Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011XG0924(01)

    Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/628/PESK, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 442/2011, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 950/2011 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

    ĠU C 281, 24.9.2011, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 281/17


    Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/628/PESK, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 442/2011, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 950/2011 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

    2011/C 281/06

    KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

    L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/628/PESK (1), u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 442/2011, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 950/2011 (2) dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja.

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja. Ir-raġunijiet għan-nominazzjonijiet ta' dawk il-persuni u l-entitajiet jidhru fl-entrati rilevanti ta' dawk l-Annessi.

    Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jagħmlu applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness III għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 442/2011, sabiex jiksbu l-awtorizzazzjoni biex jużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 6 tar-Regolament).

    Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq tkun ikkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:

    Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Segretarjat Ġenerali

    Koordinazzjoni DG K

    Rue de la Loi/Wetstraat 175

    1048 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË

    Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati anke għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


    (1)  ĠU L 247, 24.9.2011, p. 17.

    (2)  ĠU L 247, 24.9.2011, p. 3.


    Top