EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011XP0290

Is-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro ***I Emendi tal-Parlament Ewropew adottati fit- 23 ta’ Ġunju 2011 għal proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro (COM(2010)0524 – C7-0298/2010 – 2010/0278(COD))

ĠU C 390E, 18.12.2012, p. 111–120 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 390/111


Il-Ħamis 23 ta’ Ġunju 2011
Is-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro ***I

P7_TA(2011)0290

Emendi tal-Parlament Ewropew adottati fit-23 ta’ Ġunju 2011 għal proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro (COM(2010)0524 – C7-0298/2010 – 2010/0278(COD)) (1)

2012/C 390 E/20

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

[Emenda 2]

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW (2)

għall-proposta tal-Kummissjoni


(1)  Il-każ kien riferut lura lill-kumitat skont it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 57(2) (A7-0180/2011).

(2)  Emendi: test ġdid jew emendat huwa indikat b'tipa korsiva grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▐.


Il-Ħamis 23 ta’ Ġunju 2011
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 136, flimkien mal-Artikolu 121(6) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew  (1) ,

Wara li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)

L-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom interess u responsabilità partikolari biex ikollhom politiki ekonomiċi li jippromwovu t-tħaddim proprju tal-unjoni ekonomika u monetarja u biex jiġu evitati politiki li jipperikolawha.

(2)

It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jippermetti l-adozzjoni ta’ miżuri speċifiċi fiż-żona tal-euro li jmorru lil hinn mid-dispożizzjonijiet applikabbli għall-Istati Membri kollha, sabiex jiġi żgurat it-tħaddim sew tal-unjoni ekonomika u monetarja.

(2a)

L-esperjenza miksuba u l-iżbalji li saru matul l-ewwel deċennju tal-funzjonament tal-unjoni ekonomika u monetarja juru l-ħtieġa ta’ governanza ekonomika mtejba fl-Unjoni, li għandha tinbena fuq il-bażi ta’ sjieda nazzjonali aktar b'saħħitha ta’ regoli u politiki li jkun sar qbil dwarhom b'mod komuni u fuq il-bażi ta’ qafas ta’ sorveljanza aktar robust tal-politiki ekonomiki nazzjonali fil-livell tal-Unjoni.

(2b)

Il-qafas imtejjeb ta’ governanza ekonomika għandu jsejjes ruħu fuq bosta politiki interkonnessi għal tkabbir u impjiegi sostenibbli, li għandhom ikunu koerenti ma’ xulxin, b'mod partikolari strateġija tal-Unjoni għal tkabbir u impjiegi, b'attenzjoni partikolari fuq l-iżvilupp u t-tisħiħ tas-suq intern, it-trawwim tal-kummerċ internazzjonali u l-kompetittività, qafas effikaċi biex jiġi evitat u korrett d-defiċit tal-gvern eċċessiv (il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir), qafas b'saħħtu biex jiġu evitati u korretti l-iżbilanċi makroekonomiċi, rekwiżiti minimi għall-oqfsa baġitarji nazzjonali, regolamentazzjoni u superviżjoni msaħħa tas-suq finanzjarju, inkluża s-superviżjoni makroprudenzjali mill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku.

(2c)

Il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir u l-qafas komplut tal-governanza ekonomika għandhom jikkumplementaw u jkunu kompatibbli ma’ strateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi. L-interkonnessjonijiet bejn l-fergħat differnti m'għandhomx jipprovdu eżenzjonijiet mid-dispożizzjonijiet tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir.

(2d)

It-tisħiħ tal-governanza ekonomika għandu jinkludi involviment eqreb u aktar f'waqtu tal-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali.

(2e)

Il-kisba u s-sostenn ta’ Suq Uniku dinamiku għandhom jitqiesu bħala element tal- funzjonament xieraq u mingħajr intoppi tal-unjoni ekonomika u monetarja.

(2f)

Il-Kummissjoni għandu jkollha rwol aktar b'saħħtu fil-proċeduri msaħħa ta’ sorveljanza, l-aktar fir-rigward tal-valutazzjonijiet, il-monitoraġġ, il-missjonijiet in situ, ir-rakkomandazzjonijiet u t-twissijiet li huma speċifiċi għal kull Stat Membru.

