This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011XC0430(03)
Publication of an application pursuant to Article 6(2) of Council Regulation (EC) No 510/2006 on the protection of geographical indications and designations of origin for agricultural products and foodstuffs
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
ĠU C 129, 30.4.2011, p. 19–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/19 |
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
2011/C 129/11
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
“FASOLA WRZAWSKA”
Nru tal-KE: PL-PDO-0005-0645-24.09.2007
IĠP ( ) DPO ( X )
1. Isem:
“Fasola wrzawska”
2. Stat Membru jew pajjiż terz:
Il-Polonja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:
3.1. Tip ta' prodott:
Klassi 1.6. |
Frott, ħxejjex u ċereali friski jew ipproċessati |
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1):
Iż-żrieragħ imnixxfa biss tal-fażola ta' Spanja li tixxeblek (Phaseolus multiflorus) jistgħu jinbiegħu taħt l-isem “fasola wrzawska”.
Karatteristiċi fiżiċi:
|
il-piż ta' 1 000 żerriegħa jvarja minn 2 100 sa 2 900 g, li jkun jiddependi mit-tip ta' ħamrija u l-kundizzjonijiet tat-temp fl-istaġun tat-tkabbir. |
|
il-fażola tiġi ċċattjata b'mod laterali u f'forma ta' kliewi, tkun sħiħa, misjura, iffurmata tajjeb, b'umdità li ma taqbiżx it-18 %, ma tkunx imkemmxa, tkun mingħajr toqob li jiġu kkawżati mill-insetti u ma jkun fiha l-ebda sinjal ta' taħsir jew tkabbir minħabba t-temperatura. Il-fażola tkun karatterizzata minn tegument tar-raħs leqqien ta' kulur abjad uniformi. |
Ir-rekwiżiti minimi applikabbli għall-fażola qabel l-ippakkjar:
— |
fażola maqsuma (nofsijiet ta' fażola sħiħa): sa 0,1 %, |
— |
fażola mkemmxa: sa 0,3 %, |
— |
materjal estranju: sa 0,05 % (massimu ta' ħamrija 0,02 %), |
— |
fażola mħassra jew immuffata: mhux aktar minn 0,2 %, |
— |
fażola li ma tkunx ta' kulur uniformi: mhux aktar minn 0,6 %; madankollu, il-kwantità totali tal-fażola li ma tilħaqx dawn ir-rekwiżiti ma tistax taqbeż il-1,25 % fil-piż. |
3.3. Materja prima (għall-prodotti proċessati biss):
—
3.4. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss):
—
3.5. Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika identifikata:
Kull stadju tal-produzzjoni tal-“fasola wrzawska” għandu jseħħ fiż-żona ġeografika definit f’(4). Għandhom jintużaw biss iż-żrieragħ tal-fażola ta' Spanja li tixxeblek (Phaseolus multiflorus) fiż-żona fejn tiġi kkoltivata l-“fasola wrzawska”.
3.6. Regoli speċifiċi li japplikaw għat-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.:
—
3.7. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:
—
4. Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika:
Il-“Fasola wrzawska” tiġi kkoltivata fil-lokalitajiet li ġejjin f'Podkarpackie Voivodship:
— |
Wrzawy, Gorzyce, Motycze Poduchowne, Trześń u Zalesie Gorzyckie fil-muniċipalità ta' Gorzyce, fil-Kontea ta' Tarnobrzeski, |
— |
Skowierzyn, Zaleszany, Majdan Zbydniowski u Motycze Szlacheckie fil-muniċipalità ta' Zaleszany, |
— |
Dąbrówka Pniowska, Pniów, Nowiny, Witkowice, Chwałowice, Antoniów u Orzechów fil-muniċipalità ta' Radomyśl nad Sanem. |
Il-muniċipalitajiet ta' Zaleszany u Radomyśl nad Sanem jinsabu fil-Kontea ta' Stalowowolski.
5. Rabta maż-żona ġeografika:
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika:
5.1.1.
