EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011XC0326(09)

Pubblikazzjoni li tikkonċerna lill-Irish Nationwide Building Society skont id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu

ĠU C 94, 26.3.2011, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/21


Pubblikazzjoni li tikkonċerna lill-Irish Nationwide Building Society skont id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu

2011/C 94/14

FIR-RIGWARD TAL-KWISTJONI TAL-IRISH NATIONWIDE BUILDING SOCIETY U FIR-RIGWARD TAL-KWISTJONI TAL-ATT DWAR L-ISTITUZZJONIJIET TA’ KREDITU (STABILIZZAZZJONI) (CREDIT INSTITUTIONS (STABILISATION) ACT), 2010 (“L-ATT”)

Fit-8 ta’ Frar 2011 il-High Court of Ireland (il-Qorti Għolja tal-Irlanda) għamlet Ordinanza, kif emendata fil-11 ta’ Frar 2011, (“l-Ordinanza”), skont it-Taqsima 9 tal-Att, li, inter alia, tordna, lill-

1.

Irish Nationwide Building Society (“INBS”) biex jieħu ċerti passi b’rabta ma’ proċess ta’ rkant li għandu jitmexxa mill-National Treasury Management Agency (Aġenzija Nazzjonali għall-Ġestjoni tat-Teżor) fir-rigward tat-trasferiment ta’ ċerti depożiti u assi tal-INBS b’effett immedjat;

2.

INBS biex jieħu ċerti passi proċedurali (u biex jipprokura lill-kumpaniji affiljati tiegħu jagħmlu l-istess) skont il-Joint EC Restructuring and Work Out Plan for Anglo and INBS (Pjan Konġunt tal-KE għar-Ristrutturar u r-Rinegozjar tal-Anglo u tal-INBS) ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2011 lill-Kummissjoni Ewropea inkuża kwalunkwe varjazzjoni tiegħu kif ordnat u approvat mill-Kummissjoni Ewropea.

U l-Qorti ddikjarat l-Ordinanza bħala miżura ta' riorganizzazzjoni għall-finijiet tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' April 2001.

Skont it-Taqsima 11 tal-Att u abbażi tal-kondizzjonijiet stipulati fiha, tista’ ssir applikazzjoni mal-High Court of Ireland, li tinsab f'Four Courts, Inns Quay, Dublin 7, l-Irlanda, permezz ta' avviż ta' mozzjoni bbażat fuq affidavit, mhux iktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara l-ħruġ tal-Ordinanza, biex tiġi annullata l-Ordinanza.

Skont it-Taqsima 64 (2) tal-Att ma jista’ jsir l-ebda appell bis-saħħa tal-Ordinanza quddiem il-Qorti Suprema mingħajr il-kunsens tal-High Court.

Il-kopji sħaħ tal-Ordinanza huma disponibbli mill-Uffiċċju Ċentrali tal-High Court permezz tal-posta elettronika fuq l-indirizz listroomhighcourt@courts.ie


Top