This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011XC0319(13)
Information communicated by Member States regarding State aid granted under Commission Regulation (EC) No 1857/2006 on the application of Articles 87 and 88 of the Treaty to State aid to small and medium-sized enterprises active in the production of agricultural products and amending Regulation (EC) No 70/2001
Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001
Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001
ĠU C 88, 19.3.2011, p. 28–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 88/28 |
Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001
2011/C 88/15
Għajnuna Nru: SA.31995 (2010/XA)
Stati Membri: Ir-Renju Unit
Reġjun: L-Ingilterra
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Advice/Support to Farming Businesses under TB restrictions in England
Bażi legali: Animal Health Act 1981, Section 3
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: In-nefqa annwali taħt l-iskema hi mistennija li tkun GBP 400 000 kull sena
Intensità massima tal-għajnuna: L-intensità tal-għajnuna għall-asistenza teknika hija ta’ 100 % skont l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006
Data tal-implimentazzjoni: L-iskema se tibda fl-10 ta' Diċembru 2010
Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: L-iskema se tibda fl-10 ta' Diċembru 2010. L-aħħar data tal-pagament ser tkun il-31 ta’ Diċembru 2017 u d-data tal-għeluq tal-iskema hija t-30 ta’ Novembru 2017. L-iskema infetħet biex tirreġistra t-turija ta’ interess iżda mhu ser ikun hemm l-ebda nefqa għall-ebda miżura sakemm il-Kummissjoni tkun qablet li l-iskema tkun tista’ tipproċedi.
Għan tal-għajnuna: L-għan tal-għajnuna hu li jgħin lir-raħħala li jrabbu l-bhejjem bovini jimminimizzaw l-impatt tat-Tuberkolożi Bovina (TB) u jnaqqas ir-riskju ta' mard ripetut. Ser nagħmlu dan billi nipprovdu pariri aħjar dwar il-veterinarja, il-bijosikurezza u dwar in-negozju lill-bdiewa affettwati bit-TB (b’iffukar fuq il-bdiewa b’merħliet li jkunu taħt restrizzjonijiet tat-TB għal perjodu twil u fuq dawk il-bdiewa li jkunu qed jesperjenzaw l-ewwel mard). Il-pariri ser ivarjaw minn pariri individwali (pereżempju, pariri dwar in-negozju, jew żjara privata minn veterinarju lill-merħliet morda biex jitnaqqas ir-riskju għal aktar tixrid ta’ mard u biex jiġu kkontrollati l-impatti), u għall-attivitajiet prattiċi ta' demostrazzjoni dwar il-bijosikurezza fl-irziezet infushom bi sħubija mal-industrija, li jkunu jinvolvu sa 15-il bidwi għal kull attività.
Id-dispożizzjoni ta' din l-għajnuna teknika fis-settur agrikolu ser tkun konformi mal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.
Settur jew setturi benefiċjarji: L-iskema tapplika għas-settur agrikolu.
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Il-korp statutarju responsabbli għall-iskema huwa: Department for Environment, Food and Rural Affairs (Defra) |
L-organizzazzjoni li qed topera l-iskema: Defra |
Bovine TB Programme |
6th Floor, Millbank |
Nobel House |
17 Smith Square |
London |
SW1P 3JR |
UNITED KINGDOM |
Indirizz tal-Internet: http://www.defra.gov.uk/foodfarm/farmanimal/diseases/atoz/tb/documents/farmer-state-aid-2010.pdf
Informazzjoni oħra: Aktar tagħrif iddettaljat dwar l-eliġibbiltà u r-regoli għall-iskema jinsabu fuq il-ħoloq virtwali li jidhru hawn fuq.
Għajnuna Nru: SA.32011 (2010/XA)
Stati Membri: Ir-Renju Unit
Reġjun: Northern Ireland
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Brucellosis Control Scheme (Northern Ireland) 2010
Bażi legali: Diseases of Animals (Northern Ireland) Order 1981
Brucellosis Control Order (Northern Ireland) 2004 (Statutory Rule 2004 No 361)
Brucellosis (Examination and Testing) Scheme Order (NI) 2004 (Statutory Rule 2004 No 364)
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: L-ispiża tal-Iskema hi ta' GBP 10 miljuni fis-sena. Din iċ-ċifra tinkludi kemm l-ispejjeż amministrattivi u dawk tal-persunal tad-Dipartiment tas-Servizz Veterinarju kif ukoll l-ispejjeż tal-laboratorju.