Iż-żona li fiha tiġi kkkoltivata l-fażola tinsab fil-Pjanura Tarnobrzeg u fil-Parti ta' Isfel tal-Wied tas-San. Il-Majjistral ta' dan it-territorju jmiss mal-konfini ta' Vistula. Ix-xmara San kważi taqsam iż-żona fi tnejn, u tibqa' għaddejja sax-Xmara Vistula qrib ta' Wrzawy. Dan it-territorju jifforma l-parti tat-Tramuntana tal-Baċin ta' Sandomierz.
Il-klima tal-pjanura tal-Baċin Sandomierz hija karatterizzata minn sjuf twal, bi sħana qawwija, bi xtiewi moderati u b'livelli baxxi ta' xita. Il-medja annwali tax-xita totali hi ta' madwar 600 mm (fil-perjodu 1985-1996 kienet tvarja minn 523 sa 628 mm), li aktar minn 230 mm tax-xita tinżel fl-istaġun tat-tkabbir.
Il-medja annwali tat-temperatura f'din iż-żona hi bejn 7,7 u 8,0 °C. Fis-sajf, f'Lulju (l-aktar xahar sħun), it-temperatura matul il-jum ikollha medja ta' + 18 °C. L-aktar xahar kiesaħ hu Jannar, b'temperatura medja ta' – 4 °C.
L-aktar jiem spissi huma dawk sħan ħafna, xemxin jew bi ftit sħab, kif ukoll jiem sħan u mingħajr xita. Jiem b'temp xemxi u moderatament sħun huma relattivament spissi. Karatteristika oħra ta' dan ir-reġjun hi l-perjodu twil mingħajr ġlata.
Il-viċinanza ta' żewġ xmajjar kbar hu fattur importanti fil-formazzjoni ta' tip speċifiku ta' mikroklima bejn il-Vistula u s-San. Din għandha impatt fuq l-istaġun tat-tkabbir (b'temperatura medja ta' 5 °C), li fi kważi 220 jum, hija 25 jum itwal minn żoni li jmissu ma' din iż-żona. Il-Baċin Sandomierz jmiss mal-Għoljiet Małopolska, l-Għoljiet Roztocze u l-qiegħ tal-Għoljiet Karpetjani. Dawn il-formazzjonijiet ta' superfiċi jillimitaw il-possibbiltà ta' rjieħ qawwija fiż-żona kollha.
Iż-żona msemmija f'(4) tinsab fil-baxx meta titqabbel maż-żoni tal-madwar u b'hekk hija protetta mill-impatt ta' rjieħ qawwija li jagħmlu ħafna ħsara. Il-ħamrija f'din iż-żona hi primarjament magħmula minn ħama li jakkumula f’saffi ta' sediment tax-xmajjar li ġej mit-tifwir tax-xmajjar Vistula u San u xmajjar oħra żgħar bħal-Łęg, it-Trześniówka u l-Osa, li kienu jfuru ta' spiss. Din il-ħamrija hi fost l-aktar fertili, simili għal dik li tinsab fil-widien tax-xmajjar – dik li tissejjaħ il-ħama tal-Vistula, li fil-parti l-kbira tagħha taqa' fil-kategoriji tal-ħamrija tajba ħafna u ħamrija tajba tal-qamħ u l-pitravi, ħamrija tajba tal-qamħ, u ma' ħamrija tajba ħafna u dik tajba tas-segala.
Iż-żona hija kkaratterizzata wkoll minn ċpar frekwenti matul ir-rebbiegħa u l-ħarifa. Din hi effettiva biex tillimita t-tibdiliet kbar fit-temperatura bejn il-jum u l-lejl. Minħabba l-viċinanza tax-xmajjar Vistula u San, ma hemmx nuqqas ta' ilmijiet fil-wiċċ.
5.1.2.
