EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011XC0326(07)
Publication concerning Anglo Irish Bank pursuant to Directive 2001/24/EC of the European Parliament and of the Council on the reorganisation and winding up of credit institutions
Pubblikazzjoni li tikkonċerna lill-Anglo Irish Bank skont id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu
Pubblikazzjoni li tikkonċerna lill-Anglo Irish Bank skont id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu
ĠU C 94, 26.3.2011, p. 19–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 94/19 |
Pubblikazzjoni li tikkonċerna lill-Anglo Irish Bank skont id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu
2011/C 94/12
Il-High Court of Ireland (Il-Qorti Għolja tal-Irlanda)
RIGWARD IL-KWISTJONI TAL-ANGLO IRISH BANK CORPORATION LIMITED U RIGWARD IL-KWISJTONI TAL-ATT DWAR L-ISTITUZZJONIJIET TA’ KREDITU (STABILIZZAZZJONI) (CREDIT INSTITUTIONS (STABILISATION) ACT), 2010 (“L-ATT”)
Fit-8 ta’ Frar 2011 il-High Court of Ireland għamlet Ordinanza skont it-Taqsima 9 tal-Att li, inter alia, tordna lill-
1. |
Anglo Irish Bank Corporation Limited (“Anglo”) biex jieħu ċerti passi b’rabta ma’ proċess ta’ rkant li għandu jitmexxa mill-National Treasury Management Agency (Aġenzija Nazzjonali għall-Ġestjoni tat-Teżor) fir-rigward tat-trasferiment ta’ ċerti depożiti u assi tal-Anglo b’effett immedjat |
2. |
Anglo biex jieħu ċerti passi proċedurali (u biex jipprokura lill-kumpaniji affiljati tiegħu jagħmlu l-istess) skont il-Joint EC Restructuring and Work Out Plan for Anglo and Irish Nationwide Building Society [Pjan Konġunt tal-KE għar-Ristrutturar u r-Rinegozjar tal-Anglo u tal-Irish Nationwide Building Society] ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2011 lill-Kummissjoni Ewropea inkluża kwalunkwe varjazzjoni tiegħu kif ordnat u approvat mill-Kummissjoni Ewropea |
U l-Qorti ddikjarat l-Ordinanza bħala miżura ta' riorganizzazzjoni għall-finijiet tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' April 2001.
Skont it-Taqsima 11 tal-Att u abbażi tal-kondizzjonijiet stipulati fiha, tista’ ssir applikazzjoni mal-High Court of Ireland, li tinsab f'Four Courts, Inns Quay, Dublin 7, l-Irlanda, permezz ta' avviż ta' mozzjoni bbażat fuq affidavit, mhux iktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara li ssir l-Ordinanza, biex tiġi annullata l-Ordinanza.
Skont it-Taqsima 64(2) tal-Att ma jista’ jsir l-ebda appell bis-saħħa tal-Ordinanza quddiem il-Qorti Suprema mingħajr il-kunsens tal-High Court.
Il-kopji sħaħ tal-Ordinanza huma disponibbli mill-Uffiċċju Ċentrali tal-High Court permezz tal-posta elettronika fuq l-indirizz listroomhighcourt@courts.ie