

(iib)

minħabba li l-iskala tal-attivitajiet tan-negozjar tagħhom hija meqjusa li għandha preżenza tas-suq sinifikanti mill-awtorità kompetenti; jew

(iii)

ikunu jinnegozjaw f'isimhom stess meta jwettqu l-ordnijiet tal-klijenti;

Il-persuni li huma eżentati skont il-punt (i) m'għandhomx bżonn li jissodisfaw ukoll il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-punt sabiex ikunu eżentati.

Din l-eżenzjoni tapplika għall-persuni li, meta jinnegozjaw dwar il-kwoti tal-emissjonijiet, ma jipprovdu l-ebda servizz jew attività ta' investiment għajr negozju f'isimhom stess u li ma jeżegwixxux l-ordnijiet tal-klijenti, u li għandhom jew joperaw direttament l-installazzjonijiet soġġetti għad-Direttiva 2003/87/KE;

(e)

il-persuni li jipprovdu servizzi ta' investiment li jikkonsistu b'mod esklużiv fl-amministrazzjoni ta' skemi tal-parteċipazzjoni tal-impjegati;

(f)

il-persuni li jipprovdu servizzi ta' investiment li jinvolvu biss kemm l-amministrazzjoni ta' skemi tal-parteċipazzjoni tal-impjegati kif ukoll il-provvediment ta' servizzi b'mod esklużiv għall-intrapriżi prinċipali tagħhom, għas-sussidjarji tagħhom jew għal sussidjarji oħra tal-intrapriżi prinċipali tagħhom;

(g)

il-membri tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u korpi oħra nazzjonali li jwettqu funzjonijiet simili fl-Unjoni Ewropea , korpi pubbliċi oħra inkarigati mill-ġestjoni tad-dejn pubbliku jew li jintervjenu fiha fl-Unjoni Ewropea u korpi internazzjonali li fihom huma membri tliet Stati Membri jew aktar u li huma inkarigati mill-ġestjoni tad-dejn pubbliku jew li jintervjenu fiha ;

(h)

l-intrapriżi ta' investimenti kollettiv u l-fondi tal-pensjonijiet, sewwa jekk ikkoordinati fil-livell tal-Unjoni Ewropea u sewwa jekk le, u d-depożitarji u l-amministraturi ta' dawn l-intrapriżi;

(i)

il-persuni:

(i)

li jinnegozjaw fl-istrumenti finanzjarji f'isimhom stess, minbarra l-persuni li jinnegozjaw għal rashom meta jwettqu l-ordnijiet tal-klijenti ▐,

(ii)

li jipprovdu servizzi ta' investiment barra dawk li jinnegozjaw f'isimhom stess, esklussivament għall-intrapriżi prinċipali tagħhom, għas-sussidjarji tagħhom jew għal sussidjarji oħra tal-intrapriżi prinċipali tagħhom, jew

(iii)

li jipprovdu servizzi, barra in-negozjar f'isimhom stess, f'derivati tal-komoditajiet jew f'kuntratti tad-derivati inklużi fit-Taqsima C punt (10) tal-Anness I jew fil-kwoti tal-emissjonijiet jew fid-derivati tagħhom lill-klijenti tal-attività kummerċjali ewlenija taħhom,

sakemm, fil-każijiet kollha:

sakemm, fil-każijiet kollha, din tkun anċillari għall-attività kummerċjali ewlenija tagħhom, meta kkunsidrata fuq il-bażi ta' grupp konsolidat jew mhux konsolidat , u sakemm din l-attività kummerċjali ewlenija ma tkunx il-provvediment ta' servizzi ta' investiment fit-tifsira ta' din id-Direttiva jew ta' servizzi bankarji skont id-Direttiva 2006/48/KE jew li taġixxi bħala ġeneratur tas-suq fir-rigward tad-derivati ta' komodità ;

jirrapportaw kull sena lill-awtorità kompetenti rilevanti l-bażi li fuqha jikkunsidraw li l-attività tagħhom taħt il-punti (i), (ii) u (iii) hi anċillari għall-attività kummerċjali ewlenija tagħhom ;

(j)

il-persuni li jipprovdu pariri dwar l-investiment huma u jipprovdu attività professjonali oħra mhux koperta b'din id-Direttiva, sakemm il-provvediment ta' dawn il-pariri ma jkunx imħallas b'mod speċifiku;

(l)

l-assoċjazzjonijiet stabbiliti bil-fondi Daniżi u Finlandiżi tal-pensjonijiet bil-għan waħdieni li jimmaniġġaw l-assi tal-fondi tal-pensjonijiet li huma membri ta' dawn l-assoċjazzjonijiet;

(m)

l-"agenti di cambio" li l-attivitajiet u l-funzjonijiet tagħhom huma rregolati bl-Artikolu 201 tad-Digriet Leġislattiv Taljan Nru 58 tal-24 ta' Far 1998;

(n)

l-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni kif iddefinit fl-Atikolu 2(4) tad-Direttiva 2009/72/KE jew l-Artikolu 2(4) tad-Direttiva 2009/73/KE meta jwettqu l-kompiti tagħhom skont dawk id-Direttivi jew ir-Regolament (KE) 714/2009 jew ir-Regolament (KE) 715/2009 jew kodiċijiet tan-netwerk jew linji gwida adottati skont dawk ir-Regolamenti.

2.   Id-drittijiet mogħtija minn din id-Direttiva ma għandhomx jestendu għall-forniment tas-servizzi bħala kontropartijiet fit-tranżazzjonijiet imwettqa mill-korpi pubbliċi li jittrattaw id-dejn pubbliku jew mill-membri tas-SEBĊ li jwettqu l-kompiti tagħhom kif ipprovdut fit-TFUE u fl-Istatut tas-SEBĊ u tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jew li jwettqu funzjonijiet ekwivalenti skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 94 dwar miżuri rigward l-eżenzjoni stabbilita fil-paragrafu 1(c) biex jiġi ċċarat meta attività tiġi pprovvduta f'manjiera inċidentali.

3a.     L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kriterji għad-determinazzjoni ta' jekk attività hix anċillari għall-attività kummerċjali ewlenija waqt li tqis tal-anqas l-elementi li ġejjin:

(a)

il-punt sa fejn jista' jitkejjel oġġettivament jekk l-attività hix qed tnaqqas ir-riskji direttament relatati mal-attività kummerċjali jew l-attività ta' finanzjament erarju;

(b)

il-ħtieġa li l-attivitajiet anċillari jikkostitwixxu minoranza tal-attivitajiet fil-livell tal-grupp u fil-livell ta' entità sakemm is-servizzi ma jingħatawx biss lill-membri l-oħra tal-istess grupp;

(c)

id-daqs tal-attività relattiva mal-attivitajiet ewlenin u s-sinifikanza tal-attività fis-swieq rilevanti;

(d)

ix-xewqa li r-riskji ta' kreditu netti jiġu limitati għal livelli mhux rilevanti mil-lat sistemiku;

(e)

l-iskala ta' riskju tas-suq assoċjat mal-attività relatata mar-riskju tas-suq li jirriżulta mill-attività kummerċjali ewlenija;

(f)

ir-relevanza sistemika tas-somma tal-pożizzjonijiet u skoperturi netti ta' kontroparti mhux finanzjarja kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (31).

L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa […] (32).

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu bi qbil mal-Artikoli minn 10 sa14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 3

Eżenzjonijiet fakultattivi

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma japplikawx din id-Direttiva rigward kull persuna li għaliha huma l-Istat Membru tad-domiċilju, sakemm l-attivitajiet ta' dawn il-persuni jkunu awtorizzati u rregolati fil-livell nazzjonali, fejn dawn il-persuni:

(a)

ma jkollhomx il-permess li jżommu l-fondi jew it-titoli tal-klijenti u li għal din ir-raġuni ma jitħallew fl-ebda ħin li jqiegħdu lilhom infushom f'debitu mal-klijenti tagħhom;

(b)

ma jkollhom l-ebda permess li jipprovdu xi servizz ta' investiment għajr li jagħtu pariri dwar l-investiment, kemm jekk jirċievu u jittrażmettu l-ordnijiet fit-titoli trasferibbli u l-unitajiet fl-intrapriżi għall-investiment kollettiv u kemm jekk le, u r-riċeviment u t-trażmissjoni ta' ordnijiet fit-titoli trasferibbli u l-unitajiet fl-intrapriżi għall-investiment kollettiv fuq l-inizjattiva tal-klijent ; u

(c)

fil-perkors tal-forniment tas-servizz, jitħallaw jittrażmettu ordnijiet biss lil:

(i)

id-ditti tal-investiment awtorizzati skont din id-Direttiva;

(ii)

l-istituzzjonijiet ta' kreditu awtorizzati skont id-Direttiva 2006/48/KE;

(iii)

il-friegħi tad-ditti tal-investiment jew tal-istituzzjonijiet ta' kreditu li jkunu awtorizzati f'pajjiż terz u li jkunu suġġetti għar-regoli prudenzjali ikkunsidrati mill-awtoritajiet kompetenti bħala regoli stretti mill-inqas daqs dawk stabbiliti f'din id-Direttiva, fid-Direttiva 2006/48/KE jew fid-Direttiva 2006/49/KE u li jkunu jikkonformaw magħhom;

(iv)

l-intrapriżi għall-investiment kollettiv awtorizzati bil-liġijiet ta' Stat Membru li jqiegħdu unitajiet fis-suq għall-pubbliku u għall-amministraturi ta' dawn l-intrapriżi;

(v)

il-kumpanniji tal-investiment b'kapital fiss, kif iddefiniti fl-Artikolu 15(4) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE tat-13 ta' Diċembru 1976 dwar il-kordinament tas-salvagwardji li, għall-protezzjzoni tal-interessi tal-membri u ta' oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri tal-kumpanniji fit-tifsira tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 58 tat-Trattat, rigward il-formazzjoni ta' kumpannijii pubbliċi b'lijabbiltajiet limitati u ż-żamma u l-bdil tal-kapital tagħhom, bil-ħsieb li jagħmlu dawn it-titoli ekwivalenti (33), li t-titoli tagħhom tas-sigurtà huma elenkati jew ikkummerċjati f'suq irregolat fi Stat Membru;

1a.    Ir-reġimi tal-Istati Membri għandhom jissottomettu l-persuni msemmija fil-paragrafu 1 għal rekwiżiti li jkunu tal-inqas analogi għar-rekwiżiti li ġejjin skont din id-Direttiva, filwaqt li jitqiesu d-daqs, il-profil tar-riskju u n-natura legali tagħhom :

(a)

il-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-awtorizzazzjoni u għas-superviżjoni kontinwa kif stabbiliti fl-Artikolu 5(1) u (3) u fl-Artikoli 7, 8, 9, 10, 21, 22 u 23 u l-miżuri implimentattivi rispettivi adottati mill-Kummissjoni permezz ta' atti delegati b'konformità mal-Artikolu 94 ;

(b)

l-obbligi tal-kondotta tal-operat kif stabbiliti fl-Artikolu 24(1), (2), (3) u (5) u fl-Artikolu 25(1), (4) u (5) u fil-miżuri rispettivi ta' implimentazzjoni mogħtija fid-Direttiva 2006/73/KE.

(c)

rekwiżiti organizzattivi kif stabbilit fl-Artikolu 16(3) u l-atti delegati adottati mill-Kummissjoni b'konformità mal-Artikolu 94.

1b.    L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-persuni li ma jidħlux fl-ambitu ta' din id-Drettiva skont il-paragrafu 1 ikunu koperti bi skema ta' kumpens għall-investitur li tkun rikonoxxuta skont id-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Marzu 1997 dwar skemi ta' kumpens għall-investitur (34) jew b'sistema li tiżgura l-istess protezzjoni għall-klijenti tagħhom. L-Istati Membri jistgħu jippermettu assigurazzjoni ta' kumpens professjonali bħala kopertura alternattiva, fejn dan ikun xieraq u proporzjonat fid-dawl tad-daqs, il-profil tar-riskju u n-natura legali tal-persuni esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva skont il-paragrafu 1. L-Istati Membri jiżguraw li persuni li huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva taħt paragrafu 1 u li qed ibiegħu strumenti finanzjarji lil klijenti mhux professjonali jew li qed jipprovdu konsulenza tal-investiment jew immaniġġjar ta' portafolli għal klijenti mhux professjonali, iridu jobdu r-regoli għall-protezzjoni tal-investitur li huma ekwivalenti għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16(6) u (7) u l-Artikoli 24 u 25.

2.   Il-Persuni esklużi mill-iskop ta' din id-Direttiva skont il-paragrafu 1 ma jibbenefikawx mil-libertà li jipprovdu servizzi u/jew attivitajiet jew li jistabilixxu friegħi kif ipprovvdut fl-Artikoli 36 u 37 rispettivament.

3.   L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni u lill-AETS jekk ikunux qed jużaw l-għażla mogħtija f'dan l-Artikolu u għandhom jiżguraw li kull awtorizzazzjoni li tingħata skont il-paragrafu 1 issemmi li din ingħatat skont dan l-Artikolu.

4.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-AETS id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jixbhu r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva mniżżlin fil-paragrafu 1.

Artikolu 4

Id-Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, id-definizzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 2 tar-Regolamenti (UE) Nru …/… [MiFIR] għandhom japplikaw għal din id-Direttiva.

2.   Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

"servizzi u attivitajiet ta' investiment" ifissru kull waħda mis-servizzi u l-attivitjiet elenkati fit-Taqsima A tal-Anness I li għandhom x'jaqsmu ma' kull wieħed mill-istrumenti elenkati fit-Taqsima Ċ tal-Anness I;

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 94, b'miżuri li jispeċifikaw:

il-kuntratti tad-derivati msemmija fit-Taqsima Ċ punt 7 tal-Anness I li jkollhom il-karatteristiċi ta' strumenti finanzjarji oħra derivati, filwaqt li tqis, fost ħwejjeġ oħra, jekk l-ikklerjar u s-saldu tagħhom isirux permezz ta' ċentri tal-ikklerjar rikonoxxuti jew le jew jekk humiex suġġetti għal appelli regolari għall-manutenzjoni tal-marġini jew le;

il-kuntratti tad-derivati msemmija fit-Taqsima Ċ punt 10 tal-Anness I li jkollhom il-karatteristiċi ta' strumenti finanzjarji oħra derivati, filwaqt li tqis, fost ħwejjeġ oħra, jekk dawn jiġux ikkummerċjati f'suq regolat jew f'MTF jew le, jekk l-ikklerjar u s-saldu tagħhom isirux permezz ta' ċentri tal-ikklerjar rikonoxxuti jew le jew jekk humiex suġġetti għal appelli regolari għall-manutenzjoni tal-marġini jew le;

(2)

"servizzi anċillari" jfissru kull wieħed mis-servizzi elenkati fit-Taqsima B tal-Anness I;

(3)

"parir(i) dwar l-investiment(i)" ifissru l-provvediment ta' rakkommandazzjonijiet personali lill-klijent, jew fuq it-talba tiegħu jew fuq l-inizjattiva tad-ditta tal-investiment, rigward tranżazzjoni jew iktar li jkollhom x'jaqsmu mal-istrumenti finanzjarji;

(4)

"it-twettiq tal-ordnijiet f'isem il-klijenti" ifisser ħidma sabiex jiġu konklużi ftehimijiet għax-xiri jew għall-bejgħ ta' strument finanzjarju jew iktar f'isem klijenti; It-twettiq tal-ordnijiet jinkludi l-konklużjoni ta' ftehimiet sabiex jinbiegħu strumenti finanzjarji maħruġa minn istituzzjoni ta' kreditu jew minn ditta tal-investiment hekk kif jinħarġu;

(5)

"in-negozjar akkont tagħhom infushom" ifisser in-negozjar fuq il-kapital proprjetarju li jirriżulta fil-konklużjoni tat-tranżazzjonijiet fi strument finanzjarju jew iktar;

(6)

"ġeneratur tas-suq" ifisser persuna li żżomm lilha nfisha fis-swieq finanzjarji fuq bażi kontinwu bħala lesta li tinnegozja akkont tagħha nfisha billi tixtri u tbigħ strumenti finanzjarji fuq il-kapital proprjetarju tagħha ▐;

(7)

"immaniġġjar tal-portafoll" tfisser l-immaniġġjar tal-portafolli skont il-mandati mogħtija mill-klijenti fuq bażi diskrezzjonali, klijent bi klijent, meta dawn il-portafolli jinkludu strument finanzjarju jew iktar;

(8)

"klijent" ifisser kull persuna fiżika jew ġuridika li lilha ditta tal-investiment tipprovdilha servizzi tal-investiment jew servizzi anċillari;

(9)

"klijent professjonali" ifisser klijent li jissodisfa l-kriterji stabiliti fl-Anness II;

(10)

"klijent konsumatur" ifisser klijent li mhux klijent professjonali;

(11)

"suq tat-tkabbir tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju" tfisser MTF li hija reġistrata bħala suq tat-tkabbir tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju skont l-Artikolu 35;

(12)

"intrapriża żgħira u ta' daqs medju" tfisser kumpanija li għandha medja ta' kapitalizzazzjoni tas-suq ta' inqas minn EUR 200 000 000 ;

(13)

"ordni tal-limitu" ifisser ordni sabiex jinxtara jew jinbigħ strument finanzjarju fil-limitu speċifikat tal-prezz tiegħu jew aħjar jew għal daqs speċifikat;

(14)

"strument finanzjarju" ifisser dawk l-istrumenti speċifikati fit-Taqsima Ċ tal-Anness I;

(15)

"strumenti tas-suq tal-flus" ifissru dawk il-klassijiet ta' strumenti li jiġu normalment ikkummerċjati fis-suq tal-flus, bħalma huma l-kambjali tat-teżor, iċ-ċertifikati tad-depożitu u studji kummerċjali u strumenti li jeskludu l-ħlas;

(16)

"Stat Membru tal-post" ifisser:

(a)

fil-każ tad-ditti tal-investiment:

(i)

jekk id-ditta tal-investiment hija persuna fiżika, l-Istat Membru li fih ikun jinsab l-uffiċċju prinċipali tagħha;

(ii)

jekk id-ditta tal-investiment hija persuna ġuridika, l-Istat Membru li fih ikun jinsab l-uffiċċju rreġistrat tagħha;

(iii)

jekk id-ditta tal-investiment ma jkollha l-ebda uffiċċju rreġistrat taħt il-liġijiet nazzjonali tagħha, l-Istat Membru li fih ikun jinsab l-uffiċċju prinċipali tagħha;

(b)

fil-każ ta' suq regolat, l-Istat Membru li fih ikun irreġistrat is-suq regolat jew, jekk taħt il-liġijiet ta' dan l-Istat Membru ma jkollu l-ebda uffiċċju rreġistrat, l-Istat Membru li fih ikun jinsab l-uffiċċju prinċipali tas-suq regolat;

(17)

"Stat Membru ospitanti" ifisser l-Istat Membru, għajr l-Istat Membru domiċiljari, li fih ditta tal-investiment ikollha fergħa jew twettaq servizzi u/jew attivitajiet jew l-Istat Membru li fih suq regolat jipprovdi l-arranġamenti approprjati sabiex jiffaċilita l-aċċess għall-kummerċ fis-sistema tiegħu mill-membri remoti jew mill-parteċipanti stabiliti f'dan l-istess Stat Membru;

(18)

"awtorità kompetenti" tfisser l-awtorità nnominata minn kull wieħed mill-Istati Membri skont l-Artikolu 69 , għajr jekk ikun speċifikat xort'oħra f'din id-Direttiva;

(19)

"istituzzjonijiet ta' kreditu"' tfisser istituzzjonijiet ta' kreditu kif definit fid-Direttiva 2006/48/KE;

(20)

"kumpanija tal-ġestjoni tal-UCITS" tfisser kumpanija tal-ġestjoni kif iddefinita fid-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-intrapriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (35);

(21)

"aġent marbut" ifisser persuna fiżika jew ġuridika li, taħt ir-responsabbiltà sħiħa u inkondizzjonata ta' ditta waħda biss tal-investiment li f'isimha tkun qed taġixxi, tippromwovi servizzi tal-investiment u/jew servizzi anċillari lill-klijenti u lill-klijenti prospettivi, tirċievi u tittrażmetti struzzjonijiet jew ordnijiet mill-klijent rigward is-servizzi tal-investiment jew l-istrumenti finanzjarji, tqiegħed l-istrumenti finanzjarji jew tipprovdi pariri lill-klijenti jew lill-klijenti prospettivi rigward dawn l-istrumenti u s-servizzi finanzjarji;

(22)

"fergħa" tfisser ċentru ta' negozjar għajr l-uffiċċju prinċipali li jagħmel parti minn ditta tal-investiment, li ma għandux personalità legali u li jipprovdi servizzi u/jew attivitajiet tal-investiment u li jista' wkoll iwettaq servizzi anċillari li għalihom tkun ġiet awtorizzata d-ditta tal-investiment; iċ-ċentrikollha tal-kummerċ li ditta tal-investiment li jkollha l-kwartieri ġenerali fi Stat Membru ieħor tistabbilixxi fl-istess Stat Membru għandhom jitqiesu bħala fergħa waħda;

(23)

"parteċipazzjoni kwalifikata" tfisser kwalunkwe parteċipazzjoni diretta jew indiretta f'ditta tal-investiment li tirrappreżenta 10 % jew iżjed tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot, kif stabbilit fl-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat (36), filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet dwar l-aggregazzjoni tagħhom kif stabbilit fl-Artikolu 12(4) u (5) ta' dik id-Direttiva, jew li tagħmiha possibbli li tiġi eżerċitata influwenza sinifikanti fuq il-maniġment tad-ditta tal-investiment li fiha teżisti dik il-parteċipazzjoni;

(24)

"intrapriża prinċipali" tfisser intrapriża prinċipali kif iddefinita fl-Artikoli 1 u 2 tas-Seba' Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta' Ġunju 1983 dwar il-kontijiet ikkonsolidati (37);

(25)

"sussidjarja" tfisser intrapriża sussidjarja kif definita fl-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 83/349/KEE, inkluż kwalunkwe sussidjarja ta' intrapriża sussidjarja ta' intrapriża prinċipali li hi l-kap ta' tali intrapriżi;

(26)

"konnessjonijiet mill-qrib" tfisser sitwazzjoni li fiha żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi huma konnessi permezz ta':

(a)

"bil-parteċipazzjoni" li tfisser il-pussess, dirett jew permezz tal-kontroll, ta' 20 % jew iktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital ta' intrapriża;

(b)

"bil-kontroll" li jfisser ir-relazzjoni bejn intrapriża prinċipali u sussidjarja fil-każijiet kollha msemmija fl-Artikolu 1(1) u (2) tad-Direttiva 83/349/KEE, jew relazzjoni simili bejn kull persuna fiżika jew ġuridika u intrapriża, b'kull intrapriża sussidjarja ta' intrapriża sussidjarja tiġi kkunsidrata wkoll bħala sussidjarja tal-intrapriża prinċipali li tkun il-kap ta' dawk l-intrapriżi;

(c)

b'sitwazzjoni li fiha huma jkunu marbuta b'mod permanenti mal-istess persuna b'relazzjoni ta' kontroll;

(27)

"korp maniġerjali" tfisser il-korp maniġerjali ta' ditta jew fornitur ta' servizzi ta' data , li jinkludi l-funzjonijiet superviżorji u maniġerjali, li għandu l-awtorità finali tat-teħid tad-deċiżjonijiet u li għandu s-setgħa li jfassal l-istrateġija, l-għanijiet u d-direzzjoni ġenerali tad-ditta jew tal-fornitur ta' servizzi ta' data . Il-korp maniġerjali għandu jinkludi persuni li effettivament jidderieġu l-operat tad-ditta;

(28)

"korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu" tfisser il-korp maniġerjali li jaġixxi fil-funzjoni superviżorja tiegħu ta' sorveljanza u monitoraġġ tat-teħid tad-deċiżjonijiet maniġerjali;

(29)

"maniġment superjuri" tfisser l-individwi li jeżerċitaw funzjonijiet eżekuttivi f'ditta u li huma responsabbli u jridu jagħtu rendikont għall-immanġġar ta' kuljum tad-ditta, inkluż l-implimentazzjoni tal-linji ta' politika li jikkonċernaw id-distribuzzjoni tas-servizzi u tal-prodotti lill-klijenti mid-ditta u l-persunal tagħha;

(30)

"negozjar algoritmiku" tfisser kummerċ bi strumenti finanzjarji fejn algoritmu ta' kompjuter jiddetermina b'mod awtomatiku parametri ta' ordnijiet bħal jekk għandhiex tinbeda l-ordni, iż-żmien, prezz jew kwantità tal-ordni jew kif timmaniġġa l-ordni wara s-sottomissjoni tagħha, bi ftit jew mingħajr intervent uman. Din id-definizzjoni ma tinkludi l-ebda sistema li tintuża biss biex tidderieġi l-ordnijiet f'ċentru jew ċentri ta' negozjar jew għall-konferma tal-ordnijiet jew għall-eżekuzzjoni tal-ordnijiet tal-klijenti jew għat-twettiq ta' kwalunkwe obbligu legali permezz tad-determinazzjoni ta' parametru tal-ordni ; jew għall-ipproċessar ta' tranżazzjonijiet esegwiti;

(30a)

"negozjar bi frekwenza għolja" tfisser negozjar algoritmiku ta' strumenti finanzjarji b'veloċitajiet fejn il-latenza fiżika tal-mekkaniżmu għat-trażmissjoni, it-tħassir jew il-modifika tal-ordnijiet issir il-fattur determinanti fiż-żmien li jittieħed biex tiġi kkomunikata l-istruzzjoni lil ċentru ta' negozjar jew biex tiġi eżegwita tranżazzjoni;

(30b)

"strateġija ta' negozjar bi frekwenza għolja" tfisser strateġija kummerċjali biex wieħed jinnegozja f'ismu stess fi strument finanzjarju li jinvolvi negozjar bi frekwenza għolja u li jkollu tal-anqas tnejn minn dawn il-karatteristiċi:

(i)

tuża faċilitajiet ta' kolokazzjoni, aċċess tas-suq dirett jew "proximity hosting";

(ii)

hu relatat ma' fatturat ta' portafoll ta' kuljum talanqas ta' 50 %;

(iii)

il-proporzjon tal-ordnijiet imħassra (inklużi l-kanċellazzjonijiet parżjali) jaqbeż l-20 %;

(iv)

il-maġġoranza tal-pożizzjonijiet li jittieħdu jingħalqu fl-istess ġurnata;

(v)

aktar minn 50 % tal-ordnijiet jew tranżazzjonijiet magħmula f'postijiet tan-negozjar li joffru skontijiet jew ribassi u l-ordnijiet li jipprovdu likwidità huma eliġibbli għal skontijiet ta' dan it-tip;

(31a)

"aċċess dirett għas-suq" tfisser arranġament fejn membru jew parteċipant ta' ċentru ta' negozjar jippermetti lil persuna tuża l-kodiċi kummerċjali tiegħu sabiex il-persuna tkun tista' titrażmetti ordnijiet elettronikament lis-sistemi elettroniċi interni ta' negozjar tad-ditta tal-investiment għal trażmissjoni 'l quddiem awtomatika taħt il-kodiċi kummerċjali tad-ditta tal-investiment lil ċentru ta' negozjar speċifikat;

(31b)

"aċċess sponsorjat u skopert tas-suq" tfisser arranġament fejn membru jew parteċipant ta' ċentru ta' negozjar jippermetti lil persuna tuża l-kodiċi kummerċjali tiegħu sabiex il-persuna tkun tista' titrażmetti ordnijiet elettronikament taħt il-kodiċi kummerċjali tad-ditta tal-investiment lil ċentru ta' negozjar speċifikat mingħajr ma l-ordnijiet jgħaddu mis-sistemi elettroniċi interni ta' negozjar tad-ditta tal-investiment;

(33)

"prattika ta' bejgħ inkroċat" tfisser li jiġi offrut servizz ta' investiment flimkien ma servizz jew prodott ieħor bħala parti minn pakkett jew bħala kondizzjoni għall-istess ftehim jew pakkett.

(33a)

"investimenti bbażati fuq l-assigurazzjoni" tfisser kuntratt ta' assigurazzjoni fejn l-ammont pagabbli lill-klijent ikun espost għall-valur tas-suq ta' assi jew ħlas minn assi jew valur ta' referenza, u fejn il-klijent ma jżommx direttament l-assi;

(33b)

"prodott ta' investiment" tfisser prodott fejn l-ammont pagabbli lill-klijent ikun determinat b'referenza għall-valur ta' strumenti finanzjarji jew il-prodott ikun depożitu strutturat jew il-prodott ikun investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni jew il-prodott ikun prodott tal-investiment mhux professjonali ppakkettjat kif definit fl-Artikolu … tad-Direttiva …./…./UE [PRIPS];

(33c)

"immaniġġjar ta' portafoll diskrezzjonali" tfisser immaniġġjar ta' portafoll fejn il-mandat mill-klijent jippermetti d-diskrezzjoni tal-maniġer tal-portafoll li jagħżel il-prodotti tal-investiment jew strumenti finanzjarji li fihom huma investiti l-fondi tal-klijent;

(33d)

"ditta ta' pajjiż terz" tfisser ditta li tkun ditta tal-investiment jew operatur tas-suq jekk l-uffiċċju prinċipali tagħhom ikun jinsab fl-Unjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 94 dwar miżuri sabiex jispeċifikaw xi elementi tekniċi jew jemendaw id-definizzjonijiet stabbiliti fil- punti (3), (11), (12), u (27) sa (33d) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jekk ikun xieraq, biex jitqiesu:

(a)

l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji;

(b)

il-lista tal-prattiki abbużivi kif imsemmija fl-Artikolu 34b(b) tar-Regolament (UE) Nru …/… [MAR] b'mod partikulari fir-rigward tan-negozjar ta' frekwenza għolja u tkun tinkludi 'spoofing', 'quote stuffing' u 'layering', għalkemm m'għandhiex tkun limitata għalihom.

IT-TITOLU II

KUNDIZZJONIJIET GĦALL-AWTORIZZAZZJONI U L-OPERAT GĦAD-DITTI TAL-INVESTIMENT

IL-KAPITOLU I

KUNDIZZJONIJIET U PROĊEDURI GĦALL-AWTORIZZAZZJONI

Artikolu 5

Rekwiżit għall-awtorizzazzjoni

1.   Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jeħtieġ illi t-twettiq tas-servizzi jew tal-attivitajiet tal-investiment bħala mestier jew kummerċ regolari fuq bażi professjonali jrid ikun suġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel skont id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu. It-tali awtorizzazzjoni għandha tingħata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju maħtura skont l-Artikolu 69.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jippermettu lil kull operatur tas-suq jopera MTF jew faċilità tan-negozjar organizzata (OTF), suġġett għall-verifika minn qabel tal-konformità tiegħu mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu.

3.   L-Istati Membri għandhom jirreġistraw id-ditti kollha tal-investiment. Ir-reġistru għandu jkun pubblikament aċċessibbli u għandu jkun fih tagħrif dwar is-servizzi jew l-attivitajiet li għalihom hija awtorizzata d-ditta tal-investiment. Hu għandu jkun aġġornat fuq ba¿i regolari. Kull awtorizzazzjoni għandha tkun notifikata lill-AETS.

L-AETS għandha tistabbilixxi lista tad-ditti kollha tal-investiment fl-Unjoni Ewropea . Il-lista għandu jkun fiha tagħrif dwar is-servizzi jew l-attivitajiet li għalihom kull ditta tal-investiment tkun awtorizzata u għandha tiġi aġġornata fuq bażi regolari. L-AETS għandha tippubblika u taġġorna l-lista fuq is-sit elettroniku tagħha.

Jekk awtorità kompetenti tkun irtirat awtorizzazzjoni skont l-Artikoli 8(b) sa (d), dak l-irtirar għandu jiġi ppubblikat fil-lista għal perijodu ta' ħames snin.

4.   Kull Stat Membru għandu jeħtieġ illi:

kull ditta tal-investiment li hija persuna ġuridika jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-istess Stat Membru fejn ikollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha,

kull ditta ta' investiment li mhux persuna legali jew kull ditta ta' investiment li hija peruna legali skont il-liġijiet nazzjonali tagħha imma ma għandha l-ebda uffiċċju rreġistrat, ikollha l-uffiċċju ewlieni tagħha fl-Istat Membru fejn twettaq il-kummerċ tagħha.

Artikolu 6

Ambitu tal-awtorizzazzjoni

1.   L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jiżgura illi l-awtorizzazzjoni tispeċifika s-servizzi jew l-attivitajiet ta' investiment li d-ditta tal-investiment hija awtorizzata tipprovdi. L-awtorizzazzjoni tista' tkopri wieħed jew iktar mis-servizzi anċillari mogħtija fit-Taqsima B tal-Anness I. Fl-ebda każ l-awtorizzazzjoni ma tista' tingħata għall-provvediment ta' servizzi anċillari biss.

2.   Ditta tal-investiment li tkun qiegħda tfittex awtorizzazzjoni sabiex testendi l-kummerċ tagħha għal servizzi jew attivitajiet addizzjonali ta' investiment jew għal servizzi anċillari mhux previsti fiż-żmien tal-awtorizzazzjoni inizjali għandha tissottometti talba għall-estensjoni tal-awtorizzazzjoni tagħha.

3.   L-awtorizzazzjoni għandha tkun valida fl-Unjoni Ewropea kollha u għandha tippermetti lil ditta tal-investiment tipprovdi s-servizzi jew twettaq l-attivitajiet li għalihom tkun ġiet awtorizzata fl-Unjoni Ewropea kollha, jew permezz tal-istabbiliment ta' fergħa jew inkella permezz tal-provvediment ħieles tas-servizzi.

Artikolu 7

Proċeduri għall-għoti u r-rifjut ta' talbiet għal-awtorizzazzjoni

1.   L-awtorità kompetenti ma għandhiex tagħti awtorizzazzjoni sakemm u qabel ma jasal iż-żmien li tkun issodisfata kompletament li l-applikant huwa konformi mar-rekwiżiti kollha skont id-dispożizzjonijiet adotti skont din id-Direttiva.

2.   Id-ditta tal-investiment għandha tipprovdi t-tagħrif kollu, inkluż programm tal-operat tagħha li jagħti, fost ħwejjeġ oħra, it-tipi ta' kummerċ previsti u l-istruttura tal-organizzazzjoni, meħtieġ sabiex jgħin lill-awtorità kompetenti tissodisfa ruħha illi d-ditta tal-investiment tkun stabbiliet, fiż-żmien tal-awtorizzazzjoni inizjali, l-arranġamenti kollha meħtieġa sabiex tissodisfa l-obbligi tagħha skont id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu.

3.   L-applikant għandu jkun informat, fi żmien sitt xhur tas-sottomissjoni ta' applikazzjoni kompluta, jekk l-awtorizzazzjoni ngħatatx jew le.

4.   L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a)

l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 7(2), inkluż il-programm tal-operazzjonijiet;

(b)

il-kompiti tal-kumitati tan-nomina meħtieġa skont l-Artikolu 9(2);

(c)

ir-rekwiżiti applikabbli għall-ġestjoni tad-ditti tal-investiment skont l-Artikolu 9(8) u l-informazzjoni għan-notifiki skont l-Artikolu 9(5);

(d)

ir-rekwiżiti applikabbli għall-azzjonisti u l-membri b'parteċipazzjonijiet kwalifikattivi, kif ukoll l-ostakli li jistgħu jipprevjenu l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet superviżorji tal-awtorità kompetenti, skont l-Artikolu 10(1) u (2).

L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa […] (38) .

Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont ▐ l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

5.   L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tiddetermina formoli, mudelli u proċeduri standard għan-notifika jew l-għoti tat-tagħrif previst fl-Artikolu 7(2) u fl-Artikolu 9(5).

L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa […]  (38) .

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 8

Irtirar tal-awtorizzazzjoni

L-awtorità kompetenti tista' tirtira l-awtorizzazzjoni maħruġa lil ditta tal-investiment meta din id-ditta tal-investiment:

(a)

ma tagħmilx użu mill-awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar, tirrinunzja espressament għall-awtorizzazzjoni jew ma tkun ipprovdiet ebda servizz tal-investiment jew ma tkun wettqet ebda attività tal-investiment fis-sitt xhur ta' qabel, għajr jekk l-Istat Membru kkonċernat ikun ipprovda li f'dawn il-każijiet l-awtorizzazzjoni tiskadi;

(b)

ikun kiseb l-awtorizzazzjoni billi jkun għamel dikjarazzjonijiet foloz jew permezz ta' kull mezz ieħor mhux regolari;

(c)

ma tkunx għadha tissodisfa l-kundizzjonijiet li bihom tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni, bħalma hija l-konformità mal-kundizzjonijiet mogħtija fid-Direttiva 2006/49/KE;

(d)

tkun kisret serjament u sistematikament id-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva li jirregolaw il-kundizzjonijiet tal-operat tad-ditti tal-investiment;

(e)

taqa' f'wieħed mill-każijiet fejn il-liġi nazzjonali, fir-rigward ta' kwistjonijiet 'il barra mill-ambitu ta' din id-Direttiva, tipprovdi għal-irtirar.

Kull irtirar ta' awtorizzazzjoni għandu jkun notifikat lill-AETS.

Artikolu 9

Il-korp maniġerjali

-1.

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva direttur mhux eżekuttiv huwa definit kif ġej: Direttur mhux eżekuttiv jew direttur ta' barra huwa membru tal-bord tad-diretturi ta' kumpanija li ma jiffurmax parti mit-tim tal-maniġment eżekuttiv. Hu jew hi ma jkunux impjegati tal-kumpanija jew affiljati magħha b'xi mod ieħor. Huma ddivrenzjati mid-diretturi ta' ġewwa, li huma membri tal-bord li jservu wkoll jew servew preċedentement bħala maniġers eżekuttivi tal-kumpanija.

Id-diretturi mhux eżekuttivi jkollhom responsabilitajiet fl-oqsma li ġejjin:

Id-diretturi mhux eżekuttivi għandhom b'mod kostruttiv jisfidaw u jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-istrateġija;

Id-diretturi mhux eżekuttivi għandhom jiskrutinizzaw il-prestazzjoni tal-maniġment fl-ilħuq tal-għanijiet u l-objettivi miftiehma u fl-immonitorjar, u fejn ikun meħtieġ fit-tneħħija tal-maniġment superjuri u fl-ippjanar tas-suċċessjoni;

Id-diretturi mhux eżekuttivi għandhom jiżguraw is-sodisfazzjon tagħhom li l-informazzjoni finanzjarja hija eżatta u li l-kontrolli finanzjarji u s-sistemi tal-immaniġġjar tar-riskju huma robusti u jistgħu jiġu difiżi;

Id-diretturi mhux eżekuttivi għandhom ikunu responsabbli biex jiddeterminaw il- livelli xierqa ta' rimunerazzjoni tad-diretturi eżekuttivi u jkollhom rwol primarju fil-ħtir, u fejn ikun meħtieġ fit-tneħħija, tal-maniġment superjuri u fl-ippjanar tas-suċċessjoni.

Id-diretturi mhux eżekuttivi għandhom ukoll jagħtu fehmiet indipendenti dwar:

riżorsi;

ħatriet;

standards ta' kondotta.

Id-diretturi mhux eżekuttivi huma l-kustodji tal-proċess tal-governanza. Huma ma jkunux involuti fit-tmexxija ta' kuljum tan-negozju iżda jimmoniterjaw l-attività eżekuttiva u jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-istrateġija.

1.

Il-Membri kollha tal-korp maniġerjali ta' kwalunkwe ditta tal-investiment għandhom dejjem ikunu ta' reputazzjoni tajba biżżejjed, ikollhom għarfien, ħiliet u esperjenza biżżejjed u jiddedikaw ħin biżżejjed biex iwettqu dmirijiethom , filwaqt li.jippermettu li tiġi rikonoxxuta firxa wiesgħa ta' experjenza ħalli ma ssirx diskriminazzjoni kontra n-nisa .

Il-Membri tal-korp maniġerjali għandhom, partikolarment, jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti:

(a)

Il-membri kollha tal-korp maniġerjali għandhom jimpenjaw biżżejjed ħin biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom fid-ditta tal-investiment. L-għadd ta' direttorati li membru tal-korp maniġerjali jista' jkollu fl-istess waqt għandu jqis iċ-ċirkustanzi individwali u n-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjoni.

Il-membri tal-korp maniġerjali ta' istituzzjonijiet li huma sinifikanti f'dawk li huma d-daqs, l-organizzazzjoni interna u n-natura tagħhom, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom ma għandhomx jikkombinaw fl-istess ħin aktar minn kombinazzjoni waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

kariga ta' direttur eżekuttiv ma' żewġ karigi ta' direttur mhux eżekuttiv

(ii)

erba' karigi ta' direttur mhux eżekuttiv.

Direttorati eżekuttivi jew mhux eżekuttivi:

(i)

fl-istess grupp ;

(ii)

f'istituzzjonijiet li:

huma membri tal-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 108(7) tar-Regolament (UE) Nru …/2012 [CRD IV] ikunu sodisfatti;

ikunu stabbilixxew konnessjonijiet skont l-Artikolu 108(6) tar-Regolament (UE) Nru …/2012 [CRD IV]; jew

(iii)

fi ħdan intrapriżi (inklużi istituzzjonijiet mhux finanzjarji) fejn l-istituzzjoni jkollha s-sjieda ta' parteċipazzjoni kwalifikattiva;

għandhom ikunu meqjusa bħala kariga waħda ta' direttur.

Membri tal-korp maniġerjali m'għandhomx jikkombinaw fl-istess ħin id-direttorat eżekuttiv f'ditta tal-investiment mad-direttorat eżekuttiv f'suq regolat, MTF jew OTF, anke fi ħdan l-istess grupp. Punt (a) għandu jinkludi:

(i)

intrapriżi u entitajiet mhux finanzjarji:

li fihom hemm parteċipazzjoni kwalifikattiva skont it-tifsira tal-Artikolu 4(21) tar-Regolament (UE) Nru …/2012 [CRD IV];

li fihom hemm parteċipazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(49) tar-Regolament (UE) Nru …/2012 [CRD IV]; jew

li fihom hemm konnessjonijiet mill-qrib skont it-tifsira tal-Artikolu 4(72) tar-Regolament (UE) Nru …/2012 [CRD IV] ma' ċerti istituzzjonijiet mhux finanzjarji;

(ii)

kumpaniji azzjonarji finanzjarji prinċipali skont it-tifsira tal-Artikolu 4(65), (66) u (67) tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … [CRD IV] li jikkontrollaw istituzzjoni ta' kreditu ċentrali jew reġjonali li taderixxi ma' skema tal-IPS.

(b)

Il-korp maniġerjali għandu jkollu għarfien, ħiliet u esperjenza kollettiva adegwati biex ikun kapaċi jifhem l-attivitajiet tad-ditta tal-investiment, u b'mod partikolari r-riskju ewlieni involut f'dawk l-attivitajiet.

(c)

Kull membru tal-korp maniġerjali għandu jaġixxi b'onestà, integrità u indipendenza tal-ħsieb biex jivvaluta u jikkontesta b'mod effikaċi d-deċiżjonijiet tal-maniġment superjuri u biex jissorvelja u jimmoniterja b'mod effikaċi fuq it-teħid ta' deċizjonijiet maniġerjali .

Id-ditti tal-investiment għandhom jiddedikaw iktar riżorsi għall-induzzjoni u t-taħriġ tal-membri tal-korp maniġerjali.

Fejn operatur tas-suq li jfittex l-awtorizzazzjoni biex jopera l-MTF jew l-OTF u l-persuni li effettivament jidderieġu l-operat tal-MTF jew l-OTF huma l-istess bħall-membri tal-korp maniġerjali tas-suq regolat, dawk il-persuni għandhom ikunu mistennija li jkunu konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-ewwel subparagrafu.

2.

L-Istati Membri għandhom jistipulaw li d-ditti tal-investiment, fejn xieraq u proporzjonat fid-dawl tan-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-kummerċ tagħhom għandhom jistabbilixxu kumitat ta' nominazzjoni biex jivvaluta l-konformità mal-ewwel paragrafu u biex jagħmel rakkomandazzjonijiet, meta meħtieġ, fuq il-bażi tal-valutazzjoni tagħhom. Il-kumitat ta' nominazzjoni għandu jkun kompost minn membri tal-korp maniġerjali li ma jwettqu l-ebda funazjoni eżekuttiva fl-istituzzjoni kkonċernata. Fejn, fil-liġi nazzjonali, il-korp maniġerjali ma jkollu l-ebda kompetenza fl-ipproċessar tal- ħatra tal-membri tiegħu, dan il-paragrafu ma japplikax.

3.

L-Istati Membri għandhom jistipulaw li d-ditti tal-investiment u l-kumitati ta' nominazzjoni rispettivi tagħhom jeħtieġu għadd kbir ta' kwalitajiet u kompetenzi meta jirreklutaw membri fil-korpi maniġerjali tagħhom . B'mod partikolari:

(a)

Id-ditti tal-investiment għandhom jimplimentaw politika li tippromwovi l-professjonaliżmu, ir-responsabilità u l-impenn bħala l-kriterji ta' gwida għar-reklutaġġ tal-maniġment superjuri, bis-salvagwardja li dawk innominati jkunu bla dubju leali lejn l-interessi tal-istituzzjoni.

(b)

Id-ditti tal-investiment għandhom jieħdu wkoll passi konkreti lejn rappreżentanza aktar bilanċjata fil-bordijiet, bħat-taħriġ ta' kumitati ta' nominazzjoni, il-ħolqien ta' rosters ta' kandidati kompetenti, u l-introduzzjoni ta' proċess ta' nominazzjoni fejn mill-inqas kandidat wieħed ta' kull sess ikun ippreżentat.

(c)

Fejn tiġi pprattikata, ir-rappreżentanza tal-impjegati fil-korp maniġerjali għandha wkoll, billi żżid perspettiva fundamentali u għarfien ġenwin ta' kif taħdem internament l-istituzzjoni, tidher bħala mod pożittiv għat-titjib tad-diversità.

L-awtoritajiet kompetenti jeħtieġu li ditti tal-investiment jimplimentaw 1/3 tal-kwota bejn is-sessi sa … (39).

4.

L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards regolatorji biex tispeċifika kif l-istituzzjoni għandha tqis dan li ġej:

(a)

il-kunċett ta' impenn ta' ħin biżżejjed ta' membru tal-korp maniġerjali biex iwettaq il-funzjoni tiegħu, b'rabta maċ-ċirkustanzi individwali u n-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tad-ditta tal-investiment li l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu meta jawtorizzaw membru tal-korp maniġerjali biex jikkombina iktar minn kariga waħda ta' direttur milli permess kif referut fil-paragrafu 1(a);

(b)

il-kunċett ta' għarfien, ħiliet u esperjenza kollettiva adegwata tal-korp maniġerjali kif referut fil-paragrafu 1(b),

(c)

il-kunċett ta' onestà, integrità u indipendenza tal-ħsieb ta' membru tal-korp maniġerjali kif referut fil-paragrafu 1(b),

(d)

il-kunċett ta' riżorsi umani u finanzjarji adegwati ddedikati għall-induzzjoni u t-taħriġ ta' membri tal-korp maniġerjali,

(e)

il-kunċett tad-diversità li għandu jitqies għall-għażla tal-membri tal-korp maniġerjali.

L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa […] (40).

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu bi qbil mal-Artikoli minn 10 sa14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

5.

L-Istati Membri jeħtieġu li d-ditta tal-investiment tinnotifika lill-awtorità kompetenti bil-membri kollha tal-korp maniġerjali tagħha u b'kull bidla fis-sħubija tagħha, flimkien mat-tagħrif kollu meħtieġ sabiex jiġi vvalutat jekk id-ditta tkunx konformi mal-paragrafi 1, 2 u 3 jew le.

