Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011XC1029(02)

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-kwantità mhux mitluba li għandha tiżdied mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill- 1 ta’ Jannar 2012 sal- 31 ta’ Marzu 2012 fil-kuntest ta’ ċerti kwoti miftuħa mill-Unjoni għall-prodotti fis-setturi tal-laħam tat-tjur, tal-bajd u tal-albumina tal-bajd

ĠU C 317, 29.10.2011, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 317/10


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-kwantità mhux mitluba li għandha tiżdied mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Marzu 2012 fil-kuntest ta’ ċerti kwoti miftuħa mill-Unjoni għall-prodotti fis-setturi tal-laħam tat-tjur, tal-bajd u tal-albumina tal-bajd

2011/C 317/05

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 533/2007 (1), (KE) Nru 536/2007 (2) u (KE) Nru 539/2007 (3) fetħu kwota tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti fis-setturi tal-laħam tat-tjur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Settembru 2011 għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 2011 huma, għall-kwoti 09.4068, 09.4070, 09.4169, 09.4015 u 09.4402, aktar baxxi mill-kwantitajiet disponibbli. F’konformità mal-Artikolu 7(4) it-tieni frażi, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (4), il-kwantitajiet li għalihom ma sarux talbiet, ġew miżjuda mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu tal-kwoti ta’ wara, mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2012, u jidhru fl-Anness għal din il-Komunikazzjoni.


(1)  ĠU L 125, 15.5.2007, p. 9.

(2)  ĠU L 128, 16.5.2007, p. 6.

(3)  ĠU L 128, 16.5.2007, p. 19.

(4)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.


ANNESS

Nru tal-ordni tal-kwota

Kwantità li għaliha ma tressqet l-ebda applikazzjoni u li għandha tiżdied mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Marzu 2012

(f'kg)

09.4068

4 005 400

09.4070

576 500

09.4169

8 332 500

09.4015

67 500 000

09.4402

6 023 223


Top