(2g)

Il-Kummissjoni għandu jkollha rwol aktar b'saħħtu fil-proċedura msaħħa ta’ sorveljanza fir-rigward tal-evalwazzjonijiet li huma speċifiċi għal kull Stat Membru, il-monitoraġġ, il-missjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u t-twissijiet. B'mod partikolari, ir-rwol tal-Kunsill għandu jkun limitat fir-rigward ta’ deċiżjoni għal sanzjonijiet u għandha tintuża l-votazzjoni permezz tal-maġġoranza kwalifikata bil-maqlub fil-Kunsill.

(2h)

Jista' jiġi stabbilit djalogu ekonomiku mal-Parlament Ewropew, liema djalogu jippermetti lill-Kummissjoni tagħmel l-analiżijiet tagħha pubbliċi u sabiex il-President tal-Kunsill, il-Kummissjoni u, fejn xieraq, il-President tal-Kunsill Ewropew jew il-Prsident tal-Ewrogrupp jiddiskutu. Didabbitu pubbliku bħal dan jista' jagħmel id-diskussjoni tal-affarijiet li jitħallew barra fid-deċiżjoni nazzjonali possibbli u jippermetti pressjoni tal-pari pubblika. Il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' joffri l-opportunità lill-Istat Membru kkonċernat mid-deċiżjonijiet tal-Kunsill meħudin skont l-Artikoli 3, 4 u 5 ta’ dan ir-Regolament li jipparteċipa fi skambju ta’ opinjonijiet.

(3)

Hemm bżonn ta’ sanzjonijiet addizzjonali dwar l-infurzar iktar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro. Dawk is-sanzjonijiet għandhom isaħħu l-kredibilità tal-qafas ta’ sorveljanza fiskali tal-Unjoni.

(4)

Ir-regoli stabbiliti minn dan ir-Regolament għandhom jiżguraw mekkaniżmi ġusti, fil-ħin, gradwati u effettivi għall-konformità mal-partijiet preventivi u korrettivi tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, b'mod partikolari r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ budget u s-sorveljanza u l-koordinament ta’ politika ekonomika (3) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (4) , meta l-konformità mad-dixxiplina baġitarja tkun eżaminata fuq il-bażi tad-defiċit tal-gvern u l-kriterji tad-dejn tal-gvern .

(5)

Is-sanzjonijiet għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro skont dan ir-Regolament fil-parti preventiva tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir għandhom jipprovdu inċentivi għall-aġġustament u ż-żamma tal-objettiv baġitarju għall-perijodu medju.

(5a)

Sabiex tiġi evitata r-rappreżentanza ħażina, intenzjonalment jew minħabba negliġenza serja, tad-data dwar id-defiċit u d-dejn tal-gvern, li hija element essenzjali għall-koordinament tal-politika ekonomika fl-Unjoni Ewropea, għandha tiġi imposta multa fuq l-Istat Membru responsabbli minn tali rappreżentanza ħażina.

(6)

Sabiex jiġu ssupplimentati r-regoli dwar il-kalkolu tal-multi kontra l-manipulazzjoni tal-istatistiki kif ukoll dwar il-proċedura li għandha ssegwi l-Kummissjoni għall-investigazzjoni ta’ tali azzjonijiet, is-setgħa li jiġu adottati atti bi qbil mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi delegat lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ kriterji dettaljati għall-istabiliment tal-ammont tal-multa u għat-twettiq tal-investigazzjonijiet li għandha tagħmel il-Kummissjoni. Huwa ta’ importanza partikulari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, waqt li tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(7)

Fil-parti preventiva tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir , l-aġġustament u l-aderenza mal-objettiv baġitarju għall-perijodu medju għandhom jiġu żgurati permezz ta’ obbligu li jsir depożitu li jħalli l-interessi impost temporanjament fuq Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro u li ma jkunx qed jagħmel biżżejjed progress fil-konsolidazzjoni baġitarja. Dan għandu jkun il-każ meta ▐ Stat Membru , anki b'defiċit taħt it-3 % tal-valur referenzjali tal-PDG, jiddevja b'mod sinifikanti mill-objettiv baġitarju għall-perijodu medju jew il-pjan tal-aġġustament adatt lejh u ma jirnexxilux jirranġa d-devjazzjoni .

