This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011XC0222(04)
Publication of an amendment application pursuant to Article 6(2) of Council Regulation (EC) No 510/2006 on the protection of geographical indications and designations of origin for agricultural products and foodstuffs
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
ĠU C 56, 22.2.2011, p. 18–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 56/18 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
2011/C 56/10
Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt li wieħed joġġezzjoni għat-talba skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). L-istqarrijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni Ewropea fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
TALBA GĦAL EMENDA
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
TALBA GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9
“RISO DI BARAGGIA BIELLESE E VERCELLESE”
Nru tal-KE: IT-PDO-0105-0337-06.03.2008
IĠP ( ) DPO ( X )
1. L-intestatura tal-ispeċifikazzjoni effettwata mill-emenda:
— |
|
Isem il-prodott |
— |
|
Id-deskrizzjoni tal-prodott |
— |
|
Iż-żona ġeografika |
— |
|
Il-prova tal-oriġini |
— |
|
Il-metodu tal-produzzjoni |
— |
|
Ir-rabta maż-żona ġeografika |
— |
|
It-tikkettar |
— |
|
Ir-rekwiżiti nazzjonali |
— |
|
Affarijiet oħra (li għandhom jiġu speċifikati) |
2. It-tip ta’ emenda:
— |
|
Emenda tad-dokument uniku jew tat-taqsira |
— |
|
Emenda tal-ispeċifikazzjoni tad-DPO jew tal-IĠP li ġiet irreġistrata iżda li għaliha ma ġie ppubblikat l-ebda dokument uniku jew taqsira |
— |
|
Emenda tal-ispeċifikazzjoni li ma twassal għall-ebda emenda tad-dokument uniku li ġie ppubblikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006) |
— |
|
Emenda temporanja tal-ispeċifikazzjoni li ġejja mill-fatt li l-awtoritajiet pubbliċi jkunu adottaw miżuri sanitarji u fitosanitarji obbligatorji (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006) |
3. Emenda/emendi:
3.1. Id-deskrizzjoni tal-prodott:
— |
Fl-Artikolu 2 tal-ispeċifikazzjoni, li għandu x’jaqsam mad-“deskrizzjoni tal-prodott” tar-ross imsejjaħ “Riso di Baraggia Biellese e Vercellese” (DPO), għas-seba’ varjetajiet ta’ ross differenti nbidlu l-parametri marbutin mal-glutinożità. Il-parametri proposti ġejjin minn analiżi ddettaljata li saret billi ntuża metodu intern iddefinit u żviluppat mill-Awtorità nazzjonali għar-ross (l-“Ente Nazionale Risi”). F’dan il-metodu jintużaw strumenti ġodda għall-analiżi li jagħtu riżultati iktar eżatti meta mqabblin ma’ dawk użati fl-imgħoddi. Fil-fatt, dawn l-istrumenti mhux biss huma kkalibrati b’mod regolari permezz ta’ kampjuni ta’ referenza ċċertifikati mis-“Servizio di Taratura Italiano” (is-SIT – is-servizz Taljan tal-ikkalibrar) għall-parametri tal-forza, tad-distanza u tal-veloċità użati waqt it-test tal-glutinożità, iżda ċerti stadji tal-proċess tal-analiżi issa qed isiru totalment b’mod awtomatiku. B’hekk jistgħu jitnaqqsu għall-inqas ammonti possibbli l-fatturi tal-varjabbiltà u jista’ jittejjeb it-twettiq mill-ġdid tal-metodu tal-analiżi nnifsu. Fil-fatt huwa minħabba din l-awtomazzjoni li r-riżultati marbutin mal-glutinożità huma differenti, f’termini tal-valur numeriku tagħhom, minn dawk li nkisbu qabel bl-użu tat-tekniki ta’ analiżi u tal-istrumenti ta’ qabel – tekniki u analiżi li issa m’għadhomx jgħoddu. Barra minn hekk, minħabba li l-parametru tal-glutinożità jiddependi mill-kundizzjonijiet ta’ maturità tar-ross u minn kemm ikun sar, fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ġie speċifikat meta r-ross