6.

L-Istati Membri għandhom jistipulaw li l-korp maniġerjali tad-ditta tal-investiment għandu jiżgura li d-ditta hija mmexxija b'mod tajjeb u prudenti u b'tali mod li jippromwovi l-integrità tas-suq u l-interessi tal-klijenti tagħha. Għal dan il-għan, il-korp maniġerjali għandu:

(a)

jiddefinixxi, japprova u jissorvelja l-għanijiet strateġiċi tad-ditta;

(b)

jiddefinixxi, japprova u jissorvelja l-organizzazzjoni tad-ditta, inkluż il-ħiliet, l-għarfien u l-esperjenza meħtieġa tal-persunal, ir-riżorsi, il-proċeduri u l-arranġamenti għall-provvista ta' servizzi u attiviatjiet mid-ditta, wara li jqis in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-kummerċ tagħha u r-rekwiżiti kollha li magħhom għandha tikkonforma d-ditta;

(c)

jiddefinixxi, japprova u jissorvelja linja politika fir-rigward ta' servizzi, attivitajiet, prodotti u operazzjonijiet offruti jew ipprovduti mid-ditta, skont it-tolleranza tar-riskju tad-ditta u l-karatteristiċi u l-ħtiġijiet tal-klijenti li lilhom se jkun offruti jew ipprovduti inkluż l-ittestjar ta' stress, fejn meħtieġ;

(ca)

jiddefinixxi, japprova u jissorvelja r-remunerazzjoni tal-persunal tad-ditta inkarigat mill-bejgħ li għandha tkun imfassla biex tħeġġeġ imġiba kummerċjali responsabbli, trattament ġust tal-konsumaturi u sabiex jiġu evitati l-kunflitti ta' interess, u biex tiżvela l-istruttura tar-remunerazzjoni lill-konsumaturi, fejn hu xieraq, bħal fejn ma jistgħux jiġu mmaniġġjati jew evitati l-kunflitti ta' interess potenzjali, mingħajr ħsara għall-Artikolu 24;

(d)

jipprovdi sorveljanza effettiva tal-maniġment superjuri ;

(da)

iżomm strateġija kontra l-frodi.

Il-korp maniġerjali għandu jimmonitorja u jivvaluta perjodikament l-effikaċja tal-organizzazzjoni tad-ditta tal-investiment u l-adegwatezza tal-linji ta' politika marbuta mal-provvista tas-servizzi lil-klijenti u jieħu l-passi meħtieġa biex jindirizza kwalunkwe nuqqasijiet.

Membri tal-korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu għandu jkollhom aċċess adegwat għall-informazzjoni u d-dokumenti li huma meħtieġa biex jimmonitorjaw it-teħid tad-deċiżjonijiet maniġerjali.

7.

L-awtorità kompetenti għandha tirrifjuta awtorizzazzjoni jekk ma tkunx issodisfata illi l-persuni li jkunu se jidderieġu l-kummerċ tad-ditta tal-investiment b'mod effettiv ikollhom biżżejjed fama tajba u biżżejjed esperjenza, jew jekk ikun hemm raġunijiet oġġettivi u li jistgħu jintwerew sabiex temmen illi l-korp maniġerjali tad-ditta jista' jkun ta' theddida għall-ġestjoni effettiva, soda u prudenti tagħha u għall-kunsiderazzjoni adegwata tal-interessi tal-klijenti tagħha u tal-integrità tas-suq.

8.

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi l-ġestjoni ta' kull ditta tal-investiment titwettaq mill-inqas minn żewġ persuni li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jagħtu awtorizzazzjoni lid-ditti tal-investiment li huma persuni fiżiċi jew lid-ditti tal-investiment li huma persuni ġuridiċi amministrati minn persuna fiżika waħda skont ir-regoli tal-kostituzzjoni tagħhom u l-liġijiet nazzjonali. L-Istati Membri għandhom, madankollu, jeħtieġu illi:

(a)

jkun hemm fis-seħħ arranġamenti alternattivi sabiex jiżguraw il-ġestjoni soda u prudenti ta' dawn id-ditti tal-investiment u l-kunsiderazzjoni adegwata tal-interessi tal-klijenti u tal-integrità tas-suq;

(b)

il-persuni fiżiċi kkonċernati jkollhom biżżejjed fama tajba, livell xieraq ta' għarfien ▐ u kompetenzi u jingħataw biżżejjed ħin biex iwettqu dmirijiethom u jaġġornaw u jivvalidaw l-għarfien u l-kompetenza tagħhom .

8a.

Mingħajr preġudizzju għas-sistemi legali tal-Istati Membri, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn huwa allegat li membru tal-bord maniġerjali kiser id-dispożizzjonijiet ta' jew ikkometta offiża fi kwistjonijiet li jaqgħu fl-ambitu ta' din id-Direttiva jew tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] huwa jista' jiġi soġġett personalment għal proċedimenti kriminali jew ċivili.

8b.

Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr ħsara għar-rappreżentanza tal-impjegati fil-bordijiet tal-kumpaniji kif previst fil-liġi nazzjonali jew fil-prattika.

Artikolu 10

L-azzjonisti u l-membri b'parteċipazzjonijiet kwalifikattivi

1.   L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jawtorizzaw it-twettiq ta' servizzi jew ta' attivitajiet ta' investiment minn ditta tal-investiment sakemm ma jkunux ġew mgħarrfa bl-identità tal-azzjonisti jew tal-membri, kemm jekk ikunu diretti kif ukoll indiretti, u kemm jekk ikunu persuni fiżiċi kif ukoll ġuridiċi, li jkollhom parteċipazzjonijiet kwalifikattivi u l-ammonti ta' dawn il-parteċipazzjonijiet.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrifjutaw awtorizzazzjoni jekk, wara li jqisu l-ħtieġa li tkun żgurata l-ġestjoni soda u prudenti ta' ditta tal-investiment, ma jkunux issodisfati rigward kemm ikunu xierqa l-azzjonisti jew il-membri li jkollhom il-parteċipazzjonijiet kwalifikattivi.

Meta jkunu jeżistu rabtiet mill-qrib bejn ditta tal-investiment u persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħrajn, l-awtorità kompetenti għandha tagħti awtorizzazzjoni biss jekk dawn ir-rabtiet ma jipprevjenux l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet superviżorji tal-awtorità kompetenti.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tirrifjuta awtorizzazzjoni jekk il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' pajjiż terz li jirregolaw persuna fiżika jew ġuridika waħda jew iktar li magħhom l-intrapriża għandha rabtiet mill-qrib, jew jekk diffikultajiet marbuta mal-infurzar tagħhom, jipprevjenu l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet superviżorji tagħha.

3.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi, meta l-influwenza eżerċitata mill-persuni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 x'aktarx tkun ta' preġudizzju għall-immaniġġjar tajjeb u prudenti tad-ditta tal-investiment, l-awtorità kompetenti tieħu l-miżuri x-xierqa sabiex iġġib din is-sitwazzjoni fi tmiema.

Dawn il-miżuri jistgħu jikkonsistu f'applikazzjonijiet għal ordnijiet ġudizzjarji jew l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet kontra d-diretturi u dawk responsabbli mill-immaniġġjar, jew is-sospensjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma miżmuma mill-azzjonisti jew mill-membri konċernati.

Artikolu 11

Notifika tal-akkwisti proposti

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li kull persuna fiżika jew ġuridika, jew it-tali persuni li jaġixxu flimkien ("l-akkwirent propost"), li jkunu ħadu deċiżjoni biex jakkwistaw, direttament jew indirettament, parteċipazzjoni kwalifikattiva f'ditta tal-investiment jew biex iżidu ulterjorment, direttament jew indirettament, it-tali parteċipazzjoni kwalifikattiva f'ditta tal-investiment b'tali mod li l-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum jilħaq jew jaqbeż l-20 %, it-30 % jew il-50 % jew biex id-ditta tal-investiment issir sussidjarja tagħha ("l-akkwist propost"), jinnotifikaw l-ewwel bil-miktub lill-awtoritajiet kompetenti tad-ditta tal-investiment li fiha qed jippruvaw jakkwistaw parteċipazzjoni kwalifikattiva jew iżiduha, u jindikaw id-daqs tal-parteċipazzjoni maħsuba u t-tagħrif rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 13(4).

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li kull persuna fiżika jew ġuridika li tkun ħadet deċiżjoni li tiddisponi, direttament jew indirettament, minn parteċipazzjoni kwalifikattiva f'ditta tal-investiment għandha l-ewwel tinnotifika bil-miktub lill-awtoritajiet kompetenti u tindika d-daqs tal-parteċipazzjoni maħsuba. It-tali persuna għandha wkoll tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti jekk tkun ħadet deċiżjoni li tnaqqas il-parteċipazzjoni kwalifikattiva tagħha b'mod li l-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital tagħha jkun se jaqa' taħt l-20 %, it-30 % jew il-50 % jew b'mod li d-ditta tal-investiment ma tkunx se tibqa' sussidjarja tagħha.

L-Istati Membri m'għandhomx għalfejn japplikaw il-limitu ta' 30 % fejn, skont l-Artikolu 9(3)(a) tad-Direttiva 2004/109/KE, huma japplikaw limitu ta' terz.

Meta jiġu biex jiddeterminaw jekk il-kriterji għal parteċipazzjoni kwalifikattiva msemmija fl-Artikolu 10 u f'dan l-Artikolu humiex issodisfati, l-Istati Membri m'għandhomx iqisu d-drittijiet tal-vot jew l-ishma li d-ditti tal-investiment jew l-istituzzjonijiet ta' kreditu jista' jkollhom minħabba li jipprovdu s-sottoskrizzjoni ta' strumenti finanzjarji u/jew it-tqegħid ta' strumenti finanzjarji fuq bażi ta' impenn sod inklużi taħt il-punt 6 tat-Taqsima A tal-Anness I, sakemm dawk id-drittijiet, minn naħa, ma jkunux eżerċitati jew użati b'mod ieħor għal intervent fil-ġestjoni tal-emittent u min-naħa l-oħra, jitneħħew fi żmien sena mill-akkwist.

2.   L-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom jaħdmu f'konsultazzjoni sħiħa ma' xulxin meta jwettqu l-valutazzjoni prevista fl-Artikolu 13(1) ("il-valutazzjoni") jekk l-akkwirent propost ikun wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

istituzzjoni ta' kreditu, intrapriża tal-assigurazzjoni, intrapriża tar-riassigurazzjoni, ditta tal-investiment jew kumpanija maniġerjali tal-UCITS awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew f'settur ieħor minbarra dak li fih ikun qed jiġi propost l-akkwist;

(b)

l-intrapriża prinċipali ta' istituzzjoni ta' kreditu, ta' intrapriża tal-assigurazzjoni, ta' intrapriża tar-riassigurazzjoni, ditta tal-investiment jew kumpanija maniġerjali tal-UCITS awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew f'settur ieħor minbarra dak li fih ikun qed jiġi propost l-akkwist; or

(c)

persuna fiżika jew ġuridika li tikkontrolla istituzzjoni ta' kreditu, intrapriża tal-assigurazzjoni, intrapriża tar-riassigurazzjoni, ditta tal-investiment jew kumpanija maniġerjali tal-UCITS awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew f'settur ieħor minbarra dak li fih ikun qed jiġi propost l-akkwist.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien mhux dovut, jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe tagħrif li jkun essenzjali jew rilevanti għall-valutazzjoni. F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw lil xulxin, meta jiġu mitluba jagħmlu dan, it-tagħrif kollu rilevanti u għandhom jikkomunikaw, fuq l-inizjattiva tagħhom stess, kull tagħrif li jkun essenzjali. Deċiżjoni mill-awtorità kompetenti li tkun awtorizzat lid-ditta tal-investiment li fiha jkun qed jiġi propost l-akkwist, għandha tindika kwalunkwe fehma jew riżerva espressa mill-awtorità kompetenti responsabbli għall-akkwirent propost.

3.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, jekk ditta tal-investiment issir taf bi kwalunkwe akkwist jew disponiment tal-parteċipazzjonijiet fil-kapital tagħha li jikkawżaw lill-parteċipazzjonijiet jaqbżu jew jaqgħu taħt kull wieħed mil-limiti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, dik id-ditta tal-investiment għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti b'dan mingħajr dewmien.

Mill-inqas darba fis-sena, id-ditti tal-investiment għandhom jgħarrfu wkoll lill-awtorità kompetenti bl-ismijiet tal-azzjonisti u tal-membri li jkollhom parteċipazzjonijiet kwalifikattivi u bid-daqsijiet ta' dawn il-parteċipazzjonijiet, kif muri, pereżempju, mit-tagħrif irċevut fil-laqgħat ġenerali annwali tal-azzjonisti u tal-membri jew bħala riżultat tal-konformità mar-regolamenti li japplikaw għall-kumpaniji li t-titoli trasferibbli tagħhom jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat.

4.   L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu miżuri simili għal dawk imsemmija fl-Artikolu 10(3) rigward il-persuni li jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligu li jipprovdu tagħrif minn qabel dwar l-akkwist jew iż-żieda ta' parteċipazzjoni kwalifikattiva. Jekk tiġi akkwistata parteċipazzjoni minkejja l-oppożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, l-Istati Membri għandhom jipprovdu, mingħajr ma jagħtu każ tas-sanzjonijiet l-oħra li jridu jiġu adottati, jew għas-sospensjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet korrispondenti tal-vot, jew għan-nullità tal-voti mitfugħa jew għall-possibbiltà tal-annullament tagħhom.

Artikolu 12

Perjodu ta' valutazzjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom, minnufih, u fi kwalunkwe każ fi żmien jumejn ta' xogħol minn meta jirċievu n-notifika rikjesta skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(1), kif ukoll wara li tiġi possibbilment irċevuta sussegwentement l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jirrikonoxxu bil-miktub li rċevewha lill-akkwirent propost.

L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom perjodu massimu ta' sittin jum ta' xogħol mid-data tal-konferma tal-irċevuta bil-miktub tan-notifika u tad-dokumenti kollha meħtieġa mill-Istat Membru li għandhom jiġu mehmuża man-notifika abbażi tal-lista msemmija fl-Artikolu 13(4) ("il-perjodu ta' valutazzjoni"), biex iwettqu l-valutazzjoni.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-akkwirent propost dwar id-data tal-iskadenza tal-perjodu ta' valutazzjoni meta jikkonfermaw l-irċevuta.

2.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, matul il-perjodu ta' valutazzjoni, jekk ikun meħtieġ, u mhux wara l-ħamsin (50) jum ta' xogħol tal-perjodu ta' valutazzjoni, jitolbu għal informazzjoni ulterjuri li hi meħtieġa biex tiġi kkompletata l-valutazzjoni. Din it-talba għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa.

Għall-perjodu bejn id-data tat-talba għal informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti u l-irċevuta ta' tweġiba għaliha mill-akkwirent propost, il-perjodu ta' valutazzjoni għandu jkun interrott. Din l-interruzzjoni m'għandhiex taqbeż l-20 jum tax-xogħol. Kwalunkwe talba oħra mill-awtoritajiet kompetenti għall-ikkompletar jew il-kjarifika tal-informazzjoni għandha tkun fid-diskrezzjoni tagħhom, iżda tista' ma tirriżultax f'interruzzjoni tal-perjodu ta' valutazzjoni.

3.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jestendu l-interruzzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 sa 30 jum ta' xogħol jekk l-akkwirent propost ikun wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

persuna fiżika jew ġuridika li tinsab jew hija rregolata barra mill-Unjoni Ewropea ;

(b)

persuna fiżika jew ġuridika li mhix suġġetta għal superviżjoni skont din id-Direttiva jew skont id-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE jew 2006/48/KE.

4.   Jekk l-awtoritajiet kompetenti, wara t-tlestija tal-valutazzjoni tagħhom, jiddeċiedu li jopponu l-akkwist propost, huma għandhom, fi żmien jumejn tax-xogħol, u mingħajr ma jaqbżu l-perjodu ta' valutazzjoni, jinfurmaw lill-akkwirent propost bil-miktub u jipprovdu r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni. Suġġetta għal-liġi nazzjonali, dikjarazzjoni xierqa tar-raġunijiet għad-deċiżjoni tista' ssir aċċessibbli għall-pubbliku fuq talba tal-akkwirent propost. Dan m'għandux iżomm lil Stat Membru milli jippermetti lill-awtorità kompetenti twettaq dan l-iżvelar mingħajr ma dan jintalab mill-akkwirent propost.

5.   Jekk l-awtoritajiet kompetenti ma jopponux bil-miktub, fil-perjodu ta' valutazzjoni, l-akkwist propost, dan l-akkwist propost għandu jitqies li jkun ġie approvat.

6.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiffissaw perjodu massimu għall-konklużjoni tal-akkwist propost u jestendu dan il-perjodu fejn dan ikun xieraq.

7.   L-Istati Membri ma jistgħux jimponu rekwiżiti għan-notifika lill-awtoritajiet kompetenti u għall-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta' akkwisti diretti jew indiretti tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital li jkunu iktar stretti minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva.

8.   L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tistabbilixxi lista eżawrjenti ta' tagħrif, imsemmi fil-paragrafu 4, li għandu jiġi inkluż mill-akkwirenti proposti fin-notifika tagħhom, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2.

L-AETS għandha tippreżenta dan l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.

Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont ▐ l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

8a.    L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għall-modalitajiet tal-proċess tal-konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 11(2).

L-AETS għandha tippreżenta dan l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 13

Valutazzjoni

1.   Huma u jivvalutaw in-notifika prevista fl-Artikolu 11(1) u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(2), l-awtoritajiet kompetenti, sabiex jiżguraw il-ġestjoni soda u prudenti tad-ditta tal-investiment li fiha jkun qed jiġi propost l-akkwist, u wara li tiġi kkunsidrata l-influwenza li x'aktarx ikollu l-akkwirent propost fuq id-ditta tal-investiment, għandhom jevalwaw l-adegwatezza tal-akkwirent propost u s-solidità finanzjarja tal-akkwist propost fid-dawl tal-kriterji kollha li ġejjin:

(a)

ir-reputazzjoni tal-akkwirent propost;

(b)

ir-reputazzjoni u l-esperjenza ta' kwalunkwe persuna li ser tmexxi n-negozju tad-ditta tal-investiment bħala riżultat tal-akkwist propost;

(c)

is-solidità finanzjarja tal-akkwirent propost, b'mod partikulari fir-rigward tat-tip ta' negozju li jsir u li huwa previst fid-ditta tal-investiment li fiha jkun qed jiġi propost l-akkwist;

(d)

jekk il-kumpanija ta' investiment hix ser tkun kapaċi tikkonforma u tkompli tikkonforma mar-rekwiżiti prudenzjali bbażati fuq din id-Direttiva u, fejn applikabbli, fuq Direttivi oħrajn, b'mod partikolari, id-Direttivi 2002/87/KE u 2006/49/KE, b'mod partikolari, jekk il-grupp li ser issir parti minnu għandux struttura li tippermetti l-eżerċizzju ta' superviżjoni effettiva, l-iskambju effettiv ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u li tiddetermina l-allokazzjoni ta' responsabbiltajiet bejn l-awtoritajiet kompetenti;

(da)

jekk l-akkwist propost iżidx ir-riskju ta' kunflitti ta' interess;

(e)

jekk ikunx hemm motivi raġonevoli biex wieħed jissuspetta li, b'rabta mal-akkwist propost, sar, qed isir jew hemm tentattivi biex isir il-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jew li l-akkwist propost jista' jżid ir-riskju ta' kondotta bħal din.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 94 li jaġġustaw il-kriterji stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

2.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jopponu l-akkwist propost biss jekk ikun hemm motivi raġonevoli biex jagħmlu dan abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 jew jekk it-tagħrif ipprovdut mill-akkwirent propost ma jkunx komplut.

3.   L-Istati Membri la għandhom jimponu kundizzjonijiet minn qabel fir-rigward tal-livell tal-parteċipazzjoni li għandha tiġi akkwistata u lanqas m'għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom jeżaminaw l-akkwist propost f'termini tal-ħtiġijiet ekonomiċi tas-suq.

4.   L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku lista li tispeċifika t-tagħrif meħtieġ biex issir il-valutazzjoni u li għandu jiġi pprovdut lill-awtoritajiet kompetenti meta ssir in-notifika msemmija fl-Artikolu 11(1). It-tagħrif meħtieġ għandu jkun proporzjonat u adattat għan-natura tal-akkwirent propost u tal-akkwist propost. L-Istati Membri m'għandhomx jirrikjedu tagħrif li mhux rilevanti għal valutazzjoni prudenzjali.

5.   Minkejja l-Artikolu 12(1), (2) u (3), fejn żewġ proposti jew iktar għal akkwist jew żieda tal-parteċipazzjonijiet kwalifikattivi fl-istess ditta tal-investiment ikunu ġew innotifikati lill-awtorità kompetenti, din tal-aħħar għandha tittratta lill-akkwirenti proposti b'mod mhux diskriminatorju.

Artikolu 14

Sħubija fi skema ta' kumpens għall-investituri awtorizzati

L-awtorità kompetenti għandha tivverifika illi kull entità li tkun qiegħda tfittex awtorizzazzjoni bħala ditta tal-investiment tissodisfa l-obbligi tagħha skont id-Direttiva 97/9/KE meta tingħata l-awtorizzazzjoni.

Dan l-Artikolu m'għandux japplika għad-depożiti strutturati maħruġa mill-istituzzjonijiet ta' kreditu li jkunu membri ta' skema ta' garanzija għal depożiti rikonoxxuta taħt id-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 1994 dwar skemi ta' garanzija għal depożiti (41).

Artikolu 15

Il-kapital inizjali

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-awtoritajiet kompetenti ma jagħtux awtorizzazzjoni għajr jekk id-ditta tal-investiment ikollha biżżejjed kapital inizjali skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2006/49/KE wara li jqisu n-natura tas-servizz jew tal-attività tal-investiment inkwistjoni.

Artikolu 16

Rekwiżiti organizzazzjonali

1.   L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jeħtieġ illi d-ditti tal-investiment jikkonformaw mar-rekwiżiti organizzattivi mogħtija fil-paragrafi 2 sa 8 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 17.

2.   Ditta tal-investiment għandha tistabbilixxi politiki adegwati u proċeduri biżżejjed sabiex tiżgura l-konformità tad-ditta, inklużi l-amministraturi, l-impjegati u l-aġenti marbuta tagħha, mal-obbligi tagħha skont id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, kif ukoll regoli xierqa li jirregolaw it-tranżazzjonijiet personali li jsiru minn dawn il-persuni.

3.   Ditta tal-investiment għandha żżomm u tħaddem arranġamenti organizzattivi u amministrattivi effettivi bil-ħsieb li tieħu l-passi kollha raġonevoli ddisinjati sabiex jipprevjenu l-kunflitti ta' interess kif iddefiniti fl-Artikolu 23 milli jaffettwaw b'mod negattiv l-interessi tal-klijenti tagħha. Dawn l-arranġamenti għandhom jinkludu politika u arranġamenti oħrajn neċessarji ħalli tkun ivvalutata l-kompatibilità tal-prodott tal-investiment mal-ħtiġiet tal-klijenti li lilhom tkun offruta, u ħalli jkun żgurat li l-prodotti ta' investiment jew depożiti strutturati mfasslin mill-azjendi għall-bejgħ lill-klijenti professjonali jew retail jissodisfaw il-ħtiġiet ta' suq identifikat li jkun il-mira u li azjenda ta' investiment li tkun qed tikkummerċjalizza l-prodotti tiżgura li l-prodott ta' investiment ikun kummerċjalizzat fil-grupp li jkun fil-mira. Miri ta' bejgħ u skemi ta' tħajjir intern m'għandhomx jinċentivizzaw il-bejgħ tal-prodotti barra mill-grupp ta' mira. B'mod partikolari, ditta tal-investiment li tfassal prodotti ta' investiment, depożiti strutturati jew strumenti finanzjarji għandu jkollha fis-seħħ proċess ta' approvazzjoni tal-prodott u tieħu l-miżuri operattivi u proċedurali kollha neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dan il-proċess ta' approvazzjoni tal-prodott. Qabel ma l-prodotti ta' investiment u l-istrumenti finanzjarji jitqiegħdu jew jitqassmu fis-suq, dawn il-prodotti u strumenti jeħtieġ li jkunu approvati skont il-proċess ta' approvazzjoni tal-prodott. Ir-riskji rilevanti kollha għandhom jiġu vvalutati bir-reqqa u l-prodotti u l-istrumenti għandhom jitqiegħdu jew jitqassmu biss meta dan ikun fl-interessi tal-grupp ta' klijenti fil-mira. Il-proċess ta' approvazzjoni tal-prodott għandha tiżgura li l-prodotti eżistenti jkunu regolarment revisti ħalli jkun żgurat li l-prodott jibqa' jissodisfa l-ħtiġijiet tas-suq identifikat li jkun il-mira. Il-proċess ta' approvazzjoni tal-prodott għandu jiġi rivedut kull sena. Ditta tal-investiment għandha tkun kapaċi li fi kwalunkwe ħin tipprovdi lill-awtorità kompetenti rilevanti deskrizzjoni aġġornata u dettaljata tan-natura u d-dettalji tal-proċess ta' approvazzjoni tal-prodott tagħha.

4.   Ditta tal-investiment għandha tieħu passi raġonevoli sabiex tiżgura l-kontinwità u r-regolarità fit-twettiq tas-servizzi u l-attivitajiet tal-investiment. Għal dan il-għan, id-ditta tal-investiment għandha timpjega sistemi, riżorsi u proċeduri xierqa u proporzjonati.

5.   Ditta tal-investiment għandha tiżgura, meta toqgħod fuq parti terza għat-twettiq ta' funzjonijiet operattivi li jkunu kritiċi għall-provvediment ta' servizz kontinwu u sodisfaċenti lill-klijenti u għat-twettiq ta' attivitajiet ta' investiment fuq bażi kontinwa u sodisfaċenti, li tieħu passi raġonevoli sabiex tevita riskju operattiv addizzjonali mhux dovut. Ma jistax ikun hemm l-esternalizzazzjoni ta' funzjonijiet operattivi importanti tad-ditta b'mod li dan jagħmel ħsara materjalment lill-kwalità tal-kontroll intern tagħha u lill-ħila tal-kontrollur li jimmonitorja l-konformità tad-ditta mal-obbligi kollha tagħha.

Ditta tal-investiment għandu jkollha proċeduri sodi amministrattivi u tal-kontabbiltà, mekkaniżmi interni tal-kontroll, proċeduri effettivi għall-valutazzjoni tar-riskji u arranġamenti effettivi għall-kontroll u għas-salvagwardja tas-sistemi tal-ipproċessar tat-tagħrif.

6.   Ditta tal-investiment għandha tirranġa li jinżammu reġistrazzjonijiet tas-servizzi u tat-tranżazzjonijiet kollha li twettaq li għandhom ikunu biżżejjed sabiex jippermettu lill-awtorità kompetenti timmonitorja l-konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva, u b'mod partikulari sabiex taċċerta ruħha illi d-ditta tal-investiment tkun ikkonformat mal-obbligi kollha rigward il-klijenti jew il-klijenti potenzjali.

7.   Ir-rekords għandhom jinkludu l-irrekordjar tal-konversazzjonijiet fuq it-telefon jew komunikazzjonijiet elettroniċi li jinvolvu, mill-inqas, tranżazzjonijiet konklużi wara ttrattar tal-persuna għal rasha u ordnijiet tal-klijenti meta jkunu pprovduti servizzi tal-irċevuta u t-trasmissjoni tal-ordnijiet u tal-eżekuzzjoni tal-ordnijiet f'isem il-klijenti.

L-Istati Membri jistgħu jneħħu l-obbligu tar-reġistrazzjoni tal-konverżazzjonijiet telefoniċi meta d-ditta ta' investiment ma tkunx għadha, bħala l-attività prinċipali tal-attività tagħha, tirċieva u tittrażmetti l-ordnijiet jew teżegwixxi l-ordnijiet f'isem il-klijenti.

F'dak li għandu x'jaqsam mal-komunikazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-klijenti retail, l-Istati Membri jistgħu minflok ir-reġistri li hemm riferiment għalihom fl-ewwel subparagrafu, jirrikonoxxu d-dokumentazzjoni adegwata tal-kontenut ta' tali konverżazzjonijiet telefoniċi fil-forma ta' minuti fejn tali minuti jkunu ġew iffirmati mill-klijent.

Rekords ta' konversazzjonijiet fuq it-telefon jew komunikazzjonijiet elettroniċi rrekordjati skont l-ewwel subparagrafu jew skont il-minuti ppreparati skont it-tieni subparagrafu għandhom ikunu pprovduti lill-klijenti involuti fuq talba tal-klijenti. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li tali reġistri jinżammu sa sena wara li jkun intemm l-investiment.

Il-persuni rilevanti tad-ditta tal-investiment jistgħu jitħallew iżommu l-konverżazzjonijiet u l-komunikazzjonijiet imsemmija fis-subparagrafu 1 fuq apparat li jappartjeni lid-ditta tal-investiment biss u li jkunu miżmuma r-rekords fir-rigward tiegħu.

8.   Meta tkun qiegħda żżomm strumenti finanzjarji li jappartjenu għall-klijenti, ditta tal-investiment għandha tagħmel arranġamenti adegwati sabiex tissalvagwardja d-drittijiet tal-pussess tal-klijenti, b'mod speċjali f'każ li d-ditta tal-investiment tfalli, u sabiex tipprevjeni l-użu tal-istrumenti ta' klijent f'isimha għajr bil-kunsens espress tal-klijent.

9.   Meta tkun qiegħda żżomm fondi li jappartjenu għall-klijenti, ditta tal-investiment għandha tagħmel arranġementi adegwati sabiex tissalvagwardja d-drittijiet tal-klijenti u, għajr fil-każ tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, sabiex tipprevjeni l-użu tal-fondi tal-klijenti f'isimha.

10.   Ditta tal-investiment ma għandhiex tikkonkludi arranġamenti kollaterali ta' trasferimenti ta' titoli ma' klijenti mhux professjonali biex ikunu garantiti jew koperti l-obbligi preżenti jew futuri, attwali jew kontinġenti jew prospettivi tal-klijenti.

11.   Fil-każ tal-friegħi tad-ditti tal-investiment, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih tkun tinsab il-fergħa għandha, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tad-ditta tal-investiment li jkollha aċċess dirett għal dawn ir-reġistri, tinforza l-obbligu stabbilit fil-paragrafu 6 u 7 rigward it-tranżazzjonijiet imwettqa mill-fergħa.

12.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 94 dwar miżuri li jispeċifikaw ir-rekwiżiti konkreti organizzattivi mniżżlin fil-paragrafi 2 sa 9 li jridu jiġu imposti fuq id-ditti tal-investiment u fuq fergħat ta' ditti ta' pajjiż terz awtorizzati skont l-Artikolu 43 li jkunu qed iwettqu servizzi u/jew attivitajiet differenti ta' investiment u servizzi anċillari jew għaqdiet tagħhom.

Artikolu 17

Negozjar algoritmiku u negozjar bi frekwenza għolja

1.   Ditta tal-investiment li tipparteċipa f'negozjar algoritmiku għandu jkollha sistemi effettivi u kontrolli tar-riskji adatti għan-negozju li tkun topera li jiżguraw li s-sistemi tan-negozjar huma resiljenti u għandhom biżżejjed kapaċità, huma suġġetti għal livelli limitu u limiti xierqa u jipprevjenu li jintbagħtu ordnijiet żbaljati jew li s-sistema taħdem b'tali mod li jista' joħloq jew jikkontribwixxi għal suq diżordinat. It-tali ditta għandu jkollha wkoll sistemi effettivi u kontrolli tar-riskji li jiżguraw li s-sistemi tan-negozjar ma jistgħux jintużaw għal kwalunkwe għan li huwa kuntrarju għar-Regolament (UE) Nru …/… [MAR] jew għar-regoli ta' ċentru ta' negozjar li tkun konnessa miegħu. Id-ditta għandu jkollha arranġamenti ta' kontinwità tal-kummerċ effettivi biex tittratta ma' kwalunkwe falliment mhux mistenni tas-sistemio tal-kummerċ tagħha u għandha tiżgura li s-sistemi tagħha huma ttestjati b'mod sħiħ u mmonitorjati kif xieraq biex jiżguraw li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan il-paragrafu.

2.   Ditta tal-investiment li tipparteċipa f'kummerċ alogoritmiku għandha mill-inqas darba f'sena fuq inizjattiva tagħha u f'kull żmien ieħor jekk issir talba tipprovdi lill-Awtorità Kompetenti tal-post deskrizzjoni dettaljata tan-natura tal-istrateġiji tal-negozjar algoritmiku tagħha, dettalji tal-parametri jew tal-limiti tal-kummerċ li s-sistema hija suġġetta għalihom, il-kontrolli ewlenin ta' konformità u tar-riskji li għandha fis-seħħ biex tiżgura li l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1 huma ssodisfati u dettalji tal-ittestjar tas-sistemi tagħha. Ditta tal-investiment għandha, fuq talba tal-awtorità kompetenti , tippreżenta iktar informazzjoni ▐ dwar in-negozjar algoritmiku u s-sistemi użati għal dak il-kummerċ.

2a.     Ditta tal-investiment li tipparteċipa fi strateġija ta' negozjar bi frekwenza għolja għandha taħżen f'forma approvata, ir-rendikont bażiku ta' verifika ta' kwalunkwe attività ta' kwotazzjoni jew negozjar imwettqa fi kwalunkwe ċentru ta' negozjar u tagħmilu disponibbli għall-awtorità kompetenti fuq talba.

3.    Ditta tal-investiment li tkun imdaħħla fl-għemil tas-suq inkluż bil-parteċipazzjoni ta' skema tal-għemil tas-suq offruta minn ċentru ta' negozju tidħol fi ftehim bil-miktub li jkun vinkolanti bejn id-ditta u ċ-ċentru ta' negozju dwar l-obbligi essenzjali naxxenti mill-għemil tas-suq u taderixxi għall-pattijiet u l-kundizzjonijiet tal-ftehim, inkluż l-għoti tal-likwidità. Id-ditta tal-investiment għandu jkollha fis-seħħ sistemi u kontrolli tar-riskju effettivi biex tiżgura li tista' tissodisfa l-obbligi tagħha skont il-ftehim vinkolanti bil-miktub f'kull waqt. Meta xi ditta tal-investiment tħaddem strateġija ta' kummerċ algoritmiku biex tissodisfa l-obbligi tagħha bħala market maker tiżgura li l-algoritmu jkun f'operazzjoni kontinwa matul is-sigħat tan-negozju tal-ċentru ta' negozjar li fih tibgħat ordnijiet jew li permezz tas-sistemi tiegħu teżegwixxi t-tranżazzjonijiet u li l-parametri jew limiti tal-algoritmu jiżguraw li d-ditta ta' investiment tagħti kwotazzjonijiet sodi bi prezzijiet kompetittivi bir-riżultat li titforna likwidità fuq bażi regolari u kontinwa lil dawk iċ-ċentri ta' negozjar f'kull waqt, irrispettivament mill-kundizzjonijiet sakemm il-ftehim bil-miktub ma jiddisponix xort' oħra .

4.    Id-ditti tal-investiment ma jagtħux aċċess sponsorjat u skopert għal ċentru ta' negozjar. Ditta tal-investiment li tipprovdi aċċess dirett għas-suq għal ċentru ta' negozjar għandu jkollha sistemi u kontrolli effettivi li jiżguraw valutazzjoni u reviżjoni xierqa tal-adattabilità tal-persuni li jużaw is-servizzi, li persuni ma jitħallewx jaqbżu livelli limitu ssettjati minn qabel għal kummerċ u kreditu, li l-kummerċ minn persuni li jużaw is-servizz huwa mmonitorjat kif xieraq u li kontrolli tar-riskju xierqa li jipprevjenu li jsir kummerċ li jista' joħloq riskji lid-ditta tal-investiment innifisha jew li jista' joħloq jew jikkontribwixxi għal suq diżordinat jew ikun kuntrarju għar-Regolament (UE) Nru …/… [MAR] jew ir-regoli tal-ċentru ta' negozjar. Id-ditta tal-investiment għandha tiżgura li hemm ftehim bil-miktub li jorbot bejn id-ditta u l-persuna li jirrigwardja d-drittijiet u l-obbligi essenzjali li jqumu mill-provvista tas-servizz u li skont il-ftehim id-ditta tkun responsabbli li tiżgura li kummerċ li jsir bl-użu ta' dak is-servizz huwa konformi mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva, ir-Regolament (UE) Nru …/… [MAR] u r-regoli tal-ċentru ta' negozjar. [MAR] u r-regoli tal-ċentru ta' negozjar.

5.   Ditta tal-investiment li taġixxi bħala membru ġenerali ta' likwidazzjoni għal persuni oħrajn għandu jkollha sistemi u kontrolli effettivi li jiżguraw servizzi ta' likwidazzjoni li huma applikati biss għal persuni li huma adattati u li jissodisfaw kriterja ċari u li rekwiżiti xierqa huma imposti fuq dawk il-persuni biex jitnaqqsu r-riskji lid-ditta u lis-suq. Id-ditta tal-investiment għandha tiżgura li hemm ftehim bil-miktub li jorbot bvejn id-ditta u l-persuna rigward id-drittijiet u l-obbligi essenzjali li jqumu mill-provvista ta' dak is-servizz.

6.   Il-Kummissjoni għandu tingħata s-setgħat li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 94 li jikkonċerna miżuri li jispeċifikaw ir-rekwiżiti organizzazzjonali dettaljati stipulati fil-paragrafi minn 1 sa 5 li għandhom ikunu imposti fuq id-ditti tal-investiment li jwettqu servizzi ta' investiment differenti u/jew attivitajiet u servizzi anċillari jew kombinazzjoni ta' dawn.

Artikolu 18

Il-proċess tan-negozjar u l-finalizzazzjoni tat-tranżazzjonijiet f'MTF u f'OTF

1.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment jew l-operaturi tas-suq li jħaddmu MTF jew OTF, għandhom, minbarra li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 16, jistabbilixxu wkoll regoli u proċeduri trasparenti għall-kummerċ ġust u bl-ordni u jistabbilixxu kriterji oġġettivi għat-twettiq effiċjenti tal-ordnijiet. Għandu jkollhom arranġamenti għall-ġestjoni soda tal-operat tekniku tal-faċilità, inkluż l-istabbiliment ta' arranġamenti effettivi ta' kontinġenza sabiex ilaħħqu mar-riskji ta' diżordni fis-sistemi.

2.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti tal-investiment jew l-operaturi tas-suq li jħaddmu MTF jew OTF jistabbilixxu regoli trasparenti rigward il-kriterji sabiex jistabbilixxu l-istrumenti finanzjarji li jistgħu jiġu nnegozjati taħt is-sistemi tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, fejn ikun applikabbli, id-ditti tal-investiment jew l-operaturi tas-suq li jħaddmu MTF jew OTF jipprovdu biżżejjed tagħrif, jew ikunu ssodisfati li jkun hemm aċċess għal biżżejjed tagħrif disponibbli pubblikament sabiex jgħinu lill-utenti tagħhom jagħmlu ġudizzju dwar l-investiment, filwaqt li jqisu kemm in-natura tal-utenti kif ukoll it-tipi ta' strumenti nnegozjati.

3.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment jew l-operaturi tas-suq li jħaddmu MTF jew OTF jistabbilixxu, jew jippubblikaw u jżommu regoli trasparenti u mhux diskriminatorji , imsejsa fuq kriterji oġġettivi, li jirregolaw l-aċċess għall-faċilità tagħhom.

3a.     L-Istati Membri għandhom jeżiġu li d-ditti tal-investiment jew l-operaturi tas-suq li joperaw f'MTF jew f'OTF ikollhom arranġamenti fis-seħħ biex jidentifikaw b'mod ċar kwalunkwe kunflitt ta' interess bejn l-interess tal-MTF jew l-OTF, is-sidien tagħhom jew l-operaturi tagħhom u l-funzjonament tajjeb tal-MTF jew l-OTF, u biex jamministraw l-konsegwenzi negattivi potenzjali għall-funzjonament tal-MTF jew l-OTF jew għall-parteċipanti tagħhom li jirriżultaw minn kwalunkwe kunflitt ta' interess tali.

4.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti tal-investiment jew l-operaturi tas-suq li jħaddmu MTF jew OTF jgħarrfu b'mod ċar lill-utenti tagħhom dwar ir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom rigward is-saldu tat-tranżazzjonijiet imwettqa f'dik il-faċilità. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti tal-investiment jew l-operaturi tas-suq li jħaddmu MTF jew OTF ikunu daħħlu fis-seħħ l-arranġamenti meħtieġa sabiex jiffaċilitaw is-saldu effiċjenti tat-tranżazzjonijiet konklużi skont is-sistemi tal-MTF jew tal-OTF.

4a.     L-Istati Membri għandhom jeżiġu li MTF jew OTF ikollha tal-anqas tliet membri jew utenti materjalment attivi, li kull wieħed minnhom ikollu l-opportunità li jinteraġixxi mal-oħrajn kollha fir-rigward tal-formazzjoni tal-prezzijiet.

5.   Meta titolu trasferibbli li jkun ġie ammess għall-kummerċ f'suq regolat jiġi nnegozjati ukoll f'MTF jew f'OTF mingħajr il-kunsens tal-emittent, l-emittent ma għandu ikun suġġett għall-ebda obbligu li jkollu x'jaqsam mal-iddivulgar finanzjarju inizjali, li jkun għaddej jew ad hoc rigward din l-MTF jew din l-OTF.

6.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi kull ditta tal-investiment jew operatur tas-suq li jħaddem MTF jew OTF jikkonforma minnufih ma' kull struzzjoni mill-awtorità kompetenti tiegħu skont l-Artikolu 72(1) sabiex jissospendi jew ineħħi strument finanzjarju mill-kummerċ.

7 .   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF jew OTF jipprovdu lill-awtorità kompetenti u lill-AETS b'deskrizzjoni dettaljata tal-funzjonament tal-MTF jew tal-OTF , inklużi kwalunkwe rabtiet ma' jew parteċipazzjoni minn suq regolat, MTF, OTF jew internalizzatur sistematiku li jappartjeni għall-istess ditta tal-investiment jew operatur tas-suq, u lista tal-membri tagħhom u/jew utenti . Kull awtorizzazzjoni lil ditta tal-investiment jew operatur fis-suq bħala MTF jew OTF għandha tkun notifikata lill-AETS. L-AETS għandha tistabbilixxi lista tal-MTFs u tal-OTFs kollha fl-Unjoni Ewropea . Il-lista għandha tinkludi informazzjoni fuq is-servizzi li tipprovdi l-MTF jew l-OTF u tinkludi l-kodiċi uniku li jidentifika l-MTF jew l-OTF għall-użu f'rapporti skont l-Artikolu 23 u l-Artikoli 5 u 9 tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR]. Hu għandu jkun aġġornat fuq bażi regolari. L-AETS għandha tippubblika u taġġorna l-lista fuq is-sit elettroniku tagħha.

8.    L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi biex tiddetermina l-kontenut u l-format tad-deskrizzjoni u n-notifika referuta fil-paragrafu 8.

L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sa […] (42) .

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 19

Rekwiżiti speċifiċ għall-MTFs

1.   L-Istati Membri għandhom jistipulaw li ditti tal-investiment jew operaturi tas-suq li joperaw MTF, minbarra li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 16 u 18, għandhom jistabbilixxu u jimplimentaw regoli mhux diskrezzjonali għall-eżekuzzjoni tal-ordnijiet fis-sistema.

2.   L-Istati Membri għandhom jistipulaw li r-regoli msemmija fl-Artikolu 18(4) li jirregolaw l-aċċess għal MTF ikunu konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 55(3).

3.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment jew l-operatur tas-suq li joperaw MTF ikollhom arranġament :

(a)

ikun mgħammar b'mod adegwat sabiex jamministra r-riskji li għalihom ikun espost, jimplimenta l-arranġamenti u s-sistemi x-xierqa sabiex jidentifika r-riskji sinifikanti kollha għall-operat tiegħu u jqiegħed fis-seħħ miżuri effettivi sabiex itaffi dawn ir-riskji;

(b)

li jidentifikaw b'mod ċar u jimmaniġġaw il-konsegwenzi avversi potenzjali, għall-operazzjoni tal-MTF jew għall-parteċipanti tagħha, ta' kwalunkwe kunflitt ta' interess bejn l-interess tal-MTF, is-sidien jew l-operaturi tagħha u l-funzjonament tajjeb tal-MTF ;

(c)

ikollu arranġamenti effettivi sabiex jiffaċilita l-finalizzazzjoni effiċjenti u f'waqtha tat-tranżazzjonijiet imwettqa skont is-sistemi tiegħu; u

(d)

ikollu disponibbli, meta jingħata l-awtorizzazzjoni u fuq bażi kontinwa, biżżejjed riżorsi finanzjarji sabiex jiffaċilita l-funzjonament bl-ordni tiegħu, filwaqt li jitqiesu n-natura u l-kobor tat-tranżazzjonijiet konklużi fis-suq u l-firxa u l-livell tar-riskji li għalihom ikun espost.

4.   L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-MTF tikkonforma mal-Artikoli 51 u 51a u li jkollha fis-seħħ sistemi, proċeduri u arranġamenti effikaċi biex tagħmel dan.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Artikoli 24, 25, 27 u 28 mhumiex applikabbli għat-tranżazzjonijiet konklużi skont ir-regoli li jirregolaw MTF bejn il-membri jew il-parteċipanti tiegħu jew bejn l-MTF u l-membri jew il-parteċipanti tiegħu b'rabta mal-użu tal-MTF. Madankollu, il-membri jew il-parteċipanti tal-MTF għandhom ikunu konformi mal-obbligi li hemm provvediment għalihom fl-Artikoli 24, 25, 27 u 28 fir-rigward tal-klijenti tagħhom meta, f'isem il-klijenti tagħhom, jesegwixxu ordnijiet tagħhom permezz tas-sistemi tal-MTF.

Artikolu 20

Rekwiżiti speċifiċi għall-OTFs

1.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment u l-operaturi fis-suq li joperaw OTF jistabbilixxu arranġamenti li jipprevjenu l-eżekuzzjoni tal-ordnijiet tal-klijent f'OTF kontra l-kapital proprjetarju tad-ditta tal-investiment jew operatur tas-suq li joperaw l-OTF jew minn kwalunkwe entità li hija parti mill-istess grupp korporattiv u/jew entità legali bħad-ditta tal-investiment u/jew operatur tas-suq .

Id-ditta tal-investiment jew l-operatur tas-suq jew kwalunkwe entità li hija parti mill-istess grupp korporattiv u/jew persuna ġuridika bħad-ditta tal-investiment u/jew l-operatur tas-suq ma għandhiex taġixxi bħala internalizzatur sistematiku f'OTF operata minnha nnifisha u OTF ma għandhiex tagħmel konnessjoni ma' internalizzatur sistematiku b'tali mod li jkun hemm interazzjoni bejn ordnijiet f'OTF u ordnijiet jew kwoti f'internalizzatur sistematiku. OTF ma għandhiex tkun konnessa ma' OTF oħra b'mod li tiffaċilita li jkun hemm interazzjoni bejn ordnijiet f'OTFs differenti.

1a.     L-Istati Membri għandhom jeżiġu li meta bond, prodott finanzjarju strutturat jew konċessjoni tal-emissjonijiet jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat jew jiġu kkumerċjalizzati f'MTF, id-ditti tal-investimet jew l-operaturi tas-suq li joperaw OTF jippermettu li l-ordnijiet li jkunu kbar fid-daqs biss jitwettqu fuq l-OTF.

