Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011XP0299

    Sistema volontarja ta’ tikkettar b’format Braille fuq il-pakkett ta’ prodotti industrijali Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 23 ta' Ġunju 2011 dwar sistema volontarja ta’ tikkettar b’format Braille fuq il-pakkett ta’ prodotti industrijali

    ĠU C 390E, 18.12.2012, p. 65–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.12.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 390/65


    Il-Ħamis 23 ta’ Ġunju 2011
    Sistema volontarja ta’ tikkettar b’format Braille fuq il-pakkett ta’ prodotti industrijali

    P7_TA(2011)0299

    Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2011 dwar sistema volontarja ta’ tikkettar b’format Braille fuq il-pakkett ta’ prodotti industrijali

    2012/C 390 E/07

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-Artikoli 21 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li jistipulaw id-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    A.

    billi l-Istati Membri tal-UE ffirmaw il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità,

    B.

    billi l-Artikolu 56a tad-Direttiva 2004/27/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità marbut mal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem jispeċifika li l-isem ta’ prodotti mediċinali għandu jkun f’format Braille fuq il-pakkett,

    1.

    Jenfasizza li l-persuni b’diżabilità viżwali għandhom id-drittt għal ħajja indipendenti u parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjetà;

    2.

    Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tniedi konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet interessati dwar in-nefqa, l-effiċjenza u l-fattibilità fil-livell Komunitarju ta’ sistema volontarja ta’ tikkettar b’format Braille fuq il-pakkett ta’ prodotti industrijali li għandha tinkludi, tal-anqas, tagħrif dwar it-tip ta' prodott u d-data ta' skadenza sabiex jiffaċilitaw l-aċċess għall-konsumaturi b'diżabilità viżwali; meta jitqies li mhux l-għomja kollha jistgħu jaqraw bil-Braille, il-konsultazzjoni proposta għandha wkoll tinvestiga modi alternattivi li jippermettu l-aċċess għall-informazzjoni fuq il-pakkett;

    3.

    Jistieden lill-Kummissjoni, f’konformità mal-prinċipji ta’ Responsabilità Soċjali Korporattiva, biex tipprovdi inċentivi għall-industriji u l-impriżi Ewropej li jqajmu kuxjenza dwar din il-kwistjoni;

    4.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji (1), lill-Kummissjoni, lill-Parlamenti tal-Istati Membri u lin-Nazzjonijiet Uniti.


    (1)  Il-lista ta' firmatarji hija ppubblikata fl-Anness 1 għall-Minuti tat-23 ta' Ġunju 2011 (P7_PV(2011)06-23(ANN1)).


    Top