EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011XG0624(01)

Avviż għall-attenzjoni tal-Organizzazzjoni Abu Nidal “ANO” – (magħrufa wkoll bħala “Kunsill Revoluzzjonarju Fatah” , magħrufa wkoll bħala “Brigati Revoluzzjonarji Għarab” , magħrufa wkoll bħala “Settembru l-Iswed” , magħrufa wkoll bħala “Organizzazzjoni Revoluzzjonarja ta' Musulmani Soċjalisti” inkluża fuq il-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (ara l-Anness għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 83/2011 tal- 31 ta' Jannar 2011 )

ĠU C 183, 24.6.2011, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 183/9


Avviż għall-attenzjoni tal-Organizzazzjoni Abu Nidal “ANO” – (magħrufa wkoll bħala “Kunsill Revoluzzjonarju Fatah”, magħrufa wkoll bħala “Brigati Revoluzzjonarji Għarab”, magħrufa wkoll bħala “Settembru l-Iswed”, magħrufa wkoll bħala “Organizzazzjoni Revoluzzjonarja ta' Musulmani Soċjalisti” inkluża fuq il-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu

(ara l-Anness għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 83/2011 tal-31 ta' Jannar 2011)

2011/C 183/02

L-informazzjoni li ġejja hija miġjuba għall-attenzjoni tal-Organizzazzjoni Abu Nidal “ANO” – (magħrufa wkoll bħala “Kunsill Revoluzzjonarju Fatah”, magħrufa wkoll bħala “Brigati Revoluzzjonarji Għarab”, magħrufa wkoll bħala “Settembru l-Iswed”, magħrufa wkoll bħala “Organizzazzjoni Revoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti” elenkata fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 83/2011 tal-31 ta' Jannar (1).

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001 (2) jipprevedi l-iffriżar tal-fondi, l-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi l-oħrajn kollha li jappartjenu lill-grupp ikkonċernat u li l-ebda fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħrajn ma jistgħu jsiru disponibbli għalihom, kemm direttament jew indirettament.

Il-Kunsill ġie pprovdut b'informazzjoni ġdida rilevanti għall-elenkar tal-grupp imsemmi hawn fuq. Wara li kkunsidra din l-informazzjoni l-ġdida, il-Kunsill emenda d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet kif meħtieġ.

Il-grupp ikkonċernat jista' jippreżenta talba biex jikseb id-dikjarazzjoni ta' raġunijiet aġġornata tal-Kunsill għaliex ġie miżmum fuq il-lista msemmija hawn fuq fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Attn: CP 931 designations)

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Tali talba għandha tiġi ppreżentata fi żmien ġimagħatejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż.

Il-grupp ikkonċernat jista' fi kwalunkwe ħin jippreżenta talba lill-Kunsill, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' appoġġ, għall-konsiderazzjoni mill-ġdid tad-deċiżjoni li tinkludih u żżommu fuq il-lista, fl-indirizz ta' hawn fuq. Tali talbiet ser jiġu kkunsidrati meta jiġu rċevuti. F'dan ir-rigward, il-Kunsill jiġbed l-attenzjoni tal-grupp ikkonċernat għall-fatt li l-lista tiġi eżaminata minnu regolarment skont l-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. Sabiex it-talbiet jiġu kkunsidrati fl-eżami li jmiss, huma għandhom jiġu ppreżentati fi żmien ġimagħtejn mid-data tan-notifika tad-dikjarazzjoni.

Tinġibed l-attenzjoni tal-grupp ikkonċernat għall-possibbiltà li jibgħat applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament sabiex jikseb awtorizzazzjoni biex juża l-fondi ffriżati għal ħtiġijiet essenzjali jew pagamenti speċifiċi f'konformità mal-Artikolu 5(2) ta' dak ir-Regolament. Lista aġġornata tal-awtoritajiet kompetenti hija disponibbli fuq l-internet f'dan l-indirizz: http://ec.europa.eu/comm/external_relations/cfsp/sanctions/measures.htm


(1)  ĠU L 28, 2.2.2011, p. 14.

(2)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.


Top