This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011XC0325(02)
Information communicated by Member States regarding State aid granted under Commission Regulation (EC) No 1857/2006 on the application of Articles 87 and 88 of the Treaty to State aid to small and medium-sized enterprises active in the production of agricultural products and amending Regulation (EC) No 70/2001
Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001
Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001
ĠU C 93, 25.3.2011, p. 12–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 93/12 |
Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001
2011/C 93/07
Għajnuna Nru: SA.31968 (2010/XA)
Stati Membri: Il-Pajjiżi l-Baxxi
Reġjun: —
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Investeringen op het terrein van energiebesparing (onderdeel van Regeling LNV-subsidies)
Bażi legali: Kaderwet LNV-subsidies: artikelen 2, 4 en 7
Regeling LNV-subsidies: artikelen 1:16, vierde lid, 2:1a, 2:2, 2:37, 2:40, vierde lid, 2:41, onderdeel d
Regeling LNV-subsidies: „Bijlage 2. Bijlage bij de artikelen 2:37, eerste lid, 2:38 en 2:40, vierde lid”, en „Hoofdstuk 1. Investeringen op het terrein van energiebesparing”
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: 2011: EUR 10 miljun
2012: EUR 10 miljun
2013: EUR 10 miljun
Intensità massima tal-għajnuna: 40 % tal-investimenti eliġibbli
Data tal-implimentazzjoni: Mill-1 ta' Jannar 2011
Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta’ Diċembru 2013
Għan tal-għajnuna: Għan primarju: L-appoġġ lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju fl-industrija tal-biedja involuti fl-attivitajiet ta' produzzjoni primarja. Għan sekondarju: il-preservazzjoni u t-titjib tal-ambjent. L-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006, b'mod partikolari l-paragrafi 2(b) u 3(d).
Settur jew setturi benefiċjarji: L-ażjendi agrikoli, b'mod partikolari l-azjendi tal-ortikultura tas-serer
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
De staatssecretaris van Economische Zaken, Landbouw en Innovatie |
Postbus 20401 |
2500 EK Den Haag |
NEDERLAND |
Indirizz tal-Internet: http://wetten.overheid.nl/zoeken/
Informazzjoni oħra: L-Investiment fl-Iskema għall-Iffrankar tal-Enerġija (IRE) riċentement ġie rreġistrat fl-ambitu tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 taħt in tal-Għajnuna XA 38/07 għall-perjodu 2007-2010. Peress li l-għan hu li jingħataw sussidji fl-2011, 2012 u 2013, l-iskema qed tiġi rreġistrata għal darba oħra skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006.
L-iskadenza għall-applikazzjoni għas-sussidji mill-2011 sal-2013 hija stabbilita fid-Deċiżjoni għall-istedina tal-applikazzjonijiet għas-sussidji mill-Ministeru għall-Agrikoltura, in-Natura u l-Kwalità tal-Ikel (ippubblikata kull sena mis-Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-innovazzjoni) (Ara wkoll l-Artikolu 1(3) dwar l-Iskema għas-Sussidji mill-Ministeru għall-Agrikoltura, in-Natura u l-Kwalità tal-Ikel). Id-Deċiżjonijiet huma ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern. It-titlu ta' referenza għall-2011 huwa kif ġej: Id-Deċżjoni għall-istedina tal-applikazzjonijiet għas-sussidji għall-2011 lill-Ministeru għall-Agrikoltura, in-Natura u l-Kwalità tal-Ikel; il-perjodu tal-applikazzjoni għall-IRE fl-2011 għandu jkun mill-1 ta' April sat-13 ta' Mejju. Id-Deċiżjoni tista' tistabbilixxi l-intensità tal-għajnuna għal anqas minn 40 % tal-investimenti eleġibbli.
Idħol fis-sit elettroniku “http://wetten.overheid.nl/zoeken/”
Ikklikkja fuq il-kaxxi mmarkati “wetten” u “in de titel”, imbagħad ittajpja “Kaderwet LNV-subsidies”
Ikklikkja fuq il-kaxxi mmarkati “ministeriële regelingen” u “in de titel”, imbagħad ittajpja “Regeling LNV-subsidies”
Għajnuna Nru: SA.32064 (2010/XA)
Stati Membri: Il-Belġju
Reġjun: Vlaanderen
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Bio zoekt Boer
Bażi legali: Ministerieel Besluit tot toekenning van een subsidie aan BioForum Vlaanderen vzw voor het project „Biolandbouw & agrobiodiversiteit” (ara d-dokument mehmuż).