1b.     Id-ditti tal-investiment jew l-operaturi tas-suq li joperaw OTF għandu jkollhom id-diskrezzjoni fl-operar tal-OTF f'rabta biss ma':

(a)

kif għandha titwettaq transazzjoni; u

(b)

kif jinteraġixxu l-klijenti.

2.   Talba għal awtorizzazzjoni bħala OTF għandha tinkludi spjegazzjoni dettaljata għaliex is-sistema ma tikkorrispondix għal u ma tistax topera bħala suq regolat, MTF jew internalizzatur sistematiku. Malli jkun awtorizzat, operatur ta' OTF għandu jirraporta annwalment lill-awtorità kompetenti filwaqt li jipprovdi spjegazzjoni aġġornata.

2a.     L-Istati Membri għandhom jeżiġu li d-ditti tal-investiment jew l-operaturi tas-suq li qegħdin joperaw OTF jieħdu passi xierqa biex jidentifikaw u jiġġestixxu kwalunkwe konflitt ta' interess li jinqala' b'konnessjoni mas-sorveljanza u t-tħaddim tal-OTF li jisgtħu jeffettwaw b'mod negattiv lill-membri jew lill-parteċipanti tal-OTF.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Artikoli 24, 25, 27 u 28 jiġu applikati għat-tranżazzjonijiet konklużi f'OTF.

4.   L-Istati Membri għandhom jeżiġu ▐ li l-MTFs jikkonformaw mal-Artikoli 51 u 51a u li jkollhhom fis-seħħ sistemi, proċeduri u arranġamenti effettivi biex jagħmlu dan .

IL-KAPITOLU II

IL-KUNDIZZJONIJIET OPERATTIVI GĦAD-DITTI TAL-INVESTIMENT

TAQSIMA 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 21

Reviżjoni regolari tal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni inizjali

1.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi ditta tal-investiment awtorizzata fit-territorju tagħhom tikkonforma l-ħin kollu mal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni inizjali stabbiliti fil-Kapitolu I ta' dan it-Titolu.

2.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu l-metodi x-xierqa sabiex jimmonitorjaw li d-ditti tal-investiment jikkonformaw mal-obbligu tagħhom skont il-paragrafu 1. Għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment jgħarrfu lill-awtoritajiet kompetenti b'kull bidla materjali fil-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni inizjali.

L-AETS tista' tiżviluppa linji gwida li jirrigwardaw il-metodi ta' monitoraġġ imsemmija f'dan il-paragrafu.

Artikolu 22

L-obbligu ġenerali rigward is-superviżjoni kontinwa

▐ L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-awtoritajiet kompetenti jimmonitorjaw l-attivitajiet tad-ditti tal-investiment sabiex jivvalutaw il-konformità mal-kundizzjonijiet operattivi pprovduti f'din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi jkunu fis-seħħ il-miżuri x-xierqa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiksbu t-tagħrif meħtieġ sabiex jivvalutaw il-konformità tad-ditti tal-investiment ma' dawk l-obbligi.

Artikolu 23

Il-kunflitti ta' interess

1.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment jieħdu l-passi neċessarji kollha sabiex jidentifikaw il-kunflitti ta' interess kollha bejniethom, inklużi l-amministraturi, l-impjegati u l-aġenti marbuta tagħhom, jew kull persuna marbuta direttament jew indirettament magħhom bil-kontroll, u l-klijenti tagħhom, jew bejn klijent u ieħor li jinħolqu huwa u jiġi pprovdut kwalunkwe servizz ta' investiment jew servizz sekondarju, jew kumbinazzjonijiet tagħhom , inklużi dawk ikkawżati mir-riċezzjoni ta' inċentivi minn partijiet terzi jew mir-rimunerazzjoni tad-ditta stess jew strutturi oħra ta' inċentivi .

2.   Meta l-arranġamenti organizzattivi jew amministrattivi magħmula mid-ditta tal-investiment skont l-Artikolu 16(3) biex jevitaw jew jamministraw il-kunflitti ta' interess ma jkunux biżżejjed sabiex jiżguraw, b'fiduċja raġonevoli, illi se jiġu pprevenuti r-riskji ta' ħsara lill-interessi tal-klijenti, id-ditta tal-investiment għandha tiżvela b'mod ċar in-natura ġenerali u/jew is-sorsi tal-kunflitti ta' interess lill-klijent qabel ma twettaq il-kummerċ f'ismu.

3.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 94 sabiex :

(a)

tiddefinixxi l-passi li d-ditti tal-investiment jistgħu jiġu mistennija b'mod raġonevoli li jieħdu sabiex jidentifikaw, jipprevjenu, jamministraw u jiżvelaw il-kunflitti ta' interess meta jkunu qed jipprovdu diversi servizzi ta' investiment u servizzi anċillari u għaqdiet tagħhom;

(b)

tistabbilixxi l-kriterji x-xierqa sabiex jiġu stabbiliti t-tipi ta' kunflitti ta' interess li l-eżistenza tagħhom tista' tagħmel ħsara lill-interessi tal-klijenti jew tal-klijenti potenzjali tad-ditta tal-investiment.

TAQSIMA 2

ID-DISPOŻIZZJONIJIET SABIEX TKUN ŻGURATA L-PROTEZZJONI TAL-INVESTITURI

Artikolu 24

Il-prinċipji ġenerali u t-tagħrif lill-klijenti

1.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi, meta tkun qed tipprovdi servizzi ta' investiment jew, meta jkun xieraq, servizzi anċillari lill-klijenti, ditta tal-investiment taġixxi b'mod onest, ġust u professjonali skont l-aħjar interessi tal-klijenti tagħha u tikkonforma, b'mod partikulari, mal-prinċipji mogħtija f'dan l-Artikolu u fl-Artikolu 25.

1a.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta d-ditti ta' investiment ifasslu prodotti ta' investiment jew depożiti strutturati għall-bejgħ lill-klijenti professjonali u mhux, dawk il-prodotti jitfasslu biex jissodisfaw il-bżonnijiet ta' suq fil-mira identifikat fi ħdan il-kategorija rilevanti ta' klijenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment jieħdu passi raġonevoli sabiex jiżguraw li kull prodott ta' investiment jiġi kkummerċjalizzat u jitqassam lill-klijenti fi ħdan il-grupp fil-mira u li l-miri tal-bejgħ u l-iskemi ta' premjijiet jew l-inizjattivi ma jipprovdux inċentiv għall-kummerċjalizzazzjoni jew it-tqassim tal-prodott ta' investiment barra l-grupp fil-mira. L-Istati Membri għandhom jeżiġu li d-ditti ta' investiment li jfasslu prodotti ta' investiment jew depożiti strutturati għall-bejgħ lill-klijenti professjonali jew mhux professjonali jipprovdu informazzjoni lil kwalunkwe distribwitur tal-parti terza dwar is-suq fil-mira intenzjonat għall-prodott.

1b.     Istati Membri għandhom jiżguraw li l-mod li bih ditta tal-investimenti tirremunera l-persunal tagħha, taħtar rappreżentanti jew ditti tal-investimenti oħra ma jfixkilx il-konformità mal-obbligu tagħha li taġixxi fl-aħjar interessi tal-klijenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-persunal jagħti pariri dwar, iqiegħed fis-suq jew ibigħ prodotti jew strumenti finanzjarji lill-klijenti mhux professjonali, l-istrutturi ta' rimunerazzjoni involuti ma jippreġudikawx il-kapaċità tagħhom li jipprovdu rakkomandazzjoni oġġettiva, meta rilevanti, jew li jipprovdu informazzjoni b'mod li jkun ġust, ċar u mhux qarrieqi bi qbil mal-paragrafu 2 u li ma tagħtix lok għal kunflitti ta' interess mhux dovuti b'mod ieħor.

B'mod partikulari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

ir-rimunerazzjoni ma tkunx tiddependi ħafna mill-miri għall-bejgħ jew il-profittabilità tal-prodotti ta' investiment jew l-istrumenti finanzjarji;

(b)

ir-rimunerazzjoni jew l-arranġamenti oħra, inklużi l-valutazzjoni tar-rendiment, ma jipprovdux inċentiv biex il-persunal jirrakkomanda prodott ta' investiment jew strument finanzjarji partikolari lil klijent mhux professjonali meta d-ditta tal-investiment tista' toffi prodott tal-investiment jew strument finanzjarju ieħor li jissodisfa aħjar l-objettivi tal-klijent.

1c.     1c. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment ma jitqisux li qed jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 23 jew tal-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu meta, b’mod partikolari, iħallsu kwalunkwe persuna ħlief il-klijent jew jitħallsu xi tariffa jew kummissjoni, jew jipprovdu jew jiġu pprovduti bi kwlunkwe benefiċċju mhux monetarju b’rabta mal-forniment ta’ serviżż ta’ investimet jew servizz anċillari minn kwalunkwe parti ħlief il-klijent, minbarra meta l-pagament ta’ tariffa jew kummissjoni, jew l-għoti ta’ benefiċċju mhux monetarju jkun maħsub biex isaħħaħ il-kwalità tas-serviżż rilevanti lill-klijent u ma jxekkilx il-konformità mad-dmir tad-ditta li taġixxi b’mod onest, ġust u professjonali b’konformità mal-aħjar interessi tal-klijenti tagħha u::

(a)

ikun ittrasferit lill-investitur flimkien ma dokumentazzjoni li tiddettalja s-servizzi kollha u t-tariffa jew kummissjoni assoċjata miegħu;;

(b)

ikun jippermetti jew ikun neċessarju għall-provvediment ta’ servizzi ta’ investiment, bħal spejjeż ta’ kustodja, imposti regolatorji jew tariffi legali u li, bin-natura tagħhom ma jistgħux iqajmu kunflitti mad-dmirijiet tad-ditta li taġixxi b’mod onest, ġust u professjonali b’konformità mal-aħjar interessi tal-klijenti tagħha; jew

(c)

l-eżistenza, in-natura u l-ammont tiegħu, jew, meta l-ammont ma jkunx jista’ jiġi aċċertat, il-metodu ta’ kalkolazzjoni ta’ dak l-ammont, għandhom jiġu żvelati lill-klijent, b’mod li jkun komprensiv, preċiż u jinftiehem qabel il-provvediment tas-servizz rilevanti;.

sakemm l-Istati Membri ma jipprovdux li r-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu jiġu ssodisfati biss meta l-valur tat-tariffa, kummissjoni jew benefiċċju mhux monetarju jiġi ttrasferit lill-klijent. [Em. 5]

2.   It-tagħrif kollu, inklużi l-komunikazzjonijiet ta' promozzjoni, li d-ditta tal-investiment tibgħat lill-klijenti jew lill-klijenti potenzjali, għandu jkun ġust, ċar u ma jqarraqx. Il-komunikazzjonijiet ta' promozzjoni għandhom ikunu jistgħu jiġu identifikati biċ-ċar bħala komunikazzjonijiet ta' dan it-tip.

3.   Għandu jiġi pprovdut tagħrif xieraq lill-kljienti jew lill-klijenti potenzjali fil-mument xieraq dwar:

id-ditta tal-investiment u s-servizzi tagħha; meta jingħata parir dwar l-investiment l-informazzjoni għandha tispeċifika l-ambitu tal-prodotti koperti mill-parir,

l -istrutturi tal-prodotti u l-kategorizzazzjoni tal-klijenti tas-suq fil-mira maħsub, l-istrumenti finanzjarji u l-istrateġiji proposti tal-investiment; dan għandu jinkludi gwida xierqa u twissijiet dwar ir-riskji assoċjati mal-investimenti f'dawk l -istrutturi tal-prodott , l-istrumenti finanzjarji jew rigward strateġiji partikulari tal-investiment,

iċ-ċentri tat-twettiq,

l-ispejjeż u l-imposti assoċjati relatati kemm mas-servizzi ta' investiment jew anċillari u kwalunkwe prodott ta' investiment, depożitu strutturat jew strumenti finanzjarju rakkomandat jew kummerċjalizzat lill-klijenti .

Għall-prodotti kollha ta' investiment l-informazzjoni fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi l-ispiża totali tal-investiment permezz ta' illustrazzjoni standardizzata tal-effett kumulattiv fuq ir-rendimenti tat-tnaqqis kollu, inklużi t-tariffi u l-ispejjeż, li ma jirriżultawx mill-okkorrenza ta' riskji sottostanti fis-suq, fuq il-bażi ta' projezzjoni standardizzata espressa bħala ammont kontanti qabel l-investiment u tal-inqas darba fis-sena għal kull investiment attwali.

3a.     Meta jiġu provduti parir dwar l-investiment jew l-immaniġġjar ta' portafoll diskrezzjonali, l-informazzjoni xierqa msemmija fil-paragrafu 3 għandha tkun provduta qabel jingħata l-parir dwar l-investiment u għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

il-firxa ta' prodotti ta' investiment u strumenti finanzjarji li fuqhom se tkun ibbażata r-rakkomandazzjoni u, b'mod partikolari, jekk il-firxa hiex limitata għall-istrumenti finanzjarjai maħruġa jew ipprovduti minn entitajiet li għandhom rabtiet mill-qrib mad-ditta tal-investimenti.

(b)

jekk għandhiex titħallas tariffa mill-konsumatur għall-parir u, jekk iva, it-tariffa jew il-bażi għall-kalkolu tagħha;

(c)

jekk id-ditta tirċevix xi tariffa, kummissjoni, benefiċċju monetarju jew mhux monetarju jew inċentivi oħra minn partijiet terzi f'rabta mal-forniment tal-parir dwar l-investiment u, meta applikabbli, il-mekkaniżmu għat-trasferiment tal-inċentiv lill-klijent;

(d)

jekk id-ditta tal-investiment hux se tipprovdi lill-klijent b'valutazzjoni perjodika dwar l-adegwatezza tal-istrumenti finanzjarji rakkomandati lill-klijenti.

It-tagħrif imsemmi fl-ewwel subparagrafu u fil-paragrafu 1c(c) għandu jingħata b'mod li jista' jinftiehem b'tali mod li l-klijenti jew il-klijenti potenzjali jkunu kapaċi b'mod raġonevoli jifhmu n-natura u r-riskji tas-servizz tal-investiment u tat-tip speċifiku ta' strument finanzjarju li jkun qiegħed jiġi offrut u, b'konsegwenza ta' dan, ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet dwar l-investiment fuq bażi infurmata. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li dan it-tagħrif ▐ jiġi pprovdut f'format standardizzat.

4.   Fil-każijiet meta servizz ta' investiment jiġi offrut bħala parti minn prodott finanzjarju li jkun diġà suġġett għal dispożizzjonijiet oħra tal-leġislazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew għal standards komuni Ewropej li jkollhom x'jaqsmu mal-istituzzjonijiet ta' kreditu u mal-krediti tal-konsumaturi rigward ir-rekwiżiti tat-tagħrif, dan is-servizz ma għandux ikun suġġett b'mod addizzjonali għall-obbligi mogħtija fil-paragrafi 2 , 3 u 3a .

5.    L-Istati Membri jistgħu barra minn hekk jipprojbixxu jew jirristrinġu iktar l-offerta jew l-aċċettazzjoni tat-tariffi, il-kummissjonijiet jew il-benefiċċji mhux monetarji f'rabta mal-forniment ta' parir dwar l-investiment jew immaniġġjar ta' portafoll diskrezzjonali. Dan jista' jinkludi li jintalab li kwalunkwe tali tariffi, kummissjonijiet jew benefiċċji mhux monetarji jiġu ritornati lill-klijenti jew jitneħħew kontra tariffi mħallsa mill-klijent.

5a.     L-Istati Membri għandhom jesiġu li meta ditta tal-investiment tinforma lil klijent li l-parir dwar l-investiment jew il-ġestjoni tal-portafoll jingħata fuq bażi indipendenti, id-ditta tal-investiment tivvaluta li jkun hemm numru kbir suffiċjenti ta’ prodotti ta’ investiment jew strumenti finanjarji disponibbli fis-suq li jkunu diversifikati b’mod suffiċjenti fir-rigward tat-tip u l-emittent tagħhom jew fir-rigward tal-fornituri tal-prodott sabiex jiġi żgurat li l-objettivi ta’ investiment tal-klijent ikunu jistgħu jintlaħqu b’mod xieraq u ma jkunx limitat għal strumenti finanzjarji maħruġa jew ipprovduti minn entitajiet li jkollhom rabtiet mill-qrib mad-ditta tal-investiment.

Meta d-ditta tal-investiment tinforma lill-klijent li l-parir dwar l-investiment jingħata fuq bażi indipendenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-aċċettazzjoni ta’ kwalunkwe tariffa, kummissjoni jew benefiċċju mhux monetarju fir-rigward tal-parir dwar l-investiment jew ġestjoni tal-portafoll ikun ipprojbit. [Em. 6]

6.    L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li ditta tal-investiment, meta tipprovdi l-immaniġġar diskrezzjonali tal-portafolji , tiżvela f’rapport perjodiku l-inċentivi kollha mħallsa jew riċevuti fir-rigward tal-immaniġġar diskrezzjonali tal-portafolji matul il-perjodu preċedenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ditta tal-investiment ma tagħtix remunerazzjoni jew tivvaluta l-prestazzjoni tal-impjegati tagħha, ir-rappreżentanti tagħha jew ditti oħra tal-investiment assoċjati magħha b'mod li jmur kontra l-obbligu tagħha li taġixxi fl-aħjar interessi tal-klijenti . [Em. 7]

7.   Meta servizz ta' investiment jiġi offrut lil klijent mhux professjonali flimkien ma' servizz jew prodott ieħor bħala parti minn pakkett jew bħala kundizzjoni għall-istess ftehim jew pakkett, id-ditta tal-investiment għandha tinforma lill-klijent jekk ikunx possibbli li jixtri l-komponenti differenti separatement u għandha tipprovdi evidenza separata tal-kost u t-tariffi għal kull komponent.

L-AETS, f'kooperazzjoni mal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, AEAPX), permezz tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, għandha tiżviluppa sa mhux aktar tard minn […] (43) , u taġġorna perjodikament, linji gwida għall-valutazzjoni u s-superviżjoni tal-prattiki ta' bejgħ inkroċjat, partikolarment, sitwazzjonijiet fejn il-prattiki ta' bejgħ inkroċjat ma jkunux konformi mal-obbligi fil-paragrafu 1.

8.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 94 li jikkonċernaw miżuri li jiżguraw li ditti tal-investiment huma konformi mal-prinċipji stipulati f'dan l-Artikolu meta jipprovdu servizzi ta' investiment jew servizzi anċillari lill-klijenti tagħhom. , inklużi l-kondizzjonijiet li magħhom l-informazzjoni għandha tikkonforma sabiex tkun ġusta, ċara u mhux qarrieqa, id-dettalji dwar il-kontenut u l-format tal-informazzjoni lil klijenti b’rabta ma’ ditti tal-investiment u s-servizzi tagħhom, il-kriterji għall-valutazzjoni tal-emittenti u l-fornituri differenti ta' prodott għall-provvediment ta’ parir dwar l-investiment fuq bażi inidpendenti, il-kriterji biex tiġi evalwata l-konformità ta’ ditti li jirċievu inċentivi mal-obbligu li jaġixxu b’mod onest, ġust u professjonali b’konformità mal-aħjar interessi tal-klijent . Dawk l-atti delegati għandhom iqisu: [Em. 8]

(a)

in-natura tas-servizz/i offrut/i jew ipprovdut/i lill-klijent jew lill-klijent potenzjali, filwaqt li jitqiesu t-tip, l-għan, id-daqs u l-frekwenza tat-tranżazzjonijiet;

(b)

in-natura tal-prodotti ta' investiment offruti jew ikkunsidrati inkluż tipi differenti ta' strumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 1(2);

(c)

in-natura mhux professjonali jew professjonali tal-klijent jew klijenti potenzjali, fil-każ tal-paragrafu 3, il-klassifikazzjoni tagħhom bħala kontropartijiet eliġibbli ;

(ca)

il-parametri għall-illustrazzjonijiet standardizzati msemmija fil-paragrafu 3.

Artikolu 25

Valutazzjoni tal-adattament u l-adegwatezza u r-rappurtar lill-klijenti

-1.

L-Istati Membri għandhom jeżiġu li d-ditti tal-investiment jiżguraw u juru li l-persuni fiżiċi li jagħtu l-pariri dwar l-investiment jew informazzjoni dwar prodotti ta' investiment, servizzi ta' investiment jew servizzi anċillari lill-klijenti f'isem id-ditta tal-investiment ikollhom l-għarfien u l-kompetenza meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 24 u dan l-Artikolu u għandhom jippubblikaw il-kriterji użati biex jivvalutaw l-għarfien u l-kompetenza.

1.

Meta tipprovdi pariri dwar l-investiment jew il-ġestjoni ta' portafoll, id-ditta tal-investiment għandha tikseb it-tagħrif meħtieġ dwar l-għarfien u l-esperjenza tal-klijent jew tal-klijent potenzjali fil-kamp tal-investiment rilevanti għat-tip speċifiku tal-prodott jew tas-servizz, is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu , inkluża l-abilità tiegħu li jġarrab it-telf, it-tolleranza tiegħu għar-riskju u l-objettivi tal-investiment tiegħu, sabiex id-ditta tkun tista' tirrakkomanda lill-klijent jew lill-klijent potenzjali s-servizzi ta' investiment u l-istrumenti finanzjarji li huma adattati għalih u, b'mod partikolari, huma konformi mat-tolleranza tiegħu għar-riskju u l-abilità li jġarrab it-telf .

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta ditta tal-investiment tipprovdi parir dwar l-investiment li jirrakkomanda pakkett ta' servizzi jew prodotti marbuta flimkien skont l-Artikolu 24(7), kull komponent individwali jkun xieraq għall-klijent kif ukoll għall-pakkett globali ta' prodotti flimkien.

2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi d-ditti tal-investiment, meta jkunu qegħdin jipprovdu servizzi oħra għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1, jistaqsu lill-klijent jew lill-klijent potenzjali rigward l-għarfien u l-esperjenza tiegħu fil-kamp tal-investiment rilevanti għat-tip speċifiku ta' l-prodott jew servizz offrut jew mitlub sabiex id-ditta tal-investiment tkun tista' tivvaluta jekk is-servizz jew il-prodott tal-investiment previst huwiex adattat għall-klijent. Meta pakkett ta' servizzi jew prodotti jiġi previst skont l-Artikolu 24(7), il-valutazzjoni għandha tqis jekk kull komponent individwali hux xieraq kif ukoll il-pakkett globali ta' prodotti flimkien.

Meta, fuq il-bażi tat-tagħrif li tingħata skont il-paragrafu ta' qabel, ditta tal-investiment tikkunsidra illi l-prodott jew is-servizz ma jkunx adattat għall-klijent jew għall-klijent potenzjali, id-ditta tal-investiment għandha twissi lill-klijent jew lill-klijent potenzjali b'dan. Din it-twissija tista' tiġi pprovduta f'format standardizzat.

Meta l-klijenti jew il-klijenti potenzjali ma jipprovdux it-tagħrif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, jew meta ma jipprovdux biżżejjed tagħrif dwar l-għarfien u l-esperjenza tagħhom, id-ditta tal-investiment għandha twissihom illi hija mhix f'qagħda li tistabbilixxi jekk is-servizz jew il-prodott previst huwiex adattat għalihom. Din it-twissija tista' tiġi pprovduta f'format standardizzat.

3.

L-Istati Membri għandhom jippermettu lid-ditti tal-investiment, meta jkunu qegħdin jipprovdu servizzi tal-investiment li jikkonsistu biss fit-twettiq jew fir-riċeviment u t-trażmissjoni tal-ordnijiet tal-klijenti flimkien ma' servizzi anċillari jew mingħajrhom, ħlief għas-servizzi anċillari speċifikati fit-Taqsima B(1) tal-Anness 1, sabiex jipprovdu dawn is-servizzi tal-investiment lill-klijenti tagħhom mingħajr il-ħtieġa li jiksbu t-tagħrif jew jagħmlu l-valutazzjoni pprovduta fil-paragrafu 2 meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

is-servizzi jirrelataw ma' kwalunkwe wieħed mill-istrumenti finanzjarji li ġejjin:

(i)

l-ishma ammessi għan-negozjar f'suq regolat jew f'suq ekwivalenti ta' pajjiż terz jew f'MTF, meta dawn ikunu ishma f'kumpaniji, minbarra l-ishma f'intrapriżi għall-investimenti kollettiv li ma jkunux tal-UCITS u l-ishma li jkun fihom derivattiv ġo fihom sakemm id-derivativ ma jżidx ir-riskju lill-investitur ;

(ii)

il-bonds jew għamliet oħra ta' dejn garantit ammessi għall-kummerċ f'suq regolat jew f'suq ekwivalenti ta' pajjiż terz jew f'MTF, minbarra dawk li jkun fihom derivattiv ġo fihom jew li jinkorporaw struttura li tagħmilha diffiċli għal klijent li jifhem ir-riskju involut jew d-derivativ ma jżidx ir-riskju għall-investitur ;

(iii)

l-istrumenti tas-suq tal-flus, minbarra dawk li jkun fihom derivattiva ġo fihom jew li jinkorporaw struttura li tagħmilha diffiċli għal klijent li jifhem ir-riskju involut jew d-derivativ ma jżidx ir-riskju għall-investitur ;

(iv)

l-ishma jew l-unitajiet fl-UCITS ▐;

(v)

strumenti finanzjarji oħra mhux kumplessi għall-finijiet ta' dan il-paragrafu.

Għall-finijiet ta' dan il-punt, jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti u l-proċeduri stabbiliti fis-subparagrafi 3 u 4 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ (44), suq ta' pajjiż terz għandu jiġi kkunsidrat bħala ekwivalenti għal suq regolat.

(b)

is-servizz jiġi pprovdut fuq inizjattiva tal-klijent jew tal-klijent potenzjali,

(c)

il-klijent jew il-klijent potenzjali jkunu ġew mgħarrfa biċ-ċar illi fil-provvediment ta' dan is-servizz, id-ditta tal-investiment mhix meħtieġa tivvaluta kemm l-istrument jew is-servizz ipprovdut jew offrut hu adattat jew adegwat u li għalhekk huma ma jibbenefikawx mill-protezzjoni korrispondenti tar-regoli rilevanti tal-kondotta tal-operat. Din it-twissija tista' tiġi pprovduta f'format standardizzat,

(d)

id-ditta tal-investiment tikkonforma mal-obbligi tagħha skont l-Artikolu 23.

4.

Id-ditta tal-investiment għandha tistabbilixxi reġistru li jinkludi d-dokument jew id-dokumenti miftiehma bejn id-ditta u l-klijent li jiddikjaraw id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet, u termini oħra li fuqhom id-ditta se tipprovdi servizzi lill-klijent. Id-drittijiet u d-dmirijiet tal-partijiet fil-kuntratt jistgħu jiġu inkorporati b'riferiment għal dokumenti jew testi legali oħrajn.

5.

Il-klijent irid jirċievi rapporti adegwati f'forma dewwiema mingħand id-ditta tal-investimenti dwar is-servizz ipprovdut lill-klijenti. Dawn ir-rapporti għandhom jinkludu komunikazzjonijiet perjodiċi lill-klijenti, li jqisu t-tip u l-kumplessità tal-istrumenti finanzjarji involuti u n-natura tas-servizz mogħti lill-klijent u għandhom jinkludu, meta jkun applikabbli, l-ispejjeż assoċjati mat-tranżazzjonijiet u s-servizzi mwettqa f'isem il-klijent. Hija u tagħti pariri dwar l-investiment lill-klijenti mhux professjonali , id-ditta tal-investiment għandha tipprovdi lill-klijent b'rekord fuq mezz li jservi għal żmien twil fejn tispeċifika tal-anqas l-objettivi tal-klijent, ir-rakkomandazzjoni u b'liema mod il-parir mogħti jissodisfa l-karatteristiċi personali u l-objettivi tal-klijent. Meta ditta tal-investiment tipprovdi mmaniġġjar ta' portafoll diskrezzjonali u meta ditta tal-investiment li tipprovdi parir dwar l-investiment tinforma lill-klijent li se tipprovdi valutazzjoni tal-adegwatezza fuq bażi perjodika bi qbil mal-Artikolu 24(3)(d), din għandha tinforma lill-klijent dwar il-frekwenza tal-valutazzjoni u l-komunikazzjoni relatata u r-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar ir-rendiment tal-prodotti rilevanti tal-investiment u, meta jiġu provduti parir dwar l-investiment jew mmaniġġjar ta' portofoll diskrezzjonali, valutazzjoni aġġornata tal-adegwatezza ta' dawk il-prodotti ta' investiment.

6.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 94 li jikkonċerna miżuri li jiżguraw li ditti tal-investiment huma konformi mal-prinċipji stipulati fil-paragrafi 1 sa 5 meta jipprovdu servizzi ta' investiment jew servizzi anċillari lill-klijenti tagħhom. Dawk l-atti delegati għandhom b'mod partikolari jispeċifikaw kriterji għall-valutazzjoni tal-għarfien u l-kompetenza meħtieġa skont il-paragrafu 1 u għandhom iqisu:

(a)

in-natura tas-servizz/i offrut/i jew ipprovdut/i lill-klijent jew lill-klijent potenzjali, filwaqt li jitqiesu t-tip, l-għan, id-daqs u l-frekwenza tat-tranżazzjonijiet;

(b)

in-natura tal-prodotti li jkunu qegħdin jiġu offruti jew ikkunsidrati, inklużi t-tipi differenti ta' strumenti finanzjarji u ta' depożiti bankarji msemmija fl-Artikolu 1(2);

(c)

in-natura tal-klijent jew tal-klijenti potenzjali bħala klijenti fil-livell tal-konsumaturi jew klijenti professjonali jew, fil-każ tal-paragrafu 5, il-klassifika tagħhom bħala kontropartijiet eliġibbli.

7.

L-AETS għandha tiżviluppa, sa […] (45) , linji gwida għall-valutazzjoni tal-istrumenti finanzjarji li jinkorporaw struttura li tagħmilha diffiċli għall-klijent li jifhem ir-riskju involut, skont il-paragrafu 3(a), u għandha taġġornahom b'mod regolari.

Artikolu 26

Il-provvediment tas-servizzi permezz ta' ditta oħra tal-investiment

L-Istati Membri għandhom jippermettu lil ditta tal-investiment li, meta tirċievi struzzjoni biex twettaq servizzi ta' investiment jew servizzi anċillari f'isem klijent permezz ta' ditta oħra tal-investiment, toqgħod fuq it-tagħrif dwar il-klijenti mibgħut minn din id-ditta l-oħra. Id-ditta tal-investiment li tkun bagħtet l-istruzzjonijiet bħala medjatur se tibqa' responsabbli għall-kompletezza u l-eżattezza tat-tagħrif mibgħut.

Id-ditta tal-investiment li tirċievi struzzjoni sabiex twettaq servizzi f'isem klijent b'dan il-mod għandha tkun kapaċi wkoll toqgħod fuq kull rakkomandazzjoni rigward is-servizz jew it-tranżazzjoni li tkun ingħatat lill-klijent minn ditta oħra tal-investiment. Id-ditta tal-investiment li tkun bagħtet l-istruzzjonijiet bħala medjatur se tibqa' responsabbli minn kemm ikunu adattati għall-klijent ir-rakkomandazzjonijiet jew il-pariri pprovduti.

Id-ditta tal-investiment li tirċievi struzzjonijiet jew ordnijiet ta' klijent permezz ta' ditta oħra tal-investiment għandha tibqa' responsabbli għall-konklużjoni tas-servizz jew tat-tranżazzjoni, abbażi ta' kull tagħrif jew rakkommandazzjoni ta' dan it-tip, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan it-Titolu.

Artikolu 27

L-obbligu li jitwettqu l-ordnijiet fuq l-iktar termini favorevoli għall-klijent

1.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti tal-investiment jieħdu l-passi neċessarji kollha sabiex, meta jwettqu l-ordnijiet, jiksbu l-aħjar riżultat possibbli għall-klijenti tagħhom, filwaqt li jqisu l-prezz, l-ispejjeż, il-ħeffa, il-probabbiltà tat-twettiq u tas-saldu, id-daqs, in-natura u kull kunsiderazzjoni oħra li tkun rilevanti għat-twettiq tal-ordni. Madankollu, kulmeta jkun hemm struzzjoni speċifika mill-klijent, id-ditta tal-investiment għandha twettaq l-ordni skont l-istruzzjoni speċifika.

Meta ditta tal-investiment twettaq ordni f'isem klijent mhux professjonali, l-aħjar riżultat possibbli għandu jiġi determinat f'termini tal-kunsiderazzjoni totali, li tirrappreżenta l-prezz tal-istrument finanzjarju u l-ispejjeż relatati mat-twettiq, li għandhom jinkludu l-ispejjeż kollha mġarrba mill-klijent li huma relatati direttament mat-twettiq tal-ordni, inklużi t-tariffi taċ-ċentru tat-twettiq, tariffi tal-ikklerjar u s-saldu u kwalunkwe tariffi oħra mħallas lill-partijiet terzi involuti fit-twettiq tal-ordni.

1a.     Ditta tal-investiment m'għandha tirċievi ebda rimunerazzjoni, skont jew benefiċċju mhux monetarju għall-ordnijiet ta' direzzjonar għal ċentru ta' negozjar jew ċentru tat-twettiq partikolari.

2.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li kull ċentru tat-twettiq iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, bla ħlas, dejta dwar il-kwalità tat-twettiq tat-tranżazzjonijiet f'dak il-post tal-inqas kull tliet xhur u li, wara t-twettiq ta' transazzjoni f'isem klijent, id-ditta tal-investiment għandha, fuq talba, tinforma lill-klijent dwar fejn twettqet l-ordni. Ir-rapporti perjodiċi għandhom jinkludu dettalji dwar il-prezz, il-ħeffa tat-twettiq u l-probabbiltà tat-twettiq għal kull strument finanzjarju individwali.

3.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lid-ditti tal-investiment jistabbilixxu u jimplimentaw arranġamenti effettivi sabiex jikkonformaw mal-paragrafu 1. B'mod partikulari, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu lid-ditti tal-investiment jistabbilixxu u jimplimentaw politika tat-twettiq tal-ordnijiet sabiex ikunu jistgħu jiksbu, għall-ordnijiet tal-klijenti tagħhom, l-aħjar riżultat possibbli skont il-paragrafu 1.

4.   Il-politika tat-twettiq tal-ordnijiet għandha tinkludi, għal kull klassi ta' strumenti, tagħrif dwar iċ-ċentridifferenti fejn id-ditta tal-investiment twettaq l-ordnijiet tal-klijenti tagħha u l-fatturi li jaffettwaw l-għażla taċ-ċentru tat-twettiq. Għandha mill-inqas tinkludi dawk iċ-ċentrili jgħinu lid-ditta tal-investiment tikseb, fuq bażi konsistenti, l-aħjar riżultat possibbli għat-twettiq tal-ordnijiet tal-klijenti.

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti tal-investiment jipprovdu t-tagħrif ix-xieraq lill-klijenti tagħhom dwar il-politika tagħhom tat-twettiq tal-ordnijiet. Dak it-tagħrif għandu jispjega biċ-ċar, b'mod iddettaljat biżżejjed u b'mod li jista' jinftiehem faċilment mill-klijenti, kif id-ditta se twettaq l-ordnijiet għall-klijenti. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti tal-investiment jiksbu l-kunsens minn qabel tal-klijenti tagħhom dwar il-politika tagħhom tat-twettiq.

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi, meta politika tat-twettiq tal-ordnijiet tipprovdi l-possibbiltà li l-ordnijiet tal-klijenti jitwettqu 'l barra minn suq regolat, minn MTF jew minn OTF, id-ditta tal-investiment għandha, b'mod partikulari, tgħarraf lill-klijenti tagħha dwar din il-possibbiltà. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti tal-investiment jiksbu l-kunsens espress minn qabel tal-klijenti tagħhom qabel ma jipproċedu bit-twettiq tal-ordnijiet tagħhom 'il barra minn suq regolat, minn MTF jew minn OTF. Id-ditti tal-investiment jistgħu jiksbu dan il-kunsens jew fil-għamla ta' ftehim ġenerali jew fir-rigward ta' tranżazzjonijiet individwali.

4a.     L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment, kull tliet xhur, għal kull klassi ta' strumenti finanzjarji, jagħtu taqsira ta' u jippubblikaw l-aqwa ħames postijiet ta' twettiq f'termini ta' volumi ta' kummerċ mibgħuta fejn ikunu wettqu l-ordnijiet fit-tliet xhur preċedenti u d-dejta miksuba dwar il-kwalità tat-twettiq.

5.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lid-ditti tal-investiment jimmonitorjaw l-effikaċja tal-arranġamenti tagħhom għat-twettiq tal-ordnijiet u tal-politika tat-twettiq tagħhom sabiex jidentifikaw u, fejn ikun xieraq, jikkoreġu kull nuqqas. B'mod partikulari, għandhom jivvalutaw, fuq bażi regolari, jekk iċ-ċentritat-twettiq inklużi fil-politika tat-twettiq tal-ordnijiet, jipprovdux l-aħjar riżultat possibbli għall-klijent jew jekk hemmx bżonn li jagħmlu bidliet fl-arranġamenti tagħhom tat-twettiq. Dik il-valutazzjoni għandha wkoll tqis liema bidliet, jekk ikun hemm, jeħtieġu jsiru lill-politika fid-dawl tal-informazzjoni ppubblikata taħt il-paragrafi 2 u 4a. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lid-ditti tal-investiment jinnotifikaw lill-klijenti dwar kull bidla materjali fl-arranġamenti tagħhom tat-twettiq tal-ordnijiet jew fil-politika tagħhom tat-twettiq.

6.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti ta' l-investiment jkunu kapaċi juru lill-kljenti tagħhom, fuq it-talba ta' dawn, illi jkunu wettqu l-ordnijiet tagħhom skond il-politika tat-twettiq tad-ditta.

7.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 94 dwar:

(a)

il-kriterji sabiex tiġi stabbilita l-importanza relattiva tal-fatturi differenti li, skont il-paragrafu 1, jistgħu jitqiesu sabiex jiġi stabbilit l-aħjar riżultat possibbli filwaqt li jitqiesu d-daqs u t-tip tal-ordni u n-natura tal-klijent bħala klijent fil-livell tal-konsumaturi jew klijent professjonali;

(b)

il-fatturi li jistgħu jitqiesu minn ditta tal-investiment meta tkun qed tirrevedi l-arranġamenti tagħha tat-twettiq u ċ-ċirkustanzi li fihom jistgħu jkunu xierqa l-bidliet għal dawn l-arranġamenti. B'mod partikulari, il-fatturi sabiex jiġi stabbilit liema postijiet jgħinu lid-ditti tal-investiment jiksbu, fuq bażi konsistenti, l-aħjar riżultat possibbli għat-twettiq tal-ordnijiet tal-klijenti;

(c)

in-natura u l-kobor tat-tagħrif li jrid jiġi pprovdut lill-klijenti dwar il-politiki tagħhom tat-twettiq, skont il-paragrafu 4.

8.   L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jiddeterminaw:

(a)

il-kontenut speċifiku, il-format u l-perjodiċità tad-dejta marbuta mal-kwalità tat-twettiq li għandha tiġi ppubblikata skont il-paragrafu 2, filwaqt li jitqiesu t-tip ta' ċentru tat-twettiq u t-tip ta' strument finanzjarju kkonċernat;

(b)

il-kontenut u l-format tat-tagħrif li d-ditti tal-investiment għandhom jippubblikaw skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5.

L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa […]  (46) .

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont ▐ l-Artikoli 10 sa14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 28

Ir-regoli ta' kif għandhom jiġu ttrattati l-ordnijiet tal-klijenti

1.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti tal-investiment li huma awtorizzati jwettqu ordnijiet f'isem il-klijenti jimplimentaw il-proċeduri u l-arranġamenti li jipprovdu t-twettiq fil-pront, ġust u bil-ħeffa tal-ordnijiet tal-klijenti, fejn jidħlu l-ordnijiet ta' klijenti oħra jew l-interessi tal-kummerċ tad-ditta tal-investiment.

Dawn il-proċeduri jew l-arranġamenti għandhom jippermettu t-twettiq ta' ordnijiet tal-klijenti li mill-bqija jkunu komparabbli skont iż-żmien meta d-ditta tal-investiment tirċevihom.

2.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi, fil-każ ta' ordni tal-klijent b'limitu tal-prezz rigward ishma ammessi għan-negozjar f'suq regolat li ma jkunux imwettqa minnufih skont il-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq, id-ditti tal-investiment għandhom jieħdu miżuri, għajr jekk il-klijent jordnalhom espressament mod ieħor, sabiex jiffaċilitaw l-iktar twettiq bikri possibbli ta' din l-ordni billi jippubblikaw minnufih din l-ordni tal-klijent b'limitu tal-prezz b'mod li jkun faċilment aċċessibbli għall-parteċipanti l-oħra fis-suq. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li d-ditti tal-investiment jikkonformaw ma' dan l-obbligu billi jittrażmettu l-ordni tal-klijent b'limitu tal-prezz lil suq regolat jew lil MTF. L-Istati Membri għandhom jipprovdu illi l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jirtiraw l-obbligu li tiġi ppubblikata ordni b'limitu tal-prezz li tkun kbira fid-daqs meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq kif stabbilit skont l-Artikolu 4 [tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR].

3.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 94 dwar miżuri li jiddefinixxu:

(a)

il-kundizzjonijiet u n-natura tal-proċeduri u l-arranġamenti li jwasslu għat-twettiq fil-pront, ġust u bil-ħeffa tal-ordnijiet tal-klijenti u s-sitwazzjonijiet li fihom id-ditti tal-investiment jistgħu jiddevjaw b'mod raġonevoli mit-twettiq fil-pront jew it-tipi ta' tranżazzjonijiet li għalihom id-ditti tal-investiment jistgħu jagħmlu dan sabiex jiksbu termini iktar favorevoli għall-klijenti;

(b)

il-metodi differenti li permezz tagħhom ditta tal-investiment tista' tiġi meqjusa li tkun issodisfat l-obbligu tagħha li tiżvela lis-suq l-ordnijiet tal-klijent b'limitu tal-prezz li ma jkunux jistgħu jitwettqu minnufih.

Artikolu 29

L-obbligi tad-ditti tal-investiment meta jaħtru aġenti marbuta

1.   L-Istati Membri għandhom jippermettu lil ditta tal-investiment taħtar aġenti marbuta sabiex dawn jippromwovu s-servizzi tad-ditta tal-investiment, jitolbu għall-kummerċ bil-ħerqa jew jirċievu ordnijiet mingħand il-klijenti jew il-klijenti potenzjali u jittrażmettuhom, jagħtu post lill-istrumenti finanzjarji u jipprovdu pariri rigward dawn l-istrumenti u s-servizzi finanzjarji offruti mid-ditta tal-investiment.

2.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi meta ditta tal-investiment tiddeċiedi li taħtar aġent marbut, hija tibqa' responsabbli bis-sħiħ u mingħajr kundizzjoni għal kull azzjoni jew ommissjoni min-naħa tal-aġent marbut meta dan ikun qed jaġixxi f'isem id-ditta. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lid-ditta tal-investiment tiżgura illi aġent marbut jiżvela l-kapaċità li fiha jkun qiegħed jaġixxi u d-ditta li jkun qiegħed jirrappreżenta meta jikkuntattja lil klijent jew klijent potenzjali jew qabel ma jibda jinnegozja magħhom.

L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu lill-aġenti marbuta rreġistrati fit-territorju tagħhom milli jittrattaw il-flus u/jew l-istrumenti finanzjarji tal-klijenti.

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lid-ditti tal-investiment jimmonitorjaw l-attivitajiet tal-aġenti marbuta tagħhom sabiex jiżguraw li huma jkomplu jikkonformaw ma' din id-Direttiva meta jaġixxu permezz tal-aġenti marbuta.

3.   L-aġenti marbuta għandhom jiġu rreġistrati fir-reġistru pubbliku fl-Istat Membru fejn huma stabbiliti. L-AETS għandha tippubblika fuq is-sit elettroniku tagħha referenzi jew hyperlinks għar-reġistri pubbliċi stabbiliti skont dan l-Artikolu mill-Istati Membri li jiddeċiedu li jippermettu lid-ditti tal-investiment jaħtru aġenti marbuta.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-aġenti marbuta jiġu ammessi fir-reġistru pubbliku biss jekk ikun ġie stabbilit li huma ta' fama tajba biżżejjed u li għandhom l-għarfien u l-kompetneza ġenerali, kummerċjali u professjonali xieraq sabiex ikunu kapaċi jrednu s-servizz ta' investiment jew is-servizz anċillari u jikkomunikaw sewwa t-tagħrif rilevanti kollu dwar is-servizz propost lill-klijent jew lill-klijent potenzjali.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li , suġġett għal kontroll xieraq, ditta tal-investimenti , iktar milli l-awtoritajiet kompetenti, tista' tivverifika jekk l-aġenti marbuta li tkun ħatret humiex ta' fama tajba biżżejjed u għandhomx l-għarfien kif imsemmi fit-tielet subparagrafu.

Ir-reġistru għandu jiġi aġġornat fuq bażi regolari. Għandu jkun disponibbli pubblikament għall-konsultazzjoni.

4.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti tal-investiment li jaħtru aġenti marbuta jieħdu l-miżuri adegwati sabiex jevitaw kull impatt negattiv li jista' jkollhom l-attivitajiet tal-aġent marbut li mhumiex koperti minn din id-Direttiva fuq l-attivitajiet imwettqa mill-aġent marbut f'isem id-ditta tal-investiment.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jikkollaboraw mad-ditti tal-investiment u mal-istituzzjonijiet ta' kreditu, mal-assoċjazzjonijiet tagħhom u ma' entitajiet oħra huma u jirreġistraw l-aġenti marbuta u huma u jimmonitorjaw il-konformità tal-aġenti marbuta mar-rekwiżiti tal-paragrafu 3. B'mod partikulari, l-aġenti marbuta jistgħu jiġu rreġistrati minn ditta tal-investiment, minn istituzzjoni ta' kreditu jew mill-assoċjazzjonijiet tagħhom u minn entitajiet oħra taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti.

5.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti tal-investiment jaħtru biss aġenti marbuta mdaħħla fir-reġistri pubbliċi msemmija fil-paragrafu 3.

5a.     L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li d-ditti tal-investiment jipprovdu lill-aġenti marbuta li jaħtru informazzjoni aġġornata dwar il-prodott tal-investiment u s-suq immirat kif determinat bi qbil mal-Artikolu 24(1) u biex ikun żgurat li l-aġent marbut jipprovdi lill-klijent l-informazzjoni mitluba skont l-Artikolu 24(3).

6.   L-Istati Membri jistgħu jirrinfurzaw ir-rekwiżiti mogħtija f'dan l-Artikolu jew iżidu rekwiżiti oħra għall-aġenti marbuta rreġistrati fil-ġuriżdizzjoni tagħhom.

Artikolu 30

It-tranżazzjonijiet imwettqa mal-kontropartijiet eliġibbli

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi d-ditti tal-investiment li jkunu awtorizzati jwettqu ordnijiet f'isem il-klijenti u/jew jinnegozjaw f'isimhom u/jew jirċievu u jittrażmettu l-ordnijiet, jistgħu jaslu għal tranżazzjonijiet ma' kontropartijiet eliġibbli jew jidħlu għalihom magħhom mingħajr ma jkunu obbligati jikkonformaw mal-obbligi skont l-Artikoli 24 (ħlief għall-paragrafu 3), 25 (ħlief għall-paragrafu 5)u 27 u l-Artikolu 28(1) rigward dawn it-tranżazzjonijiet jew rigward kull servizz sekondarju li jkollu x'jaqsam direttament ma' dawn it-tranżazzjonijiet.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fir-relazzjoni tagħhom mal-kontropartijiet eliġibbli, id-ditti tal-investiment jaġixxu b'mod onest, ġust u professjonali u jikkomunikaw b'mod li jkun ġust, ċar u li ma jqarraqx, filwaqt li jqisu n-natura tal-kontroparti eliġibbli u tan-negozju tagħha.