Intensità massima tal-għajnuna: L-għajnuna biex tikkumpensa għall-ispejjeż li l-bdiewa jġarrbu minħabba l-kontrolli tas-saħħa, it-testijiet u l-miżuri oħra għall-għarfien minn kmieni, il-qtil u l-qerda tal-annimali, flimkien mal-prevenzjoni u l-eliminazzjoni tal-bruċellożi, mhux se taqbeż il-100 % tal-ispejjeż eliġibbli.
Il-kumpens imħallas lill-bdiewa għall-qtil ta' annimali milquta se jkun limitat għall-intensitajiet massimi ta' għajnuna li ġejjin:
Reatturi għall-bruċellożi: 75 % tal-valur fis-suq tal-annimal;
Annimali oħra (f'kuntatti ma' bruċellożi): 100 % tal-valur fis-suq għal annimali oħra maqtula bħala riżultat tal-bruċellożi.
L-intensitajiet kollha ta' għajnuna huma konformi mal-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 1857/2006 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 8).
Data tal-implimentazzjoni: Mill-14 ta' Diċembru 2010 jew mid-data ta' meta saret in-notifika lill-Kummissjoni (jekk aktar tard).
Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: L-Iskema se topera għal seba’ (7) snin mid-data ta' meta l-Iskema tiġi ppubblikata fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni.
Għan tal-għajnuna: L-għajnuna hi biex tikkumpensa għall-ispejjeż li l-bdiewa jġarrbu minħabba l-kontrolli tas-saħħa, it-testijiet u l-miżuri oħra għall-għarfien minn kmieni, il-qtil u l-qerda tal-annimali li jinkludu telf ta' dħul minħabba l-obbligi ta' kwarantina, flimkien mal-prevenzjoni u l-eliminazzjoni tal-bruċellożi bovina (l-Artikolu 10.1 tar-Regolament (KE) 1857/2006).
Il-Bruċellożi hija marda mniżżla fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE li ġiet imħassra u mibdula bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE
Settur jew setturi benefiċjarji: Is-settur tat-trobbija tal-bhejjem
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Department of Agriculture and Rural Development (DARD) |
TB/BR Policy Branch |
Animal Health & Welfare Policy Division |
Room 650 |
Dundonald House |
Upper Newtownards Road |
Belfast |
BT4 3SB |
UNITED KINGDOM |
Indirizz tal-Internet: http://www.dardni.gov.uk/br
Informazzjoni oħra: Il-benefiċjarji se jkunu limitati għal impriżi agrikoli żgħar u ta' daqs medju (l-irziezet) fl-Irlanda ta' Fuq attivi fil-produzzjoni primarja ta' prodotti agrikoli (l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) 1857/2006).
L-għajnuna għal testijiet għall-għarfien minn kmieni u għal miżuri ta' kontroll se tkun permezz ta' servizz issussidjat (l-Artikolu 10.1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006) u permezz ta' ħlasijiet ta' kumpens lill-bdiewa għal annimali maqtula (l-Artikolu 10.2 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006).
Kumpens Żejjed: Kumpens Żejjed – L-ammont massimu ta' telf eliġibbli għall-għajnuna se jitnaqqas permezz ta' (a) kwalunkwe ammont irċevut skont skemi ta' assigurazzjoni; u (b) spejjeż mhux imġarrba minħabba l-marda, li kienu jiġġarbu xorta waħda (l-Artikolu 10.3 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006).
Barra minn hekk, l-arranġamenti ta' kumpens jiddependu fuq valutazzjonijiet individwali li jsiru minn uffiċjal ta' evalwazzjoni tat-trobbija tal-bhejjem mid-Dipartiment u, f'każ ta' nuqqas ta' qbil fuq il-valutazzjoni tad-Dipartiment, fuq valutazzjoni individwali oħra minn stimatur indipendenti. Hemm rikors finali, kemm għal dak li jżomm l-annimali kif ukoll għad-Dipartiment, għand il-Bord tal-Appell għall-Valutazzjoni maħtur mid-Dipartiment. Uffiċjal Anzjan tal-Valutazzjoni tat-Trobbija tal-Bhejjem mid-Dipartiment huwa responsabbli biex jiżgura li l-valutazzjonijiet ikunu konsistenti madwar l-Irlanda ta' Fuq u wkoll biex ikunu kkontrollati l-valuri fis-suq kurrenti sabiex jiġu żgurati li l-valutazzjonijiet jirriflettu x-xejriet tas-suq.