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 0,0379 miljun
Intensità massima tal-għajnuna: L-intensità massima tal-għajnuna hi ta' 100 % tal-ispejjeż ippruvati tal-proġett sottomess għall-għajnuna.
Data tal-implimentazzjoni: L-għajnuna mhux ser tingħata sakemm tiġi ffirmata d-deċiżjoni tal-għajnuna mill-Ministru u jiġu impenjati l-approprjazzjonijiet tal-baġit (nofs Diċembru 2010). Irid ikun applikat il-prinċipju ‘ta’ sospensjoni’.
Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: L-għajnuna ser tingħata għall-2011 (mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2011 inkluż).
Għan tal-għajnuna: L-għajnuna ser tingħata lil BioForum Vlaanderen vzw għall-attivitajiet li ġejjin:
Il-miżura tal-għajnuna taqa’ fl-ambitu tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. L-għajnuna tista' tkopri 100 % tal-ispejjeż li ġejjin:
L-Artikolu 15(c): għajnuna dwar is-servizzi ta' konsulenza pprovduti minn partijiet terzi;
L-Artikolu 15(d) dwar l-organizzazzjoni ta' forums u l-parteċipazzjoni fihom għall-qsim tal-għarfien bejn in-negozji, il-kompetizzjonijiet, il-wirjiet u l-fieri
Il-proġett ma jipprovdix għajnuna għar-reklamar.
Se titħares il-konformità mal-paragrafi kollha tal-Artikolu 15.
Settur jew setturi benefiċjarji: Il-biedja organika
L-għajnuna ser tingħata biss lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Departement Landbouw en Visserij |
Afdeling Duurzame Landbouwontwikkeling |
Koning Albert II-laan 35, bus 40 |
1030 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Indirizz tal-Internet: http://lv.vlaanderen.be/nlapps/docs/default.asp?id=1914
Informazzjoni oħra: —
Jules VAN LIEFFERINGE
Secretaris-generaal
Għajnuna Nru: SA.32065 (2010/XA)
Stati Membri: Il-Belġju
Reġjun: Vlaanderen
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Ketenontwikkeling BioForum Vlaanderen
Bażi legali: Ministerieel Besluit tot toekenning van een subsidie aan BioForum Vlaanderen vzw voor het project „Ketenontwikkeling BioForum Vlaanderen (ara d-dokument mehmuż)”.
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 0,095 miljun
Intensità massima tal-għajnuna: L-intensità massima tal-għajnuna hi ta' 100 % tal-ispejjeż ippruvati tal-proġett sottomess għall-għajnuna. L-ispejjeż ġenerali mhumiex eleġibbli għal sussidju.
Data tal-implimentazzjoni: L-għajnuna mhux ser tingħata sakemm tiġi ffirmata d-deċiżjoni tal-għajnuna mill-Ministru u jiġu impenjati l-approprjazzjonijiet tal-baġit L-iskema għandha tibda tapplika mill-1 ta’ Jannar 2011. Irid ikun applikat il-prinċipju ‘ta’ sospensjoni’.
Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: L-għajnuna ser tingħata għall-2011 (mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2011 inkluż).
Għan tal-għajnuna: L-għajnuna ser tingħata lil BioForum Vlaanderen vzw bil-għan li tagħmel eżami tas-suq, tappoġġja s-servizzi tal-ikel, tissorvelja x-xejriet tas-suq u taġġorna u twettaq ir-riċerka tas-suq kif ukoll tipprovdi komunikazzjoni ralatata ma’ dawn.
