Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011XP0556

Nomina ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri (Is-Sur K. CARDIFF - IE) Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat- 13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ħatra proposta ta' Kevin Cardiff bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0347/2011 – 2011/0812(NLE))

ĠU C 168E, 14.6.2013, p. 144–144 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 168/144


It-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2011
Nomina ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri (Is-Sur K. CARDIFF - IE)

P7_TA(2011)0556

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ħatra proposta ta' Kevin Cardiff bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0347/2011 – 2011/0812(NLE))

2013/C 168 E/30

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0347/2011),

wara li kkunsidra l-fatt li fil-laqgħa tiegħu tat-23 ta’ Novembru 2011 il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema’ lill-kandidat propost mill-Kunsill għall-kariga ta’ membru tal-Qorti tal-Awdituri,

wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0419/2011),

A.

billi Kevin Cardiff jissodisfa il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE;

1.

Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta mill-Kunsill għall-ħatra ta' Kevin Cardiff bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta’ informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet ta’ verifika tal-Istati Membri.


Top