EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011XG1005(02)

Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-Innovazzjoni tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi

ĠU C 292, 5.10.2011, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/13


Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-Innovazzjoni tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi

2011/C 292/07

Il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-Innovazzjoni b’dan qed javża li rċieva applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-prospettar tal-idrokarburi fiż-żona magħrufa bħala Akkrum.

Iż-żona koperta tinsab fil-provinċja ta' Friesland u hija magħluqa b'linji dritti li jgħaqqdu dawn il-pari vertiċi li ġejjin A-B, B-C, C-D, D-E, E-F, F-G, G-H, H-I, I-J, J-K, K-L, L-M, M-N, N-O, O-P, P-Q, Q-R, R-S, S-T u A-T.

Il-koordinati tal-vertiċi huma kif ġej:

Vertiċi

X

Y

A

185400,00

568000,00

B

192300,00

568000,00

C

195000,00

572000,00

D

197700,00

571200,00

E

200400,00

568000,00

F

203000,00

568000,00

G

203000,00

569600,00

H

208225,00

568000,00

I

210750,00

562350,00

J

209450,00

560851,69

K

209823,97

560049,72

L

208120,00

561040,00

M

205444,75

558988,28

N

205100,00

559150,00

O

203505,01

561824,34

P

201300,00

563300,00

Q

193900,00

562650,00

R

179900,00

560750,00

S

174450,00

559650,00

T

179050,00

564000,00

Il-vertiċi msemmija hawn fuq huma ddefiniti permezz tal-koordinati ġeografiċi tagħhom, ikkalkulati skont is-Sistema Nazzjonli ta' Trijangulazzjoni (RD, Rijks Driehoeksmeting).

Abbażi ta' din id-deskrizzjoni tal-konfini, l-erja tas-superfiċje hija 209,9 km2.

B’referenza għad-Direttiva msemmija fl-introduzzjoni u għall-Artikolu 15 tal-Att dwar il-Minjieri (Mijnbouwwet) (il-Bullettin tal-Atti u tad-Digrieti (Staatsblad) 2002, Nru 542), il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-Innovazzjoni b’dan jistieden lill-partijiet interessati sabiex iressqu applikazzjoni ta’ kompetizzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-prospettar tal-idrokarburi fiż-żona kkonfinata bil-punti u l-koordinati msemmija hawn fuq.

Il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-Innovazzjoni huwa l-awtorità kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet. Il-kriterji, il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 5(1), 5(2) u 6(2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq huma stabbiliti fl-Att dwar ix-Xogħol tal-Minjieri (Il-Bullettin tal-Atti u tad-Digrieti 2002, Nru 542).

Il-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet tista' ssir matul it-13-il ġimgħa ta' wara l-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jintbagħtu lil:

De minister van Economische Zaken, Landbouw en Innovatie

ter attentie van de heer P. Jongerius, directie Energiemarkt

ALP A/562

Bezuidenhoutseweg 30

Postbus 20101

2500 EC Den Haag

NEDERLAND

L-applikazzjonijiet li jaslu wara li jiskadi dan il-perjodu ma jiġux ikkunsidrati.

Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet se tittieħed sa mhux aktar tard minn 12-il xahar mit-tmiem ta' dan il-perjodu.

Aktar tagħrif jista' jinkiseb mingħand is-Sur E. J. Hoppel fuq dan in-numru tat-telefon: +31 703797762.


Top