2.   L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu bħala kontropartijiet eliġibbli għall-għanijiet ta' dan l-Artikolu lid-ditti tal-investiment, l-istituzzjonijiet ta' kreditu, il-kumpaniji tal-assigurazzjoni, l-UCITS u l-kumpaniji tal-ġestjoni tagħhom, il-fondi tal-pensjonijiet u l-kumpaniji tal-ġestjoni tagħhom, l-istituzzjonijiet finanzjarji l-oħra awtorizzati jew irregolati bil-leġislazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew skont il-liġijiet nazzjonali ta' Stat Membru, l-intrapriżi eżentati mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva skont l-Artikolu 2(1)(k), il-gvernijiet nazzjonali u l-uffiċċji korrispondenti tagħhom inklużi l-korpi pubbliċi li jittrattaw id-dejn pubbliku fil-livell nazzjonali, il-banek ċentrali u l-organizzazzjonijiet sopranazzjonali.

Il-klassifika bħala kontroparti eliġibbli skont l-ewwel subparagrafu għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' dawn l-entitajiet li jitolbu, jew f'għamla ġenerali jew fuq il-bażi ta' negozju negozju, trattament bħala klijenti li l-kummerċ tagħhom mad-ditta tal-investiment huwa suġġett għall-Artikoli 24, 25, 27 u 28.

3.   L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu wkoll bħala kontropartijiet eliġibbli intrapriżi oħra li jissodisfaw rekwiżiti proporzjonati stabbiliti minn qabel, inklużi limiti kwantitattivi. Fil-każ ta' tranżazzjoni li fiha l-kontropartijiet prospettivi jkunu jinsabu f'ġuriżdizzjonijiet differenti, id-ditta tal-investiment għandha tiddifferixxi għall-istatus tal-intrapriża l-oħra kif stabbilit mil-liġijiet jew mill-miżuri tal-Istat Membru li fih tkun stabbilita din l-intrapriża.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, meta tidħol fi tranżazzjonijiet skont il-paragrafu 1 ma' dawn l-intrapriżi, id-ditta tal-investiment tikseb il-konferma espressa mill-kontroparti prospettiva li hija taqbel li tiġi ttrattata bħala kontroparti eliġibbli. L-Istati Membri għandhom jippermettu lid-ditta tal-investiment tikseb din il-konferma jew fl-għamla ta' ftehim ġenerali jew għal kull tranżazzjoni individwali.

4.   L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu bħala kontropartijiet eliġibbli entitajiet ta' pajjiżi terzi li jkunu ekwivalenti għal dawk il-kategoriji ta' entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2.

L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu wkoll bħala kontropartijiet eliġibbli intrapriżi ta' pajjiżi terzi bħal dawk imsemmija fil-paragrafu 3 bl-istess kundizzjonijiet u suġġetti għall-istess rekwiżiti bħal dawk stabbiliti fil-paragrafu 3.

5.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 94 biex tispeċifika miżuri li jiddefinixxu:

(a)

il-proċeduri għat-talba għal trattament bħala klijenti skont il-paragrafu 2;

(b)

il-proċeduri sabiex tinkiseb il-konferma espressa mingħand il-kontropartijiet prospettivi skont il-paragrafu 3;

(c)

ir-rekwiżiti proporzjonati stabbiliti minn qabel, inklużi l-limiti kwantitattivi li jippermettu lil intrapriża tiġi kkunsidrata bħala kontroparti eliġibbli skont il-paragrafu 3.

TAQSIMA 3

IT-TRASPARENZA U L-INTEGRITÀ TAS-SUQ

Artikolu 31

Il-monitoraġġ tal-konformità mar-regoli tal-MTF jew l-OTF u mal-obbligi legali l-oħra

1.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li jkunu qed iħaddmu MTF jew OTF jistabbilixxu u jżommu arranġamenti u proċeduri effettivi, rilevanti għall-MTF jew OTF, għall-monitoraġġ regolari tal-konformità mill-utenti tagħhom jew il-klijenti mar-regoli tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF jew OTF jimmonitorjaw l-ordnijiet magħmula u kkanċellati u t-tranżazzjonijiet mill-utenti jew mill-parteċipanti tagħhom skont is-sistemi tagħhom sabiex jidentifikaw kontravenzjonijiet rigward il-ksur ta' dawk ir-regoli, il-kundizzjonijiet jew kondotta diżordinati tal-kummerċ li jistgħu jinvolvu abbuż tas-suq u għandhom japplikaw ir-riżorsa meħtieġa biex jiżguraw li tali monitoraġġ ikun effettiv .

2.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lid-ditti tal-investiment jew lill-operaturi tas-suq li jkunu qed iħaddmu MTF jew OTF jirrappurtaw ksur sinifikanti tar-regoli tagħha jew kundizzjonijiet diżordinati tal-kummerċ jew kondotta li tista' tinvolvi abbuż tas-suq lill-awtorità kompetenti. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu wkoll illi d-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li jkunu qed iħaddmu MTF jew OTF ifornu t-tagħrif rilevanti mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti sabiex jiġi investigat u mħarrek l-abbuż tas-suq u li huma jagħtu assistenza sħiħa lil din tal-aħħar fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-abbuż tas-suq li jkun qed iseħħ fis-sistemi tagħhom jew permezz tas-sistemi tagħhom.

Artikolu 32

Sospensjoni u tneħħija ta' strumenti minn kummerċ f'MTF jew f'OTF

1.    Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 72(1)(d) u (e) li titlob għas-sospensjoni jew it-tneħħija ta' strument mill-kummerċ, l-operatur ta' MTF jew OTF jista' jissospendi jew ineħħi mill-kummerċ strument finanzjarju li ma jkunx għadu jikkonforma mar-regoli tal-MTF jew l-OTF ħlief jekk tali pass x'aktarx li jkun se jikkawża dannu sinifikanti lill-interessi tal-investituri jew lill-funzjonament tas-suq.

L-Istati Membri għandhom jistipulaw li ditta tal-investiment jew operatur tas-suq li jopera MTF jew OTF li jissospendi jew ineħħi mill-kummerċ strument finanzjarju jagħmel pubblika din id-deċiżjoni, jikkomunikaha lis-swieq regolati, MTFs u OTFs oħra li jinnegozjaw l-istess strument finanzjarju u jikkomunika l-informazzjoni rilevanti lill-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra. Meta s-sospensjoni jew t-tneħħija huwa minħabba n-nuqqas ta' żvelar ta' informazzjoni dwar l-emittent jew l-istrument finanzjarju, l-awtorità kompetenti rilevanti kif definita fil-punt (7) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 għandha tirrikjedi li swieq regolati, MTFs u OTFs oħra u kwalunkwe arragament ta' kummerċ li qed jinnegozja l-istess strument finanzjarju, għandhom ukoll jissospendu jew ineħħu dak l-istrument finanzjarju mill-kummerċ malajr kemm jista' jkun . L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li s-swieq regolati l-oħrajn u l-MTFs u l-OTFs jikkomunikaw id-deċiżjoni tagħhom lill-awtorità kompetenti u lis-swieq regolati u lill-MTFs u lill-OTFs kollha li jkunu qed jinnegozjaw l-istess strument finanzjarju, inkluża spjegazzjoni meta jkunu ddeċidew li ma jissospendux jew ma jneħħux l-istrument finanzjarju mill-kummerċ.

2.   L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi li jiddeterminaw il-format u ż-żmien tal-komunikazzjonijiet u l-pubblikazzjoni referuta fil-paragrafu 1.

L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sa […] (47).

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

3.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 94 sabiex telenka s-sitwazzjonijiet speċifiċi li jikkostittwixxu dannu sinifikanti għall-interessi tal-investituri , biex:

(a)

tispeċifika n-nozzjoni ta' "malajr kemm jista' jkun" u l-funzjonament tajjeb tas-suq intern referut fil-paragrafi 1 u 2 ;

(b)

tiddetermina kwistjonijiet marbuta ma' nuqqas ta' żvelar ta' informazzjoni dwar l-emittent jew l-istrument finanzjarju kif referut fil-paragrafu 1 , inkluża l-proċedura neċessarja għat-tneħħija tas-sospensjoni tal-kummer fi strument finanzjarju .

Artikolu 34

Kooperazzjoni u skambju ta' informazzjoni għall-MTFs jew l-OTFs

1.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li ditta tal-investiment jew operatur tas-suq li jopera MTF jew OTF immedjatament jinforma lid-ditti tal-investiment u operaturi tas-suq ta' MTFs, OTFs u swieq regolati oħra dwar:

(a)

kundizzjonijiet ta' negozjar diżordinat; ▐ u

(c)

taqlibiet fis-sistema;

b'rabta mal-istrument finanzjarju.

1a.     L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li ditta tal-investiment jew operatur tas-suq li jopera MTF jew OTF li jidentifikaw kondotta li tista' tindika mġiba abbużiva fl-ambitu tar-Regolament (UE) Nru …/… [MAR] jinforma immedjatament lill-awtorità kompetenti magħżula skont l-Artikolu 16 ta' dak ir-Regolament jew lil korp li jkun ġie delegat il-kompiti tal-awtorità kompetenti bi qbil mal-Artikolu 17 ta' dak ir-Regolament sabiex ikun possibbli li jkun hemm sorveljanza minn suq għal ieħor fil-ħin reali.

2.   L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jiddeterminaw iċ-ċirkustanzi speċifiċi li jwasslu għal rekwiżit ta' informazzjoni kif referut fil-paragrafu 1.

L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ….  (47)

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu bi qbil ▐ mal-Artikoli 10 sa14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

TAQSIMA 4

SWIEQ TAL-TAL-INTRAPRIŻI ŻGĦAR U TA' DAQS MEDJU

Artikolu 35

Swieq tat-tkabbir tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-operatur ta' MTF jista' japplika mal-awtorità kompetenti tal-post li jkollu l-MTF reġistrat bħala suq tat-tkabbir tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtorità kompetenti tal-post tista' tirreġistra l-MTF bħala suq tat-tkabbir tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju jekk l-awtorità kompetenti tirċievi applikazzjoni referuta fil-paragrafu 1 u hija ssodisfata li hemm konformità mar-rekwiżiti fil-paragrafu 3 b'rabta ma' MTF.

3.   L-MTF għandha tkun suġġetta għal regoli, sistemi u proċeduri effettivi li jiżguraw konformità ma' li ġej:

(a)

il-maġġoranza tal-emittenti li l-istrumenti finanzjarji tagħhom huma ammessi għall-kummerċ fis-suq huma intrapriżi żgħar u medji;

(b)

kienu stabbiliti kriterja xierqa għall-ammissjoni inizjali u kontinwa tal-kummerċ tal-istrumenti finanzjarji ta' emittenti fis-suq;

(c)

fl-ammissjoni inizjali tal-kummerċ tal-istrumenti finanzjarji jkun hemm biżżejjed informazzjoni ppubblikata biex tgħin lill-investituri jagħmlu ġudizzju infurmat dwar jekk jinvestux jew le fl-istrumenti, jew dokument proprju ta' ammissjoni jew prospectus jekk ir-rekwiżiti fid-Direttiva 2003/71/KE huma applikabbli fir-rigward ta' offerta pubblika li ssir b'rabta mal-ammissjoni għall-kummerċ;

(d)

hemm rapportar finanzjarju perjodiku kontinwu xieraq minn jew f'isem emittent fis-suq, pereżempju rapporti annwali awditjati;

(e)

emittenti fis-suq u persuni li jgħaddu responsabilitajiet maniġerjali lill-emittent u persuna b'rabta mill-qrib magħhom huma konformi mar-rekwiżiti rilevanti applikabbli għalihom skont ir-Regolament (UE) Nru …/… [MAR];

(f)

il-ħażna u d-disseminazzjoni pubblika tal-informazzjoni regolatorja li tikkonċerna l-emittenti fis-suq;

(g)

hemm sistemi u kontrolli effettivi mmirati li jipprevjenu u jikxfu abbuż tas-suq f'dak is-suq kif rekwiżit f'Regolament (UE) Nru …/… [MAR].

4.   Il-kriterja tal-paragrafu 3 huma bla ħsara għall-konformità tal-operatur tal-MTF ma' obbligi oħra skont id-Direttiva rilevanti għall-operat tal-MTFs. Huma ma jipprevjenux ukoll lill-operatur tal-MTF milli jimponi rekwiżiti addizzjonali għal dawk speċifikati f'dak il-paragrafu.

5.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtorità kompetenti tal-post tista' tiddereġistra l-MTF bħala suq tat-tkabbir tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju fi kwalunkwe każ minn dawn li ġejjin:

(a)

l-operatur tas-suq japplika għad-dereġistrazzjoni tagħha;

(b)

ma hemmx iktar konformità mar-rekwiżit tal-paragrafu 3 b'rabta mal-MTF.

6.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li jekk awtorità kompetenti tal-post tirreġistra jew tiddereġistra MTF bħala suq tat-tkabbir tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju skont dan l-Artikolu din għandha tinforma mill-iktar fis possibbli lill-AETS b'dik ir-reġistrazzjoni. L-AETS għandha tippubblika fuq is-sit elettroniku tagħha lista tas-swieq tat-tkabbir tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u għandha żżomm din il-lista aġġornata.

7.   L-Istati Membri għandhom jistipulaw li meta strument finanzjarju ta' emittent huwa ammess għall-kummerċ f'suq tat-tkabbir tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju wieħed, l-istrument finanzjarju jista' wkoll ikun innegozjat f'suq tat-tkabbir tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju ieħor unikament bil-kunsens tal-emittent. Fit-tali każ madankollu, l-emittent ma għandux ikun suġġett għal kwalunkwe obbligu ieħor marbut mal-governanza korporattiva jew kxif inizjali, kontinwu jew ad hoc fir-rigward tas-suq tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju tal-aħħar.

8.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 94 li jkomplu jispeċifikaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3. Il-miżuri għandhom iqisu l-ħtieġa li jinżammu livelli għolja ta' protezzjoni tal-investitur li jippromwovu l-fiduċja fl-investitur f'dawk is-swieq filwaqt li jimminimizzaw il-piżijiet amministrattivi għall-emittenti fis-suq.

IL-KAPITOLU III

ID-DRITTIJIET TAD-DITTI TAL-INVESTIMENT

Artikolu 36

Il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u attivitajiet tal-investiment

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi kull ditta tal-investiment awtorizzata u ssorveljata mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ieħor skont din id-Direttiva, u, għall-istituzzjonijiet ta' kreditu, skont id-Direttiva 2006/48/KE, tista' twettaq b'mod liberu s-servizzi u/jew l-attivitajiet tal-investiment kif ukoll servizzi anċillari fit-territorji tagħhom, sakemm dawn is-servizzi u l-attivitajiet ikunu koperti mill-awtorizzazzjoni tagħha. Is-servizzi anċillari jistgħu jiġu pprovduti biss flimkien ma' servizz u/jew attività tal-investiment.

L-Istati Membri ma għandhomx jimponu rekwiżiti addizzjonali fuq din id-ditta tal-investiment jew l-istituzzjoni ta' kreditu rigward il-materji koperti minn din id-Direttiva.

2.   Kull ditta tal-investiment li tkun tixtieq tipprovdi servizzi jew attivitajiet fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għall-ewwel darba, jew li tixtieq tibdel il-firxa ta' servizzi jew attivitajiet ipprovduti b'dan il-mod, għandha tikkomunika t-tagħrif li ġej lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħha:

(a)

l-Istat Membru li fih ikun beħsiebha topera;

(b)

programm tal-operat li jiddikjara, b'mod partikulari, is-servizzi u/jew l-attivitajiet tal-investiment kif ukoll is-servizzi anċillari li jkun beħsiebha twettaq u jekk ikunx beħsiebha tuża aġenti marbuta fit-territorju tal-Istati Membri li fihom ikun beħsiebha tipprovdi s-servizzi. F'każ li ditta tal-investiment ikun beħsiebha tuża l-aġenti marbuta, hija għandha tikkomunika l-identità ta' dawk l-aġenti marbuta lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħha.

F'każ li ditta tal-investiment ikun beħsiebha tuża aġenti marbuta, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tad-ditta tal-investiment għandha, fi żmien xahar minn meta tirċievi dan it-tagħrif, tikkomunika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti maħtura bħala l-punt ta' kuntatt skont l-Artikolu 83(1) l-identità tal-aġenti marbuta li d-ditta tal-investiment ikun beħsiebha tuża biex tipprovdi s-servizzi f'dan l-Istat Membru. L-Istat Membru ospitanti għandu jippubblika t-tali informazzjoni. L-AETS tista' titlob aċċess għal dik l-informazzjoni skont il-proċedura u skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

3.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha, fi żmien xahar minn meta tirċievi t-tagħrif, tibagħtu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti maħtura bħala l-punt ta' kuntatt skont l-Artikolu 83(1). Id-ditta tal-investiment tista' mbagħad tibda tipprovdi s-servizz jew is-servizzi tal-investiment ikkonċernati fl-Istat Membru ospitanti.

4.   F'każ li jkun hemm bidla f'kull waħda mill-partikularitajiet ikkomunikati skont il-paragrafu 2, ditta tal-investiment għandha tagħti avviż bil-miktub dwar dik il-bidla lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju mill-inqas xahar qabel ma timplimenta l-bidla. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti b'dawn il-bidliet.

5.   Kwalunkwe istituzzjoni ta' kreditu li tixtieq tipprovdi servizzi jew attivitajiet ta' investiment skont paragrafu 1 permezz ta' aġenti marbuta għandha tikkomunika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju bl-identità ta' dawk l-aġenti marbuta.

Fejn l-istituzzjoni ta' kreditu hija intenzjonata li tuża aġenti marbuta, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-istituzzjoni ta' kreditu għandha, fi żmien xahar mill-irċevuta tal-informazzjoni, tikkomunika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti maħtur bħala punt ta' kuntatt skont l-Artikolu 83(1) l-identità tal-aġenti marbuta li l-istituzzjoni ta' kreditu hija intenzjonata li tuża biex tipprovdi s-servizzi f'dak l-Istat Membru. L-Istat Membru ospitanti għandu jippubblika t-tali informazzjoni.

6.   L-Istati Membri għandhom, mingħajr iktar rekwiżiti legali jew amministrattivi, jippermettu lid-ditti tal-investiment u lill-operaturi tas-suq li jħaddmu MTFs u OTFs minn Stati Membri oħra jipprovdu l-arranġamenti x-xierqa fit-territorju tagħhom sabiex jiffaċilitaw l-aċċess għas-sistemi tagħhom u l-użu tagħhom mill-utenti remoti jew mill-parteċipanti stabbiliti fit-territorju tagħhom.

7.   Id-ditta tal-investiment jew l-operatur tas-suq li jħaddem MTF għandu jikkomunika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu l-Istat Membru fejn ikun beħsiebu jipprovdi dawn l-arranġamenti. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-MTF għandha tikkomunika, fi żmien xahar, dan it-tagħrif lill-Istat Membru li fih l-MTF ikun beħsiebha tipprovdi dawn l-arranġamenti.

Fuq talba tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-MTF u fi żmien raġonevoli, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-MTF għandha tikkomunika l-identità tal-membri jew tal-parteċipanti tal-MTF stabbiliti f'dan l-Istat Membru.

8.   L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni li trid tiġi nnotifikata bi qbil mal-paragrafi 2, 4 u 7.

L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa […] (48) .

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu bi qbil ▐ mal-Artikoli 10 sa14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

9.   L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għat-trażmissjoni tat-tagħrif skont il-paragrafi 3, 4 u 7.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni [sal-31 ta' Diċembru 2016].

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 37

Stabbiliment ta' fergħa

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu jistgħu jiġu pprovduti servizzi u/jew attivitajiet ta' investiment kif ukoll servizzi anċillari fit-territorji tagħhom skont din id-Direttiva u d-Direttiva 2006/48/KE permezz tal-istabbiliment ta' fergħa, sakemm dawn is-servizzi u l-attivitajiet ikunu koperti mill-awtorizzazzjoni mogħtija lid-ditta tal-investiment jew lill-istituzzjoni ta' kreditu fl-Istat Membru tad-domiċilju. Is-servizzi anċillari jistgħu jiġu pprovduti biss flimkien ma' servizz u/jew attività tal-investiment.

L-Istati Membri ma għandhomx jimponu rekwiżiti addizzjonali għajr dawk permessi skont il-paragrafu 8, fuq l-organizzazzjoni u l-operat tal-fergħa rigward il-materji koperti minn din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lil kull ditta tal-investiment li tkun tixtieq tistabbilixxi fergħa fit-territorju ta' Stat Membru ieħor l-ewwel tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħha u tipprovdilha t-tagħrif li ġej:

(a)

l-Istati Membri li fit-territorju tagħhom qed tippjana li tistabbilixxi fergħa;

(b)

programm tal-operat li jistabbilixxi, fost ħwejjeġ oħra, is-servizzi u/jew l-attivitajiet tal-investiment kif ukoll is-servizzi anċillari li se jiġu offruti u l-istruttura organizzattiva tal-fergħa, u li jindika jekk il-fergħa jkunx beħsiebha tuża aġenti marbuta u jagħti l-identità ta' dawk l-aġenti marbuta;

(c)

l-indirizz fl-Istat Membru ospitanti minn fejn jistgħu jinkisbu d-dokumenti;

(d)

l-ismijiet ta' dawk responsabbli għall-ġestjoni tal-fergħa.

F'każ li ditta tal-investiment tuża aġent marbut stabbilit fi Stat Membru 'l barra mill-Istat Membru tad-domiċilju tagħha, dan l-aġent marbut għandu jiġi assimilat fil-fergħa u għandu jkun suġġett għad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li għandhom x'jaqsmu mal-friegħi.

3.   Għajr jekk l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jkollha raġuni tiddubita mill-adegwatezza tal-istruttura amministrattiva jew mis-sitwazzjoni finanzjarja ta' ditta tal-investiment, filwaqt li tqis l-attivitajiet previsti, hija għandha, fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi t-tagħrif kollu, tikkomunika dan it-tagħrif lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti maħtura bħala l-punt ta' kuntatt skont l-Artikolu 83(1) u tgħarraf lid-ditta tal-investiment konċernata kif jixraq.

4.   Minbarra t-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tikkomunika d-dettalji tal-iskema akkreditata tal-kumpens li d-ditta tal-investiment tkun membru fiha skont id-Direttiva 97/9/KE lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti. Fl-eventwalità ta' bidla fil-partikolaritajiet, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti kif jixraq.

5.   Meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tirrifjuta li tikkomunika t-tagħrif lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, għandha tagħti r-raġunijiet tar-rifjut tagħha lid-ditta tal-investiment konċernata fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi t-tagħrif kollu.

6.   Malli tirċievi komunikazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jew, fin-nuqqas ta' din il-komunikazzjoni minn din tal-aħħar, l-iktar tard wara xahrejn mid-data tat-trażmissjoni tal-komunikazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, il-fergħa tista' tiġi stabbilita u tibda l-kummerċ.

7.   Kwalunkwe istituzzjoni ta' kreditu li tixtieq tuża aġent marbut stabbilit fi Stat Membru barra l-Istat Membru tad-domiċilju tagħha biex jipprovdi servizzi u/jew attivitajiet ta' investiment kif ukoll servizzi anċillari skont din id-Direttiva għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħha.

Sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha raġuni li tiddubita l-adegwatezza tal-istruttura amministrattiva jew is-sitwazzjoni finanzjarja ta' istituzzjoni ta' kreditu, hija għandha, fi żmien tliet xhur li tirċievi l-informazzjoni kollha, tikkomunika dik l-informazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti maħtur bħala punt ta' kuntatt skont l-Artikolu 83(1) u tinforma lill-istituzzjoni ta' kreditu kkonċernata b'dan.

Fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tirrifjuta li tikkomunika l-informazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, hija għandha tagħti r-raġunijiet għal dan ir-rifjut lill-istituzzjoni tal-kreditu kkonċernat fi żmien tliet xhur li tirċievi l-informazzjoni kollha.

Kif jirċievi komunikazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kompetenti, jew wara li jonqos milli jirċievi t-tali komunikazzjoni minn dan tal-aħħar wara iktar minn xahrejn mid-data ta' trasmissjoni tal-komunikazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, l-aġent marbut jista' jibda l-kummerċ. It-tali aġent marbut għandu jkun suġġett għad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva marbuta mal-fergħat.

8.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih tkun tinsab il-fergħa għandha tieħu r-responsabbiltà sabiex jiġi żgurat illi s-servizzi pprovduti mill-fergħa fit-territorju ta' dan l-Istat Membru jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 24, 25, 27, 28, ta' din id-Direttiva u fl-Artikoli 13 sa 23 tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] u fil-miżuri adottati skont dawn id-dispożizzjonijiet.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun tinsab il-fergħa għandu jkollha d-dritt teżamina l-arranġamenti tal-fergħa u titlob dawk il-bidliet li jkunu meħtieġa strettament sabiex jgħinu lill-awtorità kompetenti tinforza l-obbligi skont l-Artikoli 24, 25, 27, 28, ta' din id-Direttiva u fl-Artikoli 13 sa 23 tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] u fil-miżuri adottati skont dawn id-dispożizzjonijiet rigward is-servizzi u/jew l-attivitajiet ipprovduti mill-fergħa fit-territorju tal-awtorità kompetenti.

9.   Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jipprovdi illi, meta ditta tal-investiment awtorizzata fi Stat Membru ieħor tkun stabbiliet fergħa ġewwa t-territorju tiegħu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tad-ditta tal-investiment tista' twettaq, fl-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet tagħha u wara li tgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, spezzjonijiet fuq il-post f'din il-fergħa.

10.   Fl-eventwalità ta' bidla f'kull tagħrif ikkomunikat skont il-paragrafu 2, ditta tal-investiment għandha tagħti avviż bil-miktub dwar dik il-bidla lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju mill-inqas xahar qabel ma timplimenta l-bidla. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti wkoll għandha tiġi mgħarrfa b'din il-bidla mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju.

11.   L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni li trid tiġi nnotifikata skont il-paragrafi 2, 4 u 10.

L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa […] (49) .

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu bi qbil ▐ mal-Artikoli 10 sa14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

12.   L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għat-trażmissjoni tal-informazzjoni skont il-paragrafi 3 u 10.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni [sal-31 ta' Diċembru 2016].

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 38

L-aċċess għas-swieq regolati

1.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment minn Stati Membri oħra li jkunu awtorizzati jwettqu ordnijiet tal-klijenti jew jinnegozjaw f'isimhom ikollhom id-dritt għas-sħubija fis-swieq regolati stabbiliti fit-territorju tagħhom jew aċċess għalihom permezz ta' kull wieħed mill-arranġamenti li ġejjin:

(a)

direttament, billi jistabbilixxu friegħi fl-Istati Membri ospitanti;

(b)

billi jsiru membri remoti tas-suq regolat jew ikollhom aċċess remot għalih mingħajr ma jkollhom għalfejn ikunu stabbiliti fl-Istat Membru tad-domiċilju tas-suq regolat, f'każijiet fejn il-proċeduri u s-sistemi tal-kummerċ tas-suq ikkonċernat ma jkunux jeħtieġu preżenza fiżika sabiex jiġu konklużi tranżazzjonijiet fih.

2.   L-Istati Membri ma għandhom jimponu l-ebda rekwiżit regolatorju jew amministrattiv addizzjonali, rigward il-materji koperti minn din id-Direttiva, fuq id-ditti tal-investiment li jkunu qed jeżerċitaw id-dritt ikkonferit bil-paragrafu 1.

Artikolu 39

L-aċċess għall-faċilitajiet tal-kontroparti ċentrali u għall-faċilitajiet ta' kklerjar u ta' saldu u d-dritt li tingħażel is-sistema ta' saldu

1.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti tal-investiment minn Stati Membri oħra jkollhom id-dritt tal-aċċess għas-sistemi tal-kontroparti ċentrali u ta' kklerjar u ta' saldu fit-territorju tagħhom sabiex jiġu ffinalizzati jew tiġi rranġata l-finalizzazzjoni tat-tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji.

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi l-aċċess ta' dawn id-ditti tal-investiment għal dawn il-faċilitajiet ikun suġġett għall-istess kriterji mhux diskriminatorji, trasparenti u oġġettivi li japplikaw għall-parteċipanti lokali. L-Istati Membri ma għandhomx jirrestrinġu l-użu ta' dawn il-faċilitajiet għall-ikklerjar u s-saldu tat-tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji mwettqa f'suq regolat jew f'MTF jew f'OTF fit-territorju tagħhom.

2.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li s-swieq regolati fit-territorju tagħhom joffru lill-membri jew lill-parteċipanti kollha tagħhom id-dritt li jaħtru s-sistema g għas-saldu tat-tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji mwettqa f'dak is-suq regolat, suġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

dawk ir-rabtiet u l-arranġamenti bejn is-sistema tas-saldu maħtura u kull sistema jew faċilità oħra meħtieġa sabiex ikun żgurat is-saldu ekonomiku u effiċjenti tat-tranżazzjoni kkonċernata;

(b)

qbil mill-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-suq regolat li l-kundizzjonijiet tekniċi għas-saldu tat-tranżazzjonijiet konklużi fis-suq regolat permezz ta' sistema tas-saldu oħra differenti minn dik maħtura mis-suq regolat ikunu tali li jippermettu l-funzjonament bla xkiel u bl-ordni tas-swieq finanzjarji.

Din il-valutazzjoni tas-suq regolat mill-awtorità kompetenti għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-banek ċentrali nazzjonali bħala sorveljanti tas-sistemi tas-saldu u ta' awtoritajiet oħrajn li jissorveljaw dawn is-sistemi. L-awtorità kompetenti għandha tqis is-sorveljanza /is-superviżjoni diġà eżerċitata minn dawn l-istituzzjonijiet sabiex tevita d-duplikazzjoni mhix dovuta tal-kontrolli.

Artikolu 40

Id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-arranġamenti tal-kontroparti ċentrali u tal-ikklerjar u tas-saldu rigward l-MTFs

1.   L-Istati Membri ma għandhomx jipprevjenu d-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq li jħaddmu MTF milli jidħlu f'arranġamenti xierqa ma' kontroparti ċentrali jew ma' ċentru tal-ikklerjar u ma' sistema tas-saldu ta' Stat Membru ieħor bil-ħsieb li jipprovdu għall-ikklerjar u/ jew għas-saldu ta' uħud mit-tranżazzjonijiet jew tat-tranżazzjonijiet kollha konklużi mill-parteċipanti tas-suq fis-sistemi tagħhom.

2.   L-awtorità kompetenti tad-ditti tal-investiment u tal-operaturi tas-suq li jħaddmu MTF ma jistgħux jopponu l-użu ta' kontroparti ċentrali, fiċ-ċentri tal-ikklerjar u/jew ta' sistemi tas-saldu fi Stat Membru ieħor għajr meta dan ikun meħtieġ, b'mod li jista' jintwera, sabiex jinżamm il-funzjonament bl-ordni ta' dik l-MTF u filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet tas-sistemi tas-saldu stabbiliti fl-Artikolu 39(2).

Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni mhix dovuta tal-kontrolli, l-awtorità kompetenti għandha tqis is-sorveljanza u s-superviżjoni tas-sistema tal-ikklerjar u tas-saldu diġà eżerċitata mill-banek ċentrali rilevanti bħala sorveljanti tas-sistemi tal-ikklerjar u tas-saldu jew minn awtoritajiet superviżorji oħrajn li għandhom il-kompetenza f'dawn is-sistemi.

KAPITOLU IV

FORNIMENT TA' SERVIZZI MINN DITTI TA' PAJJIŻ TERZ

TAQSIMA 1

FORNIMENT TA' SERVIZZI JEW ATTIVITAJIET BI STABBILIMENT TA' FERGĦA

Artikolu 41

Stabbiliment ta' fergħa

1.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li ditta ta' pajjiż terz li jkollha l-intenzjoni li tforni servizzi ta' investiment jew twettaq attivitajiet ta' investiment flimkien ma' servizzi anċillari fit-territorju tagħhom permezz ta' fergħa jiksbu awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti ta' dawk l-Istati Membri skont dawn id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni skont il-paragrafu 3;

(b)

il-forniment ta' servizzi li għalihom id-ditti ta' pajjiż terz jitolbu awtorizzazzjoni hija suġġetta għal awtorizzazzjoni u superviżjoni fil-pajjiż terz fejn hija stabbilita d-ditta u d-ditta li qed tagħmel it-talba hija awtorizzata kif xieraq. Il-pajjiż terz fejn hija stabbilita d-ditta ta' pajjiż terz ma għandhiex tkun inkluża fil-lista ta' Pajjiżi u Territorji Nonkooperattivi mit-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja kontra l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu;

(c)

arranġamenti ta' kooperazzjoni, li jinkludu dispożizzjonijiet li jirregolaw l-iskambju tal-informazzjoni biex tkun ippriservata l-integrità tas-suq u l-protezzjoni tal-investitur, huma fis-seħħ bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri fejn tkun se tiġi stabbilita l-fergħa u l-awtoritajiet superviżorji kompetenti tal-pajjiż terz fejn hija stabbilita d-ditta;

(d)

biżżejjed kapital inizjali għad-dispożizzjoni ħielsa tal-fergħa;

(e)

persuna waħda jew iktar maħtura responsabbli għall-immaniġġar tal-fergħa u huma konformi mar-rekwiżit stabbilit skont l-Artikolu 9(1);

(f)

il-pajjiż terz fejn hija stabbilita d-ditta ta' pajjiż terz iffirma ftehim mal-Istat Membru fejn għandha tkun stabbilita l-fergħa, li huwa konformi b'mod sħiħ mal-istandards stipulati fl-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni dwar it-Tassazzjoni fuq il-Mudell tal-OKŻE dwar id-Dħul u l-Kapital u jiżgura skambju effettiv tal-informazzjoni fi kwistjonijijiet tat-tassazzjoni, inkluż, jekk hemm, ftehimiet fiskali multilaterali;

(g)

id-ditta tappartjeni għal skema ta' kumpens tal-investitur awtorizzata jew rikonoxxuta skont id-Direttiva 97/9/KE fil-ħin tal-awtorizzazzjoni .

2.   L-Istati Membri għandhom jistipulaw li ditta ta' pajjiż terz intenzjonata li tipprovdi servizzi jew attivitajiet ta' investiment flimkien ma' kwalunkwe servizzi anċillari lil klijenti mhux professjonali jew lil klijenti professjonali skont it-tifsira tat-Taqsima II tal-Anness II fit-territorju ta' dawk l-Istati Membri għandha tistabbilixxi fergħa fl-Unjoni Ewropea .

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 95(2) b'rabta ma' pajjiż terz fejn tistqarr jekk l-arranġamenti ġuridiċi u superviżorji ta' dak il-pajjiż terz jiżguraw li d-ditti awtorizzati f'dak il-pajjiż terz jikkonformaw mar-rekwiżiti ġuridiċi vinkolanti li jkollhom effett ekwivalenti għar-rekwiżiti stipulati f'din id-Direttiva, fir-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] u d-Direttiva 2006/49/KE u l-miżuri implimentattivi tagħhom u dak il-pajjiż terz jiddisponi għal rikonoxximent reċiproku u ekwivalenza effettiva għall-qafas prudenzjali applikabbli għad-ditti tal-investiment awtorizzati skont din id-Direttiva.

Il-qafas prudenzjali ta' pajjiż terz jista' jitqies li għandu effett ekwivalenti meta dak il-qafas jissodisfa l-kundizzjonijiet segwenti:

(a)

id-ditti li jfornu servizzi u attivitajiet ta' investiment f'dak il-pajjiż terz ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni u għal superviżjoni u infurzar effikaċi fuq bażi kontinwa;

(b)

id-ditti li jfornu servizzi u attivitajiet ta' investiment f'dak il-pajjiż terz ikunu soġġetti għal rekwiżiti kapitali suffiċjenti u rekwiżiti xierqa applikabbli għall-azzjonisti u l-membri tal-bord maniġerjali tagħhom;

(c)

id-ditti li jfornu servizzi u attivitajiet ta' investiment f'dak il-pajjiż terz ikunu soġġetti għal rekwiżiti organizzazzjonali adegwati fil-qasam tal-funzjonijiet tal-kontroll intern;

(d)

jiżgura t-trasparenza u l-integrità fis-suq billi jiġi pprevenut l-abbuż fis-suq fil-forma ta' abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq.

Il-Kummissjoni tista' tillimita d-deċiżjoni tagħha skont dan il-paragrafu għad-ditti ta' investiment jew l-operaturi tas-suq li jipprovdu servizzi wieħed jew iktar speċifikat ta' investimet jew iwettqu attività waħda jew aktar speċifika ta' investiment f'rabta ma' strument finanzjarju wieħed jew iktar minn wieħed.

Ditta ta' pajjiż terz tista' tiġi awtorizzata għall-finijiet tal-paragrafu 1 meta din taqa'fi ħdan kategorija koperta mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

4.   Id-ditta ta' pajjiż terz imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tissottometti l-applikazzjoni tagħha lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikollha l-ħsieb li tistabbilixxi fergħa wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta' deċiżjoni li tiddetermina li l-qafas ġuridiku u superviżorju tal-pajjiż terz li fih id-ditta ta' pajjiż terz tkun awtorizzata jkun ekwivalenti għar-rekwiżiti deskritti fil-paragrafu 3.

Artikolu 42

Obbligu li tipprovdi informazzjoni

Ditta ta' pajjiż terz li jkollha l-ħsieb li tikseb awtorizzazzjoni għall-forniment ta' kwalunkwe servizzi jew għat-twettiq ta' attivitajiet ta' investiment flimkien ma' kwalunkwe servizzi anċillari fit-territorju ta' Stat Membru għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru b'dan li ġej:

(a)

l-isem tal-awtorità responsabbli għas-superviżjoni tagħha fil-pajjiż terz konċernat. Meta iktar minn awtorità waħda hija responsabbli għas-superviżjoni, għandhom jingħataw id-dettalji tal-oqsma rispettivi ta' kompetenza;

(b)

id-dettalji rilevanti kollha tad-ditta (isem, forma legali, uffiċċju reġistrat u indirizz, membri tal-korp maniġerjali, azzjonisti rilevanti) u programm tal-operat li jressaq is-servizzi u/jew l-attivitajiet finanzjarji kif ukoll is-servizzi anċillari li għandhom ikunu pprovduti u l-istruttura organizzattiva tal-fergħa, inkluża deskrizzjoni ta' kwalunkwe outsourcing lill-partijiet terzi ta' funzjonijiet operazzjonali essenzjali;

(c)

l-isem tal-persuni responsabbli għall-immaniġġar tal-fergħa u d-dokumenti rilevanti li juru konformità mar-rekwiżiti skont l-Artikolu 9(1);

(d)

informazzjoni dwar il-kapital inizjali għad-dispożizzjoni ħielsa tal-fergħa.

Artikolu 43

Għoti ta' awtorizzazzjoni

1.   L-awtorita kompetenti tal-Istat Membru fejn id-ditta ta' pajjiż terz tkun stabbiliet jew ikollha l-intenzjoni li tistabbilixxi l-fergħa tagħha għandha tagħti biss l-awtorizzazzjoni meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-awtorità kompetenti hija ssodisfata li l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 41 huma ssodisfati;

(b)

l-awtorità kompetenti hija sodisfatta li l-fergħa tad-ditta ta' pajjiż terz se tkun kapaċi li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2;

(ba)

l-awtorità kompetenti hija sodisfatta li d-ditta tal-pajjiż terz għandha l-intenzjoni li tipprovdi proporzjon sinifikanti ta' servizzi ta' investiment jew li twettaq kwantità sinifikanti tal-attivitajiet ta' investiment tagħha fl-Unjoni Ewropea fl-istat Membru fejn qed tfittex li tistabbilixxi l-fergħa.

L-awtorità kompetenti għandha tinforma lid-ditta tal-pajjiż terz, fi żmien sitt xhur mis-sottomissjoni ta' applikazzjoni kompleta, jekk ingħatatx l-awtorizzazzjoni jew le.

2.   Il-fergħa tad-ditta ta' pajjiż terz awtorizzata skont il-paragrafu 1, għandha tkun konformi mal-obbligi stipulati fl-Artikoli 16, 17, 18, 19, 20, 23, 24, 25 u 27, l-Artikolu 28(1) u l-Artikoli 30 , 31, 32 u 34 ta' din id-Direttiva u fl-Artikoli 3 sa 23 tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] u l-miżuri adotti bi qbil magħhom u għandha tkun suġġetti għas-superviżjoni tal-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn tingħata l-awtorizzazzjoni.

L-Istati Membri ma jimponu l-ebda rekwiżiti addizzjonali fuq l-organizzazzjoni u l-operat tal-fergħa fir-rigward tal-kwistjonijiet koperti minn din id-Direttiva.

Artikolu 44

Provvista ta' servizzi u attivitajiet fi Stati Membri oħra

1.   Id-ditta ta' pajjiż terz awtorizzata skont l-Artikolu 43 għandha tkun kapaċi li tipprovdi s-servizzi u twettaq l-attivitajiet koperti mill-awtorizzazzjoni fi Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea mingħajr l-istabbiliment ta' fergħat ġodda. Għal dan il-għan, hija għandha tikkomunika l-informazzjoni li ġejja lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn hija stabbilita l-fergħa:

(a)

l-Istat Membru li fih ikun beħsiebha topera;

(b)

programm ta' operat li jindika partikolarment is-servizzi jew l-attivitajiet ta' investiment kif ukoll servizzi anċillari li hija intenzjonata li twettaq f'dak l-Istat Membru.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn hija stabbilita l-fergħa għandha, fi żmien xahar minn meta tirċievi l-informazzjoni, tgħaddiha lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kompetenti tal-Istat Membru ospitanti maħtur bħala punt ta' kuntatt skont l-Artikolu 83(1). Id-ditta ta' pajjiż terz tista' mbagħad tibda tipprovdi s-servizzi jew is-servizzi kkonċernati fl-Istati Membri ospitanti.

F'każ ta' bidla fi kwalunkwe dettalji kkomunikata skont l-ewwel subparagrafu, id-ditta ta' pajjiż terz għandha tagħti notifika bil-miktub ta' dik il-bidla lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn il-fergħa tkun stabbilita mill-inqas xahar qabel l-implimentazzjoni ta' dik il-bidla. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn hija stabbilita l-fergħa għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti b'dawk il-bidliet.

Id-ditta għandha tibqa' suġġetta għas-superviżjoni tal-Istati Membri fejn hija stabbilita l-fergħa skont l-Artikolu 43.

2.   L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jiddeterminaw:

(a)

il-kontenut minimu tal-arranġamenti ta' kooperazzjoni msemmija fl-Artikolu 41(1)(c), biex tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li jagħti l-awtorizzazzjoni lid-ditta ta' pajjiż terz jkunu kapaċi jeżerċitaw is-setgħat superviżorji kollha tagħhom skont din id-Direttiva;

(b)

il-kontenut dettaljat tal-programm ta' operat kif rekwiżit fl-Artikolu 42, il-punt (b);

(c)

il-kontenut tad-dokumenti li jikkonċernaw l-immaniġġar tal-fergħa kif rekwiżit fl-Artikolu 42, il-punt (c);

(d)

il-kontenut dettaljat tal-informazzjoni rigward il-kapital inizjali għad-dispożizzjoni ħielsa tal-fergħa kif rekwiżit fl-Artikolu 42, il-punt (d).

L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa […]  (50) .

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu bi qbil ▐ mal-Artikoli 10 sa14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

3.   L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi biex tiddetermina forom standard, mudelli u proċeduri għall-provvista ta' informazzjoni u għan-notifika li jsir provvediment għalih f'dawk il-paragrafi.

L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sa […] (51) .

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

4.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 94 dwar miżuri li jiddefinixxu l-kundizzjonijiet għall-ivvalutar tal-kapital inizjali suffiċjenti għad-dispożizzjoni ħielsa tal-fergħa li jqisu s-servizzi jew l-attivitajiet finanzjarji pprovduti mill-fergħa u t-tip ta' klijenti li għandhom ikunu pprovduti bihom.

TAQSIMA 2

REĠISTRAZZJONI U RTIRAR TA' AWTORIZZAZZJONIJIET

Artikolu 45

Reġistrazzjoni

L-Istati Membri għandhom jirreġistraw id-ditti ta' pajjiżi terzi awtorizzati skont l-Artikolu 41. Ir-reġistru għandu jkun aċċessibbli għal pubbliku u għandu jinkludi informazzjoni dwar is-servizzi jew l-attivitajiet li d-ditti ta' pajjiż terz huma awtorizzati li jipprovdu. Hu għandu jkun aġġornat fuq bażi regolari. Kull awtorizzazzjoni għandha tkun notifikata lill-AETS.

L-AETS għandha tistabbilixxi lista tad-ditti ta' pajjiż terz kollha awtorizzati li jipprovdu servizzi u attivitajiet fl-Unjoni Ewropea . Il-lista għandha tinkludi informazzjoini dwar is-servizzi jew l-attivitajiet li għalihom id-ditta ta' pajjiż terz tkun awtorizzata u għandha tkun aġġornata fuq bażi regolari. L-AETS għandha tippubblika dik il-lista fuq is-sit elettroniku tagħha u taġġornaha.

Artikolu 46

Irtirar tal-awtorizzazzjoni

L-awtorità kompetenti li tat l-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 43 tista' tirtira l-awtorizzazzjoni meta d-ditta ta' pajjiż terz:

(a)

ma tagħmilx użu mill-awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar, espressament tirrinunzja l-awtorizzazzjoni jew ma pprovdiet l-ebda servizzi ta' investiment jew ma wettqet l-ebda attività għas-sitt xhur preċedenti, sakemm l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ipprovda għall-awtorizzazzjoni biex tintilef fit-tali każijiet;

(b)

ikun kiseb l-awtorizzazzjoni billi jkun għamel dikjarazzjonijiet foloz jew permezz ta' kull mezz ieħor mhux regolari;

(c)

ma jkunx għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet li bihom tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni;

(d)

kisret serjament u sistematikament id-dispożizzjonijiet adotti skont din id-Direttiva li tirregola l-kundizzjonijiet operatorji għad-ditti tal-investiment u applikabbli għad-ditti ta' pajjiż terz;

(e)

taqa' f'wieħed mill-każijiet fejn il-liġi nazzjonali, fir-rigward ta' kwistjonijiet 'il barra mill-ambitu ta' din id-Direttiva, tipprovdi għal-irtirar.

Kull irtirar ta' awtorizzazzjoni għandu jkun notifikat lill-AETS.

L-irtirar għandu jkun ippubblikat fil-lista stabbilita fl-Artikolu 45 għal perjodu ta' ħames snin.

IT-TITOLU III

IS-SWIEQ IRREGOLATI

Artikolu 47

L-awtorizzazzjoni u l-liġi applikabbli

1.   L-Istati Membri għandhom jirriżervaw l-awtorizzazzjoni bħala suq regolat għal dawk is-sistemi li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu.

L-awtorizzazzjoni bħala suq regolat għandha tingħata biss meta l-awtorità kompetenti tkun issodisfata illi kemm l-operatur tas-suq kif ukoll is-sistemi tas-suq regolat jikkonformaw għall-inqas mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan it-Titolu.

Fil-każ li suq regolat ikun persuna ġuridika u jkun amministrat jew imħaddem minn operatur tas-suq għajr is-suq regolat innifsu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif l-obbligi differenti imposti fuq l-operatur tas-suq skont din id-Direttiva għandhom jiġu allokati bejn is-suq regolat u l-operatur tas-suq.