(8)

Id-depożitu li jħalli l-interessi impost għandu jiġi rilaxxat lill-Istat Membru kkonċernat flimkien mal-interessi li jkunu nġemgħu minnu ladarba l-Kunsill ikun sodisfatt li s-sitwazzjoni li twassal għall-obbligu biex isir id-depożitu tkun għaddiet.

(9)

Fil-parti korrettiva tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, is-sanzjonijiet għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jieħdu l-forma ta’ obbligu li jħallu depożitu li ma jħallix interessi marbut ma’ deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv meta jkun diġà ġie impost id-depożitu li jħalli l-interessi fuq l-Istat Membru kkonċernat fil-parti preventiva tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir jew f'każijiet ta’ nonkonformità partikolarment serja mal-obbligi tal-politika baġitarja legali stabbiliti fil-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, u l-obbligu li titħallas multa fil-każ ta’ nonkonformità ma’ Rakkomandazzjoni tal-Kunsill biex jiġi rranġat id-defiċit eċċessiv tal-gvern. ▐

(9a)

Sabiex jiġu evitati s-sanzjonijiet skont il-parti preventiva tal-Patt ta’ Stabbiltà u t-Tkabbir previsti skont dan ir-Regolament, li għandhom jiġu applikati b'mod retroattiv, is-sanzjonijiet imsemmija għandhom, fi kwalunkwe każ, japplikaw biss fir-rigward tar-Rakkomandazzjonijiet rilevanti adottati mill-Kunsill taħt ir-raba' sottoparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1466/97 wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Bl-istess mod, biex jiġu evitati s-sanzjonijiet skont il-parti korrettiva tal-patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir stabbiliti f'dan ir-Regolament li għandhom jiġu applikati b'mod retroattiv, il-miżuri msemmija għandhom fi kwalunkwe każ, japplikaw biss fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet rilevanti biex jiġi rranġat id-defiċit eċessiv tal-gvern adottat mill-Kunsill wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(10)

Id-daqs tad-depożitu li jħalli l-interessi, tad-depożitu li ma jħallix interessi u tal-multa stipulati f'dan ir-Regolament għandu jkun stabbilit b'tali mod li tiġi żgurata gradwazzjoni ġusta tas-sanzjonijiet fil-partijiet preventivi u korrettivi tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir u biex jingħataw inċentivi biżżejjed lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro biex jikkonformaw mal-qafas fiskali tal-Unjoni. Il-multa marbuta mal-Artikolu 126(11) tat-Trattat kif speċifikat fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1467/97 (5) hija magħmula minn komponent fiss li huwa ta’ 0.2 % tal-PGD u komponent varjabbli. Għalhekk, il-gradwazzjoni u t-trattament ugwali bejn l-Istati Membri jkunu żgurati jekk id-depożitu li jħalli l-interessi, id-depożitu li ma jħallix interessi u l-multa speċifikata f'dan ir-Regolament jkunu ta’ 0.2 % tal-PGD, bid-daqs tal-komponent fiss tal-multa marbut mal-Artikolu 126(11) tat-Trattat.

(10a)

Il-Kummissjoni għandha tkun tista' wkoll tirrakkomanda li jitnaqqas id-daqs ta’ sanzjoni jew li tiġi kkanċellata għal raġunijiet ta’ ċirkostanzi ekonomiċi eċċezzjonali.

(11)

Għandu jkun hemm il-possibilità għall-Kunsill li jnaqqas jew iħassar is-sanzjonijiet imposti fuq l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro fuq il-bażi ta’ rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni wara talba motivata mill-Istat Membru kkonċernat. Fil-parti korrettiva tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, il-Kummissjoni għandha wkoll tkun tista' tirrakkomanda li jitnaqqas id-daqs ta’ sanzjoni jew li titħassar għal kollox fuq il-bażi ta’ ċirkostanzi ekonomiċi eċċezzjonali.

(12)

Id-depożitu li ma jħallix interessi għandu jiġi rilaxxat meta ssir il-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv filwaqt li l-imgħax fuq tali depożiti u l-multi miġbura għandhom jiġu assenjati għal mekkaniżmi ta’ stabbiltà biex jipprovdu assistenza finanzjarja, li ġew maħluqa minn Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro sabiex tiġi salvagwardjata l-istabbiltà taż-żona tal-euro kollh a.

