EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011XC0708(02)

Notifika dwar talba skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE – Talba mingħand entità kontraenti

ĠU C 200, 8.7.2011, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/15


Notifika dwar talba skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE

Talba mingħand entità kontraenti

2011/C 200/07

Fl-24 ta' Ġunju 2011 il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 30(5) tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (1). L-ewwel ġurnata tax-xogħol wara l-wasla tat-talba kienet is-27 ta' Ġunju 2011.

It-talba, li saret mill-Magyar Posta, tikkonċerna ċerti servizzi finanzjarji (ara r-raba’ inċiż tal-Artikolu 6(2)(c), tad-Direttiva 2004/17/KE) fl-Ungerija. L-Artikolu 30 imsemmi jistipula li d-Direttiva 2004/17/KE ma tapplikax meta l-attività konċernata tkun direttament esposta għall-kompetizzjoni fi swieq li l-aċċess għalihom mhuwiex ristrett. L-evalwazzjoni ta' dawn il-kundizzjonijiet għandha ssir esklussivament skont id-Direttiva 2004/17/KE, u hi bla ħsara għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tliet xhur żmien mill-ġurnata tax-xogħol imsemmija hawn fuq biex tieħu deċiżjoni dwar din it-talba. Għaldaqstant, id-data tal-iskadenza hija s-27 ta' Settembru 2011.

Dan il-perjodu jista’ eventwalment jiġi estiż bi tliet xhur. Din l-estensjoni għandha tiġi ppubblikata.

Skont l-Artikolu 30(6), it-tieni subparagrafu, talbiet ġodda rigward ċerti servizzi finanzjarji fl-Ungerija, li se jiġu ppreżentati qabel l-iskadenza tal-perjodu miftuħ (previst) għat-talba preżenti, mhumiex meqjusa bħala talbiet li jagħtu lok għal proċeduri ġodda u għandhom jiġu trattati fil-kuntest ta’ din it-talba.


(1)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.


Top