L-operatur tas- suq regolat għandu jipprovdi t-tagħrif kollu, inkluż programm tal-operat li jagħti, fost ħwejjeġ oħra, it-tipi ta' kummerċ previsti u l-istruttura organizzattiva, li huwa meħtieġ sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista' tissodisfa ruħha illi s-suq regolat ikun stabbilixxa, fiż-żmien tal-awtorizzazzjoni inizjali, l-arranġamenti kollha meħtieġa sabiex jissodisfa l-obbligi tiegħu skont id-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu.

2.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-operatur tas-suq regolat iwettaq kompiti li għandhom x'jaqsmu mal-organizzazzjoni u l-operat tas-suq regolat taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-awtoritajiet kompetenti jirrevedu b'mod regolari l-konformità tas-swieq regolati mad-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu. Għandhom jiżguraw ukoll illi l-awtoritajiet kompetenti jimmonitorjaw il-fatt li s-swieq regolati jikkonformaw il-ħin kollu mal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni inizjali stabbiliti skont dan it-Titolu.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-operatur tas-suq ikun responsabbli li jiżgura illi s-suq regolat li huwa jamministra jikkonforma mar-rekwiżiti kollha skont dan it-Titolu.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll illi l-operatur tas-suq ikun intitolat jeżerċita d-drittijiet li jikkorrispondu mas-suq regolat li jamministra bis-saħħa ta' din id-Direttiva.

4.   Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tad-Direttiva 2003/6/KE, il-liġijiet pubbliċi li jirregolaw il-kummerċ imwettaq skont is-sistemi tas-suq regolat għandhom ikunu dawk tal-Istat Membru tad-domiċilju tas-suq regolat.

5.   L-awtorità kompetenti tista' tirtira l-awtorizzazzjoni maħruġa lil suq regolat meta dan:

(a)

ma jagħmilx użu mill-awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar, jirrinunzja espressament għall-awtorizzazzjoni jew ma jkunx ħadem fis-sitt xhur ta' qabel, għajr jekk l-Istat Membru kkonċernat ikun ipprovda illi f'dawn il-każijiet l-awtorizzazzjoni tiskadi;

(b)

ikun kiseb l-awtorizzazzjoni billi jkun għamel dikjarazzjonijiet foloz jew permezz ta' kull mezz ieħor mhux regolari;

(c)

ma jkunx għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet li bihom tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni;

(d)

ikun kiser b'mod gravi u sistematiku d-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva;

(e)

jaqa' taħt xi wieħed mill-każijiet li fihom il-liġijiet nazzjonali jipprovdu għall-irtirar.

6.   L-AETS għandha tiġi nnotifikata bi kwalunkwe rtirar ta' awtorizzazzjoni.

Artikolu 48

Ir-rekwiżiti għall-ġestjoni tas-suq regolat

1.   ▐ Il-Membri tal-korp maniġerjali ta' kwalunkwe operatur tas-suq għandhom f'kull ħin ikunu ta' reputazzjoni tajba biżżejjed, ikollhom għarfien, ħiliet u esperjenza biżżejjed u jiddedikaw ħin biżżejjed biex iwettqu dmirijiethom.

Il-membri kollha tal-korp maniġerjali għandhom, partikolarment, jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti:

(a)

li jimpenjaw biżżejjed ħin biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom fid-ditta tal-investiment. L-għadd ta' direttorati li membru tal-korp maniġerjali jista' jkollu fl-istess waqt għandu jqis iċ-ċirkustanzi individwali u n-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjoni.

Il-membri tal-korp maniġerjali ta' operaturi fis-suq li huma sinifikanti f'dawk li huma d-daqs, l-organizzazzjoni interna u n-natura tagħhom, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom ma għandhomx jikkombinaw fl-istess ħin aktar minn kombinazzjoni waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

kariga ta' direttur eżekuttiv; jew

(ii)

żewġ karigi ta' direttur mhux eżekuttiv.

Direttorati eżekuttivi jew mhux eżekuttivi:

(i)

fl-istess grupp ;

(ii)

f'istituzzjonijiet li:

huma membri tal-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 108(7) tar-Regolament (UE) Nru …/2012 [CRD IV] ikunu sodisfatti,

ikunu stabbilixxew konnessjonijiet skont l-Artikolu 108(6) tar-Regolament (UE) Nru …/2012 [CRD IV]; jew

(iii)

fi ħdan intrapriżi (inklużi istituzzjonijiet mhux finanzjarji) fejn l-istituzzjoni jkollha s-sjieda ta' parteċipazzjoni kwalifikattiva,

għandhom ikunu meqjusa bħala kariga waħda ta' direttur.

(b)

li jkollhom għarfien, ħiliet u esperjenza kollettiva adegwati biex ikun kapaċi jifhem l-attivitajiet tad-ditta tal-investiment, u b'mod partikolari r-riskju ewlieni involut f'dawk l-attivitajiet.

(c)

li jaġixxu b'onestà, integrità u indipendenza tal-ħsieb biex jivvaluta u jikkontesta b'mod effikaċi d-deċiżjonijiet tal-maniġment superjuri u biex jissorvelja u jimmoniterja b'mod effikaċi fuq it-teħid ta' deċizjonijiet maniġerjali .

L-operaturi tas-suq għandhom jiddedikaw iktar riżorsi għall-induzzjoni u t-taħriġ tal-membri tal-korp maniġerjali.

(ca)

li jiżguraw li qegħdin jitħaddmu sistemi effikaċi biex jidentifikaw u jimmaniġjaw kunflitti bejn l-operatur tas-suq u s-suq regolat jew il-membri tiegħu u biex iħaddmu u jżommu arranġamenti xierqa biex jisseparaw funzjonijiet differenti ta' negozju.

2.   L-Istati Membri għandhom jistipulaw li l-operaturi ta' suq regolat biex jistabbilixxu kumitat ta' nominazzjoni biex jivvaluta l-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ewwel paragrafu u biex jagħmel rakkomandazzjonijiet, meta meħtieġ, fuq il-bażi tal-valutazzjoni tagħhom. Il-kumitat ta' nominazzjoni għandu jkun kompost minn membri tal-korp maniġerjali li ma jwettqu l-ebda funazjoni eżekuttiva fl-operatur tas-suq konċernata.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw operatur tas-suq biex jistabbilixxi kumitat ta' nominazzjoni li jqis in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-operatur tas-suq , sakemm ikun stabbilit mekkaniżmu alternattiv raġonevolment kumparabbli .

Fejn, fil-liġi nazzjonali, il-korp maniġerjali ma jkollu l-ebda kompetenza fl-ipproċessar tal- ħatra tal-membri tiegħu, dan il-paragrafu ma japplikax.

3.   L-Istati Membri għandhom jistipulaw li d-ditti tal-investiment u l-kumitati ta' nominazzjoni rispettivi tagħhom jeħtieġu għadd kbir ta' kwalitajiet u kompetenzi meta jirreklutaw membri fil-korpi maniġerjali tagħhom .

B'mod partikolari:

(a)

l-operaturi tas-suq għandhom jimplimentaw politika li tippromwovi l-professjonaliżmu, ir-responsabilità u l-impenn bħala l-kriterji ta' gwida għar-reklutaġġ tal-maniġment superjuri, bis-salvagwardja li dawk innominati jkunu bla dubju leali lejn l-interessi tal-istituzzjoni;

(b)

id-ditti tal-investiment għandhom jieħdu wkoll passi konkreti lejn rappreżentanza aktar bilanċjata fil-bordijiet, bħat-taħriġ ta' kumitati ta' nominazzjoni, il-ħolqien ta' rosters ta' kandidati kompetenti, u l-introduzzjoni ta' proċess ta' nominazzjoni fejn mill-inqas kandidat wieħed ta' kull sess ikun ippreżentat;

(c)

meta tiġi pprattikata, ir-rappreżentanza tal-impjegati fil-korp maniġerjali għandha wkoll, billi żżid perspettiva fundamentali u għarfien ġenwin ta' kif taħdem internament l-istituzzjoni, tidher bħala mod pożittiv għat-titjib tad-diversità.

4.   L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards regolatorji biex tispeċifika kif l-operatur tas-suq għandu jqis dan li ġej:

(a)

il-kunċett ta' impenn ta' ħin biżżejjed ta' membru tal-korp maniġerjali biex iwettaq il-funzjoni tiegħu, b'rabta maċ-ċirkustanzi individwali u n-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-operatur tas-suq li l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu meta jawtorizzaw membru tal-korp maniġerjali biex jikkombina iktar minn kariga waħda ta' direttur milli permess kif referut fil-paragrafu 1(a);

(b)

il-kunċett ta' għarfien, ħiliet u esperjenza kollettiva adegwata tal-korp maniġerjali kif referut fil-paragrafu 1(b) ;

(c)

il-kunċetti tal-onesta, integrità u indipendenza tal-ħsieb ta' membru tal-korp maniġerjali kif imsemmi fil-paragrafu 1(c ), b'kunsiderazzjoni tal-potenzjal tal-kunflitti ta' interess;

(d)

il-kunċett ta' riżorsi umani u finanzjarji adegwati ddedikati għall-induzzjoni u t-taħriġ ta' membri tal-korp maniġerjali ;

(e)

il-kunċett tad-diversità li għandu jitqies għall-għażla tal-membri tal-korp maniġerjali.

L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa […] (52) .

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu bi qbil ▐ mal-Artikoli 10 sa14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

5.   L-Istati Membri jeħtieġu lill-operatur tas-suq regolat biex jinnotifika lill-awtorità kompetenti bl-identità tal-membri kollha tal-korp maniġerjali u bi kwalunkwe bidliet fis-sħubija tiegħu, flimkien mal-informazzjoni kollha meħtieġa biex ikun ivvalutat jekk id-ditta hijiex konformi mal-paragrafi 1, 2 u 3.

7.   L-awtorità kompetenti għandha tirrifjuta awtorizzazzjoni jekk ma hijiex sodisfatta li l-persuni li kellhom jidderieġu effikaċement il-kummerċ ta' suq regolat għandhom reputazzjoni tajba jew għandhom biżżejjed esperjenza, jew jekk hemmx raġunijiet oġġettivi u dimostrabbli biex wieħed jemmen li l-korp maniġerjali tal-operatur tas-suq jista' jkun ta' theddida għall-immaniġġar effettiv, tajjeb u prudenti u għall-kunsiderazzjoni adegwata tal-integrità tas-suq.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-proċess tal-awtorizzazzjoni ta' suq regolat, il-persuna jew persuni li effettivament jidderieġu l-operat u l-operat ta' suq regolat li diġà huwa awtorizzat skont id-dispożizzjonijiet ta' din nid-Direttiva huma mistennija li jkunu konformi mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1.

7a.     Il-korp maniġerjali ta' operatur tas-suq għandu jkun kapaċi jiżgura li s-suq regolat huwa mmexxi b'mod tajjeb u prudenti u b'manjiera li tippromwovi l-integrità tas-suq.

Il-korp maniġerjali għandu jimmonitorja u jivvaluta perjodikament l-effikaċja tal-organizzazzjoni tas-suq regolat u jieħu l-passi meħtieġa biex jindikrizza kwalunkwe nuqqasijiet.

Membri tal-korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu għandu jkollhom aċċess adegwat għall-informazzjoni u d-dokumenti li huma meħtieġa biex jimmonitorjaw it-teħid tad-deċiżjonijiet maniġerjali.

Il-korp maniġerjali għandu jistabbilixxi, iżomm u jippubblika dikjarazzjoni tal-politiki u l-prattiki li jserraħ fuqhom biex jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan il-paragrafu.

7b.     Mingħajr preġudizzju għas-sistemi legali tal-Istati Membri, dawn għandhom jiżguraw li fejn huwa allegat li membru tal-bord maniġerjali kiser id-dispożizzjonijiet ta' jew ikkometta offiża fi kwistjonijiet li jaqgħu fl-ambitu ta' din id-Direttiva jew tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] huwa jista' jiġi soġġett personalment għal proċedimenti kriminali jew ċivili. t

Artikolu 49

Ir-rekwiżiti li għandhom x'jaqsmu mal-persuni li jeżerċitaw influwenza sinifikanti fuq il-ġestjoni tas-suq regolat

1.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-persuni li jkunu f'pożizzjoni li jeżerċitaw, direttament jew indirettament, influwenza sinifikanti fuq il-ġestjoni tas-suq regolat ikunu xierqa.

2.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-operatur tas-suq regolat:

(a)

jipprovdi lill-awtorità kompetenti u jippubblika t-tagħrif li jirrigwarda s-sjieda tas-suq regolat u/jew tal-operatur tas-suq, u b'mod partikulari, l-identità u d-daqs tal-interessi ta' kull parti li tkun f'pożizzjoni li teżerċita influwenza sinifikanti fuq il-ġestjoni;

(b)

jgħarraf lill-awtorità kompetenti u jippubblika kull trasferiment tas-sjieda li jwassal għal bidla fl-identità tal-persuni li jeżerċitaw influwenza sinifikanti fuq l-operat tas-suq regolat.

3.   L-awtorità kompetenti għandha tirrifjuta li tapprova l-bidliet proposti għall-interessi kontrollanti tas-suq regolat u/jew tal-operatur tas-suq meta jkun hemm raġunijiet oġġettivi u li jistgħu jintwerew sabiex temmen illi dawn jistgħu joħolqu theddida għall-ġestjoni soda u prudenti tas-suq regolat.

Artikolu 50

Rekwiżiti organizzazzjonali

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li s-suq regolat:

(a)

ikollu l-arranġamenti sabiex jidentifika b'mod ċar u jamministra l-konsegwenzi negattivi potenzjali, għall-operat tas-suq regolat jew għall-parteċipanti tiegħu, ta' kull kunflitt ta' interess bejn l-interessi tas-suq regolat, tas-sidien tiegħu jew tal-operatur tiegħu u l-funzjonament sod tas-suq regolat, u b'mod partikulari meta dawn il-kunflitti ta' interess jistgħu jkunu ta' preġudizzju għat-twettiq ta' kull funzjoni ddelegata lis-suq regolat mill-awtorità kompetenti;

(b)

ikun mgħammar b'mod adegwat sabiex jamministra r-riskji li għalihom ikun espost, jimplimenta l-arranġamenti u s-sistemi x-xierqa sabiex jidentifika r-riskji sinifikanti kollha għall-operat tiegħu u jqiegħed fis-seħħ miżuri effettivi sabiex itaffi dawn ir-riskji;

(c)

ikollu arranġamenti għall-ġestjoni soda tal-operat tekniku tas-sistema, inkluż l-istabbiliment ta' arranġamenti effettivi ta' kontinġenza sabiex ilaħħaq mar-riskji ta' diżordni fis-sistema;

(d)

ikollu regoli u proċeduri trasparenti u mhux diskrezzjonali li jipprovdu għall-kummerċ ġust u bl-ordni u jistabbilixxu kriterji oġġettivi għat-twettiq effiċjenti tal-ordnijiet;

(e)

ikollu arranġamenti effettivi sabiex jiffaċilita l-finalizzazzjoni effiċjenti u f'waqtha tat-tranżazzjonijiet imwettqa skont is-sistemi tiegħu;

(f)

ikollu disponibbli, meta jingħata l-awtorizzazzjoni u fuq bażi kontinwa, biżżejjed riżorsi finanzjarji sabiex jiffaċilita l-funzjonament bl-ordni tiegħu, filwaqt li jitqiesu n-natura u l-kobor tat-tranżazzjonijiet konklużi fis-suq u l-firxa u l-livell tar-riskji li għalihom ikun espost.

Artikolu 51

Resiljenza tas-sistemi, salvaviti u negozjar elettroniku

1.   L-Istati Membri għandhom jistipulaw li s-suq regolat ikollu fis-seħħ sistemi, proċeduri u arranġamenti li huma mfassla biex jiżguraw li s-sistemi tan-negozjar tiegħu huma resilejnti, għandhom biżżejjed kapaċità biex jittrattaw mal-ogħla volumi ta' ordnijiet u messaġġi, huma kapaċi li jiżguraw kummerċ ordnat f'kundizzjonijiet ta' stress tas-suq, huma ttestjati b'mod sħiħ biex jiżguraw li jissodisfaw it-tali kundizzjonijiet anke fi żminijiet ta' volatilità estrema tas-suq u huma suġġetti għal arranġamenti ta' kontinwità tal-kummerċ biex jiżguraw il-kontinwità tas-servizzi tiegħu jekk ikun hemm nuqqas mhux mistenni tas-sistemi tan-negozjar tiegħu.

1a.     L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li suq regolat ikollu fis-seħħ arranġamenti li jkopru l-kontdotta tal-atturi fis-suq u li jiżgura li numru suffiċjenti ta' ditti ta' investiment jieħdu sehem f'tali arranġamenti, li se jagħtu kwoti stretti bi prezzijiet kompetittivi bir-riżultat li tiġi pprovduta likwidità lis-suq fuq bażi regolari u kontinwa għal proporzjon minimu ta' sigħat kontinwi ta' negozjar, b'kunsiderazzjoni tal-kundizzjonijiet, regoli u regolamenti prevalenti tas-suq, sakemm rekwiżit ma jkunx xieraq għan-natura u l-iskala tan-negozju f'dan is-suq regolat. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li suq regolat jidħol fi ftehim bil-miktub vinkolanti bejn is-suq regolat u d-ditta ta' investiment dwar l-obbligi li jinqalgħu mill-parteċipazzjoni f'tali sekma, inkluż iżda mhux limitat għal provvediment ta' likwidità. Is-suq regolat għandu jimmoniterja u jinforza l-osservanza mid-ditti ta' investiment tar-rekwiżiti ta' tali arranġamenti bil-miktub vinkolanti. Is-suq regolat għandu jinforma lill-awtorità kompetenti tiegħu dwar il-kontenut tal-ftehim bil-miktub vinkolanti u għandu jissodisfa lill-awtorità kompetenti tiegħu bil-konformità tiegħu mar-rekwiżiti f'dan il-paragrafu.

L-AETS għandha tiżviluppa linji gwida dwar iċ-ċirkostanzi li fihom ditta tal-investiment tkun obbligata tidħol fil-ftehim li jikkostitwixxi s-suq imsemmi f'dan il-paragrafu u tista' tiżviluppa linji gwida dwar il-kontenut ta' tali ftehimiet.

1b.     L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li s-suq regolat ikollu sistemi, proċeduri u arranġamenti effettivi stabbiliti biex jiżguraw li l-ordnijiet kollha mdaħħla fis-sistema minn membru jew parteċipant ikunu validi għal minimu ta' 500 millisekonda u li ma jistgħux jiġu kkanċellati jew modifikati matul dak il-perjodu.

2.   L-Istati Membri għandhom jistipulaw li suq regolat ikollu fis-seħħ sistemi, proċeduri u arranġamenti effettivi biex jirrifjutaw ordnijiet li jaqbżu l-livelli minimi predeterminati ta' volum u prezz jew li huma żbaljati b'mod ċar ▐.

2a.     L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li suq regolat ikun kapaċi jwaqqaf temporanjament in-negozju jekk ikun hemm moviment tal-prezz sinifikanti fi strument finanzjarju f'dak is-suq jew, meta jkun informat mill-operatur tas-suq rilevanti, suq relatat matul perjodu qasir u, f'każijiet eċċezzjonali, li jkun jista' jikkanċella, ivarja jew jikkoreġi kwalunkwe tranzazzjoni. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li suq regolat jiżgura li l-parametri għat-twaqqif tal-kummerċ ikunu kalibrati b'tali mod li titqies il-likwidità tal-klassijiet u subklassijiet differenti tal-assi, in-natura tal-mudell ta' suq u t-tipi ta' utenti u li jkun biżżejjed biex jiġi evitat tfixkil għar-regolarità tal-kummerċ.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li suq regolat jirrapporta l-parametri għat-twaqqif tan-negozju u kull bidla materjali lil dawk il-parametri lill-awtorità kompetenti b'mod konsistenti u komparabbli, u li l-awtorità kompetenti mbagħad min-naħa tagħha tirrappurtahom lill-AETS. L-AETS għandha tippubblika l-parametri fuq il-websajt tagħha. L-Istati Membri għandhom jeżiġu li meta suq regolat li jkun materjali fir-rigward tal-likwidità f'dak l-istrument iwaqqaf in-negozju, fi kwalunkwe Stat Membru, dak il-ċentru ta' negozjar ikollu s-sistemi u l-proċeduri neċessarji fis-seħħ biex jiżgura li se jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jikkoordina reazzjoni fis-suq kollu u jiddetermina jekk hux xieraw li jwaqqaf postijiet oħra ta' kummerċ li fihom qed jiġi kummerċjalizzat l-istrument sakemm jerġa' jibda l-kummerċ fis-suq oriġinali.

3.   L-Istati Membri għandhom jeżiġu li suq regolat ikollu fis-seħħ sistemi, proċeduri u arranġamenti effettivi , inklużi li jirrikjedu li l-membri jew il-parteċipanti jwettqu ttestjar xieraq tal-algoritmi u jipprovdu ambjenti li jiffaċilitaw tali ttestjar, biex ikun żgurat li s-sistemi ta' negozjar algoritmiċi jew bi frekwenza għolja ma jistgħux joħolqu jew jikkontribwixxu għal kundizzjonijiet diżordinati fis-suq u biex tkun immaniġġjata kwalunkwe kundizzjoni diżordnata tan-negozju li tirriżulta minn tali sistemi algoritmiċi jew bi frekwenza għolja, inklużi sistemi li jidentifikaw l-ordnijiet kollha li jinvolvu negozjar bi frekwenza għolja, jillimitaw il-proporzjon ta' ordnijiet mhux eżegwiti għal tranżazzjonijiet li jistgħu jiddaħħlu fis-sistema minn membru jew parteċipant, biex ikun kapaċi jnaqqas il-veloċità tal-ordnijiet jekk ikun hemm riskju li tintlaħaq il-kapaċità tas-sistema u li jillimita u jinforza d-daqs minimu ta' funzjonament li jista' jkun esegwit fis-suq.

4.   L-Istati Membri għandhom jeżiġu li s-swieq regolati jipprojbixxu lil membri jew lil parteċipanti milli jipprovdu aċċess sponsorjat u skopert għas-suq . L-Istati Membri għandhom jeżiġu li suq regolat li jippermetti aċċess dirett għas-suq għandu jkollu fis-seħħ sistemi, proċeduri u arranġamenti effettivi li jippermettu li membri jew parteċipanti huma permessi biss li jipprovdu t-tali servizzi jekk huma ditta tal-investiment awtorizzata skont din id-Direttiva, li hija stabbilita u applikata kriterja ċara fir-rigward tal-adattabilità tal-persuni li jistgħu jkunu pprovduti bit-tali aċċess u li membru jew parteċipant ikun responsabbli għal ordnijiet u kummerċ eżegwit bl-użu ta' dak is-servizz.

L-Istati Membri għandhom jistipulaw li s-suq regolat jistabbilixxi standards xierqa fir-rigward ta' kontrolli u livelli limitu tar-riskju permezz tat-tali aċċess u li jkun kapaċi jiddistingwi u jekk meħtieġ iwaqqaf ordnijiet jew kummerċ minn persuna li qed tuża aċċess dirett għas-suq separatament minn ordnijiet jew kummerċ minn membru jew parteċipant.

5.   L-Istati Membri għandhom jistipulaw li suq regolat għandu jiżgura li r-regoli tiegħu dwar is-servizzi ta' kolokazzjoni ▐ huma trasparenti, ġusti u mhux diskriminatorji.

5a.     L-Istati Membri għandhom jeżiġu li suq regolat jiżgura li l-istrutturi tal-ħlasijiet tiegħu inklużi ħlasijiet ta' eżekuzzjoni, ħlasijiet anċillari u kwalunkwe ribass jkunu trasparenti, ġusti u mhux diskriminatorji u li ma joħolqux inċentivi biex jagħmlu, jimmodifikaw jew jikkanċellaw ordnijiet jew li jeżegwixxu tranżazzjonijiet b'tali mod li jikkontribwixxi għall-kundizzjonijiet tan-negozjar diżordinati jew abbuż tas-suq. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jeżiġu li suq regolat jimponi obbligi li jikkostitwixxu s-suq fl-ishma individwali jew grupp xieraq ta' ishma bi skambju għal kwalunkwe traħħis li jingħata, li jimponi ħlas ogħla għat-tqegħid ta' ordni li jiġi sussegwentement ikkanċellat minn ordni li jiġi eżegwit u li jimponi ħlas ogħla lill-parteċipanti li jqiegħdu proporzjon għoli ta' ordnijiet ikkanċellati minn ordnijiet eżegwiti u fuq dawk li joperaw strateġija ta' negozjar bi frekwenza għolja sabiex jiġi rifless il-piż addizzjonali fuq il-kapaċità tas-sistema.

L-Istati Membri għandhom jippermettu li suq regolat jaġġusta l-ħlasijiet tiegħu għall-ordnijiet ikkanċellati skont it-tul ta' żmien li matulu tkun inżammet l-ordni u li jirregola t-tariffi għal kull strument finanzjaraju li japplikaw għalih.

6.   L-Istati Membri għandhom jistipulaw li fuq talba tal-awtorità kompetenti għal suq regolat, dak is-suq regolat jagħmel disponibbli lill-awtorità kompetenti dejta marbuta mal-ktieb tal-ordnijiet jew jagħti lill-awtorità kompetenti aċċess għall-ktieb tal-ordnijiet biex tkun kapaċi timmonitorja l-kummerċ.

7.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 94 li jikkonċernaw ir-rekwiżiti stipulati f'dan l-Artikolu, u b'mod partikolari:

(a)

li jiżguraw sistemi tan-negozjar ta' swieq regolati li huma resiljenti u li għandhom kapaċità adegwata;

(c)

li jistipulaw l-proporzjon massimu ▐ ta' ordnijiet mhux eżegwiti għal tranżazzjonijiet li jistgħu jkunu adotti minn swieq regolati b'kunsiderazzjoni tal-likwidita tal-istrument finanzjarju ;

(d)

li jidentifikaw ċirkustanzi li fihom jista' jkun xieraq li jitnaqqas il-fluss tal-ordnijiet;

(e)

li jiżguraw li servizzi ta' ko-lokazzjoni u strutturi ta' ħlas huma ġusti u nondiskriminatorji u li l-istrutturi tal-ħlas ma joħolqux inċentivi għall-kundizzjonijiet diżordinati ta' kummerċ jew abbuż mis-suq;

(ea)

li jiddeterminaw meta suq regolat jkun materjali fir-rigward ta' likwidità f'dak l-istrument;

(eb)

li jiżguraw li l-iskemi għall-ġenerazzjoni tas-suq ikunu ġusti u mhux diskriminatorji u li jistabbilixxu obbligi minimi għall-ġenerazzjoni tas-suq li swieq regolati għandhom jistipulaw meta jfasslu skema għall-ġenerazzjoni tas-suq u l-kundizzjonijiet li taħthom ir-rekwiżit li jkun hemm skema għall-ġenerazzjoni tas-suq ma jkunx xieraq.

(ec)

li jiżguraw ittestjar xieraq tal-algoritmi biex ikun żgurat li s-sistemi ta' negozjar algoritmiċi jew bi frekwenza għolja ma jkunux jistgħu joħolqu jew jikkontribwixxu għal kundizzjonijiet diżordnati ta' negozjar fis-suq.

Artikolu 51a

Daqsijiet ta' funzjonament

1.     L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li s-swieq regolati jadottaw reġimi tad-daqsijiet tal-funzjonament f'ishma, irċevuti tad-depożiti, fondi nnegozjati fil-Borża, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra u fi strumenti finanzjarji oħra li għalihom jiġu żviluppati standards tekniċi regolatorji bi qbil mal-paragrafu 4.

2.     Ir-reġimi tad-daqsijiet tal-funzjonament msemmija fil-paragrafu 1 għandhom:

(a)

ikunu kalibrati biex jirriflettu l-profil tal-likwidità tal-istrument finanzjarju fi swieq differenti u l-firxa medja bejn it-talba u l-offerta, b'kunsiderazzjoni tax-xewqa li jiġu permessi prezzijiet stabbli raġonevoli mingħajr ma jiġi limitat aktar it-tnaqqis tal-firxiet;

(b)

jadattaw id-daqs tal-funzjonament għal kull strument finanzjarju kif xieraq.

3.     L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika daqsijiet tal-funzjonament minimi jew reġimi tad-daqsijiet tal-funzjonament f'ishma, irċevuti tad-depożiti, fondi nnegozjati fil-Borża, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra meta dan ikun neċessarju biex tiżgura l-funzjonament ordinat tas-swieq, skont il-fatturi tal-paragrafu 2

L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa […] (53).

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu bi qbil mal-Artikoli 10 sa14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

4.     L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika daqsijiet tal-funzjonament minimi jew reġimi tad-daqsijiet tal-funzjonament għal strumenti finanzjarji speċifiċi barra dawk imsemmija fil-paragrafu 3 meta dan ikun neċessarju biex tiżgura l-funzjonament ordinat tas-swieq, bi qbil mal-fatturi tal-paragrafu 2 u l-prezz, il-firxa u d-dettall tal-likwidita tal-istrumenti.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu bi qbil mal-Artikoli 10 sa14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 51b

Sinkronizzazzjoni tal-arloġġi tan-negozju

1.     L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-postijiet tan-negozju kollha u l-parteċipanti tagħhom jissinkronizzaw l-arloġġi tan-negozju li jużaw biex jirreġistraw id-data u l-ħin ta’ kull avveniment li għandu jiġi rappurtat.

2.     L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-livell ta’ akkuratezza li l-arloġġi għandhom jilħqu fis-sinkronizzazzjoni skont standards internazzjonal.

L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa […] (54).

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. [Em. 4]

Artikolu 52

Ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji għan-negozjar

1.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li s-swieq regolati jkollhom regoli ċari u trasparenti rigward l-ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji għan-negozjar.

Dawn ir-regoli għandhom jiżguraw illi kull strument finanzjarju ammess għan-negozjar f'suq regolat ikun kapaċi jiġi kkummerċjat b'mod ġust, bl-ordni u b'mod effiċjenti u, fil-każ tat-titoli trasferibbli, li dawn ikunu jistgħu jiġu kkummerċjati fil-libertà.

2.   Fil-każ tad-derivati, ir-regoli għandhom jiżguraw b'mod partikulari illi d-disinn tal-kuntratt tad-derivati jippermetti għall-ipprezzar bl-ordni tagħhom kif ukoll għall-eżistenza ta' kundizzjonijiet effettivi tas-saldu.

3.   Minbarra l-obbligi mogħtija fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li s-suq regolat jistabbilixxi u jżomm arranġamenti effettivi sabiex jivverifika li l-emittenti tat-titoli trasferibbli li jiġu ammessi għan-negozjar fis-suq regolat jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont il-liġijiet tal-Unjoni Ewropea rigward l-obbligi inizjali, kontinwa jew ad hoc tal-iżvelar.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi s-suq irregolat jistabbilixxi arranġamenti li jiffaċilitaw l-aċċess, għall-membri jew il-parteċipanti tiegħu, għat-tagħrif li jkun ġie ppubblikat skont id-dritt tal-Unjoni Ewropea .

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-swieq regolati jkunu stabbilixxew l-arranġamenti meħtieġa sabiex jirrevedu b'mod regolari l-konformità tal-istrumenti finanzjarji li huma jammettu għan-negozjar mar-rekwiżiti għall-ammissjoni.

5.   Titolu trasferibbli li jkun ġie ammess għan-negozjar f'suq irregolat jista' jiġi ammess sussegwentement għan-negozjar fi swieq regolati oħra, saħansitra mingħajr il-kunsens tal-emittent u f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2003/71/KE. ▐ L-emittent għandu jiġi mgħarraf mis-suq regolat dwar il-fatt illi t-titoli tiegħu ikunu qegħdin jiġu kkummerċjati f'dak is-suq regolat. L-emittent ma għandu jkun suġġett għall-ebda obbligu li jipprovdi t-tagħrif meħtieġ skont il-paragrafu 3 direttament lil kull suq regolat li jkun ammetta t-titoli tiegħu għall-kummerċ minghajr il-kunsens tiegħu.

6.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ddelegati bi qbil mal-Artikolu 94 li:

(a)

jispeċifikaw il-karatteristiċi tal-klassijiet differenti tal-istrumenti li għandhom jitqiesu mis-suq regolat meta jkun qed jivvaluta jekk strument ikunx maħruġ b'mod li jkun konsistenti mal-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 sabiex jiġi ammess għan-negozjar fis-segmenti differenti tas-suq li huwa jħaddem;

(b)

jiċċaraw l-arranġamenti li s-suq regolat irid jimplimenta sabiex jitqies li jkun issodisfa l-obbligu tiegħu li jivverifika illi l-emittent ta' titolu trasferibbli jkun jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont il-liġijiet tal-Unjoni Ewropea rigward l-obbligi inizjali, kontinwa jew ad hoc tal-iżvelar;

(c)

jiċċaraw l-arranġamenti li s-suq regolat irid jistabbilixxi skont il-paragrafu 3 sabiex jiffaċilita l-aċċess, għall-membri jew il-parteċipanti tiegħu, għat-tagħrif li jkun ġie ppubblikat skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-liġijiet tal-Unjoni Ewropea .

Artikolu 53

Is-sospensjoni u t-tneħħija tal-istrumenti mill-kummerċ

1.   Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 72(1)(d) u (e) li titlob għas-sospensjoni jew it-tneħħija ta' strument mill-kummerċ, l-operatur tas-suq regolat jista' jissospendi jew ineħħi mill-kummerċ strument finanzjarju li ma jkunx għadu jikkonforma mar-regoli tas-suq regolat għajr jekk dan il-pass x'aktarx li jkun se jikkawża ħsara sinifikanti lill-interessi tal-investituri jew lill-funzjonament bl-ordni tas-suq.

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li operatur ta' suq regolat li jissospendi jew ineħħi mill-kummerċ strument finanzjarju jippubblika din id-deċiżjoni, jikkomunikaha lis-swieq regolati l-oħrajn u lill-MTFs u lill-OTFs li jkunu jikkummerċjaw l-istess strument finanzjarju u jikkomunika t-tagħrif rilevanti lill-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra b'dan.

L-awtorità kompetenti rilevanti skont it-tifsira tal-punt (7) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 għal dak l-istrument finanzjarju għandha teżiġi s-sospensjoni jew t-tneħħija min-negozjar fis-swieq regolati, MTFs u OTFs li joperaw taħt is-superviżjoni tagħhom malajr kemm jista' jkun u għandha teżiġi wkoll is-sospensjoni jew it-tneħħija tagħhom bi qbil mal-paragrafu 2 meta s-sospensjoni jew it-tneħħija hija minħabba n-nuqqas ta' żvelar ta' informazzjoni dwar l-emittent jew l-istrument finanzjarju.

2.   Awtorità kompetenti li titlob li jkun hemm is-sospensjoni jew it-tneħħija ta' strument finanzjarju mill-kummerċ f'suq regolat wieħed jew iktar f'MTF jew f'OTF waħda jew iktar bi qbil mal-paragrafu 1 għandha tippubblika d-deċiżjoni tagħha minnufih u tgħarraf lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra. Ħlief meta dan x'aktarx li jikkawża ħsara sinifikanti lill-interessi tal-investituri jew lill-funzjonament bl-ordni tas-suq intern, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra għandhom jeżiġu li jkun hemm is-sospensjoni jew it-tneħħija ta' dan l-istrument finanzjarju mill-kummerċ fis-swieq regolati u fl-MTFs u fl-OTFs li joperaw taħt is-superviżjoni tagħhom.

3.   L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-format u ż-żmien tal-komunikazzjonijiet u l-pubblikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.

L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sa […] (55).

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

4.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 94 biex tispeċifika l-lista ta' ċirkustanzi li jikkostitwixxu ħsara sinifikanti lill-interessi tal-investituri , tispeċifika l-kunċett ta' "malajr kemm jista' jkun" u l-funzjonament bl-ordni tas-suq intern imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 u sabiex tistabbilixxi l-kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu man-nuqqas ta' divulgar tat-tagħrif dwar l-emittent jew dwar l-istrument finanzjarju kif imsemmi fil-paragrafu 1 , inkluża l-proċedura neċessarja għat-tneħħija tas-sospensjoni tal-kummerċ fi strument finanzjarju .

Artikolu 54

Kooperazzjoni u skambju tal-informazzjoni għas-swieq regolati

1.   L-Istati Membri għandhom jistipulaw li, b'rabta ma' strument finanzjarju, operatur ta' suq regolat immedjatament jinforma lill-operaturi ta' swieq regolati oħra, MTFs u OTFs dwar:

(a)

kundizzjonijiet ta' negozjar diżordinat;

▐ u

(c)

taqlibiet fis-sistema.

1a.     L-Istati Membri għandhom jeżiġu operatur ta' suq regolat li jidentifika kondotta li tista' tindika mġiba abbużiva fl-ambitu tar-Regolament (UE) Nru …/… [MAR] jinforma immedjatament lill-awtorità kompetenti magħżula skont l-Artikolu 16 ta' dak ir-Regolament jew lil korp li jkun ġie delegat is-setgħat tal-awtorità kompetenti bi qbil mal-Artikolu 17 ta' dak ir-Regolament sabiex ikun possibbli li jkun hemm sorveljanza minn suq għal ieħor fil-ħin reali.

2.   L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jiddeterminaw iċ-ċirkustanzi speċifiċi li jwasslu għal rekwiżit ta' informazzjoni kif referut fil-paragrafu 1.

L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa […] (56) .

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu bi qbil ▐ mal-Artikoli 10 sa14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 55

L-aċċess għas-suq regolat

1.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li s-suq regolat jistabbilixxi , jimplimenta u jżomm regoli trasparenti u mhux diskriminatorji, imsejsa fuq kriterji oġġettivi, li jirregolaw l-aċċess għas-suq regolat jew is-sħubija fih.

2.   Dawn ir-regoli għandhom jispeċifikaw kull obbligu għall-membri jew għall-parteċipanti li joħroġ minn:

(a)

il-kostituzzjoni u l-amministrazzjoni tas-suq regolat;

(b)

ir-regoli li għandhom x'jaqsmu mat-tranżazzjonijiet imwettqa fis-suq;

(c)

l-istandards professjonali imposti fuq il-persunal tad-ditti tal-investiment jew tal-istituzzjonijiet ta' kreditu li jkunu qed jaħdmu fis-suq;

(d)

il-kundizzjonijiet stabbiliti, għal membri jew għal parteċipanti oħra għajr id-ditti tal-investiment u l-istituzzjonijiet ta' kreditu, skont il-paragrafu 3;

(e)

ir-regoli u l-proċeduri għall-ikklerjar u s-saldu tat-tranżazzjonijiet konklużi fis-suq regolat.

3.   Is-swieq regolati jistgħu jammettu bħala membri jew parteċipanti ditti tal-investiment, istituzzjonijiet ta' kreditu awtorizzati skont id-Direttiva 2006/48/KE u persuni oħra li:

(a)

għandhom fama tajba biżżejjed;

(b)

għandhom livell biżżejjed ta' abbiltà, kompetenza u esperjenza fil-kummerċ;

(c)

għandhom, fejn ikun applikabbli, arranġamenti organizzattivi adegwati;

(d)

għandhom biżżejjed riżorsi għar-rwol li jridu jwettqu, filwaqt li jitqiesu l-arranġamenti finanzjarji differenti li jista' jkun stabbilixxa s-suq regolat sabiex jiggarantixxi s-saldu adegwat tat-tranżazzjonijiet.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, rigward it-tranżazzjonijiet konklużi f'suq regolat, il-membri u l-parteċipanti ma jkunux obbligati japplikaw, ma' xulxin, l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 24, 25, 27 u 28. Madankollu, il-membri tas-suq regolat jew il-parteċipanti fih għandhom japplikaw l-obbligi pprovduti fl-Artikoli 24, 25, 27 u 28 għall-klijenti tagħhom meta, huma u jaġixxu f'isem il-klijenti tagħhom, iwettqu l-ordnijiet tagħhom f'suq regolat.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi r-regoli dwar l-aċċess għas-suq regolat jew is-sħubija fih jipprovdu għall-parteċipazzjoni diretta jew remota tad-ditti tal-investiment u l-istituzzjonijiet ta' kreditu.

6.   L-Istati Membri għandhom, mingħajr iktar rekwiżiti legali jew amministrattivi, jippermettu lis-swieq regolati mill-Istati Membri l-oħra jipprovdu l-arranġamenti x-xierqa fit-territorju tagħhom sabiex jiffaċilitaw l-aċċess għal dawn is-swieq u l-kummerċ fihom mill-membri remoti jew mill-parteċipanti stabbiliti fit-territorju tagħhom.

Is-suq regolat għandu jikkomunika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu l-Istat Membru li fih ikun biħsiebu jipprovdi dawn l-arranġamenti. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tikkomunika, fi żmien xahar (1), din l-informazzjoni lill-Istat Membru li fih is-suq regolat ikun beħsiebu jipprovdi dawn l-arranġamenti. L-AETS tista' titlob aċċess għal dik l-informazzjoni skont il-proċedura u skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tas-suq regolat għandha, fuq talba tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u fi żmien raġonevoli, tikkomunika l-identità tal-membri tas-suq regolat jew tal-parteċipanti fih stabbiliti f'dak l-Istat Membru.

7.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-operatur tas-suq regolat jikkomunika, fuq bażi regolari, il-lista tal-membri tas-suq regolat u tal-parteċipanti fih lill-awtorità kompetenti tas-suq regolat.

Artikolu 56

Il-monitoraġġ tal-konformità mar-regoli tas-suq regolat u mal-obbligi legali l-oħra

1.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi s-swieq regolati jistabbilixxu u jżommu arranġamenti u proċeduri effettivi għall-monitoraġġ regolari tal-konformità tal-membri jew tal-parteċipanti tagħhom mar-regoli tagħhom. Is-swieq regolati għandhom jimmonitorjaw l-ordnijiet magħmula u kkanċellati u t-tranżazzjonijiet mill-membri jew mill-parteċipanti tagħhom skont is-sistemi tagħhom sabiex jidentifikaw kontravenzjonijiet rigward il-ksur ta' dawk ir-regoli, u l-kundizzjonijiet diżordinati tal-kummerċ jew kondotta li jistgħu jinvolvu abbuż tas-suq u għandhom japplikaw ir-riżorsa meħtieġa biex jiżguraw li tali monitoraġġ ikun effettiv .

2.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-operaturi tas-swieq regolati jirrappurtaw ksur sinifikanti tar-regoli tagħhom jew kundizzjonijiet diżordinati tal-kummerċ jew kondotta li tista' tinvolvi abbuż tas-suq lill-awtorità kompetenti tas-suq regolat. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu wkoll illi l-operatur tas-suq regolat iforni t-tagħrif rilevanti mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti sabiex jiġi investigat u mħarrek l-abbuż tas-suq fis-suq regolat u li huwa jagħti assistenza sħiħa lil din tal-aħħar fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-abbuż tas-suq li jkun qed iseħħ fis-sistemi tas-suq regolat jew permezz tagħhom.

Artikolu 57

Id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-arranġamenti tal-kontroparti ċentrali u tal-ikklerjar u tas-saldu

1.   L-Istati Membri ma għandhomx jipprevjenu lis-swieq regolati milli jidħlu f'arranġamenti xierqa ma' kontroparti ċentrali jew ma' ċentru tal-ikklerjar u ma' sistema tas-saldu ta' Stat Membru ieħor bil-ħsieb li jipprovdu għall-ikklerjar u/jew għas-saldu ta' wħud mit-tranżazzjonijiet jew tat-tranżazzjonijiet kollha konklużi mill-parteċipanti tas-suq fis-sistemi tagħhom.

2.   L-awtorità kompetenti ta' suq regolat ma tistax topponi l-użu ta' kontroparti ċentrali, ta' ċentri tal-ikklerjar u/jew ta' sistemi tas-saldu fi Stat Membru ieħor għajr meta dan ikun meħtieġ, b'mod li jista' jintwera, sabiex jinżamm il-funzjonament bl-ordni ta' dak is-suq regolat u filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet tas-sistemi tas-saldu stabbiliti fl-Artikolu 39(2).

Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni mhix dovuta tal-kontrolli, l-awtorità kompetenti għandha tqis is-sorveljanza/is-superviżjoni tas-sistema tal-ikklerjar u tas-saldu diġà eżerċitata mill-banek ċentrali nazzjonali bħala sorveljanti tas-sistemi tal-ikklerjar u tas-saldu jew minn awtoritajiet superviżorji oħrajn li għandhom il-kompetenza fejn jidħlu dawn is-sistemi.

Artikolu 58

Lista ta' swieq regolati

Kull Stat Membru għandu jfassal lista tas-swieq regolati li għalihom huwa jkun l-Istat Membru tad-domiċilju u għandu jibgħat din il-lista lill-Istati Membri l-oħra u lill-AETS. Għandha ssir komunikazzjoni simili rigward kull bidla f'dik il-lista. L-AETS għandha tippubblika u żżomm aġġornata lista tas-swieq irregolati kollha fuq is-sit elettroniku tagħha.

IT-TITOLU IV

LIMITI TAL-POŻIZZJONI, KONTROLLI U RAPPORTAR

Artikolu 59

Limiti ta' pożizzjoni u kontrolli

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-swieq regolati u l-operaturi tal-MTFs u l-OTFs li jammettu għan-negozjar jew jinnegozjaw derivati ta' komoditajiet japplikaw limiti fuq l-ammont ta' kuntratti jew pożizzjonijiet li membri jew parteċipanti ta' kwalunkwe suq ikunu jistgħu jidħlu fihom jew iżommu fuq perjodu speċifiku taż-żmien ▐ biex:

(a)

jappoġġaw il-likwidità;

(b)

jipprevjenu l-abbuż tas-suq;

(c)

jappoġġaw il-kundizzjonijiet xierqa ta' pprezzar u s-saldu ;

(ca)

jippromwovu konverġenza bejn il-prezzijiet ta' derivati fix-xahar tat-twassil u jimmarkaw il-prezzijiet għall-komodità sottostanti, mingħajr preġudizzju għall-iskoperta tal-prezzijiet fis-suq għall-komodità sottostanti;

(cb)

jipprevjenu l-bini ta' pożizzjonijiet li jfixklu s-suq .

Il-limiti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw għal kuntratti konklużi kemm fiżikament jew bi flus kontanti, għandhom ikunu trasparenti u nondiskriminatorji, jispeċifikaw il-persuni li japplikaw għalihom u kwalunkwe eżenzjonijiet, u jqisu n-natura u l-kompożizzjoni tal-parteċipanti tas-suq u tal-użu li huma jagħmlu mill-kuntratti ammessi għan-negozjar. Huma għandhom jispeċifikaw livelli limitu kwantitattivi ċari bħall-pożizzjonijiet netti massimi li persuni ▐ jistgħu jidħlu fihom jew iżommu tul perjodu ta' żmien speċifiku , wara li jqisu l-karatteristiċi tas-suq tad-derivati, inkluż il-likwidità, u s-suq tal-komodità sottostanti , inkluż mudelli ta' produzzjoni, konsum u trasportazzjoni għas-suq. Dawn ma għandhomx japplikaw għal pożizzjonijiet li b'mod oġġettivament kalkolabbli jnaqqsu r-riskji relatati direttament ma' attivitajiet kummerċjali.