(13)

Is-setgħa biex jiġu adottati deċiżjonijiet individwali li jimplimentaw is-sanzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament għandha tingħata lill-Kunsill. Bħala parti mill-koordinament tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri li saru fi ħdan il-Kunsill kif speċifikat mill-Artikolu 121(1) tat-TFUE , dawn id-deċiżjonijiet individwali huma segwitu integrali għall-miżuri adottati mill-Kunsill skont l-Artikoli 121, 126 u 148 tat-TFUE u r-Regolamenti (KE) Nru 1466/97 u (KE) Nru 1467/97.

(14)

Peress li dan ir-Regolament fih regoli ġenerali għall-infurzar effettiv tar-Regolamenti (KE) Nru 1466/97 u (KE) Nru 1467/97, huwa għandu jiġi adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja msemmija fl-Artikolu 121(6).

(15)

Peress li l-għan li jinħoloq mekkaniżmu ta’ sanzjoni uniformi ma jistax jintlaħaq suffiċjentement fil-livell tal-Istati Membri, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipji ta’ sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan,

(15a)

Bil-għan li tiżgura djalogu permanenti mal-Istati Membri li qed jimmiraw li jilħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tagħmel missjonijiet ta’ sorveljanza.

(15b)

Il-Kummissjoni għandha, f'intervalli regolari, tagħmel evalwazzjoni wiesgħa tas-sistema tal-governanza ekonomika u b'mod partikolari tal-effettività u l-adegwatezza tas-sanzjonijiet tagħha. Dawn l-evalwazzjonijiet għandhom jiġu kkumplementati minn proposti relevanti jekk ikun meħtieġ.

(15c)

Fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tqis is-sitwazzjoni ekonomika kurrenti tal-Istati Membri kkonċernati,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

Suġġett

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema ta’ sanzjonijiet għat-tisħiħ tal-infurzar tal-partijiet preventivi u korrettivi tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir fiż-żona tal-euro.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

KAPITOLU Ia

Djalogu ekonomiku

Artikolu 1a

Sabiex jitjieb id-djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, u sabiex ikunu żgurati trasparenza u responsabilizzazzjoni akbar, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-President tal-Kunsill, il-Kummissojni u, fejn xieraq, il-President tal-Ewrogrupp biex jidhru quddiem il-kumitat biex jiddiskutu deċiżjonijiet meħuda skont l-Artikoli 3, 4 u 5 ta’ dan ir-Regolament.

Il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' joffri l-opportunità lill-Istat Membru kkonċernat minn tali deċiżjonijiet li jipparteċipa fi skambju ta’ opinjonijiet.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament:

(1)

‧il-parti preventiva tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir‧ tfisser is-sistema ta’ sorveljanza multilaterali kif organizzata skont ir-Regolament (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997;

(2)

‧il-parti korrettiva tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir‧ tfisser il-proċedura sabiex jiġi evitat id-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri kif regolata mill-Artikolu 126 tat-Trattat u r-Regolament (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997;

(3)

"ċirkostanzi ekonomiċi eċċezzjonali" tfisser ċirkostanzi fejn eċċess ta’ defiċit tal-gvern 'il fuq mill-valur ta’ referenza huwa meqjus eċċezzjonali fl-ambitu tat-tifsira tat-tieni inċiż tal-Artikolu 126(2)(a) tat-Trattat u kif speċifikat fir-Regolament (KE) Nru 1467/97.

KAPITOLU II

Sanzjonijiet fil-parti preventiva tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir

Artikolu 3

Depożitu li jħalli l-interessi

1.   Jekk il-Kunsill jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi li Stat Membru jkun naqas li jieħu azzjoni b'reazzjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1466/97, il-Kummissjoni għandha, fi żmien 20 jum mill-adozzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill, tirrakkomanda lill-Kunsill biex jimponi t-tqegħid ta’ depożitu li jħalli l-interessi ▐. Id-deċiżjoni għandha titqies li ġiet adottata mill-Kunsill sakemm dan ma jiddeċidix b'maġġoranza kwalifikata li jiċħad ir-rakkomandazzjoni fi żmien għaxart ijiem mill-adozzjoni tagħha mill-Kummissjoni. Il-Kunsill jista' jemenda r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata .

2.   Id-depożitu li jħalli l-interessi li jrid jiġi rakkomandat mill-Kummissjoni għandu jammonta għal 0.2 % tal-prodott gross domestiku (PGD) tal-Istat Membru kkonċernat fis-sena preċedenti.

4.   B'deroga, ▐ il-Kummissjoni tista', wara talba motivata mill-Istat Membru kkonċernat indirizzata lill-Kummissjoni fi żmien 10t ijiem mill-adozzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill imsemmija fil-paragrafu 1, tirrakkomanda li jitnaqqas l-ammont tad-depożitu li jħalli l-interessi jew li tikkanċellah.

4a.     The deposit shall bear the interest rate reflecting the Commission credit risk and the relevant investment period.

5.   Jekk is-sitwazzjoni li twassal għal rakkomandazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tibqax teżisti, il-Kunsill, fuq il-bażi ta’ rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, għandu jiddeċiedi li d-depożitu u l-interessi li nġemgħu minnu jingħataw lura lill-Istat Membru kkonċernat. Il-Kunsill jista' jemenda r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata .

KAPITOLU III

Sanzjonijiet fil-parti korrettiva tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir

Artikolu 4

Depożitu li ma jħallix interessi

1.   Jekk il-Kunsill jiddeċiedi skont l-Artikolu 126(6) tat-Trattat li jeżisti defiċit eċċessiv fi Stat Membru li għandu depożitu li jħalli l-interessi mal-Kummissjoni skont l-Artikolu 3 (1), jew fejn nonkonformità partikolarment serja mal-obbligi tal-politika baġitarja legali stabbiliti fil-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, ġew identifikati, il-Kummissjoni għandha, fi żmien 20 jum mill- adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill, tirrakkomanda lill-Kunsill biex jimponi t-tqegħid ta’ depożitu li ma jħallix interessi ▐. Id-deċiżjoni għandha titqies adottata mill-Kunsill sakemm ma jiddeċidix permezz ta’ maġġoranza kwalifikata li jirrifjuta r-rakkomandazzjoni fi żmien 10t ijiem mill-adozzjoni tagħha min-naħa tal-Kummissjoni. Il-Kunsill jista' jemenda r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata .

2.   Id-depożitu li ma jħallix interessi li jrid jiġi rakkomandat mill-Kummissjoni għandu jammonta għal 0.2 % tal-PGD tal-Istat Membru kkonċernat fis-sena preċedenti.

4.   B'deroga ▐, il-Kummissjoni tista', fuq bażi ta’ ċirkostanzi ekonomiċi eċċezzjonali jew wara talba motivata mill-Istat Membru kkonċernat indirizzata lill-Kummissjoni fi żmien 10t ijiem mill-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(6) tat-Trattat, tirrakkomanda li jitnaqqas l-ammont tad-depożitu li ma jħallix interessi jew li tikkanċellah.

4a.     Id-depożitu għandu jiġi depożitat għand il-Kummissjoni. Jekk l-Istat Membru għandu depożitu li jħalli l-interessi mal-Kummissjoni skont l-Artikolu 3, id-depożitu li jħalli l-interessi għandu jiġi kkonvertit f'depożitu li ma jħallix interessi.

Jekk id-daqs tad-depożitu li jħalli l-interessi li sar preċedentement u tal-interessi li nġemgħu jeċċedu d-daqs tad-depożitu meħtieġ li ma jħallix interessi, l-ammont li jibqa' jiġi rritornat lill-Istat Membru.

Jekk id-daqs tad-depożitu li ma jħallix interessi jeċċedi d-daqs tad-depożitu li jħalli l-interessi li jkun sar preċedentement u l-interessi li nġemgħu minnu, l-Istat Membru għandu jħallas l-ammont li jifdal meta jagħmel id-depożitu li ma jħallix interessi.

Artikolu 5

Multa

1.    Fi żmien 20 ġurnata mill-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(8) tat-TFUE li l-Istat Membru ma ħax azzjoni effettiva sabiex jikkoreġi d-defiċit eċċessiv tiegħu, il-Kummissjoni għandha tirrakkomanda lill-Kunsill li tiġi imposta multa. Id-deċiżjoni għandha titqies adottata mill-Kunsill sakemm ma jiddeċidix permezz ta’ maġġoranza kwalifikata li jirrifjuta r-rakkomandazzjoni fi żmien 10t ijiem mill-adozzjoni tagħha min-naħa tal-Kummissjoni. Il-Kunsill jista' jemenda r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata .

2.   Il-multa li trid tiġi rakkomandata mill-Kummissjoni għandha tammonta għal 0.2 % tal-PGD tal-Istat Membru kkonċernat fis-sena preċedenti.

4.   B'deroga ▐, il-Kummissjoni tista', fuq bażi ta’ ċirkostanzi ekonomiċi eċċezzjonali jew wara talba motivata mill-Istat Membru kkonċernat indirizzata lill-Kummissjoni fi żmien 10t ijiem mill-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(8) tat-TFUE , tirrakkomanda li jitnaqqas l-ammont tal-multi jew li tikkanċellah .

4a.     Jekk l-Istat Membru għandu depożitu li ma jħallix interessi mal-Kummissjoni skont l-Artikolu 4, id-depożitu li ma jħallix interessi għandu jiġi kkonvertit fil-multa.

Jekk id-daqs tad-depożitu li ma jħallix interessi li sar preċedentement jeċċedi d-daqs tal-multa meħtieġa, l-ammont li jibqa' jiġi rritornat lill-Istat Membru.

Jekk id-daqs tal-multa meħtieġa jeċċedi d-daqs tad-depożitu li ma jħallix interessi li jkun sar preċedentement jew jekk ma sar l-ebda depożitu li ma jaħħlix interessi, l-Istat Membru għandu jħallas l-ammont li jifdal meta jħallas il-multa.

Artikolu 6

Ħlas lura tad-depożitu li ma jħallix interessi

Jekk il-Kunsill jiddeċiedi, skont l-Artikolu 126(12) tat-Trattat, iħassar deċiżjoni waħda jew id-deċiżjonijiet kollha tiegħu, kwalunkwe depożitu li ma jħallix interessi li jkun sar mill-Istat Membru mal-Kummissjoni għandu jitħallas lura lill-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 6a

Sanzjonar tal-manipulazzjoni tal-istatistiki

1.     Il-Kunsill li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jista' jiddeċiedi li jimponi multa fuq Stat Membru li intenzjonalment jew minħabba negliġenza serja, jirrappreżenta ħażin id-data dwar id-defiċit u d-dejn tal-gvern għall-applikazzjoni tal-Artikoli 121 u 126 tat-Trattat u l-protokoll (Nru 12) anness mat-Trattat.

2.     Il-multi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu effettivi, dissważivi u proporzjonati għan-natura u s-serjetà tal-ksur u tat-tul tal-ksur. L-ammont tal-multa m'għandux jaqbeż 0.2 % tal-PGD.

3.     Sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ ksur imsemmi fil-paragrafu (1) ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista' twettaq l-investigazzjonijiet neċessarji kollha. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tibda investigazzjoni meta ssib li hemm indikazzjonijiet serji dwar l-eżistenza possibbli ta’ fatti li possibilment jikkostitwixxu ksur fis-sens tal-paragrafu (1) ta’ dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-ksur presunt b'kunsiderazzjoni ta’ kwalunkwe kummenti sottomessi mill-Istat Membru suġġett għal investigazzjoni. Sabiex twettaq il-kompiti tagħha, il-Kummissjoni tista' tirrikjedi li l-Istat Membru suġġett għall-investigazzjoni jipprovdi informazzjoni, kif ukoll twettaq spezzjonijiet fil-post u taċċedi l-kontijiet tal-entitajiet governattivi kollha fil-livell ċentrali, statali, lokali u dak tas-sigurtà soċjali. Jekk dan ikun mitlub mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru suġġett għall-investigazzjoni, għandha tapplika awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja għal qabel kwalunkwe spezzjoni fil-post.

Meta tlesti l-investigazzjoni tagħha u qabel ma tippreżenta kwalunkwe proposta lill-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-Istat Membru suġġett għal investigazzjoni l-opportunità li jinstema' dwar il-kwistjonijiet li jkunu qed jiġu invetigati. Il-Kummissjoni għandha tibbażża l-proposta tagħha lill-Kunsill fuq il-fatti biss li l-Istat Membru kkonċernat ikun kellu l-opportunità li jikkkummenta dwarhom.