Il-bdiewa f'din iż-żona pperfezzjonaw il-proċess tal-koltivazzjoni tal-fażola fuq medda kbira ta' snin. Fl-istess waqt ippruvaw iżommu mal-proċeduri li ma jfixklux il-bilanċ naturali tal-ambjent. Il-ħiliet tal-bdiewa tal-lokal huma marbuta b'mod partikolari mal-prinċipji u l-metodi tal-produzzjoni tal-fażola, l-għażla u l-preparazzjoni tal-appoġġi (jiġifieri l-arbli), id-deċiżjoni rigward l-għażla tal-aħjar żmien biex jiżirgħu l-fażola (ixebilkuha mal-appoġġi), id-deċiżjoni rigward l-għażla tal-aħjar żmien biex jaqtgħu l-fażola u l-prinċipji biex jivvalutaw jekk l-imżiewed ikunux lesti biex jitqaxxru. Il-ħiliet tal-produtturi lokali jistgħu jintgħarfu wkoll mill-għadd ta' interventi li jridu jwettqu bl-idejn biex tkun prodotta l-fażola “fasola wrzawska”. Dawn jinkludu: il-preparazzjoni tal-arbli għall-fażola, iż-żriegħ tal-fażola, il-preparazzjoni tal-ħamrija (it-tneħħija tal-ħaxix ħażin u t-taqlib tal-ħamrija mill-fond), u x-xeblik tagħha mal-appoġġi, il-ħsad u l-għażla tal-fażola.
Kull stadju involut fil-produzzjoni tal-fażola “fasola wrzawska” hu bbażat fuq il-ħiliet umani tradizzjonali tar-reġjun, u ħafna mix-xogħol isir bl-idejn. Għaldaqstant, il-ħiliet tal-bdiewa lokali għandhom rwol importanti. Qabel ma jibda t-tkabbir tal-fażola, għandhom jintgħażlu l-arbli (jew il-lasti) li aktar tard jintużaw biex magħhom jixxebilku l-pjanti.
Dawn l-arbli għandhom jiġu spazjati b'mod xieraq mal-għalqa kollha, għaliex dan hu importanti biex jiġi żgurat li l-fażola tikber u tiżviluppa b'mod tajjeb.
Il-pjanti “Fasola wrzawska” jixxebilku f'varjetà ta' modi, pereżempju: fuq arbli mwaqqfin dritti, fuq ħbula li jiddendlu ma’ wajer li jkun jestendi bejn l-arbli u fuq arbli li jkunu stirati b’wajer. Il-fażola “Fasola wrzawska” titnixxef fil-miftuħ u tinħasad b'mod konsekuttiv, kif u meta jimmaturaw l-imżiewed. Il-fażola mnixxfa tiġi midrusa u tintgħażel bl-idejn. Il-fażola għandha tinħażen fi spazji nodfa, nexfin u ventilati sew li huma ħielsa mill-insetti u l-irwejjaħ estranji. Ma għandhiex tinħażen fi xkejjer magħluqa mingħajr arja.
5.2. Speċifiċità tal-prodott:
Il-fażola “fasola wrzawska” hija karatterizzata minn dan li ġej:
— |
Mid-daqs kbir – il-fażola “fasola wrzawska” tingħaraf mid-daqs tagħha fost l-ispeċi tal-fażola ta' Spanja Phaseolus multiflorus. Il-piż ta' 1 000 żerriegħa jvarja minn 2 100 sa 2 900 g, li jkun jiddependi mit-tip ta' ħamrija u l-kundizzjonijiet tat-temp fl-istaġun tat-tkabbir. il-“fasola wrzawska” hija bejn 40 % u 90 % akbar mill-varjetajiet oħra tal-fażola ta' Spanja, |
— |
kapaċità li tassorbi l-ilma hija 20 % ogħla minn dik ta' fażola oħra lil hinn miż-żona ġeografika definita f'(4), |
— |
il-ħxuna tat-tegument tar-raħs tagħha: il-piż u l-volum tal-qxur tal-“fasola wrzawska” huma madwar 20 % anqas minn dawk ta' fażola oħra tal-istess varjetà li tkun ġejja minn żona ġeografika differenti, |
— |
togħma ħelwa: konfermata permezz ta' valutazzjoni sensorja fil-laboratorju, |
— |
riħa speċifika, naturali u karatteristika, mingħajr riħa ta' moffa, ta' mdewwa jew irwejjaħ estranji oħra, |
— |
struttura u konsistenza: delikata, b'konsistenza li “ddub fil-ħalq” mingħajr ma tħalli togħma ta' dqiq wara li tittiekel, |
— |
ħin biex tissajjar: madwar 10 minuti anqas mill-fażola ta' Spanja li titkabbar lil hinn miż-żona ġeografika definita f'(4). |
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DPO) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għal IĠP):
Il-fażola “Fasola wrzawska” hija purament il-prodott ta' taħlita speċifika ta' fatturi naturali (il-klima u l-ħamrija) u l-ħiliet tal-produtturi lokali. Din it-taħlita biss tiggarantixxi l-kwalità unika tal-prodott.