Għajnuna Nru: SA.32089 (2010/XA)
Stati Membri: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Reġjun: Il-Bavarja (Freistaat Bayern)
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Gewährung von Leistungen durch die Bayerische Tierseuchenkasse nach der Dritten Satzung zur Änderung der Satzung über die Leistungen der Bayerischen Tierseuchenkasse (Leistungssatzung):
Bażi legali:
(1) |
§ 71 Tierseuchengesetz der Bundesrepublik Deutschland |
(2) |
Art. 5 Abs. 2, Art. 5 b Abs. 2 des Gesetzes über den Vollzug des Tierseuchenrechts des Freistaats Bayern |
(3) |
Satzung über die Leistungen der Bayerischen Tierseuchenkasse (Leistungssatzung), registriert von der EU-Kommission unter der Identifikationsnummer XA 287/08 |
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 1.5 miljun fis-sena (iffinanzjati mill-kontribuzzjonijiet ta’ dawk li jrabbu l-bhejjem għall-fond għall-mard tal-annimali tar-reġjun tal-Bavarja)
Intensità massima tal-għajnuna: Sa massimu ta’ 100 %
Data tal-implimentazzjoni: Għotja kontinwa ta’ kull sena
Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Mill-ġurnata wara li jkun ippubblikat l-avviż dwar l-eżenzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2013.
Għan tal-għajnuna: Għajnuna sabiex jiġi miġġieled il-mard tal-annimali skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.
Skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, fil-Bavarja l-ispejjeż tat-tilqim tal-baqar u tan-nagħaġ kontra l-marda tal-“bluetongue” se jiġu kkumpensati bħala miżuri għall-prevenzjoni ta’ din il-marda u l-ġlieda kontriha. L-għan tal-kumpens tal-ispejjeż huwa li dawk li jrabbu l-bhejjem jitħeġġu jlaqqmu l-bhejjem u li jkun hemm l-iktar kopertura komprensiva possibbli tat-tilqim fost l-imrieħel tal-baqar u tan-nagħaġ tal-Bavarja. B’hekk, l-imrieħel għandhom jitħarsu bl-aqwa mod mill-marda tal-“bluetongue”, li hija kklassifikata bħala marda tal-annimali fil-lista tal-OIE u fl-Anness għad-Deċiżjoni 90/424/KEE.
Se tingħata għajnuna skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 bħala kumpens għall-intrapriżi taċ-ċanga tal-Bavarja f’żoni rrikonoxxuti bħala ħielsa mill-BHV1 (ir-reġjuni tal-Bavarja mniżżlin fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2004/558/KE) għal parti mit-telf ta’ dħul li nħoloq minħabba l-obbligi tal-kwarantina abbażi tad-Deċiżjoni 2004/558/KE tal-15 ta’ Lulju 2004 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE li tirrigwarda garanziji addizzjonali għan-negozju intra-Komunitarju ta’ annimali bovini relatati mar-rinotrakeite bovina infettiva u l-approvazzjoni tal-programmi ta’ qerda ppreżentati minn ċerti Stati Membri. B’hekk għandha tiżdied l-effikaċja tal-miżuri tal-kwarantina u jkun żgurat li ż-żoni rrikonoxxuti bħala ħielsa mill-BHV1 jibqgħu ħielsa minn din il-marda. Il-BHV1 hija marda tal-annimali mniżżla fil-lista tal-OIE li twassal għal ħsara serja fl-agrikoltura u li l-Bavarja tinsab fi ġlieda kontinwa kontriha.
Dawk li qed jirċievu l-għajnuna huma intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.
L-għajnuna ma tkopri l-ebda miżura li l-ispejjeż tagħha jridu jiġġarrbu mill-intrapriżi agrikoli stess skont il-liġi tal-Komunità.
L-għajnuna mogħtija skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 mhijiex se tingħata lill-intrapriżi agrikoli bħala ħlas dirett, iżda se tingħatalhom fil-forma ta’ servizzi ssussidjati. L-ispejjeż għas-servizzi se jkunu f’idejn il-fond għall-mard tal-annimali tar-reġjun tal-Bavarja, li se jieħu ħsieb iħallas lill-fornituri tas-servizzi. L-intensità sħiħa tal-għajnuna mhix se taqbeż il-100 %. Is-servizzi huma marbutin mal-ispejjeż tax-xiri tat-tilqim kontra l-marda tal-“bluetongue”.
L-għajnuna skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 sservi biex ittaffi t-telf mid-dħul li nħoloq minħabba l-obbligi tal-kwarantina minħabba l-marda tal-annimali msejħa l-BHV1. L-intensità massima ta’ din it-tip ta’ għajnuna wkoll ma tistax taqbeż il-100 %.