1a.     Għal pożizzjonijiet li b'mod oġġettivament kalkolabbli jnaqqsu r-riskji relatati mal-attivitajiet kummerċjali għandha tiġi introdotta sistema ta' kontroll tal-pożizzjoni. Dan il-kontroll tal-pożizzjoni għandu jitwettaq mis-swieq regolati u l-operaturi tal-MTFs u l-OTFs f'konformità ma' dan li ġej;

(a)

il-membri u l-parteċipanti tas-swieq regolati, l-MTFs u l-OTFs għandhom jirrapportaw liċ-ċentru ta' negozjar rispettiv id-dettalji tal-pożizzjonijiet tagħhom, skont l-Artikolu 60(2);

(b)

is-swieq regolati u l-operaturi ta' MTFs u OTFs jistgħu jitolbu informazzjoni mill-membri u l-parteċipanti dwar id-dokumentazzjoni kollha rilevanti dwar id-daqs jew l-iskop ta' pożizzjoni jew esponiment li daħlu fihom permezz ta' derivattiva tal-komoditajiet;

(c)

wara analiżi tal-informazzjoni rċevuta skont il-punti (a) u (b), is-swieq regolati u l-operaturi ta' MTFs u OTFs jistgħu jitolbu li jittieħdu passi minn membri jew parteċipanti tas-suq affettwati, jew jistgħu jieħdu passi huma stess, biex inaqqsu jew jeliminaw id-daqs tal-pożizzjoni jew esponiment tad-derivati tal-komoditajiet jekk dan ikun meħtieġ biex jiġu żgurati l-integrità u l-funzjonament tas-swieq affettwati;

(d)

wara analiżi tal-informazzjoni rċevuta skont il-punti (a) u (b), is-swieq regolati u l-operaturi ta' MTFs u OTFs jistgħu, jekk il-miżuri taħt il-punt (c) ikunu inadegwati, jillimitaw l-abilità tal-membri jew il-parteċipanti tas-suq biex jidħlu f'derivattiva tal-komoditajiet, inkluż permezz tal-introduzzjoni ta' limiti mhux diskriminatorji fuq pożizzjonijiet li jistgħu jidħlu fihom membri jew parteċipanti tas-suq fuq perjodu speċifiku ta' żmien, jekk dan ikun meħtieġ biex jiġu żgurati l-integrità u l-funzjonament tas-swieq affettwati.

(e)

is-swieq regolati, l-MTFs u l-OTFs għandhom, skont il-paragrafu 2, jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti bid-dettalji tal-informazzjoni rċevuta skont il-punti (b) sa (d) u l-miżuri meħuda;

(f)

l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġbru t-total tad-dejta rċevuta minn ċentri differenti ta' negozjar u għandhom, fejn meħtieġ, jeżiġu li l-membri jew il-parteċipanti tas-suq inaqqsu l-pożizzjoni aggregata tagħhom skont il-paragrafu 3.

1b.     Is-swieq regolati, u l-operaturi ta' MTFs u OTFs li jammettu għan-negozjar jew jinnegozjaw derivati ta' komoditajiet jistgħu jimponu arranġamenti addizzjonali fir-rigward ta' kuntratti u pożizzjonijiet li għalihom jiġu stabbiliti limiti f'konformità mal-paragrafu 1 fejn dan ikun neċessarju biex jiġu żgurati l-integrità u l-funzjonament regolari tas-swieq affettwati. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżiġu wkoll li s-swieq regolati, u l-operaturi ta' MTFs u OTFs li jammettu għan-negozjar jew jinnegozjaw derivati ta' komoditajiet jimponu tali arranġamenti addizzjonali fejn ikun meħtieġ biex jiġu żgurati l-integrità u l-funzjonament regolari tas-swieq

2.   Swieq regolati, MTF u OTFs għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti bid-dettalji tal-limiti tal-pożizzjonijiet jew il-kontrolli . L-awtorità kompetenti għandha tikkomunika l-istess informazzjoni lill-AETS li għandha tippubblika u żżomm fuq is-sit elettroniku tagħha database b'sommarji tal-limiti tal-pożizzjoni fis-seħħ.

2a.     L-AETS għandha perjodikament teżamina d-dejta rċevuta skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 60(1) u (1a) u għandha teżamina jekk humiex meħtieġa miżuri fir-rigward tal-pożizzjonijiet li b'mod oġġettivament kalkolabbli jistgħu inaqqsu r-riskji relatati ma' attivitajiet kummerċjali b'żieda ma' dawk li jipprovdi għalihom il-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu sabiex jiġu żgurati l-integrità u l-funzjonament regolari tas-swieq.

Fejn tqis li tali miżuri huma neċessarji, l-AETS għandha tissottometti rapport motivat lill-Kummissjoni li jispjega l-miżuri proposti u għaliex huma meħtieġa u għandha tgħaddi rapport mingħajr dewmien lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.    L-AETS għandha tfassal standards regolatorji tekniċi biex tiddetermina l-limiti msemmija fil-paragrafu 1 u tispeċifika ulterjorment il-kontroll tal-pożizzjoni msemmija fil-paragrafu 1a, b'mod partikolari l-limiti fuq l-ammont ta' kuntratti jew il-pożizzjoni netta li kwalunkwe persuna tkun tista' tidħol fiha jew iżżomm tul perjodu speċifiku , il-metodi għall-kalkolu ta' pożizzjonijiet stabbiliti minn persuni direttament jew indirettament, il-modalitajiet għall-applikazzjoni ta' tali limiti, inkluż il-pożizzjoni aggregata fit-totalità taċ-ċentri ta' negozjar u l-kriterji biex jiġi determinat jekk persuna tikkwalifikax bħala tali li tnaqqas ir-riskji relatati ma' attiviatjiet kummerċjali

Il-limiti li għandhom jiddifferenzjaw bejn il-klassijiet tal-parteċipanti fis-suq, u l-kontroll tal-pożizzjoni għandhom iqisu l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 1a u r-regoli li ġew stabbiliti mis-swieq regolati, l-MTFs u l-OTFs.

Wara li twettaq konsultazzjoni pubbliku miftuħa, l-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa […] (57).

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli minn 10 sa14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Il-limiti u l-kontroll tal-pożizzjoni determinati fl-istandards tekniċi regolatorji għandhom ukoll jieħu preċedenza fuq kwalunkwe miżura imposta mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 72(g) ta' din id-Direttiva.

4.   L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jimponu limiti ▐ li jkunu iktar ristrettivi minn dawk adotti skont il-paragrafu 3 għajr għal każijiet eċċezzjonali fejn huma ġustifikati b'mod oġġettiv u proporzjonati u jqisu l-likwidità tas-suq speċifiku u l-funzjonament tajjeb tas-suq. Ir-restrizzjonijiet għandhom ikunu validi għal perjodu inizjali li ma jaqbiżx sitt xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fuq is-sit elettroniku tal-awtorità kompetenti rilevanti. It-tali restrizzjoni tista' tiġi mġedda għal iktar perjodi li ma jaqbżux is-sitt xhur kull darba jekk ir-raġunijiet għar-restrizzjoni jkomplu jkunu applikabbli. Jekk ir-restrizzjoni ma tkunx imġedda wara dak il-perjodu ta' sitt xhur, hija tiskadi awtomatikament.

Meta jadottaw limiti iktar restrittivi minn dawk adotti skont il-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-AETS. In-notifika għandha tinkludi ġustifikazzjoni għal-limiti iktar restrittivi. L-AETS għandha fi żmien 24 siegħa toħroġ opinjoni dwar jekk tikkunsidrax il-miżura bħala waħda neċessarja biex tindirizza l-każ eċċezzjonali. L-opinjoni għandha tkun ippubblikata fuq is-sit elettroniku tal-AETS.

Fejn awtorità kompetenti timponi limiti kuntrarji għall-opinjoni tal-AETS, hija għandha immedjatament tippubblika fuq is-sit elettroniku tagħha avviż fejn tispjega b'mod sħiħ ir-raġunijiet tagħha biex tagħmel dan.

Artikolu 60

Ir-rappurtar tal-pożizzjonijiet skont il-kategoriji tal-operaturi tas-suq

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li swieq regolati, MTFs, u OTFs li jammettu għan-negozjar jew jinnegozjaw derivati ta' komoditajiet jew kwoti tal-emissjonijiet jew derivati tagħhom:

(a)

jagħmlu pubbliku rapport ta' darba fil-ġimgħa b'ġabra tal-pożizzjonijiet meħuda minn kategoriji differenti ta' negozjanti għall-istrumenti finanzjarji differenti nnegozjati fuq il-pjattaformi tagħhom skont il-paragrafu 3 u jikkomunikaw dan ir-rapport lill-awtorità kompetenti u lill-AETS ;

(b)

jipprovdu lill-awtorità kompetenti b'analiżi statistika kompleta tal-pożizzjonijiet ta' kwalunkwe membri jew parteċipanti tas-suq jew il-membri jew parteċipanti kollha, inkluż kwalunkwe pożizzjonijiet meħuda f'isem il-klijenti tagħhom, wara li ssir talba għaliha.

L-obbligu stipulat fil-punt (a) għandu japplika biss meta kemm in-numru ta' negozjanti u l-pożizzjonijiet miftuħa tagħhom fi strument finanzjarju partikolari jaqbeż l-anqas livelli minimi.

1a.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ditti ta' investiment li jinnegozjaw f'derivati tal-komoditajiet jew kwoti tal-emissjonijiet jew derivati tagħhom barra minn ċentru ta' negozjar jipprovdu lill-awtorità kompetenti, fuq talba tagħha, deskrizzjoni kompleta tal-pożizzjonijiet tagħhom, skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru …/…[MiFIR] u, fejn applikabbli, tal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011.

2.   Biex jippermettu l-pubblikazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jeżiġu li membri u parteċipanti ta' swieq regolati, MTFs u OTFs jirrappurtaw lill-ċentru ta' negozjar rispettiv id-dettalji tal-pożizzjonijiet tagħhom fi żmien reali, inkluż kwalunkwe pożizzjonijiet detenuti f'isem il-klijenti tagħhom.

3.   Il-membri, parteċipanti u l-klijenti tagħhom għandhom ikunu kklassifikati minn suq regolat, MTF jew OTF bħala negozjanti skont in-natura tal-kummerċ ewlieni tagħhom, wara li jqisu kwalunkwe awtorizzazzjoni applikabbli, bħala:

(a)

ditti tal-investiment kif iddefinit fid-Direttiva 2004/39/KE jew istituzzjoni ta' kreditu kif iddefinit fid-Direttiva 2006/48/KE;

(b)

fondi ta' investiment, jew intrapriża għall-investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) kif iddefinit fid-Direttiva 2009/65/KE, jew maniġer ta' fond ta' investiment alternattiv kif iddefinit fid-Direttiva 2011/61/UE;

(c)

istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn, inkluż intrapriżi tal-assikurazzjoni u intrapriżi ta' riassikurazzjoni kif iddefinit fid-Direttiva 2009/138/KE, u istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali kif iddefinit fid-Direttiva 2003/41/KE;

(d)

intrapriżi kummerċjali;

(e)

fil-każ ta' kwoti tal-emissjonijiet jew derivati tagħhom, operaturi b'obbligi ta' konformità skont id-Direttiva 2003/87/KE.

Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1(a) għandhom jispeċifikaw in-numru ta' pożizzjonijiet twal u qosra permezz tal-kategorija tan-negozjant, bidliet fihom mir-rapport preċedenti, il-perċentwali tat-total ta' interess miftuħ rappreżentat minn kull kategorija, u n-numru ta' negozjanti f'kull kategorija.

Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1(a) u l-paragrafu 1a għandhom jiddefferenzjaw bejn:

(a)

pożizzjonijiet identifikati bħala pożizzjonijiet li b'mod oġġettivament kalkolabbli jnaqqsu r-riskji relatati direttament ma' attivitajiet kummerċjali. u

(b)

pożizzjonijiet oħra.

4.   L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi li jiddeterminaw il-format tar-rapporti msemmija fil-paragrafu 1(a) u fil-paragrafu 1a , u l-kontenut tal-informazzjoni li għandha tkun ipprovduta skont il-paragrafu 2.

L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sa […] (58) .

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi implimentativi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Fil-każ tal-permessi tal-emissjonijiet jew derivati tagħhom, ir-rapportar ma għandux jippreġudika l-obbligi skont id-Direttiva 2003/87/KE (Sistema tal-Iskambju ta' Kwoti ta' Emissjoni).

4a.     L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi biex tispeċifika l-miżuri li jeħtieġu r-rapporti kollha msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 li għandhom jintbagħtu lill-AETS f'ħin speċifikat darba fil-ġimgħa, għall-pubblikazzjoni ċentralizzata tagħhom aktar tard.

L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sa […] (58).

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

5.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 94 li jikkonċernaw provvedimenti li jispeċifikaw il-livelli limitu msemmija fl-aħħar subparagrafu tal-paragrafu 1 u li jispeċifikaw il-kategoriji tal-membri, parteċipanti jew klijenti msemmija fil-paragrafu 3.

5a.     L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi biex tispeċifika l-miżuri li jeħtieġu r-rapporti kollha msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 li għandhom jintbagħtu lill-AETS f'ħin speċifikat darba fil-ġimgħa, għall-pubblikazzjoni ċentralizzata tagħhom aktar tard.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sa […] (58).

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

TITOLU V

IS-SERVIZZI TA' RRAPPURTAR TAD-DEJTA

TAQSIMA 1

PROĊEDURI TA' AWTORIZZAZZJONI GĦALL-FORNITURI TA' SERVIZZI TA' RAPPORTAR TA' DEJTA

Artikolu 61

Rekwiżit għall-awtorizzazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jistipulaw li l-provvista ta' servizzi ta' rapportar ta' dejta deskritti f'Anness I, Taqsima D bħala okkupazzjoni jew kummerċ regolari tkun suġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel skont id-dispożizzjonijiet ta' din it-taqsima. It-tali awtorizzazzjoni għandha tingħata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju maħtura skont l-Artikolu 69.

2.   B'deroga minn paragrafu 1, l-Istati Membri għandhomx jippermettu kwalunkwe operatur tas-suq li jopera servizzi ta' rapportar ta' dejta ta' APA, CTP u ARM, suġġett għal verifika minn qabel tal-konformità tagħhom mad-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu. It-tali servizz għandu jkun inkluż fl-awtorizzazzjoni tagħhom.

3.   L-Istati Membri għandhom jirreġistraw il-fornituri kollha tas-servizzi tar-rapportar tad-dejta. Ir-reġistru għandu jkun aċċessibbli għall-pubbliku u għandu jinkludi informazzjoni dwar is-servizzi li hu awtorizzat għalihom il-fornitur tas-servizzi tar-rapportar tad-dejta. Hu għandu jkun aġġornat fuq bażi regolari. Kull awtorizzazzjoni għandha tkun notifikata lill-AETS.

L-AETS għandha tistabbilixxi lista tal-fornituri kollha tas-servizzi tar-rapportar tad-dejta fl-Unjoni Ewropea . Il-lista għandha tinkludi informazzjoni dwar is-servizzi li hu awtorizzat għalihom il-fornitur tas-servizzi tar-rapportar tad-dejta u għandu jkun aġġornat fuq bażi regolari. L-AETS għandha tippubblika u taġġorna l-lista fuq is-sit elettroniku tagħha.

Fejn awtorità kompetenti tirtira awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 64, dak l-irtirar għandu jkun ippubblikat fuq il-lista għal perjodu ta' ħames (5) snin.

Artikolu 62

Ambitu tal-awtorizzazzjoni

1.   L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jiżgura li l-awtorizzazzjoni tispeċifika li s-servizz ta' rapportar tad-dejta li l-fornitur tar-rapportar tad-dejta hu awtorizzat li jipprovdi. Fornitur ta' servizzi ta' rapportar ta' dejta li jixtieq jestendi l-kummerċ tiegħu għal servizzi ta' rapportar ta' dejta addizzjonali għandu jissottometti talba għall-estensjoni tal-awtorizzazzjoni.

2.   L-awtorizzazzjoni għandha tkun valida għall-Unjoni Ewropea kollha u għandha tippermetti lill-fornitur tas-servizzi tar-rapportar tad-dejta li jipprovdi s-servizzi, li għalihom kien awtorizzat, madwar l-Unjoni Ewropea .

Artikolu 63

Proċeduri għall-għoti u r-rifjut ta' talbiet għal-awtorizzazzjoni

1.   L-awtorità kompetenti ma għandhiex tagħti awtorizzazzjoni sakemm u qabel ma jasal iż-żmien li tkun issodisfata kompletament li l-applikant huwa konformi mar-rekwiżiti kollha skont id-dispożizzjonijiet adotti skont din id-Direttiva.

2.   Il-fornitur tas-servizzi tar-rapportar tad-dejta għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha, inkluż programm ta' operat li jressaq inter alia t-tipi ta' servizzi mbassra u l-istruttura organizzativa, meħtieġa biex tgħin lill-awtorità kompetenti tissodisfa lilha nnifisha li l-fornitur tas-servizzi tar-rapportar tad-dejta stabbilixxa, fi żmien l-awtorizzazzjoni inzjali, l-arranġamenti kollha meħtieġa biex jaqdi l-obbligi tiegħu skont id-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu.

3.   L-applikant għandu jkun informat, fi żmien sitt xhur tas-sottomissjoni ta' applikazzjoni kompluta, jekk l-awtorizzazzjoni ngħatatx jew le.

4.   L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jiddeterminaw:

(a)

l-informazzjoni li għandha tkun ipprovduta lill-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 2, inkluż il-programm operattiv;

(b)

l-informazzjoni inkluża fin-notifiki skont l-Artikolu 65, il-paragrafu 4.

L-AETS għandha tissottometti l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sa […] (59) .

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu bi qbil mal-Artikoli minn 10 sa14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

5.   L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi li jiddeterminaw forom standards, mudelli u proċeduri għan-notifika jew il-provvista ta' informazzjoni kif dispost għaliha fil-paragrafu 2 u l-Artikolu 65(4).

L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sa […] (60) .

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 64

Irtirar tal-awtorizzazzjoni

L-awtorità kompetenti tista' tirtira l-awtorizzazzjoni mogħtija lil fornitur tas-servizzi tar-rapportar tad-dejta jekk il-fornitur:

(a)

ma tagħmilx użu mill-awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar, espressament tirrinunzja l-awtorizzazzjoni jew ma pprovdiet l-ebda servizzi ta' investiment jew ma wettqet l-ebda attività għas-sitt xhur preċedenti, sakemm l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ipprovda għall-awtorizzazzjoni biex tintilef fit-tali każijiet;

(b)

ikun kiseb l-awtorizzazzjoni billi jkun għamel dikjarazzjonijiet foloz jew permezz ta' kull mezz ieħor mhux regolari;

(c)

ma jkunx għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet li bihom tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni;

(d)

kiser serjament jew sistematikament id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

Artikolu 65

Rekwiżiti għall-korp maniġerjali ta' fornitur tar-rapportar tad-dejta

1.    Il-Membri tal-korp maniġerjali ta' fornitur tas-servizz ta' rapportar tad-dejta għandu f'kull żmien ikun ta' reputazzjoni tajba bizzejjed, ikollu biżżejejd għarfien, ħiliet u esperjenza u jimpenja biżżejjed ħin biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu.

Il-korp maniġerjali għandu jkollu għarfien, ħiliet u esperjenza kollettiva biex ikun kapaċi jifhem l-attivitajiet tal-fornitur tas-servizzi tar-rapportar tad-dejta. Kull membru tal-korp maniġerjali għandu jaġixxi b'onestà, integrità u indipendenza tal-ħsieb biex jivvaluta u jisfida effikaċement id-deċiżjonijiet tal-maniġment superjuri.

Fejn operatur tas-suq jitlob awtorizzazzjoni biex jopera APA, CTP jew ARM u l-membri tal-korp maniġerjali tal-APA, is-CTP jew l-ARM huma l-istess bħall-membri tal-korp maniġerjali tas-suq regolat, dawk il-persuni huma mistennija li jikkonformaw mar-rekwiżit stipulati fl-ewwel subparagrafu.

2.   L-AETS għandha , sa […] (61) , tiżviluppa linji gwida għall-ivvalutar tal-adattabilità tal-membri tal-korp maniġerjali deskritti fil-paragrafu 1, wara li tqis ir-rwoli u l-funzjonijiet differenti tagħhom u l-ħtieġa li tevita kunflitti ta' interess bejn il-membri tal-korp maniġerjali u l-utenti tal-APA, CTP jew ARM .

2a.     Mingħajr preġudizzju għas-sistemi legali tal-Istati Membri, huma għandhom jiżguraw li fejn huwa allegat li membru tal-bord maniġerjali kiser id-dispożizzjonijiet ta' jew ikkometta offiża fi kwistjonijiet li jaqgħu fl-ambitu ta' din id-Direttiva jew tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] huwa jista' jiġi soġġett personalment għal proċedimenti kriminali jew ċivili.

3.   L-Istati Membri għandhom jistipulaw li l-fornitur tas-servizzi tar-rapportar tad-dejta jinnotifika lill-awtorità kompetenti dwar il-membri kollha tal-korp maniġerjali tagħha u bi kwalunkwe bidliet fis-sħubija tiegħu, flimkien mal-informazzjoni kollha meħtieġa biex jivvaluta jekk l-entità hijiex konformi mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

4.   Il-korp maniġerjali tal-fornitur tas-servizzi tar-rapportar tad-dejta għandu jkun kapaċi jiżgura li l-entità hija mmexxija b'mod tajjeb u prudenti u b'mod li jippromwovi l-integrità tas-suq u l-interessi tal-klijenti tiegħu.

5.   L-awtorità kompetenti għandha tirrifjuta awtorizzazzjoni jekk ma hijiex sodisfatta li l-persuna jew persuni li għandhom jidderieġu effikaċement il-kummerċ tas-servizzi tar- rapportar tad-dejta għandhom reputazzjoni tajba biżżejjed, jew jekk hemmx raġunijiet oġġettivi u dimostrabbli biex wieħed jemmen li l-bidliet proposti fil-maniġment tal-fornitur jistgħux ikunu ta' theddida għall-immaniġġar tajjeb u prudenti u għall-kunsiderazzjoni adegwata tal-interessi tal-klijenti u tal-integrità tas-suq.

TAQSIMA 2

KUNDIZZJONIJIET GĦAL ARRANĠAMENTI TA' PUBBLIKAZZJONI APPROVATA (APAS)

Artikolu 66

Rekwiżiti organizzazzjonali

1.   L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jeħtieġ APA jkollha fis-seħħ linji ta' politika u arranġamenti xierqa biex tagħmel pubblika l-informazzjoni rekwiżita skont l-Artikoli 19 u 20 tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] qrib għaż-żmien reali kemm huwa teknikament possibbli, fuq bażi kummerċjali raġjonevoli. L-informazzjoni għandha tkun disponibbli bla ħlas 15-il minuta wara l-pubblikazzjoni tat-tranżazzjoni. L-istat Membru tad-domiċilju għandu jeħtieġ li l-APA tkun kapaċi tiddissemina t-tali informazzjoni b'tali mod li jiżgura aċċess ta' malajr għall-informazzjoni, fuq bażi dikriminatorja b'dejta simili minn sorsi oħrajn.

1a.     L-informazzjoni ppubblikata mill-APA f'konformità mal-paragrafu 1 għandha tinkludi, għall-inqas, dawn id-dettalji li ġejjin:

(a)

l-identifikatur tal-istrument finanzjarju;

(b)

il-prezz li fih kienet konkluża t-tranżazzjoni;

(c)

il-volum tat-tranżazzjoni;

(d)

il-ħin tat-tranżazzjoni;

(e)

il-ħin li fih kienet irrappurtata t-tranżazzjoni;

(f)

in-notazzjoni tal-prezz tat-tranżazzjoni;

(g)

iċ-ċentru ta' negozjar jew tal-internalizzatur sistematiku fejn kienet esegwita t-tranżazzjoni jew inkella l-kodiċi "OTC";

(h)

jekk applikabbli, indikatur li t-tranżazzjoni kienet suġġetta għal kundizzjonijiet speċifiċi.

2.   L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jeżiġi li l-APA topera u żżomm arranġamenti amministrattivi effettivi mfassla biex jipprevjenu kunflitti ta' interess mal-klijenti tiegħu. B'mod partikolari, APA, li tkun ukoll operatur tas-suq jew ditta tal-investiment għandha tittratta l-informazzjoni kollha miġbura b'mod nondiskriminatorju u għandha topera u żżomm arranġamenti xierqa biex tissepara funzjonijiet kummerċjali differenti.

3.   L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jeħtieġ li APA jkollha fis-seħħ mekkaniżmi tajba ta' sigurtà mfassla biex jiggarantixxu s-sigurtà tal-mezzi tat-trasferiment ta' informazzjoni, jimminimizzaw ir-riskju tal-korruzzjoni tad-dejta u aċċess mhux awtorizzat u jipprevjenu kxif ta' informazzjoni qabel il-pubblikazzjoni. L-APA għandha żżomm riżorsi adegwati u jkollha fis-seħħ faċilitajiet ta' back-up biex toffri u żżomm is-servizzi tagħha f'kull ħin.

4.   L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jeħtieġ li l-APA jkollha fis-seħħ sistemi li jistgħu jiċċekkjaw effikaċement rapporti kummerċjali għall-kompletezza, jidentifikaw omissjonijeit u żblaji ovvji u jitolbu ritrasmissjoni ta' kwalunkwe tali rapporti żbaljati.

5.   Biex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti ta' paragrafu 1, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jiddeterminaw formats komuni, standards ta' dejta u arranġamenti tekniċi li jiffaċilitaw il-konsolidazzjoni tal-informazzjoni kif referuta fil-paragrafu 1.

L-AETS għandha tressaq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sa […] (62) .

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu bi qbil mal-Artikoli minn 10 sa14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

6.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 94 li jikkjarifikaw x'jikkostittwixxi bażi kummerċjali raġonevoli biex tagħmel l-informazzjoni pubblika kif referut fil-paragrafu 1.

7.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 94 li jispeċifikaw:

(a)

il-mezzi li bihom APA tista' tikkonforma mal-obbligi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1;

(b)

il-kontenut tal-informazzjoni ppubblikata skont il-paragrafu 1.

TAQSIMA 3

KUNDIZZJONIJIET GĦALL-FORNITURI TA' CONSOLIDATED TAPE (CTPS)

Artikolu 67

Rekwiżiti organizzazzjonali

1.   L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jeħtieġ li CTP ikollha fis-seħħ linji ta' politika u arranġamenti biex tiġbor informazzjoni li tingħata lill-pubbliku skont l-Artikoli 5 u 19 tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR], tikkonsolidaha f'datastream elettronika kontinwa u tagħmel l-informazzjoni disponibbli lill-pubbliku qrib kemm jista' jkun taż-żmien reali kemm huwa teknikament possibbli, fuq bażi kummerjali raġonevoli inkluż, mill-inqas, id-dettalji li ġejjin:

(a)

l-identifikatur tal-istrument finanzjarju;

(b)

il-prezz li fih kienet konkluża t-tranżazzjoni;

(c)

il-volum tat-tranżazzjoni;

(d)

il-ħin tat-tranżazzjoni;

(e)

il-ħin li fih kienet irrappurtata t-tranżazzjoni;

(f)

in-notazzjoni tal-prezz tat-tranżazzjoni;

(g)

iċ-ċentru ta' negozjar jew l-internalizzatur sistematiku fejn kienet esegwita t-tranżazzjoni jew inkella l-kodiċi "OTC";

(ga)

fejn applikabbli, is-sistema tan-negozjar awtomatizzata li ġġenerat it-tranżazzjoni;

(h)

jekk applikabbli, indikatur li t-tranżazzjoni kienet suġġetta għal kundizzjonijiet speċifiċi.

L-informazzjoni għandha tkun disponibbli bla ħlas 15-il minuta wara l-pubblikazzjoni tat-tranżazzjoni. L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jeħtieġ li s-CTP tkun kapaċi tiddissemina tali informazzjoni b'mod li jiżgura aċċess ta' malajr għall-informazzjoni, fuq bażi ta' ebda diskriminazzjoni f'formati li huma aċċessibbli u utilizzabbli b'mod faċli għall-parteċipanti tas-suq.

2.   L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jeħtieġ li CTP ikollha fis-seħħ linji ta' politika u arranġamenti biex tiġbor informazzjoni li tingħata lill-pubbliku skont l-Artikoli 9 u 20 tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR], tikkonsolidaha f'datastream elettronika kontinwa u tagħmel l-informazzjoni ta' insegwiment disponibbli lill-pubbliku qrib kemm jista' jkun taż-żmien reali kemm huwa teknikament possibbli, fuq bażi kummerjali raġonevoli inkluż, mill-inqas, id-dettalji li ġejjin:

(a)

l-identifikatur jew fatturi ta' identifikazzjoni tal-istrument finanzjarju;

(b)

il-prezz li fih kienet konkluża t-tranżazzjoni;

(c)

il-volum tat-tranżazzjoni;

(d)

il-ħin tat-tranżazzjoni;

(e)

il-ħin li fih kienet irrappurtata t-tranżazzjoni;

(f)

in-notazzjoni tal-prezz tat-tranżazzjoni;

(g)

iċ-ċentru ta' negozjar jew l-internalizzatur sistematiku fejn kienet esegwita t-tranżazzjoni jew inkella l-kodiċi "OTC";

(h)

jekk applikabbli, indikatur li t-tranżazzjoni kienet suġġetta għal kundizzjonijiet speċifiċi.

L-informazzjoni għandha tkun disponibbli bla ħlas 15-il minuta wara l-pubblikazzjoni tat-tranżazzjoni. L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jeħtieġ li s-CTP tkun kapaċi tiddesimina t-tali informazzjoni b'mod li jiżgura aċċess ta' malajr għall-informazzjoni, fuq bażi mhux diskriminatorja f'formati li huma aċċettati b'mod ġenerali li huma interoperabbli u aċċessibbli u utilizzabbli b'mod faċli għall-parteċipanti tas-suq.

3.   L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jeżiġi li s-CTP tiżgura li d-dejta pprovduta hija kkonsolidata mis-swieq regolati kollha , MTFs, OTFs u APAs u għall-istrumenti finanzjarji speċifikati minn atti delegati skont il-paragrafu 8(c).

4.   L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jeħtieġ li s-CTP li topera u żżomm arranġamenti amministrattivi effettivi mfassla biex jipprevjenu kunflitti ta' interess. B'mod partikolari, operatur tas-suq jew APA, li topera wkoll consolidated tape, għandha tittratta l-informazzjoni kollha miġbura b'mod nondiskriminatorju u għandha topera u żżomm arranġamenti xierqa biex tissepara funzjonijiet operatorji differenti.

5.   L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jeħtieġ li s-CTP ikollha fis-seħħ mekkaniżmi tajba ta' sigurtà mfassla biex jiggarantixxu s-sigurtà tal-mezzi tat-trasferiment ta' informazzjoni, jimminimizzaw ir-riskju tal-korruzzjoni tad-dejta u aċċess mhux awtorizzat u jipprevjenu kxif ta' informazzjoni qabel il-pubblikazzjoni. L-Istat Membru ta' domiċilju għandu jeħtieġ li s-CTP iżżomm riżorsi adegwati u jkollha fis-seħħ faċilitajiet ta' ħżin sikur biex toffri u żżomm is-servizzi tagħha f'kull ħin.

6.   Biex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti tal-paragrafu 1 u 2, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jiddeterminaw standards ta' dejta u formats għall-informazzjoni li għandha tkun ippubblikata skont l-Artikoli 5, 9, 19 u 20 tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR], inkluż l-identifikatur tal-istrument, il-prezz, il-kwanitità, il-ħin, in-notazzjoni tal-prezz, l-identifikatur tal-post u indikaturi għal kundizzjonijiet speċifiċi li t-tranżazzjonijiet kienu suġġetti għalihom kif ukoll arranġamenti tekniċi li jippromwovu disseminazzjoni effiċjenti u konsistenti tal-informazzjoni b'tali mod li jkun żgurat li hija tkun aċċessibbli u utilizzabbli b'mod faċli għall-parteċipanti tas-suq kif referut fil-paragrafu 1 u 2, inkluż l-identifikiazzjoni ta' servizzi addizzjonali li CTP li jistgħu jżidu l-effiċjenza tas-suq.

L-AETS għandha tissottometti l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sa […] (63) fir-rigward tal-informazzjoni ppubblikata skont l-Artikoli 5 u 19 tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] u sa […] (64) fir-rigward tal-informazzjoni ppubblikata skont l-Artikoli 9 u 20 tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR].

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu bi qbil mal-Artikoli minn 10 sa14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

7.   Il-Kummissjoni għandha ▐ tadotta atti delegati skont l-Artikolu 94 li jikkonċernaw miżuri li jikkjarifikaw x'jikkostittwixxi bażi kummerċjali raġonevoli biex ikun ipprovdut aċċess għal data streams kif referut fil-paragrafi 1 u 2.

8.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 94 li jikkonċernaw miżuri li jispeċifikaw:

(a)

il-mezzi li bihom is-CTP tista' tikkonforma mal-obbligi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2;

(b)

il-kontenut tal-informazzjoni ppubblikata skont il-paragrafi 1 u 2;

(c)

▐ l-istrumenti finanzjarji li dejta dwarhom għandha tkun ipprovduta fid-data stream;

(d)

mezzi oħra biex jiġi żgurat li d-dejta ppubblikata minn CTPs differenti tkun konsistenti u tippermetti mmappjar komprensiv u kontroreferenza ma' dejta simili minn sorsi oħra , u aggregazzjoni fil-livell tal-Unjoni Ewropea .

Artikolu 67a

Database konsolidata unika

1.     Sa […] (65), l-AETS għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni opinjoni dwar id-disponibilità ta' informazzjoni ta' wara n-negozju ta' kwalità għolja li ġiet ippubblikata skont l-Artikoli 5 u 19 tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] f'format konsolidat li jkopri s-suq kollu skont standards faċli għall-utent bi prezz raġonevoli.

2.     Meta l-AETS tikkunsidra li l-informazzjoni ta' wara n-negozju ppubblikata skont l-Artikoli 5 u 19 ma tkunx disponibbli jew ma tkunx ta' kwalità għolja jew ma tkoprix is-suq kollu, l-AETS għandha tagħti opinjoni negattiva.

3.     Fi żmien tliet xhur ta' opinjoni negattiva taħt il-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 94 rigward miżuri li jispeċifikaw l-istabbiliment ta' entità unika li topera consolidated tape għall-informazzjoni ta' wara n-negozju ppubblikat skont l-Artikoli 5 u 19.

4.     Sa […] (66), l-AETS għandha toħroġ lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni opinjoni dwar id-disponibilità ta' informazzjoni ta' wara n-negozju ta' kwalità għolja li ġiet ippubblikata skont l-Artikoli 9 u 20 tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] f'format konsolidat li jkopri s-suq kollu skont standards faċli għall-utent bi prezz raġonevoli.

5.     Meta l-AETS tikkunsidra li l-informazzjoni ta' wara n-negozju ppubblikata skont l-Artikoli 9 u 20 ma tkunx disponibbli jew ma tkunx ta' kwalità għolja jew ma tkoprix is-suq kollu, l-AETS għandha tagħti opinjoni negattiva.

6.     Fi żmien tliet xhur minn opinjoni negattiva taħt il-paragrafu 5, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 94 rigward miżuri li jispeċifikaw l-istabbiliment ta' entità unika li topera consolidated għall-informazzjoni ta' wara n-negozju ppubblikat skont l-Artikoli 9 u 20.

TAQSIMA 4

KUNDIZZJONIJIET GĦAL MEKKANIŻMI TA' RAPPORTAR APPROVATI (ARMS)

Artikolu 68

Rekwiżiti organizzazzjonali

1.   L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jeħtieġ li ARM ikollha fis-seħħ linji ta' politika u arranġamenti biex jirrappurtaw l-informazzjoni rekwiżita skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] kemm jista' jkun malajr, u mhux iktar tard mill-għeluq tal-jum tax-xogħol ta' wara. It-tali informazzjoni għandha tkun irrappurtata skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] fuq bażi kummerċjali raġonevoli.

2.   L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jeħtieġ li l-ARM topera u żżomm arranġamenti amministrattivi effettivi mfassla biex jipprevjenu kunflitti ta' interess mal-klijenti tiegħu. B'mod partikolari, ARM li hu wkoll operatur tas-suq jew ditta tal-investiment għandu jittratta l-informazzjoni kollha miġbura b'mod nondiskriminatorju u għandu jopera u jżomm arranġamenti xierqa biex jiġu separati funzjonijiet differenti ta' negozju.

3.   L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jeħtieġ li ARM jkollha fis-seħħ mekkaniżmi tajba ta' sigurtà mfassla biex jiggarantixxu s-sigurtà tal-mezzi tat-trasferiment ta' informazzjoni, jimminimizzaw ir-riskju tal-korruzzjoni tad-dejta u aċċess mhux awtorizzat u jipprevjenu kxif ta' informazzjoni ▐. L-Istat Membru ta' domiċilju għandu jeħtieġ li s-ARM iżżomm riżorsi adegwati u jkollha fis-seħħ faċilitajiet ta' ħżin sikur biex toffri u żżomm is-servizzi tagħha f'kull ħin.

4.   L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jeħtieġ li l-ARM jkollha fis-seħħ sistemi li jistgħu effettivament jiċċekkjaw rapporti ta' tranżazzjoni għall-kompletezza, jidentifikaw ommissjonijiet u żbalji ovvji u jitolbu ritrasmissjoni ta' kwalunkwe tali rapporti żbaljati.

5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta ▐ atti delegati skont l-Artikolu 94, miżuri li jikkjarifikaw x'jikkostitwixxi bażi kummerċjali raġonevoli biex isir rapportar tal-informazzjoni kif referut fil-paragrafu 1.

IT-TITOLU VI

L-AWTORITAJIET KOMPETENTI

IL-KAPITOLU I

IL-ĦATRA, IS-SETGĦAT U L-PROĊEDURI TA' RIMEDJU

Artikolu 69

Il-ħatra tal-awtoritajiet kompetenti

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtoritajiet kompetenti li għandhom iwettqu d-dmirijiet kollha previsti fid-dispożizzjonijiet differenti tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] u ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni, lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra bl-identità tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli li jinfurzaw kull wieħed minn dawn id-dmirijiet, u b'kull taqsim ta' dawn id-dmirijiet.

2.   L-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu awtoritajiet pubbliċi, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jiġu ddelegati kompiti lil entitajiet oħra meta dan ikun ipprovdut espressament fl-Artikolu 29(4) .

Kull delega ta' kompiti lil entitajiet oħra għajr lill-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma jistgħu jinvolvu la l-eżerċizzju tal-awtorità pubblika u lanqas l-użu tas-setgħat diskrezzjonali tal-ġudizzju. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi, qabel jagħtu delega, l-awtoritajiet kompetenti jieħdu l-passi raġonevoli kollha sabiex jiżguraw illi l-entità li lilha se jiġu ddelegati l-kompiti jkollha l-kapaċità u r-riżorsi sabiex twettaq b'mod effettiv il-kompiti kollha u li din id-delega tingħata biss jekk ikun ġie stabbilit qafas iddefinit biċ-ċar u ddokumentat għall-eżerċizzju ta' kull kompitu ddelegat li jagħti l-kompiti li jridu jitwettqu u l-kundizzjonijiet li bihom iridu jitwettqu. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom jinkludu klawżola li tobbliga lill-entità kkonċernata taġixxi u tkun organizzata b'mod li jiġu evitati l-kunflitti ta' interess u jkun żgurat li t-tagħrif miksub mit-twettiq tal-kompiti ddelegati ma jintużax b'mod mhux ġust jew biex jipprevjeni l-kompetizzjoni. Ir-responsabbiltà aħħarija għas-superviżjoni tal-konformità ma' din id-Direttiva u mal-miżuri tagħha ta' implimentazzjoni għandha tkun f'idejn l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont il-paragrafu 1.

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni, lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra dwar kull arranġament li jkunu daħlu għalih rigward id-delega tal-kompiti, inklużi l-kundizzjonijiet preċiżi li jirregolaw din id-delega.

3.   L-AETS għandha tippubblika u żżomm aġġornata lista tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 fis-sit elettroniku tagħha.

Artikolu 70

Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet fl-istess Stat Membru

Jekk Stat Membru jaħtar iktar minn awtorità kompetenti waħda biex tinforza dispożizzjoni ta' din id-Direttiva jew tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] , għandhom jiġu ddefiniti biċ-ċar ir-rwoli rispettivi ta' dawn l-awtoritajiet u huma għandhom jikkooperaw mill-qrib ma' xulxin.

Kull Stat Membru għandu jeħtieġ illi din il-kooperazzjoni sseħħ ukoll bejn l-awtoritajiet kompetenti għall-għanijiet ta' din id-Direttiva jew tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] , u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli f'dak l-Istat Membru għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ta' istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn, tal-fondi tal-pensjonijiet, tal-UCITS, tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u tal-intrapriżi tal-assigurazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi l-awtoritajiet kompetenti jiskambjaw kull tagħrif li jkun essenzjali jew rilevanti għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet u d-dmirijiet tagħhom.

Artikolu 71

Is-setgħat li jridu jingħataw l-awtoritajiet kompetenti

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħat superviżorji u investigatorji kollha li jkunu meħtieġa għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom. Fi ħdan il-limiti pprovduti fl-oqfsa legali nazzjonali tagħhom, għandhom jeżerċitaw dawn is-setgħat:

(a)

Direttament jew f'kollaborazzjoni ma' awtoritajiet oħrajn;

(b)

taħt ir-responsabbiltà tagħhom b'delega lill-entitajiet li lilhom ġew iddelegati l-kompiti; skont l-Artikiolu 69(2); jew

(c)

billi jqabbdu lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

2.   Is-setgħat imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu eżerċitati skont il-liġijiet nazzjonali u għandhom mill-inqas jinkludu d-drittijiet li:

(a)

ikollhom aċċess għal kull dokument, f'kull għamla , inklużi r-rekords imsemmija fl-Artikolu 16(7), li jkun rilevanti għat-twettiq tad-dmirijiet superviżorji tagħhom u li jirċievu kopja tiegħu;

(b)

jitolbu l-provvista ta' tagħrif mingħand kull persuna u, jekk ikun meħtieġ, isejħu u jistaqsu 'l kull persuna bil-ħsieb li jiksbu t-tagħrif;

(c)

iwettqu spezzjonijiet fuq il-post;

(ca)

jagħmlu l-'mystery shopping';

(d)

jitolbu reġistrazzjonijiet telefoniċi eżistenti u rekords eżistenti tad-dejta dwar it-traffiku jew rekords ekwivalenti msemmija fl-Artikolu 16(7) miżmuma minn ditti tal-investiment fejn ikun hemm suspett raġonevoli li tali rekords b'rabta mas-suġġett tal-ispezzjoni jistgħu ikunu rilevanti għall-evidenza ta' ksur mid-ditta tal-investiment tal-obbligi tagħha skont din id-Direttiva; dawn ir-rekords għandhom madankollu jikkonċernaw biss il-kontenut tal-komunikazzjoni li magħha jkunu relatati fejn il-kxif ta' rekords bħal dawn ikun konsistenti mas-salvagwardji tal-protezzjoni tad-dejta stabbiliti fil-liġi nazzjonali u tal-Unjoni ;

(da)

jitolbu l-iffriżar u/jew is-sekwestru tal-assi;

(e)

jitolbu projbizzjoni temporanja tal-attivitajiet professjonali;

(f)

jeħtieġu lill-awdituri ta' ditti tal-investiment awtorizzati u ta' swieq regolati jipprovdu t-tagħrif;

(g)

jirreferu materji għall-prosekuzzjoni kriminali;

(h)

jippermettu lill-awdituri jew lill-esperti jwettqu verifiki jew investigazzjonijiet;

(i)

jitolbu l-provvista ta' tagħrif lil kwalunkwe persuna, inkluż kull dokument rilevanti, dwar id-daqs u l-għan ta' pożizzjoni jew ta' skopertura li wieħed ikun daħal għaliha permezz ta' derivattiv tal-komoditajiet , u dwar kwalunkwe assi jew obbligazzjonijiet li jkun hemm fis-suq sottostanti.

3.   Jekk talba għar-reġistrazzjonijiet telefoniċi jew għar-rekords tad-dejta dwar it-traffiku f'forma msemmija fl-Artikolu 16(7), kif imsemmi fil-punt (d) tal-paragrafu 2, tkun teħtieġ awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja skont ir-regoli nazzjonali, għandha ssir applikazzjoni għat-tali awtorizzazzjoni. Tista' ssir applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħal din ukoll bħala miżura ta' prekawzjoni.

4.   L-ipproċessar tad-dejta personali miġbura huma u jiġu eżerċitati s-setgħat superviżorji u investigatorji skont dan l-Artikolu għandu jsir skont id-Direttiva 95/46/KE.

Artikolu 72

Rimedji li għandhom ikunu disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw ir-rimedji superviżorji kollha meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom. Fil-limiti li jsir provvediment għalihom fl-oqfsa legali nazzjonali tagħhom huma għandhom għall-inqas ikollhom is-setgħat li ġejjin li jistgħu jiġu eżerċitati bil-mod speċifikat fl-Artikolu 71(1) :

(a)

jistipulaw it-twaqqif ta' kwalunkwe prattika jew kondotta li hija kuntrarja għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] u d-dispożizzjonijiet adotti fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u t-twaqqif ta' repetizzjoni ta' dik il-prattika jew kondotta;

(b)

jitolbu l-iffriżar u/jew is-sekwestru tal-assi;

(c)

jadottaw kwalunkwe tip ta' miżura li tiżgura li ditti tal-investiment u swieq regolati jkomplu jkunu konformi mar-rekwiżiti legali;

(d)

jistipulaw is-sospensjoni tal-kummerċ fi strument finanzjarji;

(e)

jistipulaw it-tneħħija ta' strument finanzjarju mill-kummerċ, kemm jekk f'suq regolat jew taħt arranġamenti oħra kummerċjali;

(f)

jistipulaw lil kwalunkwe persuna li pprovdiet informazzjoni skont l-Artikolu 71(2)(i) biex sussegwentament tieħu passi biex tnaqqas id-daqs tal-pożizzjoni jew l-espożizzjoni;

(g)

jillimitaw il-kapaċitajiet ta' kwalunkwe persuna jew klassi ta' persuni milli jidħlu f'derivattiva ta' komodità, inkluż billi jintroduċu limiti nondiskriminatorji fuq pożiżżjonijiet jew in-numru tat-tali kuntratti derivati billi jillimita liema klassi ta' persuni tista' tidħol fuq perjodu speċifiku taż-żmien, meta meħtieġ biex tkun żgurata l-integrità u l-funzjonament tajjeb tas-swieq affettwati;

(h)

joħorġu avviżi pubbliċi ;

(ha)

jitolbu li jitħallas kumpens jew issir azzjoni ta' rimedju oħra biex jitranġa kwalunkwe telf finanzjarju jew dannu ieħor soffert minn investitur bħala riżultat ta' kwalunkwe prattika jew imġiba li tmur kontra din id-Direttiva jew ir-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR].

(hb)

jissospendu l-kummerċjalizzazzjoni jew il-bejgħ ta' prodotti ta' investiment fejn il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] jiġu soddisfatti jew fejn id-ditta ta' investiment ma tkunx żviluppat jew applikat proċess effettiv ta' approvazzjoni tal-prodott jew inkella naqset milli tkun konformi mal-Artikolu 16(3) ta'din id-Direttiva;

(hc)

jitolbu t-tneħħija ta' persuna fiżika mill-bord maniġerjali ta' ditta ta' investiment jew operatur tas-suq.

Artikolu 73

Is-sanzjonijiet amministrattivi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikunu jistgħu jieħdu l-miżuri u s-sanzjonijiet amministrattivi x-xierqa meta ma jitħarsux id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] jew id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jkunu ġew adottati sabiex tiġi implimentata din id-Direttiva u għandhom jiżguraw illi dawn il-miżuri u s-sanzjonijiet jiġu applikati. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi dawn il-miżuri jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn japplikaw obbligi għad-ditti tal-investiment u operaturi tas-suq, f'każ ta' ksur, jistgħu jkunu applikati sanzjonijiet amministrattivi u miżuri lill-membri tal-korp maniġerjali tad-ditti tal-investiment u l-operaturi tas-suq, u kwalunkwe persuna naurali jew legali oħra li, skont il-liġi nazzjonali, huma responsabbli tal-ksur.