għandha ssirlu l-analiżi. Din għandha ssir fil-Ħarifa, meta jintemm il-ħsad tar-ross u meta r-ross ikollu l-ogħla livelli ta’ glutinożità. Qed jiġi kkoreġut ukoll żball materjali li sar fl-unità tal-kejl tal-parametru tal-glutinożità. Din l-unità kienet ingħatat bi żball fi grammi għal kull ċentimetru kwadru u issa qed tinbidel għal grammi għal kull ċentimetru fid-dokument uniku mehmuż ma’ din it-talba għal emenda. Fl-aħħarnett, permezz tad-definizzjoni ta’ parametri iktar eżatti, tal-korrezzjoni ta’ żball materjali u tal-għoti tal-istadju tal-produzzjoni li fih ir-ross għandha ssirlu l-analiżi tal-glutinożità, it-talba għal emenda timmira li tagħti elementi iktar ċari u eżatti li huma meħtieġa sabiex wieħed ikun jista’ jivvaluta aħjar il-glutinożità tar-ross. Dan huwa ta’ vantaġġ kemm għall-produtturi kif ukoll għall-konsumaturi. |
— |
Fit-tabella tal-karatteristiċi fiżjokimiċi iddaħħal livell ta’ tolleranza ta’ 10 % għall-valuri tat-tul tal-ħbub, tal-wisa’ tagħhom, tal-konsistenza, tal-glutinożità, taċ-ċarezza tal-ħbub u ta’ kemm jiżnu. Tqies bħala ħaġa xierqa li jiġi propost dan il-livell ta’ tolleranza minħabba li, mid-dejta analitika disponibbli, jidher li dawn il-karatteristiċi kollha huma influwenzati ħafna mill-kundizzjonijiet tat-temp li jkun hemm fis-sena li fiha jitkabbar ir-ross. |
DOKUMENT UNIKU
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
“RISO DI BARAGGIA BIELLESE E VERCELLESE”
Nru tal-KE: IT-PDO-0105-0337-06.03.2008
IĠP ( ) DPO ( X )
1. Isem:
“Riso di Baraggia Biellese e Vercellese”
2. Stat Membru jew pajjiż terz:
L-Italja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:
3.1. Tip ta’ prodott:
Il-kategorija 1.6. |
Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati |
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem mogħti fil-punt 1:
L-isem tad-DPO “Riso di Baraggia Biellese e Vercellese” jirreferi biss għall-prodott tar-ross miksub billi r-ross fil-fosdqa jew ir-ross mhux ipproċessat jinħadem biex minnu jsir ir-ross “ismar”, ir-ross “abjad” u r-ross “mgħolli nofs sajran”.
It-tipi ta’ ross imkabbrin huma dawk mogħtija fit-tabella li ġejja, li għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:
It-tip ta’ ross |
Lewn il-perikarpu |
It-tul |
L-għamla |
Il-parti sferika tal-ħabba (forma ta’ perla) |
Titriż |
Talja |
Il-qatgħa trasversali |
Ir-ras |
Arborio |
Abjad |
Twil |
Għamla ta’ nofs tond |
Parti sferika ċentrali u estiża |
Ma fihx titriż |
Talja li tidher sew |
Iċċattjata |
Ras oblunga |
Baldo |
Abjad |
Twil |
Għamla li tidjieq kemmxejn |
Ma fihiex forma ta’ perla |
Ma fihx titriż |
Talja normali |
Ittundjata |
Ras normali |
Balilla |
Abjad |
Qasir |
Għamla tonda |
Parti sferika fuq in-naħa tal-ġenb |
Titriż qasir |
Talja normali |
Ittundjata |
Ras qasira u ħoxna |
Carnaroli |
Abjad |
Twil |
Għamla li tidjieq kemmxejn |
Parti sferika ċentrali u mġennba |
Ma fihx titriż |
Talja li tidher sew |
Ittundjata |
Ras oblunga |
S. Andrea |
Abjad |
Twil |
Għamla li tidjieq kemmxejn |
Parti sferika ċentrali u mġennba |
Titriż qasir |
Talja normali |
Ittundjata |
Ras normali |
Loto |
Abjad |
Twil |
Għamla li tidjieq kemmxejn |
Ma fihiex forma ta’ perla |
Ma fihx titriż |
Talja normali |
Ittundjata |
Ras oblunga |
Gladio |
Abjad |
Twil |
Għamla li tidjieq ħafna |
Ma fihiex forma ta’ perla |
Ma fihx titriż |
Talja li bil-kemm tidher |
Iċċattjata |
Ras oblunga |
Minbarra l-karatteristiċi mogħtija hawn fuq, il-karatteristiċi bijometriċi u fiżjokimiċi li jservu biex jiġu identifikati u ddefiniti l-varjetajiet tar-ross ikkonċernati huma mogħtija fit-tabella li ġejja.