Settur jew setturi benefiċjarji: Dawk li jrabbu l-baqar u n-nagħaġ (l-intrapriżi agrikoli) fil-Bavarja.
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Bayerische Tierseuchenkasse (Il-fond għall-mard tal-annimali tar-reġjun tal-Bavarja) |
Anstalt des öffentlichen Rechts |
Arabellastraße 29 |
81925 München |
DEUTSCHLAND |
Posta elettronika: info@btsk.de |
Indirizz tal-Internet: Għall-bażi legali:
Il-liġi dwar il-mard tal-annimali:
http://www.gesetze-im-internet.de/bundesrecht/viehseuchg/
http://www.gesetze-im-internet.de/bundesrecht/viehseuchg/gesamt.pdf
Il-liġi dwar l-infurzar tad-drittijiet li għandhom x’jaqsmu mal-mard tal-annimali:
http://portal.versorgungskammer.de/portal/page/portal/btsk/btskrg/tierseuchengesetz-vollzug-2010.pdf
Id-digriet dwar is-servizzi tal-fond għall-mard tal-annimali tar-reġjun tal-Bavarja (id-digriet dwar is-servizzi):
http://portal.versorgungskammer.de/portal/page/portal/btsk/btskrg/1.1.2010-leistungssatzung.pdf
Għall-iskema tal-għajnuna:
Id-digriet li jemenda d-digriet dwar is-servizzi tal-fond għall-mard tal-annimali tar-reġjun tal-Bavarja (id-digriet dwar is-servizzi):
http://portal.versorgungskammer.de/portal/page/portal/btsk/btskrg/3.aenderungssatzungderleistungssatzung.pdf
Informazzjoni oħra: —
Għajnuna Nru: SA.32094 (2010/XA)
Stati Membri: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Reġjun: Mecklenburg-Vorpommern
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Gewährung von Beihilfen auf der Grundlage der Beihilfesatzung der Tierseuchenkasse von Mecklenburg-Vorpommern sowie finanzielle Unterstützung der Tierseuchenkasse durch das Land daran.
Bażi legali: Tierseuchengesetz in der Fassung der Bekanntmachung vom 22. Juni 2004 (BGBl. I S. 1260, 3588), zuletzt geändert durch Artikel 1 § 5 Abs. 3 des Gesetzes vom 13. Dezember 2007 (BGBl. I S. 2930)
§ 12 i.V.m. § 16 des Ausführungsgesetzes des Landes Mecklenburg-Vorpommern zum Tierseuchengesetz vom 6. Januar 1993 (GVOBl. M-V S. 3), zuletzt geändert durch das Gesetz vom 27. Mai 2008 (GVOBl. M-V S. 142)
§ 2 der Hauptsatzung der Tierseuchenkasse von Mecklenburg-Vorpommern vom 11. März 2005 (AmtsBl. M-V S. 527)
Satzung der Tierseuchenkasse von Mecklenburg-Vorpommern über die Gewährung von Beihilfen für das Jahr 2011
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża:
Ammont totali tal-għajnuna: |
EUR 2 025 200 kull sena |
li minnhom il-parti tal-fond għall-mard tal-annimali hija ta’ |
EUR 1 225 200 kull sena |
li minnhom il-parti tar-reġjun hija ta’ |
EUR 800 000 kull sena |
Intensità massima tal-għajnuna: Ammont massimu ta’ 100 % tal-ispejjeż li ġġarrbu
Data tal-implimentazzjoni: Mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011
Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011
L-applikazzjoni trid tintbagħat lill-fond għall-mard tal-annimali fi zmien 90 jum minn meta jseħħ l-avveniment li jiġġustifika d-dritt għall-għajnuna, dejjem jekk ma jkunx hemm xi liġi oħra li tipprevedi perjodu taż-żmien iqsar għal dan.
Għan tal-għajnuna: Għajnuna sabiex jiġi miġġieled u ssorveljat il-mard tal-annimali skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 b’ rabta mal-istrateġiji eżistenti tar-reġjun, tal-pajjiż u tal-Unjoni Ewropea għall-ġlieda, s-sorveljanza u t-tneħħija tat-tniġġis mill-mard.
