Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012AP0004

    Ftehim UE-Ġeorġja dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi ta' prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel *** Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad- 19 ta' Jannar 2012 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (09737/2011 – C7-0202/2011 – 2011/0090(NLE))

    ĠU C 227E, 6.8.2013, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.8.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 227/38


    Il-Ħamis 19 ta’ Jannar 2012
    Ftehim UE-Ġeorġja dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi ta' prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel ***

    P7_TA(2012)0004

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Jannar 2012 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (09737/2011 – C7-0202/2011 – 2011/0090(NLE))

    (2013/C 227 E/10)

    (Approvazzjoni)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (09737/2011),

    wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (09738/2011),

    wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni mressqa mill-Kunsill bi qbil mal-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) u l-Artikolu 218(7), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7–0202/2011),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7–0450/2011),

    1.

    Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Ġeorġja.


    Top