|
Id-daqs tal-ħabba |
Il-konsistenza |
Il-glutinożità |
Iċ-ċarezza tal-ħbub |
Il-piż ta’ elf ħabba |
||
|
It-tul |
Il-wisa’ |
f’kilogrammi għal kull ċentimetru kwadru |
fi grammi għal kull ċentimetru |
f’perċentwali |
fi grammi |
|
|
f’millimetri |
f’millimetri |
|
|
|
Għar-ross ismar |
Għar-ross abjad |
It-tip ta’ ross |
Mhux ikbar minn |
Mhux inqas minn |
Mhux ikbar minn |
Mhux inqas minn |
Mhux ikbar minn |
||
Arborio |
7,2 |
3,5 |
0,65 |
7,5 |
— |
38 |
34 |
Baldo |
7,2 |
3,2 |
0,61 |
7,5 |
50 |
35 |
31 |
Balilla |
5,2 |
3,2 |
0,64 |
5,1 |
— |
25 |
22 |
Carnaroli |
7,0 |
3,4 |
0,86 |
3,2 |
— |
35 |
31 |
S. Andrea |
6,6 |
3,3 |
0,58 |
8,5 |
— |
34 |
30 |
Loto |
6,4 |
3,1 |
0,72 |
7,5 |
40 |
28 |
25 |
Gladio |
7,0 |
2,2 |
0,86 |
1,5 |
70 |
22 |
20 |
Għall-valuri mogħtija hawn fuq hija permessa tolleranza ta’ 10 %. Il-kejl tal-glutinożità jsir fil-Ħarifa meta jintemm il-ħsad tar-ross.
3.3. Il-materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):
—
3.4. L-għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):
—
3.5. L-istadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika identifikata:
Il-proċess kollu tal-produzzjoni tar-ross imsejjaħ “Riso di Baraggia Biellese e Vercellese”, jiġifieri t-tkabbir, il-ħsad, it-tħejjija u/jew l-ipproċessar tal-prodott tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini, għandu jsir fiż-żona tal-produzzjoni msemmija fil-punt 4.
3.6. Ir-regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.:
Il-proċess kollu tal-ippakkjar jista’ jseħħ biss taħt is-sorveljanza tal-entità tal-kontroll.
3.7. Ir-regoli speċifiċi għat-tikkettar:
Biex ikun jista’ jinbiegħ, fuq il-pakkett il-prodott tad-DPO imsejjaħ “Riso di Baraggia Biellese e Vercellese” irid ikollu tikketta li turi l-isem eżatt tat-tip ta’ ross imkabbar f’dik iż-żona u mhux isem ieħor ekwivalenti, anke jekk l-użu ta’ dak l-isem ekwivalenti jkun awtorizzat mir-regoli applikabbli. Jitwettqu diversi tipi ta’ pproċessar u ta’ ppakkjar, skont is-suq li għalih ikun maħsub il-prodott.
Fuq il-pakkett għandhom ikunu stampati l-ismijiet li ġejjin:
— |
il-marka tad-DPO tal-Unjoni Ewropea; |
— |
il-lowgo tal-prodott tad-DPO imsejjaħ “Riso di Baraggia Biellese e Vercellese”, li għandu jkun jista’ jingħaraf b’mod ċar fuq il-pakkett mid-daqs u mil-lewn tiegħu, flimkien mal-marka tad-DPO msemmija hawn fuq; |
— |
il-lowgos privati tal-imtieħen tar-ross u tal-azjendi tat-tfesdiq tar-ross, l-ismijiet tal-kumpaniji u l-ismijiet tal-varjetà. |
Ma jistax jintuża kliem ta’ tifħir jew kliem li jqarraq bil-konsumatur.