3.   Kull sena l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-AETS l-informazzjoni aggregata rigward il-miżuri u s-sanzjonijiet amministrattivi kollha imposti skont il-paragrafi 1 u 2. L-AETS għandha tippubblika dik l-informazzjoni fir-rapport annwali tagħha.

4.   Meta l-awtorità kompetenti tkun żvelat lill-pubbliku miżura jew sanzjoni amministrattiva, hija għandha, fl-istess ħin, tirrapporta dak il-fatt lill-AETS.

5.   Meta sanzjoni ppubblikata tirrigwarda ditta tal-investiment awtorizzata skont din id-Direttiva, l-AETS għandha żżid referenza għas-sanzjoni ppubblikata fir-reġistru tad-ditti tal-investiment stabbilit skont l-Artikolu 5(3).

5a.     L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi li jikkonċernaw il-proċeduri u l-forom għas-sottomissjoni tal-informazzjoni kif imsemmi f'dan l-Artikolu.

L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sa […] (67).

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 74

Pubblikazzjoni tas-sanzjonijiet

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtorità kompetenti tippubblika kwalunkwe sanzjoni jew miżura li kienet imposta għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] jew tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adotti fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva mingħajr dewmien mhux meħtieġ inkluż informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità responsabbli għaliha, sakemm it-tali kxif ma jipperikolax is-swieq finanzjarji. Fejn il-pubblikazzjoni tikkawża ħsara mhux proporzjonata lill-partijiet involuti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw is-sanzjonijiet fuq bażi anonima.

Artikolu 75

Ksur ta' rekwiżit ta' awtorizzazzjoni u ksur ieħor

1.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom jipprevedu sanzjonijiet għall-inqas fir-rigward ta' dan li ġej :

(a)

it-twettiq ta' servizzi jew attivitajiet ta' investiment bħala okkupazzjoni jew kummerċ regolari fuq bażi professjonali mingħar il-kisba ta' awtorizzazzjoni bi ksur tal-Artikolu 5;

(b)

l-akkwiżizzjoni, dirett jew indirett, ta' parteċipazzjoni kwalifikattiva f'ditta tal-investiment jew iż-żieda, diretta jew indiretta, tat-tali parteċipazzjoni kwalifikattiva f'ditta tal-investiment li b'riżultat tagħha l-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum jilħaq jew jaqbeż l-20 %, it-30 % jew il-50 % jew b'mod li d-ditta tal-investiment issir is-sussidjarja tagħha (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ bħala l-akkwiżizzjoni proposta), mingħajr ma jinnotifika bil-miktub lill-awtoritajiet kompetenti tad-ditta tal-investiment li fiha l-akkwirent ikun qed ifittex l-akkwiżizzjoni jew iż-żieda ta' parteċipazzjoni kwalifikattiva bi ksur tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(1);

(c)

it-tneħħija, diretta jew indiretta, ta' parteċipazzjoni kwalifikattiva f'ditta tal-investiment jew it-tnaqqis ta' parteċipazzjoni kwalifikattiva biex il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum jinżel taħt l-20 %, it-30 % jew il-50 % jew b'mod li d-ditta tal-investiment ma tibqax sussidjarja, mingħajr ma jinnotifika bil-kitba lill-awtoritajiet kompetenti, bi ksur tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1);

(d)

ditta tal-investiment li kisbet awtorizzazzjoni permezz ta' stqarrijiet foloz jew kwalunkwe mezz irregolari ieħor bi ksur tal-Artikolu 8(b);

(e)

ditta tal-investiment li tonqos li tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli għall- korp maniġerjali skont l-Artikolu 9(1);

(f)

il-korp maniġerjali ta' ditta tal-investiment jonqos milli jwettaq id-dmirijiet tiegħu skont l-Artikolu 9(6);

(g)

ditta tal-investiment, kif issir konxja ta' kwalunkwe akkwiżizzjonijiet jew ċessjonijiet ta' parteċipazzjonijiet fil-kapital tagħha li jikkawżaw li l-parteċipazzjonijiet jaqbżu jew jaqgħu taħt waħda mil-livelli minimi msemmija fl-Artikolu 11(1), li jonqsu li jinfurmaw lill-awtoritajiet b'dawn l-akkwiżizzjonijiet jew ċessjonijiet bi ksur tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(3);

(h)

ditta tal-investiment li tonqos li, mill-inqas darba fis-sena, tinforma lill-awtoritajiet kompetenti bl-isem tal-azzjonisti u membri li jippossedu parteċipazzjonijiet kwalifikattivi u d-daqs tat-tali parteċipazzjonijiet bi ksur tat-tieni subparagrafu fl-Artikolu 11(3);

(i)

ditta tal-investiment li tonqos li jkollha fis-seħħ rekwiżit organizzazzjonali impost bi qbil mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 16 u 17;

(j)

ditta tal-investiment li tonqos li tidentifika, tipprevjeni, timmaniġġa u tikxef kunflitti ta' interess skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 23;

(k)

MTF jew OTF li tonqos li tistabbilixxi regoli, proċeduri u arranġamenti jew tonqos li tkun konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw l-Artikoli 18, 19 u 20;

(l)

ditta tal-investiment li tonqos milli tipprovdi informazzjoni jew rapporti lill-klijenti u li tkun konformi mal-obbligi dwar l-ivvalutar jew l-adattabilità skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw l-Artikoli 24 u 25;

(m)

ditta tal-investiment li taċċetta jew tirċievi ħlasijiet, kummissjonijiet jew kwalunkwe benefiċċju ieħor ta' flus bi ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 19(5) u (6);

(n)

ditta tal-investiment li ▐ tonqos li tikseb l-aqwa riżultat possibbli għall-klijent meta qed tesegwixxi l-ordnijiet jew tonqos milli tistabbilixxi arranġamenti skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 27 u l-Artikolu 28;

(o)

operat ta' suq regolat mingħajr il-kisba ta' awtorizzazzjoni bi ksur tal-Artikolu 47;

(p)

il-korp maniġerjali ta' operatur tas-suq jonqos milli jwettaq id-dmirijiet tiegħu skont l-Artikolu 48(6);

(q)

suq regolat jew operatur ta' suq li jonqos milli jkollu fis-seħħ arranġamenti, sistemi, regoli u proċeduri u li jkollu biżżejjed riżorsi finanzjarji skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 50;

(r)

suq regolat jew operatur ta' suq li jonqos milli jkollu fis-seħħ sistemi, proċeduri, arranġamenti u regoli jew li jonqos milli jagħti aċċess għad-dejta skont regoli nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 51 jew li jonqos milli jimplimenta d-daqs minimu ta' funzjonament skont l-Artikolu 51a .

(ra)

il-korp maniġerjali ta' fornitur tas-servizz tad-dejta li jonqos milli jwettaq id-dmirijiet tiegħu skont l-Artikolu 65;

(rb)

APA, CTP jew ARM jonqsu milli jissodisfaw ir-rekwiżiti organizzattivi tagħhom skont l-Artikolu 66, 67 jew 68;

(s)

suq regolat, operatur tas-suq jew ditta tal-investiment ▐ jonqsu milli jippubblikaw informazzjoni skont l-Artikoli 3, 5, 7 jew 9 tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR];

(t)

ditta tal-investiment ▐ tonqos li tippubblika informazzjoni skont l-Artikoli 13, 17, 19 u 20 tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR];

(u)

ditta tal-investiment ▐ tonqos li tirrapporta tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR];

(v)

kontraparti finanzjarja u kontraparti nonfinanzjarja li jonqsu li jinnegozjaw derivati f'postijiet tan-negozjar skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR];

(w)

kontraparti ċentrali tonqos li tagħti aċċess għas-servizzi tagħha tal-ikklerjar skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR];

(x)

suq regolat, operatur tas-suq jew ditta tal-investiment li jonqsu li jagħtu aċċess għall-alimentazzjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR];

(y)

persuna bi drittijiet proprjetarji għall-parametri referenzjarji tonqos li tagħti aċċess għal parametru referenzjarju skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR];

(z)

ditta tal-investiment li tikkummerċjalizza, tiddistribwixxi jew tbigħ strumenti finanzjarji jew twettaq tip ta' attività finanzjarja kew tadotta prattika bi ksur ta' projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet imposti bbażati fuq l-Artikoli 31 jew 32 tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR].

(za)

persuna fiżika li tagħmel parti mill-korp maniġerjali ta' operatur tas-suq jew minn ditta tal-investiment li taf dwar kwalunkwe ksur imsemmi f'dan il-paragrafu u li tiddeċiedi li ma tirrappurtax dan il-ksur lill-awtorità kompetenti.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li f'każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom jipprovdu għal sanzjonijiet amministrattivi u miżuri li jistgħu jkunu applikati , li jinkludu mill-inqas dan li ġej:

(a)

stqarrija pubblika, li tindika l-persuna fiżika jew ġuridika u n-natura tal-ksur;

(b)

ordni li titlob lill-persuna fiżika jew ġuridika biex twaqqaf il-kondotta u li ma tirrepetix dik il-kondotta;

(c)

f'każ ta' ditta tal-investiment, l-irtirar tal-awtorizzazzjoni tal-istituzzjoni skont l-Artikolu 8;

(d)

projbizzjoni temporanja jew permanenti kontra kwalunkwe membru tal-korp maniġerjali tad-ditta tal-investiment jew kwalunkwe persuna fiżika oħra, li hija miżmuma responsabbli, biex teżerċita funzjonijiet maniġerjali fid-ditti tal-investiment;

(da)

projbizzjoni temporanja fuq id-ditta ta' investiment li tkun membru jew parteċipant fi swieq regolati, MTFs u OTFs;

(e)

f'każ ta' persuna ġuridika, sanzjonijiet amministrattivi pekunarji sa 15 % tal-qligħ tal-persuna ġuridika fis-sena kummerċjali preċedenti; fejn il-persuna ġuridika hija sussidjarja ta' intrapriża ewlenija, il-qligħ annwali totali rilevanti għandu jkun il-qligħ annwali totali li jirriżulta mir-rendikont konsolidat tal-intrapriża ewlenija fis-sena kummerċjali preċedenti;

(f)

f'każ ta' persuna naturali, sanzjonijiet amministrattivi pekunarji sa EUR 10 000 000 , jew fi Stati Membri fejn l-Euro mhuwiex munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fid-data tas-seħħ ta' din id-Direttiva.

(g)

sanzjonijiet amministrattivi pekunarji sa għaxar darbiet tal-ammont tal-profitti miksuba jew telf evitat minħabba l-ksur fejn dawn ikunu jistgħu jkunu determinati.

2a.     L-Istati Membri jistgħu jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti biex jimponu tipi ta' sanzjonijiet addizzjonali, jew biex jimponu sanzjonijiet li jaqbżu l-ammonti msemmija fil-punti (e), (f) u (g) tal-paragrafu 2, sakemm ikunu konsistenti mal-Artikolu 76.

2b.     L-Istati Membri jistgħu jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti biex jimponu sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi għall-ksur ta' din id-Direttiva u tar-Regolament UE Nru …/… [MiFIR] li mhumiex imsemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 76

Applikazzjoni effettiva tas-sanzjonijiet

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta qed jiddeterminaw it-tip ta' sanzjonijiet amministrattivi jew miżuri u l-livell ta' sanzjonijiet amministrattivi pekunarji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu ċ-ċirkustanzi kollha rilevanti inkluż:

(a)

is-serjetà u d-durata tal-ksur;

(b)

il-grad ta' responsabilità tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli;

(c)

is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika, kif indikat mill-qligħ totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew id-dħul annwali tal-persuna naturali responsabbli;

(d)

l-importanza tal-profitti miksuba jew telf evitat mill-persuna fiżika jew ġuridika, sakemm dawn ikunu jistgħu jkunu determinati;

(e)

it-telf għall-partijiet terzi kkawżat mill-ksur, sakemm dan ikun jista' jkun determinat;

(f)

il-livell ta' kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mal-awtorità kompetenti;

(g)

ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika.

2.   L-AETS għandha toħroġ linji gwida sa […] (68) indirizzati għall-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 16 tar-Regolament Nru (UE) 1095/2010 dwar it-tipi ta' sanzjonijiet amministrattivi u miżuri u l-livell ta' sanzjonijiet amministrattivi pekunarji.

2a.     Dan l-Artikolu hu mingħajr ħsara għas-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti biex jagħtu bidu għal proċedimenti jew jimponu sanzjonijiet kriminali fejn jingħataw is-setgħa li jagħmlu dan skont il-liġi nazzjonali. Kwalunkwe sanzjoni kriminali imposta għandha titqies meta jiġi determinat it-tip u l-livell ta' kwalunkwe sanzjoni amministrattiva applikata b'mod addizzjonali.

Artikolu 77

Rapportar ta' ksur

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu mekkaniżmi effettivi biex jinkoraġġixxu rapportar ta' ksur potenzjali jew reali tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament …/… (MiFIR) u tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw din id-Direttiva lill-awtoritajiet kompetenti.

Dawk l-arranġamenti għandhom jinkludu mill-inqas:

(a)

proċeduri speċifiċi għall-irċevuta ta' rapporti u s-segwitu tagħhom;

(b)

protezzjoni xierqa għall-impjegati ta' istituzzjonijiet finanzjarji li jirrappurtaw ksur li jsir fl-istituzzjoni finanzjarja , inkluż anonimità fejn xieraq ;

(c)

protezzjoni tad-dejta personali li tikkonċerna kemm lill-persuna li tirrapporta l-ksur kif ukoll lill-persuna fiżika li hija allegatament responsabbli għall-ksur, skont il-prinċipji stipulati fid-Direttiva 95/46/KE.

2.   L-Istati Membri għandhom jistipulaw li l-istituzzjonijiet finanzjarji jkollhom fis-seħħ proċeduri xierqa għall-impjegati tagħhom biex jirrappurtaw ksur internament permezz ta' mezzi speċifiċi.

2a.     Impjegat m'għandux jitwaqqaf milli jirrapporta l-ksur kommess fi ħdan l-istituzzjoni finanzjarja permezz ta' kwalunkwe regola ta' kunfidenzjalità. Kwalunkwe informazzjoni li tikkontribwixxi biex tipprova l-ksur kommess fi ħdan l-istituzzjoni finanzjarja m'għandhiex tibqa' tkun meqjusa bħala kunfidenzjali u l-kxif b'rieda tajba ta' tali informazzjoni m'għandux jinvolvi obbligi ta' kwalunkwe tip għal persuni li jikxfu tali informazzjoni

Artikolu 79

Id-dritt ta' appell

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi kull deċiżjoni meħuda skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] jew skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati skont din id-Direttiva tkun irraġunata kif xieraq u tkun suġġetta għad-dritt ta' appell quddiem tribunal. Id-dritt ta' appell quddiem tribunal għandu japplika wkoll meta, għal applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni li tipprovdi t-tagħrif kollu meħtieġ, ma tittieħed l-ebda deċiżjoni fi żmien sitt xhur mis-sottomissjoni tagħha.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu illi korp wieħed jew iktar minn dawn li ġejjin, kif stabbilit mil-liġijiet nazzjonali, ukoll ikun jista', fl-interess tal-konsumaturi u skont il-liġijiet nazzjonali, jieħu azzjoni quddiem il-qrati jew quddiem il-korpi amministrattivi kompetenti sabiex jiżgura illi jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] u d-dispożizzjonijiet nazzjonali għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva:

(a)

il-korpi pubbliċi jew ir-rappreżentanti tagħhom;

(b)

l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi li jkollhom interess leġittimu li jipproteġu lill-konsumaturi;

(c)

l-organizzazzjonijiet professjonali li jkollhom interess leġittimu li jaġixxu sabiex jipproteġu lill-membri tagħhom.

Artikolu 80

Il-mekkaniżmu straġudizzjarju għall-ilmenti tal-investituri

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti proċeduri effiċjenti u effettivi għall-ilmenti u ta' rimedju sabiex jiġi solvut barra mill-qorti t-tilwim tal-konsumaturi li jirrigwarda l-provvediment ta' servizzi tal-investiment u ta' servizzi anċillari mid-ditti tal-investiment, bl-użu ta' korpi eżistenti meta dan ikun xieraq. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li d-ditti kollha tal-investiment ikunu membri f'korp wieħed jew aktar minn dawn il-korpi li jimplimentaw dawn il-proċeduri għall-ilmenti u ta' rimedju.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il-korpi jikkooperaw b'mod attiv ma' korpi simili fl-Istati Membri l-oħra sabiex jiġi solvut it-tilwim transfruntier.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħarrfu lill-AETS dwar il-proċeduri għall-ilmenti u ta' rimedju msemmija fil-paragrafu 1 li huma disponibbli fil-ġuriżdizzjonijiet tagħhom.

L-AETS għandha tippubblika u żżomm aġġornata lista tal-mekkaniżmi straġudizzjarji kollha fis-sit elettroniku tagħha.

Artikolu 81

Is-segretezza professjonali

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti, il-persuni kollha li jaħdmu jew li jkunu ħadmu għall-awtoritajiet kompetenti jew l-entitajiet li lilhom ikunu ġew iddelegati l-kompiti skont l-Artikolu 69(2), kif ukoll l-awdituri u l-esperti mogħtija struzzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti jkunu marbuta bl-obbligu tas-segretezza professjonali. Huma ma għandhom jiddivulgaw l-ebda tagħrif li jistgħu jirċievu fil-kors tad-dmirijiet tagħhom, għajr f'għamla sommarja u aggregata hekk li d-ditti individwali tal-investiment, l-operaturi tas-suq, is-swieq regolati jew kull persuna oħra ma jkunux jistgħu jiġu identifikati, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-liġi kriminali nazzjonali jew għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta' din id-Direttiva jew ir-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] .

2.   Meta ditta tal-investment, operatur tas-suq jew suq regolat ikunu ġew iddikjarati bħala falluti, jew ikun qed isirilhom stralċ bil-fors, jista' jiġi ddivulgat tagħrif kunfidenzjali li ma jirrigwardax lil partijiet terzi fil-proċedimenti ċivili jew kummerċjali jekk dan ikun meħtieġ sabiex jitwettqu dawn il-proċedimenti.

3.   Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tad-dritt kriminali nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti, il-korpi jew il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi għajr l-awtoritajiet kompetenti li jirċievu tagħrif kunfidenzjali skont din id-Direttiva jew ir-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] jistgħu jużawh biss fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom u għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom, fil-każ tal-awtoritajiet kompetenti fl-ambitu ta' din id-Direttiva jew ir-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] jew, fil-każ tal-awtoritajiet, il-korpi jew il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi l-oħrajn għall-għan li għalih dan it-tagħrif ikun ingħatalhom u/jew fil-kuntest ta' proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji li jkollhom x'jaqsmu b'mod speċifiku mal-eżerċizzju ta' dawk il-funzjonijiet. Madankollu, meta l-awtorità kompetenti jew kull awtorità, korp jew persuna oħra li tikkomunika t-tagħrif tagħti l-kunsens tagħha għal dan, l-awtorità li tirċievi t-tagħrif tista' tużah għal għanijiet oħra.

4.   Kull tagħrif kunfidenzali rċevut, skambjat jew trasmess skond din id-Direttiva jew ir-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] għandu jkun bla ħsara għall-kondizzjonijiet tas-segretezza professjonali stabbiliti f'dan l-Artikolu. Madankollu, dan l-Artikolu ma għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw jew jittrażmettu tagħrif kunfidenzjali skont din id-Direttiva jew ir-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] u d-Direttivi l-oħra jew Regolamenti li japplikaw għad-ditti tal-investiment, l-istituzzjonijiet ta' kreditu, il-fondi tal-pensjonijiet, l-UCITS, l-intermedjarji tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, l-intrapriżi tal-assigurazzjoni, is-swieq regolati jew l-operaturi tas-suq jew inkella bil-kunsens tal-awtorità kompetenti jew tal-awtorità jew korp jew persuna fiżika jew ġuridika oħra li tkun ikkomunikat dan it-tagħrif.

5.   Dan l-Artikolu ma għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw jew jittrażmettu, skont il-liġijiet nazzjonali, tagħrif kunfidenzjali li ma jkunx ġie rċevut mingħand awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor.

Artikolu 82

Ir-relazzjonijiet mal-awdituri

1.   L-Istati Membri għandhom għall-inqas jipprovdu illi kull persuna awtorizzata fit-tifsira tat-Tmien Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE tal-10 ta' April 1984 dwar l-approvazzjoni ta' persuni responsabbli biex iwettqu l-awditjar statutorju tad-dokumenti tal-kontabbiltà (69), li tkun twettaq, f'ditta tal-investiment, il-kompitu deskritt fl-Artikolu 51 tar-Raba' Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta' Lulju 1978 dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpaniji (70), fl-Artikolu 37 tad-Direttiva 83/349/KEE jew fl-Artikolu 73 tad-Direttiva 2009/65/KE jew kull kompitu ieħor preskritt mil-liġi, għandu jkollha d-dmir li tirrapporta fil-pront lill-awtoritajiet kompetenti kull fatt jew deċiżjoni li jirrigwardaw lil dik l-impriza li din il-persuna tkun saret konxja minnhom fit-twettiq ta' dan il-kompitu u li jistgħu:

(a)

jikkostitwixxu ksur materjali tal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-awtorizzazzjoni jew li jirregolaw b'mod speċifiku l-insegwiment tal-attivitajiet tad-ditti tal-investment;

(b)

jaffettwaw il-funzjonament kontinwu tad-ditta tal-investiment;

(c)

iwasslu għar-rifjut li jiġu ċċertifikati l-kontijiet jew għall-espressjoni ta' riżervi.

Din il-persuna għandu jkollha d-dmir ukoll li tirrapporta kull fatt u deċiżjoni li ssir konxja minnhom hija u twettaq wieħed mill-kompiti msemmija fl-ewwel subparagrafu f'intrapriża li jkollha rabtiet mill-qrib mad-ditta tal-investiment li fiha tkun qiegħda twettaq dan il-kompitu.

2.   L-iddivulgar b'rieda tajba lill-awtoritajiet kompetenti, minn persuni awtorizzati fit-tifsira tad-Direttiva 84/253/KEE, ta' kull fatt jew deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma għandu jikkostitwixxi ksur ta' ebda restrizzjoni kuntrattwali jew legali dwar l-iddivulgar tat-tagħrif u ma għandu jimplika l-ebda responsabbiltà għal din il-persuna.

IL-KAPITOLU II

KOOPERAZZJONI BEJN L-AWTORITAJIET KOMPETENTI TAL-ISTATI MEMBRI DIFFERENTI U MAL-AETS

Artikolu 83

L-obbligu tal-kooperazzjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri differenti għandhom jikkooperaw ma' xulxin kulmeta dan ikun meħtieġ sabiex iwettqu d-dmirijiet tagħhom skont din id-Direttiva jew skont ir-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] , billi jużaw is-setgħat tagħhom, kemm dawk mogħtija f'din id-Direttiva kif ukoll dawk mogħtija fir-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] jew fil-liġijiet nazzjonali.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu assistenza lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra. B'mod partikulari, għandhom jiskambjaw it-tagħrif u jikkooperaw f'kull investigazzjoni jew attivitajiet superviżorji.

Sabiex tiġi ffaċilitata u aċċellerata il-kooperazzjoni, u, partikolarment, l-iskambju ta' informazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità kompetenti bħala punt ta' kuntatt għall-finijiet ta' din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] . L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, lill-AETS u lill-Istati Membri l-oħra l-ismijiet tal-awtoritajiet li jkunu nħatru sabiex jirċievu t-talbiet għall-iskambju tat-tagħrif u għall-kooperazzjoni skont dan il-paragrafu. L-AETS għandha tippubblika u żżomm aġġornata lista ta' dawk l-awtoritajiet fuq is-sit elettroniku tagħha.

2.   Meta, filwaqt li titqies is-sitwazzjoni tas-swieq tat-titoli fl-Istat Membru ospitanti, l-operat f'suq regolat jew f'MTF jew f'OTF li jkunu stabbilixxew arranġamenti fi Stat Membru ospitanti jkunu saru ta' importanza sostanzjali għall-funzjonament tas-swieq tat-titoli u għall-protezzjoni tal-investituri f'dak l-Istat Membru ospitanti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju u tal-Istat Membru ospitanti tas-suq regolat għandhom jistabbilixxu arranġamenti proporzjonati għall-kooperazzjoni bejniethom.

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri amministrattivi u organizzattivi meħtieġa sabiex jiffaċilitaw l-assistenza prevista fil-paragrafu 1.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw is-setgħat tagħhom sabiex jikkooperaw bejniethom, saħansitra f'każijiet meta l-kondotta li tkun qed tiġi investigata ma tkun tikkostitwixxi l-ksur ta' ebda regolament fis-seħħ f'dak l-Istat Membru.

4.   Meta awtorità kompetenti jkollha raġunijiet tajba biex tissuspetta li jkunu qegħdin jitwettqu jew li jkunu twettqu atti li jmorru kontra d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jew ir-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] fi Stat Membru ieħor, minn entitajiet li mhumiex suġġetti għas-superviżjoni tagħha, hija għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor u lill-AETS b'dan b'mod kemm jista' jkun speċifiku. L-awtorità kompetenti nnotifikata għandha tieħu l-azzjoni adatta. Hija għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti li tkun bagħtet in-notifika u lill-AETS bir-riżultat tal-azzjoni u, safejn ikun possibbli, bl-iżviluppi temporanji sinifikanti. Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-awtorità kompetenti li tkun bagħtet in-notifika.

5.   Bla ħsara għall-paragrafi 1 u 4, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-AETS u awtoritajiet kompetenti oħra bid-dettalji ta':

(a)

kwalunkwe talbiet għat-tnaqqis fid-daqs tal-pożizzjoni jew espożizzjoni skont l-Artikolu 72(1)(f);

(b)

kwalunkwe limiti fuq il-kapaċità tal-persuni li jidħlu fi strument skont l-Artikolu 72(1)(g).

In-notifika għandha tinkludi, fejn rilevanti, id-dettalji tat-talba skont l-Artikolu 72(1)(f) inkluż l-identità tal-persuna jew persuni li hija indirizzata għalihom u r-raġunijiet għaliha, kif ukoll l-ambitu tal-limiti introdotti skont l-Artikolu 72(1)(g) inkluż il-persuna jew klassi ta' persuni kkonċernati, l-istrumenti finanzjarji applikabbli, kwalunkwe miżuri jew livelli minimi kwantitattivi bħan-numru massimu ta' kuntratti li persuni jistgħu jidħlu fihom jew pożizzjonijiet pendenti qabel ma jintlaħaq il-limitu, kwalunkwe eżenzjonijiet għalihom, u r-raġunijiet għalihom.

In-notifiki għandhom isiru mhux inqas minn 24 siegħa qabel ma l-azzjonijiet jew il-miżuri huma intenzjonati li jħallu effett. F'ċirkustanzi eċċezzjonali, l-awtorità kompetenti tista' tagħmel in-notifika inqas minn 24 siegħa ma l-miżura hija intenzjonata li tħalli effett fejn ma huwiex possibbli li jingħata avviż ta' 24 siegħa.

Awtorità kompetenti ta' Stat Membru li tirċievi notifika skont dan il-paragrafu tista' tieħu miżuri skont l-Artikolu 72(1)(f) jew (g) fejn hija ssodisfata li l-miżura hija meħtieġa biex jinkiseb l-għan tal-awtorità kompetenti l-oħra. L-awtorità kompetenti għandha wkoll tagħti avviż skont dan il-paragrafu fejn hija tipproponi li tieħu miżuri.

Meta azzjoni skont (a) jew (b) tkun marbuta ma' prodotti ta' enerġija bl-ingrossa, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija skont ir-Regolament (KE) Nru 713/2009.

6.   B'rabta mal-kwoti tal-emissjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-korpi pubbliċi kompetenti għas-sorveljanza tas-swieq spot u tal-irkant u l-awtoritajiet kompetenti l-amministraturi tar-reġistri u korpi pubbliċi oħrajn bis-superviżjoni tal-konformità skont id-Direttiva 2003/87/KE sabiex jiġi żgurat li dawn jiksbu stampa konsolidata tas-swieq tal-kwoti tal-emissjonijiet.

7.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati , wara li tikkonsulta mal-AETS, skont l-Artikolu 94 dwar il-miżuri sabiex tistabbilixxi l-kriterji li bihom l-operat ta' suq regolat fi Stat Membru ospitanti jistgħu jitqiesu bħala ta' importanza sostanzjali għall-funzjonament tas-swieq tat-titoli u għall-protezzjoni tal-investituri f'dak l-Istat Membru ospitanti.

8.    L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għall-arranġamenti ta' kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sa […] (71) .

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 84

Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-attivitajiet superviżorji, għal verifiki fil-post jew investigazzjonijiet

1   Awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' titlob il-kooperazzjoni tal-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor f'attivita superviżorja jew għal verifika fuq il-post jew f'investigazzjoni. Fil-każ tad-ditti tal-investiment li jkunu membri remoti ta' suq regolat, l-awtorità kompetenti tas-suq regolat tista' tagħżel li tindirizzahom direttament, f'liema każ għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-membru remot kif jixraq.

Meta awtorità kompetenti tirċievi talba rigward verifika fuq il-post, għandha, fil-qafas tas-setgħat tagħha:

(a)

twettaq hija stess il-verifiki jew l-investigazzjonijiet; tippermetti lill-awtorità li tkun qed tagħmel it-talba twettaq il-verifika jew l-investigazzjoni;

(b)

tippermetti lill-awdituri jew lill-esperti jwettqu l-verifika jew l-investigazzjoni.

2.   Bil-għan li jkun hemm konverġenza tal-prattiki superviżorji, l-AETS tista' tipparteċipa fl-attivitajiet tal-kulleġġi tas-superviżuri, inkluż fil-verifiki u fl-investigazzjonijiet fuq il-post, imwettqa konġuntement minn żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

3.   L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika t-tagħrif li għandu jiġi skambjat bejn l-awtoritajiet kompetenti meta dawn ikunu qed jikkooperaw fl-attivitajiet superviżorji, fil-verifiki fuq il-post u fl-investigazzjonijiet.

L-AETS għandha tissottometti dak l-abboz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa […] (72) . Għandha tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

4.   L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għall-awtoritajiet kompetenti sabiex dawn jikkooperaw fl-attivitajiet superviżorji, fil-verifiki fuq il-post u fl-investigazzjonijiet.

L-AETS għandha tressaq dan l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa […] (72) .

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 85

L-iskambju tat-tagħrif

1.   Wara li jkunu nħatru bħala punti ta' kuntatt għall-għanijiet ta' din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] skont l-Artikolu 83(1), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom ifornu minnufih lil xulxin it-tagħrif meħtieġ biex jitwettqu d-dmirijiet tal-awtoritajiet kompetenti, maħtura skont l-Artikolu 69(1), mogħtija fid-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva jew skont ir-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] .

L-awtoritajiet kompetenti li jiskambjaw it-tagħrif ma' awtoritajiet kompetenti oħra skont din id-Direttiva jew ir-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] jistgħu jindikaw, meta jagħmlu l-komunikazzjoni, li dan it-tagħrif ma jridx jiġi żvelat mingħajr il-qbil espress tagħhom, f'liema każ dan it-tagħrif jista' jiġi skambjat biss għall-għanijiet li għalihom dawn l-awtoritajiet ikunu taw il-qbil tagħhom.

2.   L-awtorità kompetenti li tkun inħatret bħala l-punt ta' kuntatt tista' tittrażmetti t-tagħrif li tkun irċeviet skont il-paragrafu 1 u l-Artikoli 82 u 92 lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 74. Dawn ma għandhomx jittrażmettuh lil korpi jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħrajn mingħajr il-qbil espress tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawh u għandhom jagħmlu dan biss għall-għanijiet li għalihom dawn l-awtoritajiet ikunu taw il-qbil tagħhom, għajr f'ċirkustanzi ġġustifikati kif mistħoqq. F'dan il-każ tal-aħħar, il-punt ta' kuntatt għandu jgħarraf minnufih lill-punt ta' kuntatt li jkun bagħat it-tagħrif.

3.   L-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 74 kif ukoll il-korpi jew il-persuni fiżiċi u ġuridiċi l-oħrajn li jirċievu tagħrif kunfidenzjali skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jew skont l-Artikoli 82 u 92 jistgħu jużawh biss waqt li jkunu qed jagħmlu d-dmirijiet tagħhom, b'mod partikulari:

(a)

sabiex jiċċekkjaw illi jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-bidu tal-kummerċ tad-ditti tal-investiment u sabiex jiffaċilitaw il-monitoraġġ, fuq bażi kkonsolidata jew mhux ikkonsolidata, tal-kondotta ta' dan il-kummerċ, b'mod speċjali rigward ir-rekwiżiti tal-adegwatezza tal-kapital imposti mid-Direttiva 93/6/KEE, il-proċeduri amministrattivi u tal-kontabbiltà u l-mekkaniżmi tal-kontroll intern;

(b)

sabiex jimmonitorjaw il-funzjonament xieraq taċ-ċentrital-kummerċ;

(c)

sabiex jimponu s-sanzjonijiet;

(d)

fl-appelli amministrattivi kontra d-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti;

(e)

fil-proċedimenti tal-qorti mibdija skont l-Artikolu 79;

(f)

fil-mekkaniżmu straġudizzjarju għall-ilmenti tal-investituri pprovdut fl-Artikolu 80.

4.   L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għall-iskambju ta' informazzjoni.

L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sa […] (73) .

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

5.   La dan l-Artikolu u lanqas l-Artikoli 81 jew 92 m'għandhom jipprevjenu awtorità kompetenti milli tittrażmetti lill-AETS, lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-"BERS"), lill-banek ċentrali, lis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u lill-BĊE, fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet monetarji u, meta jkun xieraq, lill-awtoritajiet pubbliċi l-oħra responsabbli għas-sorveljanza tas-sistemi tal-ħlasijiet u tas-saldu, tagħrif kunfidenzjali maħsub għat-twettiq tal-kompiti tagħhom; bl-istess mod, dawn l-awtoritajiet jew il-korpi m'għandhomx jiġu pprevenuti milli jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti dak it-tagħrif li huma jistgħu jeħtieġu biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom previsti f'din id-Direttiva jew fir-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] .

Artikolu 86

Medjazzjoni vinkolanti

1.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirreferu lill-AETS sitwazzjonijiet fejn talba relatata ma' ħaġa waħda minn dawn li ġejjin tkun ġiet irrifjutata jew ma tkunx ittieħdet azzjoni dwarha fi żmien raġonevoli:

(-a)

għal kooperazzjoni kif previst fl-Artikolu 83;

(a)

biex titwettaq attività superviżorja, verifika fuq il-post jew investigazzjoni, kif previst fl-Artikolu 84; għal skambju ta' informazzjoni kif previst fl-Artikolu 85.

1a     L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirreferu wkoll għas-sitwazzjonijiet tal-AETS fejn awtorità kompetenti ma taqbilx dwar il-proċedura jew il-kontenut ta' azzjoni jew nuqqas ta' azzjoni ta' awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor, li huma relatati ma' kwalunkwe dispożizzjoni ta' din id-Direttiva jew tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR].

2.   Fis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-AETS tista' taġixxi skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltajiet li tirrifjuta li taġixxi fuq talba għal informazzjoni prevista fl-Artikolu 87 u għall-possibbiltà li l-AETS taġixxi skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 87

Ir-rifjut tal-kooperazzjoni

Awtorità kompetenti tista' tirrifjuta li taġixxi fuq talba għall-kooperazzjoni f'investigazzjoni, verifika fuq il-post jew attività superviżorja kif ipprovdut fl-Artikolu 88 jew li tiskambja t-tagħrif kif ipprovdut fl-Artikolu 85 biss meta:

(-a)

din l-investigazzjoni, verifika fuq il-post, attività tas-sorveljanza jew l-iskambju tat-tagħrif jistgħu jaffettwaw b'mod negattiv is-sovranità, is-sigurtà jew il-politika pubblika tal-Istat Membru indirizzat;

(a)

ikunu diġà nbdew il-proċedimenti ġudizzjarji rigward l-istess azzjonijiet u l-istess persuni quddiem l-awtoritajiet tal-Istat Membru indirizzat;

(b)

tkun diġà ngħatat is-sentenza finali fl-Istat Membru indirizzat rigward l-istess persuni u l-istess azzjonijiet.

Fil-każ ta' dan ir-rifjut, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti tat-talba u lill-AETS kif meħtieġ, billi tipprovdi tagħrif iddettaljat kemm jista' jkun.

Artikolu 88

Il-konsultazzjoni qabel l-awtorizzazzjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor involut għandhom jiġu kkonsultati qabel il-konċessjoni ta' awtorizzazzjoni lil ditta tal-investiment li tkun waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

sussidjarja ta' ditta tal-investiment jew ta' istituzzjoni ta' kreditu awtorizzata fi Stat Membru ieħor;

(b)

sussidjarja ta' intrapriża prinċipali ta' ditta tal-investiment jew ta' istituzzjoni ta' kreditu awtorizzata fi Stat Membru ieħor;

(c)

ditta kkontrollata mill-istess persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jikkontrollaw ditta tal-investiment jew istituzzjoni ta' kreditu awtorizzata fi Stat Membru ieħor.

2.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru responsabbli għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu jew tal-intrapriżi tal-assigurazzjoni għandha tiġi kkonsultata qabel ma tingħata awtorizzazzjoni lil ditta tal-investiment li tkun:

(a)

sussidjarja ta' istituzzjoni ta' kreditu jew ta' intrapriża tal-assigurazzjoni awtorizzata fl-Unjoni Ewropea ;

(b)

sussidjarja tal-intrapriża prinċipali ta' istituzzjoni ta' kreditu jew ta' intrapriża tal-assigurazzjoni awtorizzata fl-Unjoni Ewropea ;

(c)

ikkontrollata mill-istess persuna fiżika jew ġuridika li tikkontrolla istituzzjoni ta' kreditu jew intrapriża tal-assigurazzjoni awtorizzata fl-Unjoni Ewropea .

3.   L-awtoritajiet kompetenti rilevanti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jikkonsultaw lil xulxin b'mod partikulari meta jkunu qegħdin jivvalutaw kemm ikunu xierqa l-azzjonisti jew il-membri u l-fama u l-esperjenza tal-persuni li jidderieġu in-negozju b'mod effettiv involut fil-ġestjoni ta' entità oħra tal-istess grupp. Huma għandhom jiskambjaw it-tagħrif kollu dwar kemm ikunu xierqa l-azzjonisti jew il-membri u dwar il-fama u l-esperjenza tal-persuni li jidderieġu b'mod effettiv in-negozju li jkun ta' rilevanza għall-awtoritajiet kompetenti l-oħra involuti, għall-konċessjoni ta' awtorizzazzjoni kif ukoll sabiex tiġi vvalutata b'mod kontinwu l-konformità mal-kundizzjonijiet operatorji.

4.   L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għall-konsultazzjoni ta' awtoritajiet kompetenti oħra qabel ma tingħata awtorizzazzjoni.

L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sa […] (74) .

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 89

Is-setgħat tal-Istati Membri ospitanti

1.   L-Istati Membri ospitanti għandhom jipprovdu li l-awtorità kompetenti tista', għall-għanijiet tal-istatistika, teħtieġ lid-ditti kollha tal-investiment li jkollhom friegħi fit-territorji tagħhom jirrappurtawlhom perjodikament dwar l-attivitajiet ta' dawn il-friegħi.

2.   Huma u jeżerċitaw ir-responsabbiltajiet tagħhom skont din id-Direttiva, l-Istati Membri ospitanti għandhom jipprovdu li l-awtorità kompetenti tista' teħtieġ lill-friegħi tad-ditti tal-investiment jipprovdu t-tagħrif meħtieġ sabiex tiġi mmonitorjata l-konformità tagħhom mal-istandards iffissati mill-Istat Membru ospitanti li japplikaw għalihom fil-każijiet ipprovduti fl-Artikolu 37(8). Dawn ir-rekwiżiti ma jistgħux ikunu iktar strinġenti minn dawk li jimponi l-istess Stat Membru fuq id-ditti stabbiliti fih sabiex jimmonitorja l-konformità tagħhom mal-istess standards.

Artikolu 90

Il-miżuri prekawzjonarji li jridu jittieħdu mill-Istati Membri ospitanti

1.   Meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jkollha raġunijiet ċari u li jistgħu jintwerew sabiex temmen illi ditta tal-investiment li taġixxi ġewwa t-territorju ta' dak l-Istat Membru bil-libertà li tipprovdi s-servizzi tkun bi ksur tal-obbligi li joħorġu mid-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva jew li ditta tal-investiment li jkollha fergħa fit-territorju tiegħu tkun bi ksur tal-obbliġi li joħorġu mid-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva li ma jikkonferixxux poteri fuq l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, għandha tirreferi dawn is-sejbiet lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju.

Jekk, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jew minħabba li dawn il-miżuri jinstabu inadegwati, id-ditta tal-investiment tippersisti li taġixxi f'manjiera li tkun ta' preġudizzju biċ-ċar għall-interessi tal-investituri tal-Istat Membru ospitanti jew tal-funzjonament tajjeb tas-swieq, għandu japplika dan li ġej:

(a)

wara li tgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha tieħu l-miżuri kollha x-xierqa sabiex tipproteġi lill-investituri u l-funzjonament tajjeb tas-swieq, li għandhom jinkludu l-possibbiltà li jiġi pprevenut li d-ditti tal-investiment li jkunu qegħdin jiksru l-liġi milli jibdew tranżazzjonijiet oħra fit-territorji tagħha. Il-Kummissjoni u l-AETS għandhom jiġu informati bit-tali miżuri mingħajr dewmien; u

(b)

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tista' tirreferi din il-kwistjoni lill-AETS, li tista' taġixxi skont is-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

2.   Meta l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ospitanti jaċċertaw ruħhom illi ditta tal-investiment li jkollha fergħa ġewwa t-territorju ta' dak l-Istat Membru tkun bi ksur tad-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji adottati f'dak l-Istat skont dawk id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li jikkonferixxu poteri fuq l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, dawn l-awtoritajiet għandhom jeħtieġu illi d-ditta tal-investiment ikkonċernata ġġib fi tmiemha s-sitwazzjoni irregolari tagħha.

Jekk id-ditta tal-investiment konċernata tonqos milli tieħu l-passi meħtieġa, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jieħdu l-miżuri x-xierqa kollha sabiex jiżguraw illi d-ditta tal-investiment konċernata ġġib fi tmiemha s-sitwazzjoni irregolari tagħha. In-natura ta' dawn il-miżuri għandha tiġi kkomunikata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju.

F'każ li, minkejja l-miżuri meħuda mill-Istat Membru ospitanti, id-ditta tal-investiment tippersisti li tikser id-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu fis-seħħ fl-Istat Membru ospitanti, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha, wara li tgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, tieħu l-miżuri kollha xierqa meħtieġa sabiex tipproteġi lill-investituri u l-funzjonament tajjeb tas-swieq. Il-Kummissjoni u l-AETS għandhom jiġu informati b'tali miżuri mingħajr dewmien.

Barra minn hekk, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tista' tirreferi l-kwistjoni lill-AETS, li tista' taġixxi f'konformità mas-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

3.   Meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti ta' suq regolat, ta' MTF jew ta' OTF ikollha raġunijiet ċari u li jistgħu jiġu murija sabiex temmen illi dan is-suq regolat, din l-MTF jew din l-OTF ikunu bi ksur tal-obbligi li joħorġu mid-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva, għandha tirreferi dawn is-sejbiet lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tas-suq regolat jew tal-MTF jew tal-OTF.

F'każ li, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jew minħabba li dawn il-miżuri jinstabu inadegwati, dak is-suq regolat jew l-MTF jippersistu li jaġixxu f'manjiera li tkun ta' preġudizzju ċar għall-interessi tal-investituri tal-Istat Membru ospitanti jew tal-funzjonament xieraq tas-swieq, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha, wara li tgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, tieħu l-miżuri kollha xierqa meħtieġa sabiex tipproteġi lill-investituri u l-funzjonament tajjeb tas-swieq, li għandhom jinkludu l-possibbiltà li jiġu pprevenuti dak is-suq regolat jew l-MTF milli jagħmlu l-arranġamenti tagħhom disponibbli lill-membri remoti jew lill-parteċipanti stabbiliti fl-Istat Membru ospitanti. Il-Kummissjoni u l-AETS għandhom jiġu informati b'tali miżuri mingħajr dewmien.

Barra minn hekk, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tista' tirreferi l-kwistjoni lill-AETS, li tista' taġixxi f'konformità mas-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

4.   Kull miżura adottata skont il-paragrafi 1, 2 jew 3 li tinvolvi sanzjonijiet jew restrizzjonijiet rigward l-attivitajiet ta' ditta tal-investiment jew ta' suq regolat għandha tkun iġġustifikata kif jixraq u kkomunikata lid-ditta tal-investiment konċernata jew lis-suq regolat konċernat.

Artikolu 91

Kooperazzjoni u skambju ta' informazzjoni mal-AETS fi ħdan is-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji (SESF), u mas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ)

-1a.

L-awtoritajiet kompetenti, bħala partijiet tal-SESF, għandhom jikkooperaw b'fiduċja u b'rispett reċiproku, partikolarment meta jiżguraw il-fluss ta' informazzjoni adegwata u affidabbli bejnhom u l-partijiet l-oħra tal-SESF bi qbil mal-prinċipju tal-kooperazzjoni sinċiera skont l-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

1.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-AETS għall-finijiet ta' din id-Direttiva, skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

2.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu, mingħajr dewmien, lill-AETS bl-informazzjoni kollha mehtiega biex twettaq dmirijietha skont din id-Direttiva u skont ir-Regolament (UE) Nru /… [MiFIR] u skont ir-Regolament 1095/2010 , u skont il-ħtieġa, jipprovdu l-banek ċentrali tas-SEBĊ bl-informazzjoni rilevanti kollha għall-prestazzjoni tal-funzjonijiet tagħhom .

Artikolu 91a

Protezzjoni tad-Dejta

Fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mwettaq minn Stati Membri fi ħdan il-qafas ta' din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR], l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE u r-regoli nazzjonali li jimplimentaw dik id-Direttiva. Fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-AETS fi ħdan il-qafas ta' din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR], l-AETS għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 91b

Kumitat konsultattiv tal-AETS dwar il-kummerċ bi frekwenza għolja

Sat-30 ta' Ġunju 2014, l-AETS għandha twaqqaf kumitat konsultattiv ta' esperti nazzjonali biex jiddeterminaw l-iżviluppi tan-negozjar bi frekwenza għolja li jistgħu potenzjalment jikkostitwixxu manipulazzjoni tas-suq bl-għan li:

(a)

jikber l-għarfien tal-AETS dwar in-negozjar bi frekwenza għolja; u

(b)

tiġi pprovduta lista ta' prattiki abbużivi fir-rigward tan-negozjar ta' frekwenza għolja, inklużi spoofing, quote stuffing u layering, għall-finijiet tal-Artikolu 5(1a) tar-Regolament (UE) Nru …/…. [MAR].