Id-drittijiet għad-difiża tal-Istat Membru suġġet għal investigazzjoni għandhom jiġu rrispettati bis-sħiħ matul l-investigazzjonijiet.

4.     Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati bi qbil mal-Artikolu -8a dwar (a) kriterji dettaljati li jistabbilixxu l-ammonot tal-multa; (b) regoli dettaljati dwar il-proċedura tal-investigazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, miżuri assoċjati u r-rappurtar dwar l-investigazzjonijiet, kif ukoll regoli dettaljati dwar il-proċedura mmirati biex jiggarantixxu d-drittijiet għad-difiża, l-aċċerss għall-fajl, rappreżentanza legali, il-kunfidenzjalità u dispożizzjonijiet temporanji u l-ġbir ta’ multi.

5.     Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġurisdizzjoni bla limitu għar-reviżjoni tad-deċiżjonijiet fejn il-Kunsill ikun stipula multa bi qbil mal-paragrafu 1. Hija tista' tannulla, tnaqqas jew iżżid il-multa imposta.

Artikolu 6b

Il-multi imposti skont l-Artikoli 3 sa 6a huma ta’ natura amministrattiva.

Artikolu 7

Tqassim tal-interessi u l-multi

L-interessi li taqla' l-Kummissjoni fuq id-depożiti li jkunu tħallsu skont l-Artikolu 4 u l-multi miġbura skont l-Artikolu 5 u 6a għandhom jikkostitwixxu dħul ieħor, kif imsemmi fl-Artikolu 311 tat-Trattat, u għandhom jiġu assenjati lill-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja . Sakemm jinħoloq mekkaniżmu ta’ stabbiltà ieħor mill-Istati Membri li għandhom l-euro bħala munita biex jipprovdi assistenza finanzjarja sabiex tiġi salvagwardjata l-istabbiltà taż-żona tal-euro kollha, l-imgħax u l-multi għandhom jiġu assenjati lil dak il-mekkaniżmu tal-aħħar.

KAPITOLU IV

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu -8a

Eżerċizzju tad-delega

1.     Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati qed tingħata lill-Kummissjoni suġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.     Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 6a għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delegazzjoni tas-setgħat sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ tliet snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta’ tul identiku, kemm-il darba l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma jopponux tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perjodu.

3.     Id-delega tas-setgħat msemmija fl-Artikolu 6a tista' tiġi revokata f'kull waqt mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li jsegwi l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data sussegwenti li tkun speċifikata fiha. Hija m'għandhiex ikollha effett fuq il-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ.

4.     Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.     Att delegat adottat skont l-Artikolu 6a għandu jidħol biss fis-seħħ jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se jqajmu oġġezzjoni. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn (2) fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew il-Kunsill.

Artikolu 8

Votazzjoni fil-Kunsill

Għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 5, il-membri tal-Kunsill biss li jirrappreżentaw lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jivvutaw u l-Kunsill għandu jaġixxi mingħajr ma jqis il-vot tal-membru tal-Kunsill li jirrappreżenta lill-Istat Membru kkonċernat.

Maġġoranza kwalifikata tal-membri tal-Kunsill imsemmija fil-paragrafu preċedenti għandha tiġi ddefinita skont l-Artikolu 238(3)(b) tat-Trattat.

Artikolu 8a

Reviżjoni

1.     Fi żmien tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Dak ir-rapport għandu jevalwa, inter alia:

(a)

l-effettività ta’ dan ir-Regolament, inkluża l-possibilità li l-Kunsill u l-Kummissjoni jkollhom l-opportunità li jaġixxu sabiex jindirizzaw sitwazzjonijiet li jirriskjaw li jagħmlu ħsara lill-funzjonament xieraq tal-unjoni monetarja;

(b)

il-progress fl-iżgurar ta’ koordinament iktar mill-qrib tal-politiki ekonomiċi u tal-konverġenza kontinwa fl-attività ekonomika tal-Istati Membri bi qbil mat-TFUE.

2.     Fejn xieraq, dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta għal emendi għal dan ir-Regolament.

3.     Dan ir-rapport għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4.     Qabel it-tmiem tal-2011 l-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar il-possibilità tal-introduzzjoni tat-"titoli Ewropej" lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fi [xx] jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 150, 20.5.2011, p. 1.

(2)  ĠU C, …

(3)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1.

(4)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6.

(5)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6.


Top