L-għajnuna se tingħata b’mod speċjali:
bħala għajnuna, fil-forma ta’ għotjiet, għal servizzi mogħtija minħabba miżuri ordnati b’mod uffiċjali għall-prevenzjoni tal-mard tal-annimali u ta’ mard ieħor tal-annimali li jittieħed jew ta’ mard ġenetiku u għall-ġlieda kontrihom,
bħala għajnuna, fil-forma ta’ għotjiet, għal servizzi mogħtija fil-qafas ta’ miżuri għall-ġlieda kontra l-mard li jkunu ngħataw għajnuna mill-istat jew li jkunu ttieħdu b’mod volontarju,
bħala għajnuna, fil-forma ta’ għotjiet, għal servizzi marbutin mal-ħidma tas-servizzi tas-saħħa tal-annimali tal-fond għall-mard tal-annimali, kif ukoll
bħala kumpens għal telf tal-annimali li jkun ġie minħabba l-mard tal-annimali jew il-mard tal-annimali li jittieħed – dan il-kumpens iżda ma jistax ikun ta’ ammont li huwa ikbar mill-valur tal-annimali fis-suq.
Settur jew setturi benefiċjarji: L-azjendi agrikoli kollha li jrabbu ż-żwiemel, il-baqar, il-ħnieżer, in-nagħaġ, il-mogħoż u t-tjur
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Tierseuchenkasse von Mecklenburg-Vorpommern (Il-fond għall-mard tal-annimali tar-reġjun ta’ Mecklenburg-Vorpommern) |
Anstalt des öffentlichen Rechts |
Behördenzentrum Block C |
Neustrelitzer Str. 120 |
17033 Neubrandenburg |
DEUTSCHLAND |
Indirizz tal-Internet: http://www.tskmv.de
Informazzjoni oħra: b.dittmann@tskmv.de
Għajnuna Nru: SA.32101 (2010/XA)
Stati Membri: Id-Danimarka
Reġjun: —
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Vækstkaution
Bażi legali: Lovbekendtgørelse nr. 549 af den 1. juli 2002 (med ændringer), bekendtgørelse nr. 1013 af den 17. august 2007, samt ændringsbekendtgørelse nr. 237 af den 17. marts 2010, samt Finansudvalgets bevilling. (L-Att Ikkonsolidat Nru 549 tal-1 ta' Lulju 2002 (kif emendat), Ordni Nru 1013 tas-17 ta' Awwissu 2007, Ordni li temenda Nru 237 tas-17 ta' Marzu 2010, u l-awtorizazzjoni tal-Kumitat tal-Finanzi.)
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Għajnuna fil-forma ta' garanziji. In-nefqa massima disponibbli skont l-iskema hi ta' DKK 300 miljun. L-iskema tikkonċerna s-setturi primarji u l-industriji l-oħra kollha, u n-nefqa tirrapreżenta l-ispejjeż totali tal-iskema kollha. Il-garanziji jkopru massimu ta' 75 % tal-ammont tas-self għal kull impriża sa massimu ta' DKK 10 miljuni. Il-metodu użat biex tiġi kkalkulata l-għotja ekwivalenti tal-iskema ta' garanzija ġie notifikat lil u approvat mill-Kummissjoni Ewropea skont SA.31856 (N 531/10)
Intensità massima tal-għajnuna:
|
Intensità medja tal-għajnuna: 15,23 % tal-garanzija |
|
Intensità massima tal-għajnuna: 19,02 % tal-garanzija |
Data tal-implimentazzjoni: Il-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni sommarja tal-Kummissjoni Ewropea fuq l-Internet.
Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2011
Għan tal-għajnuna: L-Artikolu 4
Settur jew setturi benefiċjarji: L-agrikoltura, l-ortikoltura u t-tkabbir tal-frott; ma tapplika l-ebda restrizzjoni partikolari fir-rigward tan-natura tal-produzzjoni.
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
Vækstfonden |
Strandvejen 104 A |
2900 Hellerup |
DENMARK |
Indirizz tal-Internet:
|
http://www.vf.dk/OmVaekstfonden/~/media/Files/Bekendtgoerelsen%20%20%20Retsinformation.ashx |
|
http://www.vf.dk/OmVaekstfonden/~/media/Files/Bekendtgoerelsen%20%20%20Retsinformation.ashx |
|
http://www.vf.dk/OmVaekstfonden/~/media/Files/Lov%20nr%20549%20af%20den%202%20juli%202002%20%20m%20som%20aendret%20%20tom%202009.ashx |
|
http://vf.dk/OmVaekstfonden/~/media/Files/7%20Vaekstkaution/Akt%2063%202010.ashx |
Informazzjoni oħra: —