Artikolu 91c

Kumitat konsultattiv tal-AETS għat-teknoloġija fis-swieq finanzjarji

Sat-30 ta' Ġunju 2014, l-AETS għandha tistabbilixxi kumitat konsultattiv ta' esperti nazzjonali biex tistabbilixxi liema żviluppi teknoloġiċi fis-swieq jistgħu potenzjalment jikkostitwixxu abbuż tas-suq jew manipulazzjoni tas-suq bl-għan li:

(a)

żieda fl-għarfien tal-AETS dwar teknoloġija ġdida rigward strateġiji ta' negozjar u l-potenzjal tagħhom għal abbuż;

(b)

żieda mal-lista ta' prattiki abbużivi li diġà ġew identifikati li jikkonċernaw direttament strateġiji ta' negozjar ta' frekwenza għolja; u

(c)

valutazzjoni tal-effikaċja ta' approċċi differenti ta' postijiet ta' negozjar biex jiġu ttrattati r-riskji assoċjati ma' prattiki ġodda ta' negozjar.

Bħala riżultat tal-valutazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-ewwel paragrafu, l-AETS għandha toħloq linji gwida addizzjonali għall-aħjar prattika fis-swieq finanzjarji kollha tal-Unjoni.

IL-KAPITOLU III

IL-KOOPERAZZJONI MA' PAJJIŻI TERZI

Artikolu 92

L-iskambju tat-tagħrif mal-pajjiżi terzi

1.   L-Istati Membri u, skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-AETS, jistgħu jikkonkludu ftehimiet ta' kooperazzjoni li jipprevedu l-iskambju informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi biss jekk l-informazzjoni żvelata tkun soġġetta għal garanziji ta' segretezza professjonali mill-inqas ekwivalenti għal dawk meħtieġa skont l-Artikolu 81. Dan l-iskambju ta' informazzjoni jrid ikun maħsub għat-twettiq tal-kompiti ta' dawk l-awtoritajiet kompetenti.

Stat Membru għandu jittrasferixxi dejta personali lil pajjiż terz skont il-Kapitolu IV tad-Direttiva 95/46/KE.

L-AETS għandha tittrasferixxi d-dejta personali lil pajjiż terz skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 45/2001.

L-Istati Membri u l-AETS jistgħu jikkonkludu wkoll ftehimiet ta' kooperazzjoni li jipprevedu l-iskambju ta' informazzjoni ma' awtoritajiet, korpi u persuni fiżiċi jew ġuridiċi ta' pajjiż terz responsabbli għal wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

is-superviżjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn u intrapriżi tal-assigurazzjoni u s-superviżjoni tas-swieq finanzjarji;

(b)

il-likwidazzjoni u l-falliment ta' ditti tal-investiment u proċeduri oħra simili;

(c)

it-twettiq ta' awditjar statutorju tal-kontijiet ta' ditti tal-investiment u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn, ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u intrapriżi tal-assigurazzjoni fit-twettiq tal-funzjonijiet superviżorji tagħhom, jew l-amministrazzjoni ta' skemi tal-kumpens fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom;

(d)

is-sorveljanza tal-korpi involuti fil-likwidazzjoni u l-falliment ta' ditti tal-investiment u fi proċeduri oħra simili;

(e)

is-sorveljanza ta' persuni inkarigati mit-twettiq tal- awditjar statutorju tal-kontijiet tal-intrapriżi tal-assigurazzjoni, l-istituzzjonijiet ta' kreditu, id-ditti tal-investiment u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn.

(f)

is-sorveljanza ta' persuni attivi fis-swieq tal-kwoti tal-emissjonijiet għall-finijiet tal-iżgurar ta' stampa ġenerali konsolidata tas-swieq finanzjarji u spot.

Il-ftehimiet tal-kooperazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu jistgħu jiġu konklużi biss jekk l-informazzjoni żvelata tkun soġġetta għall-garanziji tas-segretezza professjonali li jkunu mill-inqas ekwivalenti għal dawk meħtieġa skont l-Artikolu 81. Dan l-iskambju ta' informazzjoni għandu jkun maħsub għat-twettiq tal-kompiti ta' dawk l-awtoritajiet jew korpi jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi. F'każ li ftehim tal-kooperazzjoni jinvolvi t-trasferiment ta' dejta personali min-naħa ta' Stat Membru, dan it-trasferiment għandu jkun konformi mal-Kapitolu IV tad-Direttiva 95/46/KE u mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 f'każ li l-AETS tkun involuta fit-trasferiment.

2.   Meta t-tagħrif joriġina fi Stat Membru ieħor, ma jistax jiġi żvelat mingħajr il-qbil espresss tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu ttrażmettewh u, meta jkun xieraq, għall-għanijiet biss li għalihom dawn l-awtoritajiet ikunu taw il-qbil tagħhom. L-istess dispożizzjoni tapplika għat-tagħrif ipprovdut mill-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiż terz.

IT-TITOLU VII

KAPITOLU 1

ATTI DELEGATI

Artikolu 94

Eżerċizzju tad-delega

1.   Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta atti delegati bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 2(3), l-Artikolu 4(2)(1), (3), (11), (12) u (27) sa (33d), l-Artikolu 13(1), l-Artikolu 16(12), l-Artikolu 17(6), l-Artikolu 23(3), l-Artikolu 24(8), l-Artikolu 25(6), l-Artikolu 27(7), l-Artikolu 28(3), l-Artikolu 30(5), l-Artikolu 32(3), l-Artikolu 35(8), l-Artikolu 44(4), l-Artikolu 51(7), l-Artikolu 52(6), l-Artikolu 53(4), l-Artikolu 60(5), l-Artikolu 66(6) u (7), 67(7) u (8), l-Artikolu 67a(3) u (6), l-Artikolu 68(5) u l-Artikolu 83(7) għandha tingħata għal perjodu indeterminat taż-żmien minn …  (75).

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 2(3), l-Artikolu 4(2)(1), (3), (11), (12) u (27) sa (33d), l-Artikolu 13(1), l-Artikolu 16(12), l-Artikolu 17(6), l-Artikolu 23(3), l-Artikolu 24(8), l-Artikolu 25(6), l-Artikolu 27(7), l-Artikolu 28(3), l-Artikolu 30(5), l-Artikolu 32(3), l-Artikolu 35(8), l-Artikolu 44(4), l-Artikolu 51(7), l-Artikolu 52(6), l-Artikolu 53(4), l-Artikolu 60(5), l-Artikolu 66(6) u (7), 67(7) u (8), l-Artikolu 67a(3) u (6), l-Artikolu 68(5) u l-Artikolu 83(7) għandha tingħata għal perjodu indeterminat taż-żmien minn … . Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. M'għandha taffettwa l-validità tal-ebda att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 2(3), l-Artikolu 4(1), (3), (11), (12) u (27) sa (33d), l-Artikolu 13(1), l-Artikolu 16(12), l-Artikolu 17(6), l-Artikolu 23(3), l-Artikolu 24(8), l-Artikolu 25(6), l-Artikolu 27(7), l-Artikolu 28(3), l-Artikolu 30(5), l-Artikolu 32(3), l-Artikolu 35(8), l-Artikolu 44(4), l-Artikolu 51(7), Artikolu 52(6), l-Artikolu 53(4), l-Artikolu 60(5), l-Artikolu 66(6) u (7), 67(7) u (8), l-Artikolu 67a(3) u (6), l-Artikolu 68(5) jew l-Artikolu 83(7) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la min-naħa tal-Parlament Ewropew u lanqas min-naħa tal-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw għall-att. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

KAPITOLU 2

ATTI TA' IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 95

Proċedura ta' Kumitat

1.    Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Ewropew tat-Titoli stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE (76). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 (77).

2.   Fejn issir refereneza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 għandu jkun applikabbli ▐.

KAPITOLU 3

ID-DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 96

Ir-rapporti u r-reviżjoni

1.   Qabel […] (78) il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-AETS, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar:

(a)

il-funzjonament tal-faċilitajiet organizzati tan-negozjar, filwaqt li tqis l-esperjenzi miksuba mill-awtoritajiet kompetenti fil-qasam tas-superviżjoni, l-għadd ta' OTFs awtorizzati fl-UE u s-sehem tagħhom mis-suq u b'mod partikolari teżamina jekk humiex meħtieġa aġġustamenti għad-definizzjoni ta' OTF u jekk id-diversi strumenti koperti mill-kategorija OTF jibqgħux xierqa ;

(b)

il-funzjonament tal-iskema għas-swieq ta' tkabbir tal-intrapriżi ż-żgħar u medji, filwaqt li tqis l-għadd ta' MTFs irreġistrati bħala swieq ta' tkabbir tal-intrapriżi ż-żgħar u medji, l-għadd ta' emittenti li hemm fihom u l-volumi rilevanti tal-kummerċ;

(c)

l-impatt tar-rekwiżiti marbutin mal-kummerċ awtomatizzat u ta' frekwenza għolja;

(d)

l-esperjenza marbuta mal-mekkaniżmu għall-projbizzjoni ta' ċerti prodotti u ċerti prattiki, filwaqt li tqis kemm-il darba l-mekkaniżmi jkunu tqabbdu u l-effetti tagħhom;

(e)

l-impatt tal-applikazzjoni jew limiti u kontrolli tal-pożizzjonijiet dwar il-likwidità, l-abbuż tas-suq u il-kundizzjonijiet xierqa ta' pprezzar u s-saldu fis-swieq tad-derivati tal-komoditajiet;

(f)

il-funzjonament tas-sistema tal-consolidated tape stabbilita skont it-Titolu V, b'mod partikulari d-disponibbiltà ta' tagħrif ta' kwalità għolja wara l-kummerċ f'format ikkonsolidat li jiġbor fih is-suq kollu fil-klassijiet kollha tal-assi bi standards li jkunu faċli għall-utent u bi spiża raġonevoli.

(fa)

l-impatt tas-sistema ta’ trasparenza fir-rigward tat-tariffi, il-kummissjonijiet u l-benefiċċji mhux monetarji u l-impatt tagħha fuq il-funzjonament xieraq tas-suq intern fil-livell ta’ parir tal-investiment transkonfinali. [Em. 9]

Artikolu 96a

Il-persunal u r-riżorsi tal-AETS

Sa […] (79), l-AETS għandha tevalwa l-ħtiġiijiet ta' persunal u riżorsi li jirriżultaw mit-teħid tas-setgħat u d-dmirijiet tagħha f'konformità ma' din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Artikolu 97

It-traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa […] (80) , il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw mal-Artikoli 1 sa 5, 7, 9, 10, 13 sa 25, 27 sa 32, 34 sa 37, 39, 41 sa 46, 48, 51 sa 54, 59 sa 69a, 71 sa 77, 79, 80, 83, 84, 85, 87 sa 90, 92 sa 99 u l-Annessi I u II [lista tal-Artikoli kollha li saru bidliet sustanzjali fihom meta mqabbel mad-Direttiva 2004/39/KE] . Huma għandhom jgħaddu t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih, kif ukoll tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandu jkollhom magħhom it-tali referenza meta jiġu ppubblikati b'mod uffiċjali. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza. Huma għandhom jinkludu wkoll dikjarazzjoni li tgħid li r-referenzi għad-Direttivi mħassra minn din id-Direttiva fil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għandhom jinftehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza u kif għandha titfassal dik id-dikjarazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jibdew japplikaw dawk il-miżuri minn […] (81) ħlief għad-dispożizzjonijiet li jittrasponu l-Artikolu 67(2) li għandhom jibdew japplikaw minn […] (82) .

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-AETS it-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 98

Revoka

Id-Direttiva 2004/39/KE, kif emendata mill-atti elenkati fil-Parti A tal-Anness IIa għandha titħassar b'effett minn […] (83), mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttiva 2004/39/KE stabbiliti fil-Parti B tagħha .

Ir-referenzi għad-Direttiva 2004/39/KE jew għad-Direttiva 93/22/KEE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva jew għar-Regolament (UE) Nru …/… [MiFIR] u għandhom jinqraw skont it-tabelli ta' korrelazzjoni stabbiliti fil-Partijiet A u B, rispettivament, tal-Anness IIb .

Ir-referenzi għat-termini ddefiniti fid-Direttiva 2004/39/KE jew fid-Direttiva 93/22/KEE jew għall-Artikoli tagħhom għandhom jinftehmu bħala referenzi għat-termini ekwivalenti ddefiniti f'din id-Direttiva u għall-Artikoli ekwivalenti mogħtija f'din id-Direttiva.

Artikolu 98a

Emenda tad-Direttiva 98/26/KE

Id-Direttiva 98/26/KE tiġi emendata kif ġej:

Fl-Artikolu 1, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-kwoti tal-emissjonijiet ta' unitajiet għall-konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra ġewwa l-Komunità (84) .

Artikolu 99

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

Ditti ta' pajjiż terz jistgħu jfornu servizzi u attivitajiet permezz ta' fergħa fl-Istati Membri, skont ir-reġimi nazzjonali, sa sena wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta' deċiżjoni b'rabta mal-pajjiż terz rilevanti skont l-Artikolu 41(3) .

Artikolu 100

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 101

Id-destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi …,

Għall- Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 161, 7.6.2012, p. 3.

(2)  ĠU C 191, 29.6.2012, p. 80.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Ottubru 2012

(4)  ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 141, 11.6.1993, p. 27.

(6)   ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.

(7)  ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

(8)  ĠU L 241, 2.9.2006, p. 1.

(9)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.

(10)  ĠU L 9, 15.1.2003, p. 3.

(11)   Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-13 ta' Lulju 2009 dwar regoli komuni għas-suq intern tal-elettriċità (ĠU L 198, 30.7.2009, p. 20).

(12)   Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94).

(13)   Regolament (KE) 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 15).

(14)   Regolament (KE) 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta' trażmissjoni tal-gass naturali (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 36).

(15)  ĠU L 247, 21.9.2007, p. 1.

(16)  Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplimentari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, intrapriżi tal-assikurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1).

(17)  Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital ta' kumpanniji tal-investiment u istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201).

(18)  Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-money laundering [ħasil tal-flus] u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15).

(19)  ĠU L 168, 27.6.2002, p. 43.

(20)  ĠU L 241, 2.9.2006, p. 26.

(21)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(22)  ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.

(23)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

(24)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(25)  ĠU L 184, 6.7.2001, p. 1.

(26)  ĠU L 326, 8.12.2011, p. 1.

(27)  ĠU L 115, 17.4.1998, p. 31.

(28)  ĠU L 109, 19.4.2001, p. 56.

(29)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13

(30)   ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1.

(31)   ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.

(32)   12 il-xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(33)  ĠU L 26, 31.1.1977, p. 1.

(34)  ĠU L 84, 26.3.1997, p. 22.

(35)  ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32.

(36)  ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38.

(37)  ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1.

(38)   18 il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(39)   Sentejn wara d-data d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(40)   12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(41)   ĠU L 135, 31.5.1994, p. 5 .

(42)  18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(43)  12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(44)  ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64.

(45)   12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(46)   12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(47)   12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(48)   18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(49)   18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(50)   18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(51)   18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(52)   12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(53)   12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(54)   12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(55)   18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(56)   18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(57)   12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(58)   12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(59)   12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(60)   18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva

(61)   12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva

(62)   12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva,

(63)   12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva

(64)   18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva

(65)   6 xhur wara l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

(66)   Sena wara d-data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

(67)   18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(68)   12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva

(69)  ĠU L 126, 12.5.1984, p. 20.

(70)  ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11.

(71)   18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(72)   18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(73)   18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(74)   18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(75)  Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(76)  ĠU L 191, 13.7.2001, p. 45.

(77)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(78)   42 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(79)   18 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(80)   Sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(81)   30 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(82)   42 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(83)   18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(84)   ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32."

Il-Ġimgħa 26 ta’ Ottubru 2012
ANNESS I

IL-LISTA TAS-SERVIZZI U L-ATTIVITAJIET U L-ISTRUMENTI FINANZJARJI

TAQSIMA A

IS-SERVIZZI U L-ATTIVITAJIET TAL-INVESTIMENT

(1)

Ir-riċeviment u t-trażmissjoni tal-ordnijiet b'rabta ma' strument finanzjarju wieħed jew iktar;

(2)

It-twettiq tal-ordnijiet f'isem il-klijenti;

(3)

In-negozjar f'isimhom stess;

(4)

Il-ġestjoni tal-portafoll;

(5)

Il-pariri dwar l-investiment;

(6)

Is-sottoskrizzjoni tal-istrumenti finanzjarji u/jew it-tqegħid tal-istrumenti finanzjarji fuq bażi ta' impenn sod;

(7)

It-tqegħid tal-istrumenti finanzjarji mingħajr bażi ta' impenn sod;

(8)

It-tħaddim tal-faċilitajiet multilaterali tan-negozjar;

(10)

It-tħaddim tal-faċilitajiet organizzati tan-negozjar.

TAQSIMA B

IS-SERVIZZI ANĊILLARI

(-1a)

It-tħaris u l-amministrazzjoni tal-istrumenti finanzjarji għall-klijenti, inklużi l-kustodja u s-servizzi relatati bħalma huma l-immaniġġjar tal-flus/tal-kollateral;

(1)

L-għoti ta' krediti jew selfiet lil investitur sabiex ikun permess li jwettaq tranżazzjoni fi strument finanzjarju wieħed jew iktar, meta d-ditta li tikkonċedi l-kreditu jew is-self tkun involuta fit-tranżazzjoni;

(2)

Il-pariri lill-intrapriżi dwar l-istruttura tal-kapital, l-istrateġija industrijali u materji relatati u l-pariri u s-servizzi li għandhom x'jaqsmu mal-fużjonijiet u x-xiri ta' intrapriżi;

(3)

Is-servizzi tal-kambju meta dawn ikunu marbutin mal-provvediment tas-servizzi tal-investiment;

(4)

Ir-riċerka dwar l-investiment u l-analiżi finanzjarja jew għamliet oħra ta' rakkomandazzjonijiet ġenerali li għandhom x'jaqsmu mat-tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji;

(5)

Is-servizzi li għandhom x'jaqsmu mas-sottoskrizzjoni;

(6)

Is-servizzi u l-attivitajiet ta' investiment kif ukoll is-servizzi anċillaru tat-tip inklużi fit-Taqsimiet A u B tal-Anness I li jkollhom x'jaqsmu mal-irfid tad-derivati inklużi fit-Taqsima C - 5, 6, 7 u 10 meta dawn ikunu konnessi mal-provvediment tal-investiment jew is-servizzi anċillari.

TAQSIMA C

L-ISTRUMENTI FINANZJARJI

(1)

It-titoli trasferibbli;

(2)

L-istrumenti tas-suq tal-flus;

(3)

L-unitajiet fl-intrapriżi għall-investiment kollettiv;

(4)

L-opzjonijiet, futuri, swaps, ftehimiet b'rata forward u kwalunkwe kuntratt ieħor tad-derivati li għandu x'jaqsam mat-titoli, il-valuti, ir-rati jew rendimenti tal-imgħax, ▐ jew strumenti oħra tad-derivati, indiċijiet finanzjarji jew miżuri finanzjarji li jistgħu jiġu saldati b'mod fiżiku jew fi flus;

(5)

L-opzjonijiet, futuri, swaps, ftehimiet b'rata forward u kwalunkwe kuntratt ta' derivati li jkollu x'jaqsam mal-komoditajiet li jridu jiġu saldati fi flus jew jistgħu jiġu saldati fi flus fuq l-għażla ta' waħda mill-partijiet aktar milli minħabba kontumaċja jew avveniment ta' terminazzjoni;

(6)

L-opzjonijiet, futuri, swaps, ftehimiet b'rata forward u kwalunkwe kuntratt ieħor ta' derivati li jkollu x'jaqsam mal-komoditajiet li mhumiex intiżi li jiġu saldati b'mod fiżiku, sakemm ikunu nnegozjati f'suq regolat u/jew MTF;

(6a)

Il-kuntratti ta' assigurazzjoni marbuta ma' strumenti relatati mal-investiment;

(7)

L-opzjonijiet, futuri, swaps, ftehimiet b'rata forward u kwalunkwe kuntratt ieħor ta' derivati li jkollu x'jaqsam mal-komoditajiet li jistgħu jiġu saldati b'mod fiżiku mhux imsemmi xorta oħra f'C.6 u li ma jkunux għal għanijiet kummerċjali, li jkollhom il-karatteristiċi ta' strumenti finanzjarji oħra ta' derivati, filwaqt li jitqies, fost ħwejjeġ oħra, li jiġu kklerjati u saldati permezz ta' ċentri tal-ikklerjar rikonoxxuti jew ikunu soġġetti għas-sejħiet regolari tal-marġini;

(8)

L-istrumenti derivati għat-trasferiment tar-riskju tal-kreditu;

(9)

Il-kuntratti finanzjarji għad-differenzi;

(10)

L-opzjonijiet, futuri, swaps, ftehimiet b'rata forward u kwalunkwe kuntratt ieħor ta' derivati li jkollhom x'jaqsmu mal-varjabbli klimatiċi, ir-rati tal-ġarr tal-merkanzija, il-kwoti tal-emissjonijiet jew ir-rati tal-inflazzjoni jew statistiċi ekonomiċi oħra uffiċjali li jridu jiġu saldati fi flus jew jistgħu jiġu saldati fi flus fuq il-għażla ta' waħda mill-partijiet aktar milli minħabba kontumaċja jew avveniment ta' terminazzjoni, kif ukoll kull kuntratt ta' derivati li jkolli x'jaqsam mal-attivi, id-drittijiet, l-obbligi, l-indiċijiet jew il-miżuri mhux imsemmija xorta oħra f'din it-Taqsima, li jkollhom il-karatteristiċi ta' strumenti finanzjarji oħra ta' derivati, filwaqt li jitqies jekk, fost ħwejjeġ oħra jiġux innegozjati f'suq regolat jew MTF, jiġux ikklerjati u saldati permezz ta' ċentri tal-ikklerjar rikonoxxuti jew ikunu soġġetti għal sejħiet regolari tal-marġini;

(11)

Il-kwoti tal-emissjonijiet li jikkonsistu fi kwalunkwe unità rrikonoxxuta għall-konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2003/87/KE (l-iskema għan-negozjar tal-emissjonijiet).

(11a)

Speċifikazzjonijiet addizzjonali b'rabta mal-punti (7) u (10).

1.

Għall-finijiet tal-punt (7), kuntratt li ma jkunx spot contract fit-tifsira tal-paragrafu 2 u li ma jkunx kopert mill-paragrafu 4 għandu jitqies bħala kuntratt li għandu l-karatteristiċi ta' strumenti finanzarji derivati oħra u li mhux għal finijiet kummerċjali jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jissodisfa wieħed mis-settijiet ta' kriterji li ġejjin:

(i)

jiġi nnegozjat f'faċilità tan-negozjar ta' pajjiż terz li twettaq funzjoni simili għal suq regolat, MTF jew OTF;

(ii)

ikun espliċitament iddikjarat sabiex isir negozju dwaru, jew ikun suġġett għar-regoli ta' suq regolat, ta' MTF, OTF jew ta' faċilità tan-negozjar ta' pajjiż terz ta' din ix-xorta;

(iii)

ikun espliċitament iddikjarat li huwa ekwivalenti għal kuntratt innegozjat f'suq regolat, MTF, OTF jew f'faċilità tan-negozjar ta' pajjiż terz ta' din ix-xorta;

(b)

jiġi kklerjat minn clearing house jew minn entità oħra li twettaq l-istess funzjonijiet bħal kontroparti ċentrali, jew ikun hemm arranġamenti għall-pagament jew għall-provvista ta' marġni b'relazzjoni għall-kuntratt;

(c)

jiġi standardizzat sabiex, b'mod partikolari, il-prezz, il-lott, id-data tal-konsenja jew termini oħra jiġu ddeterminati b'mod prinċipali b'referenza għal prezzijiet ippubblikati regolarment, lottijiet standard jew dati standard ta' konsenja.

2.

Spot contract għall-finijiet tal-paragrafu 1 tfisser kuntratt għall-bejgħ ta' komodità, assi jew dritt, li skond it-termini tiegħu il-konsenja tkun skedata biex issir fl-itwal mill-perjodi li ġejjin:

(a)

jumejn ta' negozjar;

(b)

il-perjodu ġeneralment aċċettat fis-suq għal dik il-komodità, assi jew dritt bħala l-perjodu standard ta' konsenja.

Madankollu, kuntratt mhuwiex spot contract jekk, irrispettivament mit-termini espliċiti tiegħu, ikun hemm arranġament bejn il-partijiet tal-kuntratt li l-konsenja tat-titolu sottostanti għandha tiġi posposta u m'għandiex titwettaq fil-perjodu li jissemma fl-ewwel subparagrafu.

3.

Għall-finijiet tal-punt (10), kuntratt derivattiv relatat ma' titolu sottostanti li jissemma f'din it-Taqsima għandu jitqies bħala kuntratt li għandu l-karatteristiċi ta' strumenti finanzjarji derivati oħrajn jekk tiġi sodisfatta waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

dak il-kuntratt jitħallas bi flus kontanti jew jista' jitħallas bi flus kontanti skond kif tagħżel parti waħda jew aktar, għal raġuni oħra għajr minħabba nuqqas ta' ħlas jew avveniment ieħor ta' terminazzjoni;

(11a)

Speċifikazzjonijiet addizzjonali fir-rigward tal-punti (7) u (10)_(b) li l-kuntratt huwa negozjat f'suq regolat, MTF jew OTF;

(c)

il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ġew sodisfatti b'relazzjoni ma' dak il-kuntratt.

4.

Kuntratt għandu jitqies li huwa għal skopijiet kummerċjali għall-finijiet tal-punt (7) u bħala kuntratt li m'għandux il-karatteristiċi ta' strumenti finanzarji derivati oħrajn għall-finijiet tal-punt (7) u (10) jekk parti tidħol fih ma' operatur jew amministratur ta' gradilja tat-tranżmissjoni tal-enerġija, ta' mekkaniżmu ta' bbilanċjar tal-enerġija jew ta' netwerk ta' pipeline, jew jidħol fih l-operatur jew l-amministratur innifsu, u jkun meħtieġ li l-provvisti u l-użi tal-enerġiji fi żmien partikolari jinżammu f'bilanċ.

5.

Minbarra l-kuntratti derivati ta' tip li jissemma' fil-punt (10), kuntratt derivattiv relatat ma' kwalunkwe fattur milli ġejjin għandu jaqa' taħt il-punt (10) jekk jissodisfa l-kriterji stabbiliti kemm fil-punt (10) u kif ukoll fil-paragrafu 3:

(a)

il-bandwidth tat-telekomunikazzjonijiet;

(b)

il-kapaċità għall-ħażna tal-komoditajiet;

(c)

il-kapaċità għat-tranżmissjoni jew għat-trasport relatata mal-komoditajiet, kemm jekk kejbil, pipeline jew mezzi oħrajn;

(d)

konċessjoni, kreditu, permess, dritt jew assi simili li tkun direttament konnessa mal-provvista, mad-distribuzzjoni jew mal-konsum tal-enerġija li ġejja minn riżorsi rinnovabbli;

(e)

varjabbli ġeoloġika, ambjentali jew fiżika oħra;

(f)

kwalunkwe assi jew dritt ieħor ta' natura funġibbli, għajr dritt li jiġi riċevut servizz, li jista' jiġi ttrasferit;

(g)

indiċi jew miżura relatata mal-prezz jew mal-valur ta', jew mal-volum ta' tranżazzjoni fi kwalunkwe assi, dritt, servizz jew obbligu.

IT-TAQSIMA D

LISTA TAS-SERVIZZI TA' RRAPPURTAR TAD-DEJTA

(1)

It-tħaddim ta' arranġament approvat għall-pubblikazzjoni;

(2)

It-tħaddim ta' fornitur tas-sistema tal-consolidated tape;

(3)

It-tħaddim ta' mekkaniżmu approvat għar-rappurtar.

Il-Ġimgħa 26 ta’ Ottubru 2012
ANNESS II

IL-KLIJENTI PROFESSJONALI GĦALL-GĦANIJIET TA' DIN ID-DIRETTIVA

Klijent professjonali huwa klijent li jippossjiedi għandu l-esperjenza, l-għarfien u l-kompetenza sabiex jieħu d-deċiżjonijiet tal-investiment tiegħu stess u jivvaluta sewwa r-riskji li jġorru. Sabiex jiġi kkunsidrat bħala klijent professjonali, il-klijent irid jikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

I.   IL-KATEGORIJI TAL-KLIJENT LI HUMA KKUNSIDRATI LI HUMA PROFESSJONALI

Dawn li ġejjin kollha għandhom jitqiesu bħala klijenti professjonali fis-servizzi u l-attivitajiet kollha tal-investiment u fl-istrumenti finanzjarji kollha għall-għanijiet ta' din id-Direttiva:

(1)

L-entitajiet li huma meħtieġa li jkunu awtorizzati jew irregolati sabiex joperaw fis-swieq finanzjarji. Il-lista ta' hawn taħt għandha tinftiehem li tinkludi l-entitajiet kollha awtorizzati li jkunu qed iwettqu l-attivitajiet karatteristiċi tal-entitajiet imsemmija: l-entitajiet awtorizzati minn Stat Membru skont Direttiva, l-entitajiet awtorizzati jew irregolati minn Stat Membru mingħajr riferiment għal Direttiva partikulari u l-entitajiet awtorizzati jew irregolati minn pajjiż terz:

(a)

l-istituzzjonijiet ta' kreditu;

(b)

id-ditti tal-investiment;

(c)

istituzzjonijiet finanzjarji oħra awtorizzati jew regolati;

(d)

il-kumpaniji tal-assigurazzjoni;

(e)

l-iskemi ta' investiment kollettiv u l-kumpaniji maniġerjali ta' dawn l-iskemi;

(f)

il-fondi tal-pensjonijiet u l-kumpaniji maniġerjali ta' dawn il-fondi;

(g)

in-negozjanti tal-komoditajiet u tad-derivati tal-komoditajiet;

(h)

l-intrapriżi lokali;

(i)

investituri oħra istituzzjonali;

(2)

L-intrapriżi l-kbar li jissodisfaw tnejn mir-rekwiżiti li ġejjin dwar id-daqs fuq il-bażi ta' kumpanija:

it-total tal-karta tal-bilanċ:

EUR 20 000 000

il-fatturat nett:

EUR 40 000 000

il-fondi proprji:

EUR 2 000 000

(3)

Il-gvernijiet nazzjonali u reġjonali, inklużi l-korpi pubbliċi li jimmaniġġaw id-dejn pubbliku fil-livell nazzjonali jew reġjonali, il-Banek Ċentrali, l-istituzzjonijiet internazzjonali u supranazzjonali bħalma huma l-Bank Dinji, il-FMI, il-BĊE u l-BEI u organizzazzjonijiet internazzjonali simili oħrajn.

(4)

Investituri oħra istituzzjonali li l-attività ewlenija tagħhom hija li jinvestu fl-istrumenti finanzjarji, inklużi l-entitajiet iddedikati għat-titolizzazzjoni tal-assi jew għal tranżazzjonijiet finanzjarji oħra.

L-entitajiet imsemmija hawn fuq huma kkunsidrati bħala klijenti professjonali. Iridu madankollu jitħallew jitolbu trattament bħala klijenti mhux professjonali u d-ditti tal-investiment jistgħu jaqblu li jipprovdu livell ogħla ta' protezzjoni. Meta l-klijent ta' ditta tal-investiment ikun intrapriża msemmija hawn fuq, id-ditta tal-investiment trid tgħarrfu, qabel tipprovdilu kwalunkwe servizz, li, fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli għad-ditta, il-klijent jitqies li huwa klijent professjonali, u se jiġi ttrattat bħala tali għajr jekk id-ditta u l-klijent jiftehmu mod ieħor. Id-ditta trid tgħarraf ukoll lill-klijent li huwa jista' jitlob varjazzjoni fit-termini tal-ftehim biex jikseb livell ogħla ta' protezzjoni.

Hija r-responsabbiltà tal-klijent li jitqies bħala klijent professjonali li jitlob livell ogħla ta' protezzjoni meta jqis li mhux kapaċi jivvaluta sewwa jew jamministra sewwa r-riskji involuti.

Dan il-livell ogħla ta' protezzjoni se jiġi pprovdut meta klijent li huwa kkunsidrat bħala wieħed professjonali jidħol fi ftehim bil-miktub mad-ditta tal-investiment sabiex ma jiġix ittrattat bħala klijent professjonali għall-għanijiet tar-reġim applikabbli tal-kondotta tal-operat. Ftehim bħal dan għandu jispeċifika jekk dan japplikax għal servizz jew tranżazzjoni partikulari wieħed jew iktar, jew għal tip ta' prodott jew ta' tranżazzjoni wieħed jew iktar.

II.1II.   IL-KLIJENTI LI JISTGĦU JIĠU TTRATTATI BĦALA PROFESSJONALI FUQ TALBA

II.1.   Il-kriterji tal-identifikazzjoni

Il-klijenti għajr dawk imsemmija fit-Taqsima I, inklużi l-korpi tas-settur pubbliku minbarra l-awtoritajiet lokali pubbliċi, il-muniċipalitajiet u inkluż l-investituri individwali privati, jistgħu ukoll jitħallew jirrinunzjaw għal uħud mill-protezzjonijiet mogħtija mir-regoli tal-kondotta tal-operat.

Id-ditti tal-investiment għandhom għalhekk jingħataw il-permess li jittrattaw lil kull wieħed mill-klijenti ta' hawn fuq bħala klijent professjonali sakemm ikunu ssodisfati l-kriterji u l-proċedura rilevanti msemmija hawn taħt. Madankollu, dawn il-klijenti ma għandhomx jiġu preżunti li jippossjiedu għarfien u esperjenza tas-suq ipparagunati ma' dak tal-kategoriji elenkati fit-Taqsima I.

Kull rinunzja ta' dan it-tip tal-protezzjoni mogħtija mir-reġim standard tal-kondotta tal-operat għandha titqies valida biss jekk valutazzjoni adegwata tal-kompetenza, l-esperjenza u l-għarfien tal-klijent, imwettqa mid-ditta tal-investiment, tagħti assigurazzjoni raġonevoli, fid-dawl tan-natura tat-tranżazzjonijiet jew tas-servizzi previsti, illi l-klijent huwa kapaċi jieħu d-deċiżjonijiet tal-investiment tiegħu stess u jifhem ir-riskji involuti.

It-test ta' idonejità li jsir għall-amministraturi u d-diretturi tal-entitajiet illiċenzjati skont id-Direttivi fil-kamp finanzjarju jista' jitqies bħala eżempju tal-valutazzjoni tal-kompetenza u tal-għarfien. Fil-każ tal-entitajiet iż-żgħar, il-persuna suġġetta għall-valutazzjoni ta' hawn fuq għandha tkun il-persuna li hija awtorizzata twettaq tranżazzjonijiet f'isem l-entità.

Hija u titwettaq il-valutazzjoni ta' hawn fuq, għandhom jiġu ssodisfati mill-inqas tnejn mill-kriterji li ġejjin:

li l-klijent ikun wettaq tranżazzjonijiet ta' daqs sinifikanti fis-suq rilevanti bi frekwenza medja ta' 10 f'kull kwart tas-sena fuq l-erba' kwarti preċedenti,

li d-daqs tal-portafoll tal-istrument finanzjarju tal-klijent, iddefinit bħala wieħed li jinkludi depożiti ta' flus u strumenti finanzjarji, jaqbeż il-EUR 500 000,

li l-klijent jaħdem jew ikun ħadem fis-settur finanzjarju għal mill-inqas sena f'pożizzjoni professjonali, li teħtieġ għarfien dwar it-tranżazzjonijiet jew is-servizzi previsti.

II.2.   IL-PROĊEDURA

Il-klijenti ddefiniti hawn fuq jistgħu jirrinunzjaw biss għall-benefiċċju tar-regoli ddettaljati tal-kondotta meta tiġi segwita l-proċedura li ġejja:

iridu jiddikjaraw bil-kitba lid-ditta tal-investiment li jixtiequ jiġu ttrattati bħala klijenti professjonali, jew b'mod ġenerali jew rigward servizz jew tranżazzjoni partikulari tal-investiment jew tip ta' tranżazzjoni jew prodott,

id-ditta tal-investiment trid tagħtihom twissija ċara bil-miktub dwar il-protezzjonijiet u d-drittijiet tal-kumpens għall-investituri li jistgħu jitilfu,

iridu jiddikjaraw bil-miktub, f'dokument separat mill-kuntratt, li huma konxji mill-konsegwenzi tat-telf ta' dawn il-protezzjonijiet.

Qabel ma jiddeċiedu li jaċċettaw kull talba għal rinunzja, id-ditti tal-investiment iridu jkunu meħtieġa jieħdu l-passi kollha raġonevoli sabiex jiżguraw illi l-l-klijent li jitlob li jiġi ttrattat bħala klijent professjonali jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti ddikjarati fit-Taqsima II.1 ta' hawn fuq.

Madankollu, jekk il-klijenti jkunu diġà ġew ikkategorizzati bħala professjonali skont parametri u proċeduri simili għal dawk ta' hawn fuq, ir-relazzjonijiet tagħhom mad-ditti tal-investiment m'għandhomx għalfejn jiġu affettwati mir-regoli l-ġodda adottati skont dan l-Anness.

Id-ditti jridu jimplimentaw politiki u proċeduri interni xierqa bil-miktub sabiex jikkategorizzaw lill-klijenti. Il-klijenti professjonali huma responsabbli li jżommu lid-ditta mgħarrfa dwar kull bidla li tista' taffettwa l-kategorizzazzjoni kurrenti tagħhom. Jekk id-ditta tal-investiment issir madankollu konxja illi l-klijent m'għadux jissodisfa l-kundizzjonijiet inizjali li jkunu għamluh eliġibbli għal trattament professjonali, id-ditta tal-investiment trid tieħu l-azzjoni x-xierqa dwar dan.

Il-Ġimgħa 26 ta’ Ottubru 2012
ANNESS IIA

Parti A

Direttiva mħassra flimkien ma' lista tal-emendi suċċessivi tagħha (imsemmi fl-Artikolu 98)

 

Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1)

 

Direttiva 2006/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, fir-rigward ta' ċerti skadenzi (ĠU L 114, 27.4.2006, p. 60).

 

Direttiva 2007/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 fir-rigward tar-regoli ta' proċedura u l-kriterji ta' evalwazzjoni għall-evalwazzjoni prudenzjali ta' akkwisti u żidiet fil-holdings fis-settur finanzjarju (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 1).

 

Direttiva 2008/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (ĠU L 76, 19.3.2008, p. 33)

 

Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120)

Parti B

Lista tal-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali (imsemmi fl-Artikolu 98)

Direttiva 2004/39/KE

Perjodu ta' traspożizzjoni:

31 ta' Jannar 2007

Perjodu ta' implimentazzjoni

1 ta' Novembru 2007

Il-Ġimgħa 26 ta’ Ottubru 2012
ANNESS IIB

Tabelli ta' Korrelazzjoni

Parti A

Din id-Direttiva

Direttiva 2004/39/KE

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(2)

 

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(2)

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3(1)(2)

Artikolu 3(1)u (2)

Artikolu 3(3)(4)

 

Artikolu 4(1)

 

Artikolu 4(2)

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(3)

Artikolu 4(2)

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7(1)(2)(3)(4)

Artikolu 7(1), (2), (3) u (4)

Artikolu 7(5)

Artikolu 7(4)

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9(1)(2)(3)(4)

Artikolu 9(1)

Artikolu 9(5)

Artikolu 9(2)

Artikolu 9(6)

 

Artikolu 9(7)

Artikolu 9(3)

Artikolu 9(8)

Artikolu 9(4)

Artikolu 10(1)(2)

Artikolu 10(1) u (2)

Artikolu 10(3)

 

Artikolu 11(1)

Artikolu 10(3)

Artikolu 11(2)

Artikolu 10(4)

Artikolu 11(3)

Artikolu 10(5)

Artikolu 11(4)

Artikolu 10(6)

Artikolu 12

Artikolu 10a

Artikolu 13

Artikolu 10b

Artikolu 14

Artikolu 11

Artikolu 15

Artikolu 12

Artikolu 16(1)(2)(3)(4)(5)(6)

Artikolu 13(1), (2), (3), (4), (5) u (6)

Artikolu 16(7)

 

Artikolu 16(8)

Artikolu 13(7)

Artikolu 16(9)

Artikolu 13(8)

Artikolu 16(10)

 

Artikolu 16(11)

Artikolu 13(9)

Artikolu 16(12)

Artikolu 13(10)

Artikolu 17

 

Artikolu 18(1)(2)

Artikolu 14(1) u (2)

Artikolu 18(3)

Artikolu 14(4)

Artikolu 18(4)

Artikolu 14(5)

Artikolu 18(5)

Artikolu 14(6)

Artikolu 18(6)

Artikolu 14(7)

Artikolu 18(7)(8)

 

Artikolu 19

 

Artikolu 20

 

Artikolu 21

Artikolu 16

Artikolu 22

Artikolu 17

Artikolu 23

Artikolu 18

Artikolucle 24(1)(2)(3)

Artikolu 19(1), (2) u (3)

Artikolu 24(4)

Artikolu 19(9)

Artikolu 24(5)

 

Artikolu 24(6)

 

Artikolu 24(7)

 

Artikolu 24(8)

 

Artikolu 25(1)

Artikolu 19(4)

Artikolu 25(2)

Artikolu 19(5)

Artikolu 25(3)

Artikolu 19(6)

Artikolu 25(4)

Artikolu 19(7)

Artikolu 25(5)

Artikolu 19(8)

Artikolu 25(6)

Artikolu 19(10)

Artikolu 25(7)

 

Artikolu 26

Artikolu 20

Artikolu 27(1)

Artikolu 21(1)

Artikolu 27(2)

 

Artikolu 27(3)

Artikolu 21(2)

Artikolu 27(4)

Artikolu 21(3)

Artikolu 27(5)

Artikolu 21(4)

Artikolu 27(6)

Artikolu 21(5)

Artikolu 27(7)

Artikolu 21(6)

Artikolu 27(8)

 

Artikolu 28

Artikolu 22

Artikolu 29

Artikolu 23

Artikolu 30

Artikolu 24

Artikolu 31

Artikolu 26

Artikolu 32

 

Artikolu 33

 

Artikolu 34

 

Artikolu 35

 

Artikolu 36(1)(2)(3)(4)

Artikolu 31(1), (2),(3) u (4)

Artikolu 36(5)

 

Artikolu 36(6)

Artikolu 31(5)

Artikolu 36(7)

Artikolu 31(6)

Artikolu 36(8)(9)

Artikolu 31(7)

Artikolu 37(1)(2)(3)(4)(5)(6)

Artikolu 32(1), (2), (3), (4), (5) u (6)

Artikolu 37(7)

 

Artikolu 37(8)

Artikolu 32(7)

Artikolu 37(9)

Artikolu 32(8)

Artikolu 37(10)

Artikolu 32(9)

Artikolu 37(11)

Artikolu 32(10)

Artikolu 38

Artikolu 33

Artikolu 39

Artikolu 34

Artikolu 40

Artikolu 35

Artikolu 41

 

Artikolu 42

 

Artikolu 43

 

Artikolu 44

 

Artikolu 45

 

Artikolu 46

 

Artikolu 47

Artikolu 36

Artikolu 48

Artikolu 37

Artikolu 49

Artikolu 38

Artikolu 50

Artikolu 39

Artikolu 51

 

Artikolu 52

Artikolu 40

Artikolu 53(1)(2)

Artikolu 41(1) u (2)

Artikolu 53(3)(4)

 

Artikolu 54

 

Artikolu 55

Artikolu 42

Artikolu 56

Artikolu 43

Artikolu 57

Artikolu 46

Artikolu 58

Artikolu 47

Artikolu 59

 

Artikolu 60

 

Artikolu 61

 

Artikolu 62

 

Artikolu 63

 

Artikolu 64

 

Artikolu 65

 

Artikolu 66

 

Artikolu 67

 

Artikolu 68

 

Artikolu 69

Artikolu 48

Artikolu 70

Artikolu 49

Artikolu 71(1)(2)

Artikolu 50(1) u (2)

Artikolu 71(3)(4)

 

Artikolu 72

 

Artikolu 73(1)

Artikolu 51(1)

Artikolu 73(2)

 

Artikolu 73(3)

Artikolu 51(4)

Artikolu 73(4)

Artikolu 51(5)

Artikolu 73(5)

Artikolu 51(6)

Artikolu 74

 

Artikolu 75

 

Artikolu 76

 

Artikolu 77

 

Artikolu 78

 

Artikolu 79

Artikolu 52

Artikolu 80

Artikolu 53

Artikolu 81

Artikolu 54

Artikolu 82

Artikolu 55

Artikolu 83(1)(2)(3)(4)

Artikolu 56(1), (2), (3) u (4)

Artikolu 83(5)(6)

 

Artikolu 83(7)

Artikolu 56(5)

Artikolu 83(8)

Artikolu 56(6)

Artikolu 84

Artikolu 57

Artikolu 85

Artikolu 58

Artikolu 86

Artikolu 58a

Artikolu 87

Artikolu 59

Artikolu 88

Artikolu 60

Artikolu 89

Artikolu 61

Artikolu 90

Artikolu 62

Artikolu 91

Artikolu 62a

Artikolu 92

Artikolu 63

Artikolu 93

 

Artikolu 94

 

Artikolu 95

 

Artikolu 96

Artikolu 65

Artikolu 97

Artikolu 70

Artikolu 98

 

Artikolu 99

Artikolu 71

Artikolu 100

Artikolu 72

Artikolu 101

Artikolu 73

Anness I

Anness I

Anness II

Anness II


Parti B

Regolament (EU) No …/… [MiFIR].

Direttiva 2004/39/KE

Artikolu 1

 

Artikolu 2

Artikolu 4

Artikolu 3(1)

Artikolu 29(1) u Artikolu 44(1)

Artikolu 3(2)

Artikolu 44(1)

Artikolu 4(1)

Artikolu 29(2) u Artikolu 44(2)

Artikolu 4(2)

 

Artikolu 4(3)

Artikolu 29(3) u Artikolu 44(3)

Artikolu 4(4)

 

Artikolu 5(1)

Artikolu 30(1) u Artikolu 45(1)

Artikolu 5(2)

Artikolu 45(1)

Artikolu 6(1)

Artikolu 30(2) u Artikolu 45(2)

Artikolu 6(2)

Artikolu 30(3) u Artikolu 45(3)

Artikolu 7

 

Artikolu 8

 

Artikolu 9

 

Artikolu 10

 

Artikolu 11

 

Artikolu 12

Artikolu 28 u Artikolu 30,

Artikolu 45

 

Artikolu 13

Artikolu 27(1) u (2)

Artikolu 14(1)(2)(3)(4)

Artikolu 27(3)

Artikolu 14(5)

Artikolu 27(7)

Artikolu 14(6)

 

Artikolu 15

Artikolu 27(4)

Artikolu 16(1)

Artikolu 27(5)

Artikolu 16(2)

Artikolu 27(6)

Artikolu 16(3)

Artikolu 27(7)

Artikolu 17

 

Artikolu 18

 

Artikolu 19

Artikolu 28

Artikolu 20

 

Artikolu 21

Artikolu 25(1)

Artikolu 22(1)

Artikolu 25(2)

Artikolu 22(2)

 

Artikolu 23(1)(2)

Artikolu 25(3)

Artikolu 23(3)

Artikolu 25(4)

Article 23(4)

 

Artikolu 23(5)

 

Artikolu 23(6)

Artikolu 25(5)

Artikolu 23(7)

Artikolu 25(6)

Artikolu 23(8)

Artikolu 25(7)

Artikolu 23(9)

 

Artikolu 24

 

Artikolu 25

 

Artikolu 26

 

Artikolu 27

 

Artikolu 28

 

Artikolu 29

 

Artikolu 30

 

Artikolu 31

 

Artikolu 32

 

Artikolu 33

 

Artikolu 34

 

Artikolu 35

 

Artikolu 36

 

Artikolu 36

 

Artikolu 37

 

Artikolu 38

 

Artikolu 39

 

Artikolu 40

 

Artikolu 41

 

Artikolu 42

Artikolu 64

Artikolu 43

Artikolu 65

Artikolu 44

 

Artikolu 45

Artikolu 71

Artikolu 46

Artikolu 72


Top