L-għajnuna se tingħata skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. L-għajnuna tista' tkopri 100 % tal-ispejjeż li ġejjin:
L-Artikolu 15(c): għajnuna dwar is-servizzi ta' konsulenza pprovduti minn partijiet terzi;
L-Artikolu 15(d) dwar l-organizzazzjoni ta' forums u l-parteċipazzjoni fihom għall-qsim tal-għarfien bejn in-negozji, il-kompetizzjonijiet, il-wirjiet u l-fieri;
L-Artikolu 15(2)(e): għajnuna għal informazzjoni fattwali dwar is-sistemi ta’ kwalità li japplikaw għall-prodotti minn pajjiżi oħrajn, dwar il-prodotti ġeneriċi u dwar il-benefiċċji ta’ nutriment tal-prodotti ġeneriċi u suġġerimenti għall-użu tagħhom;
L-Artikolu 15(2)(f): għajnuna għal pubblikazzjonijiet bħal katalgi jew siti tal-internet li jippreżentaw informazzjoni fattwali dwar il-produtturi li ġejjin minn ċertu reġjun jew dwar il-produtturi li jipproduċu ċertu prodott, dejjem jekk l-informazzjoni u l-preżentazzjoni jkunu newtrali u l-produtturi kollha kkonċernati jkollhom opportunitajiet indaqs għar-rappreżentanza fil-pubblikazzjoni. L-għajnuna se tingħata biss għal attivitajiet u għal materjal informattiv li ma jkun fihom ebda referenza għall-oriġini tal-prodott.
Il-proġett ma jipprovdix għajnuna għar-reklamar.
Se titħares il-konformità mal-paragrafi kollha tal-Artikolu 15.
Settur jew setturi benefiċjarji: Biedja organika
L-għajnuna ser tingħata biss lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Departement Landbouw en Visserij |
Afdeling Duurzame Landbouwontwikkeling |
Koning Albert II-laan 35, bus 40 |
1030 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Indirizz tal-Internet: http://lv.vlaanderen.be/nlapps/docs/default.asp?id=1914
Informazzjoni oħra: —
Jules VAN LIEFFERINGE
Secretaris-generaal
Għajnuna Nru: SA.32067 (2010/XA)
Stati Membri: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Reġjun: Schleswig-Holstein
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Entschädigung für Legehennen in Beständen mit Salmonellen-Befund
Bażi legali:
1. |
Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tas-17 ta' Novembru 2003 (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1) |
2. |
Verordnung zum Schutz gegen bestimmte Salmonelleninfektionen beim Haushuhn (Hühner-Salmonellen-Verordnung) vom 6. April 2009 (BGBl. I S. 752), zuletzt geändert durch Artikel 7 der Verordnung vom 18. Dezember 2009 (BGBl. I S. 3939) |
3. |
Leitlinien zum Schutz schleswig-holsteinischer Legehennenbestände vor dem Eintrag und der Verbreitung von Salmonellen der Typen S. enteritidis und S. typhimurium |
4. |
Richtlinien für die Gewährung von Beihilfen zur Bekämpfung von Salmonellen in Legehennenbeständen (Legehennen-Salmonellen-Beihilfe-Richtlinien) |
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 130 000
Intensità massima tal-għajnuna: 50 %
Data tal-implimentazzjoni: Din l-għajnuna ser tingħata minn x'ħin tiġi ppubblikata l-informazzjoni fil-qosor dwar l-iskema tal-għajnuna fuq l-internet.
Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2011
Għan tal-għajnuna: Salmonellosis hija elenkata fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE.
L-eżenzjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 10(2) tar-regolament (KE) Nru 1857/2006 tat-TFUE
L-iskop tal-miżura huwa biex tikkumpensa għal nofs il-valur tas-suq tal-annimali li jkunu nqatlu minħabba infezzjonijiet tas-salmonella indentifikati uffiċjalment skont il-linji gwida.
Settur jew setturi benefiċjarji: L-Agrikoltura
Is-sidien tat-tiġieġ li jbidu li huma eleġibbli għall-għajnuna huma l-azjendi agrikoli żagħar u ta' daqs medju skont it-tifsira tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006.
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Ministerium für Landwirtschaft, Umwelt und ländliche Räume Schleswig-Holstein |
Mercatorstraße 3 |
24106 Kiel |
DEUTSCHLAND |
Indirizz tal-Internet: http://www.schleswig-holstein.de/cae/servlet/contentblob/954314/publicationFile/Beihilfe_Salmonellen_RiLi_2011_Freist.pdf
Informazzjoni oħra: —
Birgitt FAIK