Il-lowgo tal-prodott tad-DPO imsejjaħ “Riso di Baraggia Biellese e Vercellese” huwa forma ta’ ċirku, li fin-naħa t’isfel tiegħu għandu stampa ta’ tlett iħbub tar-ross abjad dritti mpoġġija ħdejn xulxin, hekk kif is-soltu jintwerew lill-konsumaturi u hekk kif dawn jarawhom is-soltu. Fuq nett tal-ħbub wieħed jista’ jara bħal spazju vojt żgħir li fih qabel ma r-ross jiġi pproċessat, ikun hemm l-embriju tal-kariosside tar-ross. Fl-isfond abjad tal-lowgo hemm stampa tal-grupp ta’ qċaċet ta’ muntanji msejjaħ Monte Rosa, li mill-glaċieri tiegħu jiġi l-ilma li minnu jissaqqa, b’mod dirett u ewlieni, ir-raba’ mħawwel bir-ross taż-żona ta’ Baraggia, li minnu jiġi, b’mod esklużiv, ir-ross tat-tip “Riso di Baraggia Biellese e Vercellese”. Minbarra l-lowgo, fuq nett insibu l-isem “Riso di Baraggia”, filwaqt li taħt insibu l-isem tat-territorju amministrattiv irrappreżentat, jiġifieri “Biellese e Vercellese”. Biex jinbiegħ, ir-ross tad-DPO msejjaħ “Riso di Baraggia Biellese e Vercellese” irid ikun f’pakketti ta’ 0,25, 0,5, 1,0, 2,0, 5,0, 10,0 jew 25,0 kilogramma u jrid ikun f’basktijiet, f’basktijiet żgħar tad-drapp jew tal-plastik li jkunu adattati għall-ikel, f’termini tal-iġjene, jew f’kaxex magħmulin minn diversi materjali, dejjem jekk dawn ikunu awtorizzati skont il-liġijiet dwar il-kundizzjonijiet tal-iġjene u tas-saħħa marbutin mal-ikel.
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:
Iż-żona ġeografika tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini msejħa “Riso di Baraggia Biellese e Vercellese” tinsab fil-Grigal tar-reġjun ta’ Piemonte fil-provinċji ta’ Biella u Vercelli, u tinkludi t-territorji tal-ibliet u l-irħula ż-żgħar tal-muniċipalitajiet li ġejjin: Albano Vercellese, Arborio, Balocco, Brusnengo, Buronzo, Carisio, Casanova Elvo, Castelletto Cervo, Cavaglià, Collobiano, Dorzano, Formigliana, Gattinara, Ghislarengo, Gifflenga, Greggio, Lenta, Massazza, Masserano, Mottalciata, Oldenico, Rovasenda, Roasio, Salussola, San Giacomo Vercellese, Santhià, Villanova Biellese u Villarboit.
5. Ir-rabta maż-żona ġeografika:
5.1. L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika:
Iż-żona tal-produzzjoni mogħtija fil-punt 4 tista’ titqies bħala żona magħmula minn żona ewlenija waħda kkaratterizzata mid-diffikultà biex wieħed jinvella l-art, minħabba l-istruttura speċifika taflija u mimlija ħadid tagħha, li twassal għal livelli differenti ta’ tgħaddis. Fattur ieħor huwa l-klima li hija kkaratterizzata minn xhur tas-sajf li huma pjuttost friski u minn bdil ta’ spiss fit-temperatura minħabba r-riħ mill-muntanji. Barra minn hekk, minħabba li fiż-żona, li tinsab f’dejl l-Alpi, hemm għejjun ta’ ilma kiesaħ, din tkun l-ewwel waħda li tissaqqa mill-ilma li jinżel mill-muntanji.