L-art li fuqha titkabbar il-fażola “fasola wrzawska” għandha kwalità għolja ta' ħamrija tal-ħama, reġim ta' ilma regolat u mikroklima assoċjata mal-viċinanza ta' żewġ xmajjar kbar, il-Vistula u s-San. Dawn il-karatteristiċi taż-żona ġeografika, flimkien mal-ħiliet umani involuti fl-osservanza tar-regoli relevanti tas-sengħa, inkluż l-ispazjar bejn ir-ringieli u bejn l-arbli ta' kull ringiela, jgħinu lill-pjanti jikbru kif suppost u b'hekk jiġi żgurat li l-fażola “fasola wrzawska” tikber bl-abbundanza. Din il-fażola hija sinifikament akbar minn fażola oħra tal-istess speċi li titkabbar lil hinn miż-żona ġeografika ddefinita f'(4). Din iż-żona hija aktar sħuna minn dawk ta' żoni ġirien u tgawdi minn perjodu twil mingħajr ġlata li jestendi sal-istaġun tat-tkabbir, u l-irjieħ jaħkmu b'anqas saħħa minħabba n-natura tal-pjanura taż-żona u bil-mod li biha hi protetta mill-għoljiet li jdawruha. Dan il-fattur huwa sinifikanti ħafna, peress li l-pjanti tal-fażola huma sensittiva ħafna għar-riħ. Dawn il-fatturi, flimkien mal-ħiliet umani impenjati fil-ħsad bl-idejn u gradwali tal-fażola “fasola wrzawska” skont il-livell ta' maturazzjoni u tnixxif tagħhom fl-apert, isarrfu fi prodott li jkollu tegument tar-raħs irqiq u bi struttura u konsistenza ideali.
It-taħlita tal-elementi xierqa li jinsabu fiż-żona ġeografika u l-ħiliet umani jikkontribwixxu wkoll għall-karatterisitiċi speċifiċi tal-“fasola wrzawska” li huma ferm apprezzati fil-kuntest kulinarju. L-istaġun estiż tat-tkabbir, li matulu l-jiem xemxin huma predominati, ifisser li jista' jiġi sintetizzat ammont kbir ta' karboidrati. Din iċ-ċirkustanza, flimkien mal-ħiliet umani fl-għażla tal-aħjar żmien għall-ħsad tal-fażola abbażi tal-iżvilupp tagħha, tagħmilha possibbli biex jinkiseb il-kontenut ideali ta' karboidrat. B'riżultat ta' dan, il-fażola “fasola wrzawska” għandha togħma ħelwa speċifika. Ir-riħa speċifika tal-fażola “fasola wrzawska” tiġi żgurata billi din titnixxef f'kundizzjonijiet xierqa u billi jintgħażel l-aħjar post fejn tinħażen. Id-dris bl-idejn u l-għażla tal-fażola jiżguraw li tinżamm il-konformità mar-rekwiżiti stretti fir-rigward tal-kwalità tagħha.
Il-metodu naturali tat-tnixxif, li jiżgura kontenut baxx ta' ilma u li ma jiġix aċċellerat b'mod artifiċjali, ma jħallix li sseħħ degredazzjoni tal-qoxra ċellolari u tirriżulta fi tnaqqis ekwu tal-ispazjar tal-qoxra ċellulari. Dan it-trattament jiżgura li l-fażola “fasola wrzawska” jkollha kapaċità għolja li tassorbi l-ilma, struttura u konsistenza delikata u tieħu anqas żmien biex tissajjar minn fażola poliflorali oħra li toriġina lil hinn miż-żona ġeografika definita f'(4).
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:
(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
http://www.minrol.gov.pl/DesktopDefault.aspx?TabOrgId=1620&LangId
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.