5.2. L-ispeċifiċità tal-prodott:
Il-karatteristiċi speċifiċi tar-ross tat-tip “Riso di Baraggia Biellese e Vercellese” huma li huwa tajjeb ferm għat-tisjir, li għandu konsistenza mill-aqwa u li m’għandux wisq glutinożità.
5.3. Ir-rabta każwali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew il-karatteristiċi l-oħra tal-prodott (għall-IĠP):
Id-diversità ta’ Baraggia u tar-ross minn din iż-żona kienu deskritti għal madwar ħamsin sena fil-ġurnal tat-tkabbir tar-ross imsejjaħ il-“Giornale di Risicoltura”, li, mill-1912 sal-1952, kien jinħareġ ta’ kull xahar minn dak li qabel kien l-Istitut Sperimentali għat-Tkabbir tar-Ross ta’ Vercelli, li ta’ spiss kien jippubblika artikli tekniċi u xjentifiċi dwar il-karatteristiċi partikulari taż-żona ta’ Baraggia u tar-ross prodott fiha. Fl-1931 l-istess Istitut xtara kumpanija li tipproduċi r-ross li kienet tinsab fil-muniċipalità ta’ Villarboit (fil-qalba taż-żona tat-tkabbir tar-ross ta’ Baraggia) u użaha bħala ċentru tar-riċerka sabiex jipperfezzjona l-karatteristiċi speċifiċi tal-produzzjoni f’din iż-żona. Mill-1952 ’il quddiem dan il-ġurnal ta’ kull xahar ma baqax jinħareġ u minfloku l-Entità Nazzjonali għar-Ross imsejħa “Ente Nazionale Risi” bdiet toħroġ ir-rivista msejħa “Il Riso”, li kien fiha diversi artikli li fihom issemmew il-karatteristiċi speċifiċi tal-kwalità tar-ross prodott f’din iż-żona. Minħabba l-karatteristiċi taż-żona tal-produzzjoni, ir-ross tat-tip “Riso di Baraggia Biellese e Vercellese” huwa tajjeb ferm għat-tisjir, għandu konsistenza mill-aqwa u m’għandux wisq glutinożità. Dawn il-karatteristiċi, l-konsumaturi kollha jagħrfuhom b’mod unanimu u, fost l-oħrajn, huma ġejjin mill-ammonti inqas tal-produzzjoni u minn ċikli tat-tkabbir li huma itwal minn dawk ta’ varjetajiet oħrajn tar-ross f’żoni oħrajn.
Ir-ross ilu jitkabbar fiż-żona ddefinita ta’ Baraggia sa mill-bidu tas-seklu sbatax u nsibuh imsemmi wkoll f’dokumenti tan-nutara tal-1606 tal-Muniċipalità ta’ Salussola, li tinsab fiż-żona ddefinita.
Sa mill-bidu tas-seklu li għadda, ir-ross, li huwa prodott storiku fiż-żona ta’ Baraggia, intuża wkoll b’mod simboliku f’avvenimenti pubbliċi, u saħansitra f’avvenimenti pubbliċi sportivi, l-iktar marbutin maċ-ċikliżmu, li fihom ħadu sehem ċiklisti kbar bħal Coppi, Bartali u Magni.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:
(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006)
Il-Ministeru nieda l-proċedura nazzjonali ta’ oġġezzjoni billi ppubblika t-talba għall-emenda tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini msejħa “Riso di Baraggia Biellese e Vercellese” fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Taljana tat-28 ta’ Jannar 2008, li ġġib in-numru 23.
It-test kollu tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jinsab fuq is-sit tal-internet li ġej: http://www.politicheagricole.it/DocumentiPubblicazioni/Search_Documenti_Elenco.htm?txtTipoDocumento=Disciplinare%20in%20esame%20UE&txtDocArgomento=Prodotti%20di%20Qualit%E0>Prodotti%20Dop,%20Igp%20e%20Stg
Wieħed jista’ jsibu wkoll billi jmur direttament fil-paġna ewlenija tas-sit tal-Ministeru (fl-indirizz http://www.politicheagricole.it) u jikklikkja fuq “Prodotti di Qualità” (fuq ix-xellug tal-iskrin), umbagħad fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE [regolamento (CE) n. 510/2006]”.
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.